Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Raloxifene Teva (raloxifene hydrochloride) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - G03XC01

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRaloxifene Teva
Kodiċi ATCG03XC01
Sustanzaraloxifene hydrochloride
ManifatturTeva B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Raloxifene Teva 60 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita fiha 60 mg raloxifene hydrochloride, ekwivalenti għal 56 mg ta’ bażi libera ta’ raloxifene.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pilloli miksija b’rita.

Pilloli bojod għal ofwajt, miksija b’rita, f’għamla ovali, imnaqqxin bin-numru “60” fuq naħa waħda u

“N” fuq in-naħa l-oħra tal-pillola.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Raloxifene hija indikata għall-kura u l-prevenzjoni tal-osteoporożi fin-nisa wara l-menopawża. Intwera li kien hemm tnaqqis sinifikanti fl-inċidenza ta’ ksur tal-vertebri, iżda mhux ksur tal-għadam tal-ġenbejn.

Għal kull mara individwali wara l-menopawsa, meta wieħed jiġi biex jagħżel bejn raloxifene jew terapiji oħra, li jinkludu l-estroġeni, konsiderazzjoni xierqa għandha tingħata għas-sintomi tal-menopawsa, l-effetti fuq it-tessuti tal-utru u tas-sider, u r-riskji u s-siwi kardjovaskulari (ara sezzjoni 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Il-pożoloġija irrakkomandata hija pillola waħda kuljum. Minħabba n-natura tal-proċess naturali tal- marda, raloxifene hija maħsuba biex tittieħed għal perijodu ta’ żmien twil.

Ġeneralment huwa rrakkomandat li n-nisa li għandhom livelli baxxi ta’ kalċju u vitamina D fid-dieta, għandhom jingħataw supplimenti ta’ dawn.

Anzjani:

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża fl-anzjani.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Raloxifene għandu jintuża f’pazjenti li għandhom indeboliment sever tal-kliewi (ara sezzjoni 4.3). F’pazjenti li għandhom indeboliment moderat u ħafif tal-kliewi, raloxifene għandu jintuża b’kawtela.

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Raloxifene m’għandux jintuża f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied (ara sezzjoni 4.3 u 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika:

Raloxifene m’għandux jintuża fi tfal ta’ kwalunkwe età. M’hemm ebda użu rilevanti ta’ Raloxifene fil-popolazzjoni pedjatrika.

Metodu ta’ kif għandu jingħata Għall-għoti mill-ħalq.

Il-pillola tista’ tittieħed fi kwalunkwe ħin tal-jum mingħajr bżonn li tittieħed mal-ikel.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi elenkati fis-sezzjoni 6.1.

M’għandiex tintuża fin-nisa li għad jistgħu joħorġu tqal.

Storja attiva jew fil-passat ta’ każijiet tromboemboliċi fil-vini (VTE), li jinkludu t-trombożi profonda fil-vini, emoboliżmu pulmonari u trombożi fil-vina retinali.

Indeboliment tal-fwied li jinkludu kolestażi.

Indeboliment sever tal-kliewi.

Emoraġġija fl-utru li għalija għad m’hemmx spjegazzjoni.

Raloxifene m’għandiex tittieħed meta jkun hemm sinjali jew sintomi ta’ kanċer tal-endometriju għaliex is-sigurtà f’dan il-grupp ta’ pazjenti ma ġietx studjata biżżejjed.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Raloxifene huwa assoċjat ma’ riskju miżjud ta’ każijiet tromboembolitiċi fil-vini simili għal dak irrappurtat li hu assoċjat mal-użu attwali tat-terapija bl-ormoni, bħala sostitut. Il-bilanċ bejn ir-riskju u s-siwi għandu jitqies f’pazjenti li huma f’riskju ta’ każijiet tromboembolitiċi fil-vini, hi x’inhi l-kawża. Raloxifene għandha titwaqqaf fl-eventwalità ta’ marda jew kundizzjoni li twassal għal perijodu twil ta’ immobilizazzjoni. Il-waqfien irid isir mill-aktar fis f’każ ta’ mard, jew minn 3 ijiem qabel ma ssir l-immobilizzazzjoni. It-terapija mgħandiex terġa’ tinbeda sakemm il-kundizzjoni tal- bidu tkun għaddiet u l-pazjenta tkun mobbli għal kollox.

Fi studju fuq nisa wara l-menopawsa u li hu dokumentat li jbatu minn mard tal-qalb koronarju jew li qegħdin f’riskju ogħla għal problemi koronarji, raloxifene meta mqabbel ma’ plaċebo, ma kellu ebda effett fuq l-inċidenza ta’ infarti mijokardijaċi, sindromu koronarju akut li tiddaħħal l-isptar għalih, mortalità globali, li tinkludi l-mortalità minħabba problemi kardjovaskulari globali, jew puplesija. Madankollu, kien hemm żieda fl-imwiet minħabba attakki ta’ puplesija fin-nisa li ġew mogħtija raloxifene. L-inċidenza fil-mortalità minħabba attakki ta’ puplesija kienet ta’ 1.5 għal kull 1000 mara kull sena għal dawk fuq plaċebo kontra 2.2 għal kull 1000 mara kull sena għal dawk fuq raloxifene. Dawn ir-riżultati iridu jiġu meqjusa meta tordna raloxifene għal nisa wara l-menopawża u li għandhom storja medika ta’ attakki ta’ puplesija jew xi fatturi sinifikanti oħra ta’ riskju għal attakki ta’ puplesija bħal attakk iskemiku tranżitorju jew fibbrillazzjoni atrijali

M’hemmx evidenza ta’ proliferazjoni tal-endometriju. Kwalunkwe tnixxija ta’ demm mill-utru, waqt it-terapija b’raloxifene mhux mistennija għandha tiġi mistħarrġa sew minn speċjalista. L-aktar żewġ kundizzjonijiet dijanjostikati ta’ spiss waqt il-kura b’raloxifene, assoċjati mat-tnixxija ta’ demm mill- utru, kienu l-atrofija tal-endometriju u l-qarnit benin tal-endometriju. Fin-nisa wara l-menopawsa li ngħataw it-trattament b’raloxifene għal 4 snin, il-qarnit benin tal-endometriju kien irrapportat f’0.9 % meta mqabbel ma’ 0.3 % fin-nisa li rċevew trattament bil-plaċebo.

Raloxifene jiġi metaboliżżat prinċipalment fil-fwied. Dożi waħdanin ta’ raloxifene li ngħataw lil pazjenti b’ċirrożi u indeboliment ħafif tal-fwied (Klassi A Child-Pugh) irriżultat konċentrazzjonijiet

ta’ raloxifene fil-plażma li kienu madwar 2.5 drabi akbar minn dawk li ma kellhomx dawn il-kundizzjonijiet. Din iż-żieda kienet korrelata mal-livelli totali tal-konċentrazzjoni tal-bilirubin. Sakemm is-sigurtà u l-effikaċja jiġu evalwati aktar f’pazjenti b’insuffiċjenza tal-fwied, l-użu ta’ raloxifene mhux irrakkomandat f’dan il-grupp ta’ pazjenti. Il-livelli ta’ bilirubin totali fis-serum, gamma-glutamyl transferase, alkaline phosphatase, ALT u AST għandhom ikunu immonitorjati mill-qrib waqt it-trattament jekk jinstabu livelli għoljin.

Tagħrif kliniku limitat tissuġġerixxi li f’pazjenti bi storja medika ta’ ipertrigliċeridimja

(> 5.6 mmol/l), dovuti għall-estroġenu orali, raloxifene jista’ jkun assoċjat ma’ żieda qawwija fil- livelli tat-trigliċeridi fis-serum. Pazjenti b’din l-istorja medika, jeħtieġ li jkollhom it-trigliċeridi fis- serum immonitorjati meta jkunu qegħdin jieħdu raloxifene.

Is-sigurtà ta’ raloxifene f’pazjenti li għandhom il-kanċer tas-sider għadha ma ġietx studjata biżżejjed.

M’hemmx informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ raloxifene u sustanzi użati fit-trattament tal- kanċer tas-sider kemm fil-fażi bikrija jew f’dik avvanzata. Għalhekk, raloxifene għandha tintuża biss għal trattament tal-osteoporożi u l-prevenzjoni tagħha wara t-trattament għall-kanċer tas-sider, li tinkludi t-terapija aġġuntiva, tkun tlestiet.

Peress li l-informazzjoni dwar is-sigurtà dwar l-għoti flimkien ta’ raloxifene ma’ estroġeni sistemiċi hi limitata, dan l-użu mhux irrakkomandat.

Raloxifene mhix effettiva biex tnaqqas il-vażodilatazzjoni (fwawar) u sintomi oħra tal-menopawsa assoċjati ma’ nuqqas ta’ estroġenu.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma dan

il-prodott u affarijiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

It-teħid fl-istess ħin jew ta’ calcium carbonate inkella ta’ aluminium u magnesium hydroxide li jinstabu fl-antaċidi, ma jaffetwax l-espożizzjoni sistemika ta’ raloxifene.

It-teħid ta’ raloxifene flimkien ma’ warfarina ma jbiddilx il-farmakokinetiċi tal-ebda waħda minn dawn is-sustanzi. Madankollu, tnaqqis moderat fil-ħin tal-protrombina kien osservat, u kemm-il darba raloxifene jingħata flimkien mal-warfarina jew ma xi derivati oħra tal-coumarin, il-ħin tal- protrombina jrid ikun immoniterjat. L-effetti fuq il-ħin tal-protrombina jistgħu jiżviluppaw fuq diversi ġimgħat, jekk it-trattament b’raloxifene tinbeda f’pazjenti li diġa qegħdin fuq it-terapija antikoagulanti bil-coumarin.

Raloxifene m’għandhux effett fuq il-farmakokinetiċi ta’ methylprednisolone meta jingħata bħala doża waħda.

Raloxifene m’għandux effett fuq l-AUC ta’ digoxin fi stat stabbli. Cmax ta’ digoxin żdiedet b’inqas minn 5 %.

L-effett ta’ mediċini li jittieħdu flimkien fuq il-konċentrazzjonijiet ta’ raloxifene fil-plażma kienu evalwati fi provi ta’ prevenzjoni u kura. Prodotti mediċinali li jingħataw spiss fl-istess żmien kienu jinkludu: paracetamol, mediċini kontra l-infjammazzjoni li mhumiex sterojdi (bħal acethylsalicylic acid, ibuprofen u naproxen), l-antibijotiċi orali, l-antagonisti H1, l-antagonisti H2, u l-benzodijażepini. Ma kienx hemm effetti klinikament rilevanti bl-użu konkomittanti ta’ dawn is- sustanzi fuq il-konċentrazzjonijiet ta’ raloxifene fil-plażma.

L-użu konkomittanti tas-sustanzi vaġinali tal-estroġen tħalla fil-programm tal-prova klinika, jekk dan kien meħtieġ biex jittratta s-sintomi tal-atrofija vaġinali. Meta mqabbel mal-plaċebo ma kienx hemm żieda fl-użu fil-pazjenti li kienu ittrattati b’raloxifene.

Raloxifene in vitro ma wriex interazzjoni mal-irbit ta’ warfarina, phenytoin jew tamoxifen.

Raloxifene m’għandux jingħata flimkien ma’ cholestyramine (jew xi reżini oħra tat-tip li jibdlu l-enajins), li jnaqqas b’mod sinifikanti l-assorbiment u ċ-ċiklu enteroepatiku ta’ raloxifene.

L-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ raloxifene jitnaqqsu meta jingħata flimkien ma’ ampicillin. Madankollu, peress li l-ammont ġenerali ta’ raloxifene li jiġi assorbit u r-rata tat-tneħħija tiegħu ma jiġux effetwati, raloxifene jista’ jingħata flimkien ma’ ampicillin.

Raloxifene jżid moderatament il-konċentrazzjonijiet tal-globulini li jaqbdu mal-ormoni, inklużi l-globulini li jaqbdu mal-ormoni sterojdi sesswali (SHBG), il-globulina li taqbad mal-ormon thyroxine (TBG) u l-globulina li taqbad mal-kortikosterojdi (CBG), b’żidiet korrispondenti fil-konċentrazzjonijiet totali tal-ormoni. Dawn il-bidliet ma jaffetwawx il-konċentrazzjonijiet tal-ormoni liberi.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Raloxifene għandu jintuża biss f’nisa wara l-menopawsa.

Raloxifene m’għandux tittieħed min-nisa li jistgħu joħorġu tqal. Raloxifene jista’ jikkawża ħsara lill-fetu jekk jingħata lill-mara tqila. Jekk dan il-prodott mediċinali jintuża bi żball waqt it-tqala, jew il-pazjenta toħroġ tqila waqt li qed tieħdu, il-pazjenta trid tkun informata bil-potenzjal tal-ħsara lill- fetu (ara taqsima 5.3).

Treddigħ

Mhux magħruf jekk raloxifene jiġix eliminat fil-ħalib tal-bniedem. Għalhekk, l-użu kliniku tiegħu ma jistax ikun irrakkomandat fin-nisa li qegħdin ireddgħu. Raloxifene Teva jista’ jaffetwa l-iżvilupp tat-tarbija.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Raloxifene m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq s-sewqan jew l-abbiltà li tħaddem makkinarju.

4.8Effetti mhux mixtieqa

a. Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-aktar -reazzjonijiet avversi klinikament importanti rrapportati f’nisa wara l-menopawża kkurati b’Raloxifen kienu avvenimenti tromboemboliċi vaskulari (ara sezzjoni 4.4), li seħħew f’anqas minn 1% tal-pazjenti kkurati.

b. Sommarju tabulat tar-reazzjonijiet avversi

It-tabella ta’ hawn taħt turi r-reazzjonijiet avversi u l-frekwenzi osservati fl-istudji dwar il-kura u l- prevenzjoni li involvew aktar minn 13,000 mara wara l-menopawża flimkien ma’ reazzjonijiet avversi li rriżultaw minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. It-tul tal-kura f’dawn l-istudji jvarja minn 6 sa

60 xahar. Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet avversi ġeneralment ma kinux jeħtieġu l-waqfien tat-terapija.

Il-frekwenzi għal rapporti ta’ wara t-tqegħid kienu kkalkolati mill-provi kliniċi kkontrollati bi plaċebo

(b'total ta’ 15,234 pazjent, 7,601 li jieħdu raloxifene 60 mg u 7,633 li jieħdu plaċebo) f’nisa wara l- menopawża bl-osteoporożi, jew mard koronarju stabbilit tal-qalb (CHD) jew riskju akbar għas-CHD, mingħajr paragun mal-frekwenzi ta’ avvenimenti avversi fil-gruppi assenjati għal plaċebo.

Fil-popolazzjoni ta’ prevenzjoni, it-terapija kellha titwaqqaf f’10.7 % minn fost 581 pazjent trattati b’raloxifene u 11.1 % minn fost 584 pazjent li ngħata l-plaċebo minħabba reazzjonijiet avversi. Fil-populazzjoni li kienet qed tiġi trattata, il-waqfien tat-terapija minħabba każijiet kliniċi avversi

seħħet fi 12.8 % minn fost 2,557 pazjent trattat b’raloxifene u 11.1 % minn fost 2,576 pazjent trattat bi plaċebo.

Ġiet użata s-sistema li ġejja bħala klassifikazzjoni tar-reazzjonijiet avversi: komuni ħafna (> 1/10), komuni (> 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (> 1/1,000 sa < 1/100), rari (> 1/10,000 sa < 1/1,000), rari

ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma jistax jiġi stmat mit-tagħrif disponibbli)

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux komuni: Tromboċitopenjaa

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni: Uġigħ ta’ ras li jinkludi emigranjaa

Mhux komuni: Puplesiji fatali

Disturbi vaskulari

Komuni ħafna: Vażodilatazzjoni (fwawar)

Mhux komuni: Avvenimenti tromboemboliċi venużi, li jinkludu trombożi profonda tal-vini, emboliżmu pulmonari, trombożi tal-vina retinali, tromboflebite tal-vina superfiċjali, Reazzjonijiet tromboemboliċi arterjalia

Disturbi gastro-intestinali

Komuni ħafna: Sintomi gastrointestinalia bħal dardir, rimettar, uġigħ fl-addome, dispepsja

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Komuni: Raxxa

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Komuni: Bugħawwieġ fir-riġlejn

Disturbi fis-sistema riproduttiva u fis-sider

Komuni: Sintomi ħfief tas-sidera bħal uġigħ, tkabbir u sensittività

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta' mnejn jingħata

Komuni ħafna: sindromu tal-influwenza

Komuni: Edema periferali

Investigazzjonijiet

Komuni ħafna: Żieda fil-pressjoni tad-demma

aTerminu/termini inkluż(i) abbażi ta’ esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. c. Deskrizzjoni tar-reazzjonijiet avversi magħżula

Meta mqabbel ma’ pazjenti trattati bi plaċebo, każijiet ta’ vażodilazzjoni (fwawar) kienu moderatament aktar komuni fil-pazjenti fuq raloxifene (provi kliniċi għal prevenzjoni ta’ osteoporożi, minn 2 sa 8 snin wara l-menopawża, 24.3 % b’raloxifene u 18.2 % bi plaċebo; provi kliniċi għat- trattament ta’ osteoporożi, età medja 66, 10.6 % għal raloxifene u 7.1 % għal plaċebo). Din ir- reazzjoni mhux mixtieqa kienet l-aktar komuni fl-ewwel 6 xhur tal-kura, u f’każijiet rari reġgħet seħħet mill-ġdid wara dan iż-żmien.

Fi studju fuq 10,101 mara wara l-menopawża u li huwa dokumentat li għandhom mard tal-qalb koronarju jew li qegħdin f’risku ogħla għal problemi koronarji (RUTH), każijiet ta’ vażodilazzjoni

(fwawar) kienu ta’ 7.8 % f’pazjenti trattati b’raloxifene u 4.7 % f’pazjenti trattati bi plaċebo.

Tul il-provi kliniċi kollha ta’ raloxifene għal osteoporożi, ikkontrollati bl-użu tal-plaċebo, il-każijiet tromboembolitiċi fil-vini, li jinkludu t-trombożi tal-vini profondi, l-emboliżmu pulmonari u t-trombożi tal-vina tar-retina, seħħew bi frekwenza ta’ madwar 0.8 % jew 3.22 każijiet għal kull 1,000 sena tal-etajiet magħduda tal-pazjenti. Riskju relattiv ta’ 1.60 (CI 0.95, 2.71) kien osservat fil-pazjenti ttrattati b’raloxifene meta mqabbla ma’ dawk fuq il-plaċebo. Ir-riskju ta’ każijiet tromboemboliċi kien l-akbar fl-ewwel erba’ xhur tat-terapija. It-tromboflebite tal-vini superfiċjali seħħet bi frekwenza ta’ inqas minn 1 %.

Fl-istudju RUTH, każijiet tromboembolitiċi venużi seħħew (VTE) fi frekwenza ta’ madwar 2.0 % jew 3.88 każijiet kull 1000 sena ta’ pazjent fil-grupp ta’ raloxifene u 1.4 % jew 2.70 każijiet kull

1000 sena ta’ pazjent fil-grupp tal-plaċebo. Il-proporzjon ta’ periklu fil-każijiet kollha ta’ VTE fl- istudju RUTH kienu HR = 1.44, (1.06 - 1.95). Tromboflebite ta’ vina superfiċjali seħħet fi frekwenza ta’ 1 % fil-grupp ta’ raloxifene u 0.6 % fil-grupp ta’ plaċebo.

Fl-istudju RUTH, raloxifene ma affettwax l-inċidenza ta’ puplesija, meta mqabbel mal-plaċebo. Madankollu, kien hemm żieda fl-imwiet minħabba puplesija fin-nisa assenjati għal raloxifene. L- inċidenza ta’ mortalità minħabba puplesija kienet ta’ 2.2 għal kull 1,000 mara fis-sena għal raloxifene meta mqabbel ma’ 1.5 għal kull 1,000 mara fis-sena għal plaċebo (ara sezzjoni 4.4). Matul perjodu ta’ segwitu medju ta’ 5.6 snin, 59 (1.2%) min-nisa kkurati b’raloxifene mietu minħabba puplesija meta mqabbla ma’ 39 (0.8%) mara kkurati bi plaċebo.

Reazzjoni mhux mixtieqa oħra osservata kienet il-bugħawwieġ fir-riġlejn (5.5 % għal raloxifene, 1.9 % għal plaċebo fil-popolazzjoni ta’ prevenzjoni u 9.2 % għal raloxifene, 6.0 % għal plaċebo fil-popolazzjoni fil-grupp tat-trattament). Fl-istudju RUTH, il-bugħawwieġ fir-riġlejn kien osservat f’12.1 % ta’ pazjenti trattati b’raloxifene u 8.3 % ta’ pazjenti trattati bi plaċebo.

Is-sindromu tal-influwenza kien irrapportat f’16.2 % f’dawk ittrattati b’raloxifene u 14.0 % ta’ pazjenti trattati bi plaċebo.

Kien hemm bidla oħra li kienet innotata, li ma kinitx statistikament sinifikanti (p > 0.05), iżda li wriet xejra sinifikanti relatata mad-doża. Din kienet edema periferali, li seħħet fil-popolazzjoni ta’ prevenzjoni b’inċidenza ta’ 3.1 % għal raloxifene u 1.9 % għal placebo; u fil-grupp ta’ trattament l- inċidenza kienet ta’ 7.1 % għal raloxifene u 6.1 % għal plaċebo.

Fl-istudju RUTH, l-edema periferali seħħet f’14.1 % tal-pazjenti trattati b’raloxifene u 11.7 % tal-pazjenti trattati bi plaċebo, li kien statistikament sinifikanti. Ġie rappurtat tnaqqis fl-għadd ta’ plejtlets (6-10 %) waqt it-trattament b’raloxifene fi trattament kontrollat bi plaċebo fil-provi kliniċi ta’ raloxifene fl-osteoporożi.

Każijiet rari ta’ żidiet moderati fl-AST u/jew l-ALT kienu rrapportati meta r-relazzjoni kawżali ma’ raloxifene ma tistax tkun eskluża. Inċidenza simili ta’ żidiet kienet innotata fost il-pazjenti fuq il-plaċebo.

Fi studju (RUTH) ta’ nisa wara l-menopawża u li huwa dokumentat li jbatu minn mard tal-qalb koronarju jew li qegħdin f’riskju ogħla ta’ problemi koronarji, reazzjoni avversa addizzjonali ta’ kolelitijasi seħħet f’3.3 % ta’ pazjenti trattati b’raloxifene u 2.6 % ta’ apzjenti trattati bi plaċebo. Rati ta’ koleċistektomija għal raloxifene (2.3 %) ma wrewx differenzi li kienu statistikament sinifikanti minn dawk tal-plaċebo (2.0 %).

Raloxifene (n = 317) kienet imqabbla ma’ terapija kontinwa (n = 110) ta’ sostituzzjoni bl-ormoni (HRT) jew HRT ċiklika (n = 205) f’pazjenti f’xi ftit provi kliniċi. L-inċidenza ta’ sintomi fis-sider u t- tnixxija ta’ demm mill-utru fin-nisa ttrattati b’raloxifene kienet inqas b’mod sinifikanti minn dawk in- nisa li ħadu tip jew ieħor tal-HRT.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V

4.9Doża eċċessiva

F’ xi provi kliniċi, dożi ta’ kuljum ta’ 600 mg għal 8 ġimgħat u 120 mg, għal 3 snin, kienu ttollerati tajjeb. L-ebda każ ta’ doża eċċessiva ta’ raloxifene ma ġiet irrapportata fil-provi kliniċi.

Fl-adulti, sintomi ta’ bugħawwieġ fir-riġlejn u sturdament ġew rapportati f’pazjenti li f’doża orali waħda ħadu iżjed minn 120 mg.

F’doża eċċessiva aċċidentali fi tfal iżgħar minn sentejn, id-doża massima rapportata kienet ta’ 180 kg. Fi tfal, is-sintomi ta’ doża eċċessiva aċċidentali kienet tinkludi atassja, sturdament, remettar, raxx, dijarea, rogħda, u fwawar, u żieda f’alkaline phosphatase.

L-ogħla doża eċċessiva kienet ta’ madwar 1.5 grammi. Ma ġewx irrapportati mwiet assoċjati ma’ doza eċċessiva.

M’hemmx antidot speċifiku għal raloxifene hydrochloride.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmako-terapewtiku: modulatur silettiv għar-riċetturi tal-estroġenu (SERM). Kodiċi ATC: G03XC01.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni u Effett farmakondinamiku

Bħala modulatur silettiv għar-riċetturi tal-estroġen (SERM), raloxifene għandu attivitajiet silettivi agonistiċi jew antagonistiċi, fuq it-tessuti li jirrispondu għall-effett tal-estroġen. Jaġixxi bħala agonista fuq l-għadam u parzjalment fuq il-metaboliżmu tal-kolesterol (tnaqqis fil-kolesterol totali u LDL), iżda mhux fuq l-ipotalamus jew fuq it-tessuti tal-utru jew tas-sider.

L-effetti bijoloġiċi ta’ raloxifene, bħal dawk tal-estroġen, jiġru permezz tal-affinità għolja għall-irbit mar-riċetturi tal-estroġen u tar-regolazzjoni tal-espressjoni tal-ġene. Dan l-irbit jirriżulta f’espressjoni li tvarja minn tessut għall-ieħor fuq il-ġeni multipli irregolati mill-estroġen. Informazzjoni reċenti tindika li r-riċettur tal-estroġen jista’ jirregola l-espressjoni tal-ġene b’mhux inqas minn żewġ metodi differenti li huma speċifiċi għal-ligand, għat-tessut u/jew għall-ġene.

a)Effetti skeletriċi

It-tnaqqis fid-disponibiltà tal-estroġen li jseħħ fil-menopawsa, jwassal għal żidiet sostanzjali fit-tmermir tal-għadam, it-telf tal-għadam u r-riskju ta’ ksur. It-telf tal-għadam huwa partikolarment mgħaġġel fl-ewwel 10 snin wara l-menopawsa meta l-kumpens biż-żieda fil-formazzjoni tal-għadam ma jkunx biżżejjed biex ilaħħaq mal-ammont li qiegħed jintilef. Fatturi oħra ta’ riskju li jistgħu jwasslu għall-iżvilupp tal-osteoporożi jinkludu l-menopawsa minn kmieni, l-osteopenja (mhux anqas minn 1 SD ’l isfel mill-ogħla massa tal-għadam), statura rqiqa tal-ġisem, oriġini etnika Kawkasja jew Asjatika, u storja medika ta’ osteoporożi fil-familja. Terapiji ta’ sostituzzjoni ġeneralment ireġġgħu lura t-tmermir eċċessiv tal-għadam. Fin-nisa wara l-menopawsa li għandhom l-osteoporożi, raloxifene tnaqqas l-inċidenza ta’ ksur tal-vertebri, tippriserva l-massa tal-għadam u żżid id-densità minerali tal- għadam (BMD).

Ibbażati fuq dawn il-fatturi ta’ riskju, il-prevenzjoni tal-osteoporożi b’Raloxifene Teva hija indikata għal nisa fi żmien 10 snin mill-menopawża, b’BMD tal-ispina ta’ bejn 1.0 u 2.5 SD aktar baxx mill-valur medju tal-popolazzjoni normali żagħżugħa, meta jitqies ir-riskju għoli ta’ ksur osteoporotiċi tul ħajjithom. Hekk ukoll, Raloxifene Teva hija indikata għall-kura tal-osteoporożi jew l-osteoporożi stabbilita f’nisa li għandhom ksur tal-vertebri 2.5 SD aktar baxx mill-valur medju ta’ popolazzjoni normali żagħżugħa u/jew dawk bil-ksur tal-vertebri, irrespettivament mill-BMD.

i) L-inċidenza ta’ ksur. Fi studju fuq 7,705 mara wara l-menopawsa ta’ età medja ta’ 66 sena li għandhom l-osteoporożi jew l-osteoporożi bi ksur eżistenti, it-trattament b’raloxifene għal 3 snin naqqas l-inċidenza ta’ ksur tal-vertebri b’47 % (RR 0.53, CI 0.35 0.79; p < 0.001) u 31 % (RR 0.69, CI 0.56, 0.86; p < 0.001), rispettivament. Ħamsa u erbgħin mara bl-osteoporożi jew 15-il mara bl- osteoporożi u bi ksur eżistenti jkunu jeħtieġu t-trattament b’raloxifene għal 3 snin biex jiġi evitat każ wieħed jew aktar ta’ ksur tal-vertebri. It-trattament b’raloxifene għal 4 snin naqqas l-inċidenza ta’ ksur tal-vertebri b’46 % (RR 0.54, CI 0.38, 0.75) u 32 % (RR 0.68, CI 0.56, 0.83) f’pazjenti bl- osteoporożi jew l-osteoporożi bi ksur eżistenti, rispettivament. Fir-raba’ sena biss, raloxifene naqqset ir-riskju ta’ ksur ġdid tal-vertebri b’39 % (RR 0.61, CI 0.43, 0.88). Effett fuq ksur li m’huwiex tal- vertebri ma ntweriex. Mir-raba’ sat-tmien sena, il-pazjenti setgħu jieħdu wkoll bisphosphonates, calcitonin u fluorides u l-pazjenti kollha f’dan l-istudju ngħataw supplimenti tal-kalċju u tal- vitamina D.

Fl-istudju kliniku RUTH, il-ksur kliniku kollu kien miġbur bħala riżultat finali sekondarju. Raloxifene naqqset l-inċidenza ta’ ksur kliniku tal-vertebri b’35 % meta mqabbla ma’ plaċebo (HR 0.65, CL 0.47 0.89). Dawn ir-riżultati setgħu ġew imfixkla minħabba differenzi fil-linji bażi ta’ riferiment tal-BMD u tal-ksur tal-vertebri. Ma kien hemm ebda differenza bejn il-gruppi taħt kura, fl-inċidenza ta’ ksur ġdid li ma kienx tal-vertebri. Matul it-terminu kollu tal-istudju kien permess l-użu konkomitanti ta’ mediċini oħra li jaġixxu fuq l-għadam.

ii)Id-Densità Minerali tal-Għadam (Bone Mineral Density (BMD): L-effikaċja ta’ raloxifene darba kuljum fin-nisa wara l-menopawsa ta’ età sa 60 sena, kemm f’dawk li għandhom u dawk li m’għandhomx utru, kienet stabilita fuq perijodu ta’ kura ta’ sentejn. In-nisa kienu ilhom minn 2 sa 8 snin bil-menopawsa. Saru tliet provi li kienu jinkludu 1,764 mara wara l-menopawża li ġew trattati

b’raloxifene u kalċju, jew il-plaċebo flimkien ma’ kalċju. F’waħda minn dawn il-provi ntgħażlu nisa li kellhom isterektomija qabel. Raloxifene kkawżat żidiet sinifikanti fid-densità tal-għadma tal-ġenbejn u tal-ispina, kif ukoll fil-massa minerali tal-ġisem kollu meta mqabbla mal-plaċebo. Din iż-żieda kienet ġeneralment waħda ta’ 2 % fil-BMD, komparata mal-plaċebo. Żieda simili fil-BMD dehret fil-grupp tal-kura li rċevew raloxifene għal perijodu ta’ 7 snin. Fil-provi tal-prevenzjoni, il-perċentaġġ ta’ individwi li kellhom żieda jew tnaqqis fil-BMD waqt it-terapija b’raloxifene kienu: fil-każ tal-ispina 37 % tnaqqis u 63 % żieda; u għall-għadam sħiħ tal-ġenbejn 29 % tnaqqis u 71 % żieda.

iii)Kinetiċi tal-kalċju. Raloxifene u estroġen jaffettwaw il-mudellar tal-għadam mill-ġdid u

l-metaboliżmu tal-kalċju bl-istess mod. Raloxifene kienet assoċjata ma’ tnaqqis fit-tmermir tal- għadam u ċaqlieq medju u pożittiv fil-bilanċ tal-kalċju ta’ 60 mg kuljum, prinċipalment dovuti għat- tnaqqis fit-telf ta’ kalċju fl-awrina.

iv) Ħistomorfometrija (il-kwalità tal-għadam). Fi studju li qabbel raloxifene ma estroġen, l-għadam ta’ pazjenti trattati ma kull wieħed minn dawn il-prodotti mediċinali kien ħistoloġikament normali, mingħajr evidenza ta’ difetti fil-mineraliżżazjoni, għadam minsuġ u fibrożi tal-mudullun.

Raloxifene inaqqas it-tneħħija tal-għadam; dan l-effett fuq l-għadam jidher bħala tnaqqis fis-serum u fl-awrina tal-livelli ta’ sustanzi li jimmarkaw id-dawran fl-għadam, tnaqqis fit-tmermir tal-għadam ibbażat fuq studji kinetiċi ta’ kalċju radjuattiv, żidiet fil-BMD u tnaqqis fl-inċidenza ta’ ksur.

b)Effetti fuq il-metaboliżmu tal-lipidi u riskji kardjovaskulari

Provi kliniċi wrew li doża ta’ 60 mg kuljum ta’ raloxifene naqqset b’mod sinifikanti il-kolesterol totali (b’3 sa 6 %) u l-kolesterol LDL (b’4 sa 10 %). Nisa li kellhom l-ogħla livelli ta’ kolesterol fil-linja bażi ta’ riferiment, kellhom l-akbar tnaqqis. Il-konċentrazzjonijiet tal-kolesterol HDL u t-trigliċeridi ma’ nbidlux b’mod sinifikanti. Wara 3 snin ta’ terapija raloxifene naqqset il-fibrinogen (6.71 %). Fl- istudju dwar it-trattament ta’ osteoporożi, numru sinfikament inqas ta’ pazjenti trattati b’raloxifene kellhom bżonn li jinbdew fuq terapija biex jitbaxxa l-livell tax-xaħam fid-demm, meta mqabbla ma’ dawk fuq il-plaċebo.

It-terapija b’raloxifene għal 8 snin ma effettwatx b’mod sinifikanti r-riskju ta’ każijiet kardjovaskulari f’pazjenti involuti fl-istudju dwar il-kura tal-osteoporożi. Hekk ukoll, fl-istudju RUTH, raloxifene meta mqabbel ma’ plaċebo, ma effettwax l-inċidenza ta’ attakki ta’ qalb, il-ħtieġa ta’ dħul fi sptar minħabba sindromu koronarju akut, ta’ attakk ta’ puplesija, jew ta’mortalità globali li jinkludi l- imwiet kardjovaskulari kollu, (għaż-żieda fir-riskju ta’ puplesija fatali ara sezzjoni 4.4).

Ir-riskju relattiv ta’ każijiet tromboembolici fil-vini osservati waqt il-kura b’raloxifene kien 1.60 (CI 0.95, 2.71) meta mqabbel ma’ dak tal-plaċebo u kien 1.0 (CI 0.3, 6.2) meta mqabbel mat-terapija bl-estroġenu jew mat-terapija ta’ sostituzzjoni tal-ormoni. Ir-riskju ta’ avveniment tromboemboliku kien l-akbar fl-ewwel erba’ xhur tat-terapija.

ċ)

Effetti fuq l-endometriju u l-qiegħ tal-pelvi

Fi provi kliniċi, raloxifene ma stimulatx l-endometriju tal-utru fil-perijodu ta’ wara l-menopawsa. Meta mqabbel mal-plaċebo, raloxifene ma kienx assoċjat ma’ tbabar jew emorraġija, jew ħxuna tal-endometriju. Kważi 3,000 eżami transvaġinali li saru bl-ultrasawnd (TVU) fuq 831 pazjenta, kienu evalwati fil-gruppi kollha ta’ dożaġġi differenti. In-nisa trattati b’raloxifene b’mod konsistenti kellhom ħxuna tal-endometriju li ma kinitx tintgħaraf minn dik bil-plaċebo. Wara 3 snin ta’ kura, mhux inqas minn 5 mm żieda fil-ħxuna tal-endometriju, kif assessjat bl-ultrasawnd transvaġinali, kien osservat f’1.9 % ta’ 211-il mara, ittrattat b’60 mg raloxifene kuljum meta mqabbla ma’ 1.8 % ta’ 219-il mara li rċevew il-plaċebo. Ma kienx hemm differenzi bejn il-grupp ikkurat b’raloxifene u l- grupp li ħadu l-plaċebo, fl-inċidenza ta’ tnixxija ta’ demm mill-utru, li ġiet irrappurtata.

Bijopsiji tal-endometriju meħudin wara terapija ta’ 60 mg ta’ raloxifene kuljum għal sitt xhur, urew endometriju mhux proliferattiv fil-pazjenti kollha. Barra minn hekk, fi studju meta d-doża ta’ raloxifene kienet 2.5 drabi akbar minn dik rakkomandata li għandha tittieħed kuljum, ma kienx hemm evidenza ta’ proliferazzjoni tal-endometriju,u anqas żieda fil-volum tal-utru.

Fil-prova dwar il-kura tal-osteoporożi il-ħxuna tal-endometriju kienet evalwata kull sena fi grupp, fi ħdan il-grupp kollu involut (1,644 pazjenti), għal 4 snin. Il-kejl tal-ħxuna tal-endometriju fin-nisa trattati b’raloxifene ma kienx differenti mill-linja bażi ta’ riferiment wara 4 snin ta’ terapija. Ma kien hemm l-ebda differenza bejn dawk in-nisa trattati b’raloxifene u dawk li ħadu l-plaċebo fl-inċidenza ta’ fsada mill-vaġina (tbabar) jew tisfija vaġinali. Kien hemm inqas nisa fost dawk trattati b’raloxifene milli nisa li ħadu l-plaċebo li kellhom bżonn xi intervent kirurġiku għall-prolass tal-utru. L-informazzjoni dwar is-sigurtà wara 3 snin ta’ trattament b’raloxifene, tissuġġerixi li l-kura b’raloxifene ma żżidx id-dgħjufija tal-qiegħ tal-pelvi u anqas l-interventi kirurġiċi biex isaħħu dan.

Wara 4 snin, raloxifene ma żiedx ir-riskju ta’ kanċer tal-endometriju jew tal-ovarji. Fin-nisa wara l-menopawsa li ħadu il-kura b’raloxifene għal 4 snin, il-qarnit benin tal-endometriju kienu rapportati f’0.9 % meta mqabbel ma’ 0.3 % f’nisa li ħadu il-kura bil-plaċebo

d)Effetti fuq it-tessut tas-sider

Raloxifene ma jistimulax it-tessut tas-sider. Fil-firxa kollha tal-provi kliniċi, ikkontrollati bil-plaċebo, raloxifene ma setax jingħaraf mill-plaċebo rigward il-frekwenza u severità tas-sintomi fis-sider (ebda nefħa, tenerezza u uġigħ fis-sider).

Tul l-4 snin tal-prova rigward it-trattament tal-osteoporożi (li kienet tinvolvi 7705 pazjenti), it-trattament b’raloxifene meta mqabbel mal-plaċebo naqqas ir-riskju ta’ kanċer tas-sider b’62 %, (RR 0.38, CI 0.21, 0.69) u r-riskju ta’ kanċer mifrux tas-sider li jinfirex b’71 % (RR 0.29, CI 0.13, 0.58) u r-riskju ta’ kanċer tas-sider li jinfirex li hu pożittiv għar-riċettur tal-estroġen (ER) b’79 % (RR 0.21, CI 0.07, 0.50). Raloxifene m’għandha ebda effett fuq ir-riskju ta’ kanċer tas-sider li huwa negattiv għall-ER. Dawn l-osservazzjonijiet isaħħu l-konklużjoni li raloxifene m’għandu l-ebda attività intrinsika ta’ natura agonistika għall-estroġen fit-tessut tas-sider.

e)Effetti fuq il-funzjoni konjittiva

Ma nstabux effetti avversi fuq il-funzjoni konjittiva.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Raloxifene jiġi assorbit malajr wara t-teħid orali. Madwar 60 % ta’ doża orali tiġi assorbita. Qabel ma jidħol fiċ-ċirkolazzjoni sistemika jkun hemm glukuronidazzjoni estensiva. Il-bijodisponibbiltà assoluta ta’ raloxifene hija ta’ 2 %. Il-ħin biex tintlaħaq il-konċentrazzjoni massima medja fil-plażma u l-bijodisponibbiltà huma funzjonijiet tal-bidla li ssir fiċ-ċirkolazzjoni sistemika u ċ-ċiklu enteroepatiku ta’ raloxifene u l-metaboli glukuronidi tiegħu.

Distribuzzjoni

Raloxifene jinfirex estensivament fil-ġisem. Il-volum tad-distribuzzjoni ma jiddependix mid-doża. Raloxifene jintrabat sew mal-proteini tal-plażma (98-99 %).

Bijotrasformazzjoni Raloxifene jgħaddi minn metaboliżmu first pass estensiv, għal konjugati ta’ glucuronide: raloxifene-4'-glucuronide, raloxifene-6-glucuronide, u raloxifene-6, 4′-diglucuronide. Ma nstabux metaboli oħra. Raloxifene jikkonsisti minn inqas minn 1 % tal-konċentrazzjonijiet ikkombinati ta’ raloxifene u l-metaboliti ta’ glucuronide. Il-livelli ta’ raloxifene jinżamm permezz tar- reċiklar enteroepatiku, li jirriżulta f’half-life fil-plażma ta’ 27.7 sigħat.

Ir-riżultati minn dożi singoli orali ta’ raloxifene jintużaw biex jitbassar il-komportament farmakokinetiku ta’ dożi multipli. Żidiet fid-dożi ta’ raloxifene jirriżultaw f’żieda fl-erja taħt il-kurva tal-ħin u l-konċentrazzjoni fil-plażma (AUC) li hija ftit anqas minn żieda proporzjonali

Eliminazzjoni

Il-parti l-kbira tad-doża ta’ raloxifene u l-metaboli glukuronidi jitneħħew mill-ġisem fi żmien 5 ijiem u jinsabu prinċipalment fl-ippurgar, b’inqas minn 6 % imneħħija fl-awrina.

Popolazzjonijiet speċjali

L-insuffiċjenza tal-kliewi – Inqas minn 6 % tad-doża totali tiġi eliminata fl-awrina. Fi studju farmakokinetiku tal-popolazzjoni, tnaqqis ta’ 47 % fit-tneħħija tal-kreatinina, meta jitqies il-piż tal-

ġisem mingħajr it-tessut xaħmi irriżulta f’17 % tnaqqis fit-tneħħija ta’ raloxifene u 15 % tnaqqis fit- tneħħija tal-konjugi ta’ raloxifene.

L-insuffiċjenza tal-fwied - Il-farmakokinetika ta’ doża waħda ta’ raloxifene f’pazjenti b’ċirrożi u b’indeboliment moderat tal-fwied (Klassi A Child-Pugh) kien imqabbel ma’ dak ta’ individwi b’saħħithom. Il-konċentrazzjonijiet ta’ raloxifene fil-plażma kienu madwar 2.5 drabi ogħla mill-kontrolli u kienu jikkorrelaw mal-konċentrazzjonijiet tal-bilirubin.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Fi studju li dam sejjer sentejn dwar il-karċinoġenitċità fil-firien, ġie osservat li kien hemm żieda fit-tumuri ovarjani ta’ granulosa/teka f’nisa li ġew mogħtija dożi għoljin (279 mg/kg/kuljum).

Espożizzjoni sistemika (AUC) ta’ raloxifene f’dan il-grupp kienet ta’ madwar 400 darba dak fin-nisa ta’ wara l-menopawża li ngħataw doża ta’ 60 mg. Fi studju ta’ 21 xahar dwar il-karċinoġeniċita fil- ġrieden, kien hemm inċidenza ogħla f’tumuri ta’ ċelluli testikulari interstizzjali u adenomi prostatiċi u adenokarċinomi f’irġiel li ngħataw 41 jew 210 mg/kg, u leijomijoblastoma prostatika fl-irġien li ngħataw 210 mg/kg. Fi ġrieden nisa, żieda fl-inċidenza ta’ tumuri ovarjani f’annimali li ngħataw minn

9 sa 242 mg/kg (0.3 sa 32 darba l-AUC fil-bniedem) kienu jinkludu tumuri beninni u malinni ta’ oriġini ċellulari granulosa/teka u tumuri bennini ta’ oriġini ċellulari epiteljali. L-annimali gerriema nisa f’dawn l-istudji kienu trattati waqt il-ħajja riproduttiva tagħhom, meta l-ovarji tagħhom kienu funzjonali u jirrispondu ħafna għal stimulazzjoni ormonali. B’kuntrast ma’ dan il-mudell tal-annimali gerriema għal ovarji li jirrispondu malajr, l-ovarju uman ta’ wara l-menopawża relattivament ma jirrispondiex għal stimulazzjoni ormonali.

Raloxifene ma kienx ġenotossiku f’ebda waħda minn serje estensiva ta’ sistemi ta’ testijiet li intużaw. L-effetti riproduttivi u fuq l-iżvilupp, osservati fl-annimali, huma konsistenti mal-profil farmakoloġiku magħruf ta’ raloxifene. F’dożi ta’ 0.1 sa 10 mg/kg/jum fil-firien nisa, raloxifene xekkel iċ-ċikli estroji fil-firien nisa waqt it-trattament, iżda ma ttardjax it-tgħammir fertili wara li twaqqaf il-kura, u naqqas bi ftit biss id-daqs tal-boton, żied it-tul ta’ żmien tat-tqala, u biddel iż-żmien fl-avvenimenti tal- iżvilupp tal-wild. Meta ngħata fil-perijodu ta’ qabel, il-bajda ffertilizzata teħel mar-rita tal-ġuf, raloxifene ittardja u xekkel l-impjantazzjoni tal-embriju li rriżulta f’perijodu itwal ta’ tqala u tnaqqis fid-daqs tal-boton, iżda m’effetwax l-iżvilupp tal-annimal mit-twelid sa kemm infatam. Studji teratoġeniċi saru fuq il-fniek u l-firien. Fil-fniek, l-abort u rata baxxa ta’ difetti fis-septum li jifred il- ventrikoli tal-qalb (≥ 0.1 mg/kg), u l-idroċefalija (≥ 10 mg/kg) kienu innotati. Fil-firien kien hemm ittardjar tal-iżvilupp tal-fetu, kustilji mgħawwġa u kavitajiet fil-kliewi (≥ 1 mg/kg).

Raloxifene huwa antiestroġenu qawwi fl-utru tal-far u impedixxa l-iżvilupp ta’ tmuri mammarji dipendenti mill-estroġen fil-firien u l-ġrieden.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Il-qalba tal-pillola:

Pregelatinized starch (qamħirrun)

Magnesium stearate

Povidone (K30)

Colloidal anhydrous silica

Microcrystalline cellulose, siliċifikat

Il-kisi tal-pillola:

Polydextrose FCC (E1200)

Titanium dioxide (E171)

Hypromellose 2910 15cP (E464)

Macrogol 4000

6.2Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

PVC/PVdC trasparenti/opaki – Folji tal-aluminju. Daqsijiet tal-pakkettta’ 14, 28 u 84 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Ebda ħtiġijiet speċjali.

7.ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

The Netherlands

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/10/627/001-003

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 29 t’April 2010

Data tal-ewwel tiġdid: 06 ta’ Frar 2015

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati