Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Ranexa (Latixa) (ranolazine) – Fuljett ta’ tagħrif - C01EB18

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRanexa (Latixa)
Kodiċi ATCC01EB18
Sustanzaranolazine
ManifatturMenarini International Operations Luxembourg S.A. (MIOL)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Ranexa 375 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Ranexa 500 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Ranexa 750 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Ranolazine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Barra minn dan il-fuljett, se ssib Kard ta’ Twissija tal-Pazjent fil-kaxxa, li fiha informazzjoni importanti dwar is-sigurtà li inti teħtieġ li tkun taf qabel ma tingħata Ranexa u matul it-trattament b’Ranexa.

-Żomm dan il-fuljett u l-Kard ta’ Twissija tal-Pazjent. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrahom.

-Dejjem uri l-Kard ta’ Twissija tal-Pazjent lil kwalunkwe tabib involut fit-trattament tiegħek, inkluż tobba li jkunu qegħdin jikkuraw kundizzjonijiet għajr l-anġina pectoris.

-Jekk jogħġbok kun żgur li jkollok lista tal-mediċini tiegħek kollha l-oħrajn miegħek fi kwalunkwe viżra lil professjonist tal-kura tas-saħħa.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

X’fih dan il-fuljett:

1.X’inhi Ranexa u għalxiex tintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ranexa

3.Kif għandek tieħu Ranexa

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Ranexa

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhi RANEXA u għalxiex tintuża

Ranexa hija mediċina wżata f’kumbinazzjoni ma’ mediċini oħra biex tikkura anġina pectoris, li hija uġigħ jew dwejjaq fis-sider li tista’ tħoss fi kwalunkwe parti tal-parti ta’ fuq ta’ ġismek bejn għonqok u l-parti ta’ fuq taż-żaqq, li ta’ spiss jitqanqal minn eżerċizzju jew minn attività żejda.

Għandek tkellem tabib jekk ma tħossokx aħjar jew jekk tmur għall-agħar.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu RANEXA

Tiħux Ranexa jekk:

-jekk inti allerġiku/a (tbagħti minn sensittività eċċessiva) għal ranolazine jew sustanza oħra ta’ din il-mediċina elenkata f’sezzjoni 6 ta’ dan il-fuljett

-jekk għandek problemi bil-kliewi tiegħek

-jekk għandek problemi moderati jew severi tal-fwied

-jekk qiegħed tieħu ċerti mediċini biex tikkura infezzjonijiet batteriċi (clarithromycin, telithromycin), infezzjonijiet fungali (itraconazole, ketoconazole, voriconazol, posaconazol), infezzjoni HIV (impedituri protease), depressjoni (nefazodone) jew disturbi tar-ritmu tal-qalb (eż. quinidine, dofetilide, or sotalol)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Ranexa:

-jekk għandek problemi tal-kliewi ħfief jew moderati

-jekk għandek problemi tal-fwied ħfief

-jekk qatt kellek elettrokardjogramma (ECG) anormali

-jekk inti anzjan

-jekk għandek piż baxx (60 kg jew anqas)

-jekk għandek falliment tal-qalb

It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi biex jagħtik doża aktar baxxa jew jieħu prekawzjonijiet oħra jekk kwalunkwe minn dawn japplikaw għalik.

Meta tieħu mediċini oħra ma’ Ranexa

Tużax il-mediċini li ġejjin jekk tieħu Ranexa:

-ċerti mediċini biex tikkura infezzjonijiet batteriċi (clarithromycin, telithromycin), infezzjonijiet fungali (itraconazole, ketoconazole, voriconazol, posaconazol), infezzjoni HIV (impedituri protease), depressjoni (nefazodone) jew disturbi tar-ritmu tal-qalb (eż. quinidine, dofetilide, jew sotalol).

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Ranexa jekk tuża:

-ċerti mediċini biex tikkura infezzjoni batterika (erythromycin), jew infezzjoni fungali (fluconazole), mediċina wżata biex timpedixxi r-rifjut ta’ organu trapjantat (ciclosporin), jew jekk qiegħed tieħu xi mediċini tal-qalb bħal ma huma diltiazem jew verapamil. Dawn il-mediċini jistgħu jikkaġunaw żieda fin-numru ta’ effetti sekondarji, bħal ma huma sturdament, dardir, jew remettar, li huma effetti sekondarji possibbli ta’ Ranexa (ara sezzjoni 4). It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jagħtik doża aktar baxxa.

-mediċini biex tikkura epilessija jew disturb newroloġiku ieħor (eż. phenytoin, carbamazepine, jew phenobarbital); jekk qiegħed tieħu rifampicin għall-infezzjoni (eż. tuberculosis); jew jekk qiegħed tieħu r-rimedju erbali St. John's Wort, peress li dawn il-mediċini jistgħu jikkaġunaw li Ranexa tkun anqas effettiva.

-mediċini tal-qalb li fihom digoxin jew metoprolol, peress li t-tabib tiegħek jaf ikun irid jibdel id-doża ta’ din il-mediċina waqt li qiegħed tieħu Ranexa.

-ċerti mediċini biex jikkuraw l-allerġiji (eż. terfenadine, astemizole, mizolastine), disturbi tar-ritmu tal-qalb (eż. disopyramide, procainamide), u depressjoni (eż. imipramine, doxepin, amitriptyline), peress li dawn il-mediċini jistgħu jeffettwaw l-ECG tiegħek.

-ċerti mediċini biex jikkuraw id-depressjoni (bupropion), psikożi, infezzjoni HIV (efavirenz), jew kanċer (cyclophosphamide).

-ċerti mediċini li jintużaw sabiex tiġi kkurata l-iperkolesterolemija (eż simvastatin, lovastatin, atorvastatin). Dawn il-mediċini jistgħu jikkawżaw uġigħ fil-muskoli u korrimenti fil-muskoli. It- tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jbiddel id-doża ta’ din il-mediċina waqt li tkun qed tieħu Ranexa.

-ċerti mediċini li jintużaw sabiex jiġi evitat riġett ta’ organu trapjantat (eż tacrolimus, ciclosporin, sirolimus, everolimus) minħabba li t-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jbiddel id-doża ta’ din il- mediċina waqt li tkun qed tieħu Ranexa.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Ranexa ma’ l-ikel u max-xorb

Ranexa tista’ tittieħed ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt. Waqt li qiegħed tiġi kkurat b’Ranexa, m’għandekx tixrob meraq tal-grejpfrut.

Tqala

Jekk inti tqila, m’għandekx tieħu Ranexa sakemm it-tabib tiegħek ma takx il-parir li tagħmel dan.

Treddigħ

Jekk qegħda tredda’ m’għandekx tieħu Ranexa. Itlob parir lit-tabib tiegħek jekk qiegħda tredda'.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob l-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Ma sar l-ebda studju fuq l-effetti ta’ Ranexa fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Itlob parir mingħand it-tabib tiegħek dwar is-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

Ranexa tista’ tikkaġuna effetti sekondarji bħalma huma sturdament (komuni), vista mċajpra (mhux komuni), stat konfużjonali (mhux komuni), alluċinazzjoni (mhux komuni), vista doppja (mhux komuni), problemi fil-koordinazzjoni (rari), li jistgħu jeffetwaw il-ħila tiegħek biex issuq jew tuża magni. Jekk tesperjenza dawn is-sintomi, issuqx jew tħaddimx magni sakemm ikunu rrisolvew kompletament.

Il-pilloli ta’ Ranexa 750 mg li jerħu l-mediċina bil-mod fihom is-sustanza ta’ kulur azo E102. Din is-sustanza ta’ kulur tista’ tikkaġuna reazzjonijiet allerġiċi.

Il-pilloli ta’ Ranexa 750 mg li jerħu l-mediċina bil-mod fihom lactose monohydrate. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu RANEXA

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Aċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dejjem ibla’ l-pilloli sħaħ ma’ l-ilma. Tgħaffiġx, terdagħx, jew togħmodx il-pilloli jew taqsamhomx minn nofs, għaliex dan jista’ jaffettwa l-mod kif il-mediċina tinħeles minn ġol-pilloli għal ġo ġismek.

Id-doża tal-bidu għall-adulti hija pillola ta’ 375 mg darbtejn kuljum. Wara 2−4 ġimgħat, it-tabib tiegħek jista’ jżid id-doża biex jikseb l-effett it-tajjeb. Id-doża massima ta’ Ranexa hija 750 mg darbtejn kuljum.

Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk ikollok xi effetti sekondarji bħalma huma sturdament jew tħossok imdardar jew jekk tirremetti. It-tabib tiegħek jista’ jbaxxi d-doża tiegħek jew, jekk dan mhuwiex biżżejjed, iwaqqaf il-kura b’Ranexa.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Tfal u adoloxxenti taħt it-18-il sena ma għandhomx jieħdu Ranexa.

Jekk tieħu Ranexa aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu żżejjed pilloli Ranexa jew tieħu doża aktar għolja milli rrakkomanda t-tabib tiegħek, huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk ma tistax taqbad lit-tabib tiegħek, mur fl-eqreb dipartiment ta’ l-emerġenza. Ħu miegħek kwalunkwe pillola li jkun baqalek, inklużi l-kontenitur u l-kartuna, sabiex l-impjegati ta’ l-isptar ikunu jistgħu jagħrfu malajr xi tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Ranexa

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha mill-aktar fis kif tiftakar sakemm ma jkunx wasal il-ħin tad-doża ta’ wara. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Huma ġeneralment ħfief jew moderati.

Għandek tieqaf tieħu Ranexa u tara lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza s-sintomi li ġejjin ta’ anġjoedima, li hija kundizzjoni rari iżda li tista’ tkun severa:

Wiċċ, ilsien jew ġerżuma minfuħin

Diffikultà biex tibla’

Urtikarja jew diffikultà biex tieħu n-nifs

Għid lit-tabib tiegħek jekk tesperjenza effetti sekondarji komuni bħalma huma sturdament jew dardir jew remettar. It-tabib tiegħek jista’ jbaxxi d-doża tiegħek jew iwaqqaf il-kura b’Ranexa.

Effetti sekondarji oħra li tista’ tesperjenza jinkludu dawn li ġejjin:

Effetti sekondarji komuni (iseħħu f’1 sa 10 pazjenti minn kull 100) huma:

Stitikezza

Sturdament

Uġigħ ta’ ras

Dardir, rimettar

Tħossok dgħajjef

Effetti sekondarji mhux komuni (iseħħu f’1 sa 10 pazjenti minn kull 1,000) huma:

Sensazzjoni mibdula Ansjetà, diffikultà fl-irqad

Viżjoni mċajpra, disturbi viżwali, stat konfużjonali, alluċinazzjoni

Bidliet f’sensazzjoni (mess jew togħma), rogħda, għeja jew bla ħeġġa, ngħas, tħossok se jħossok ħażin, sturdament malli tqum

Awrina skura, demm fl-awrina, diffikultà biex tgħaddi l-awrina Deidratazzjoni

Diffikultà fit-teħid tan-nifs, sogħla, fsada fl-imnieħer

Vista doppja

Ħruġ eċċessiv ta’ għaraq, ħakk Tħossok minfuħ jew mimli bl-ilma Fwawar, pressjoni tad-demm baxxa

Żidiet f’sustanza msejjħa kreatinina jew żidiet fil-ureja f’demmek, żieda fil-platelets tad-demm jew fiċ-ċelloli tad-demm bojod, tibdil fl-intraċċar tal-qalb bl-ECG

Nefħiet fil-ġogi, uġigħ fl-estremità Telf ta’ aptit u/jew telf ta’ piż Bugħawwieġ

Ċempil fil-widnejn u/jew sensazzjoni ta’ tidwir

Skumdità jew uġigħ fl-istonku, indiġestjoni, ħalq xott, jew gass

Effetti sekondarji rari (iseħħu f’1 sa 10 utenti minn kull 10,000) huma: Valuri tal-laboratorju annormali għal fwied

Bidla fis-sens tax-xamm, tirżiħ fil-ħalq jew xofftejn, smigħ indebolit Għaraq kiesaħ, raxx

Problemi tal-koordinazzjoni

Inżul tal-pressjoni tad-demm malli wieħed iqum bil-wieqfa Tnaqqis jew telf tas-sensi

Disorjentazzjoni

Sensazzjoni ta’ kesħa fl-idejn u r-riġlejn Ħorriqija, reazzjoni allerġika tal-ġilda

Impotenza

Ma tkunx tista’ timxi minħabba żbilanċ

Infjammazzjoni tal-pankreas jew intestini Telf tal-memorja,

Skumdità fil-griżmejn

Livell baxx ta’ sodjum fid-demm (iponatrimja) li tista’ tikkawża għeja u konfużjoni, ġbid involontarju tal-muskoli, bugħawwiġijiet u koma.

Kien irrappurtat dan li ġej:

Indebboliment muskolari.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen RANEXA

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq kull folja ta’ pilloli u fuq in-naħa ta’ barra tal-kartuna u l-flixkun.

Din il-mediċina ma teħtieġ l-ebda kundizzjonijiet speċjali ta’ ħażna.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fiha Ranexa

Is-sustanza attiva f’Ranexa hija ranolazine. Kull pillola fiha 375 mg, 500 mg, jew 750 mg ta’ ranolazine.

Is-sustanzi l-oħra huma: hypromellose, magnesium stearate, methacrylic acid-ethyl acrylate copolymer, microcrystalline cellulose, sodium hydroxide, titanium dioxide u carnauba wax.

Jiddependi fuq il-qawwa tal-pillola, il-kisjiet tal-pilloli fihom ukoll:

Pillola 375 mg: macrogol, polysorbate 80, Blu #2/Indigo Carmine Aluminium Lake (E132) Pillola 500 mg: macrogol, talc, polyvinyl alcohol-part hydrolyzed, iron oxide yellow (E172), iron oxide red (E172)

Pillola 750 mg: glycerol triacetate, lactose monohydrate, Blu #1/Brilliant Blue FCF Aluminium Lake (E133) and Isfar #5/Tartrazine Aluminium Lake (E102)

Id-Dehra ta’ Ranexa u l-kontenuti tal-pakkett:

Ranexa huma pilloli ovali li jerħu l-mediċina bil-mod.

Il-pilloli ta’ 375 mg huma ċelesti u minquxin b’CVT375 jew 375 fuq naħa waħda. Il-pilloli ta’ 500 mg huma oranġjo ċari u minquxin b’CVT500 jew 500 fuq naħa waħda. Il-pilloli ta’ 750 mg huma ħodor ċari u minquxin b’CVT750 jew 750 fuq naħa waħda.

Ranexa hija fornuta f’pakketti li fihom 30, 60, jew 100 pillola fi folji jew 60 pillola fi fliexken tal-plastik. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Menarini International Operations Luxembourg S.A.

1, Avenue de la Gare, L-1611 Luxembourg, Il-Lussemburgu

Manifattur

Fine Foods N.T.M. SpA Via dell’Artigianato 8/10 24041 Brembate (BG)

L-Italja

jew

Menarini - Von Heyden GmbH

Leipziger Straβe 7-13

01097 Dresden

Il-Ġermanja

jew

Berlin-Chemie AG

Glienicker Weg 125

12489 Berlin

Il-Ġermanja

jew

Fine Foods N.T.M. SpA

Via R. Follereau 25

24027 Nembro (BG)

L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Menarini Benelux NV/SA

UAB “BERLIN-CHEMIE MENARINI

Tél/Tel: + 32 (0)2 721 4545

BALTIC”

 

Tel: +370 52 691 947

България

Luxembourg/Luxemburg

“Берлин-Хеми/А. Менарини България”

Menarini Benelux NV/SA

ЕООД

Tél/Tel: + 32 (0)2 721 4545

тел.: +359 2 96 55 365

 

Česká republika

Magyarország

Berlin-Chemie/A.Menarini Ceska republika

Berlin-Chemie/A. Menarini Kft.

s.r.o.

Tel.: +36 23501301

Tel: +420 267 199 333

 

Danmark

Malta

Berlin-Chemie/A.Menarini Danmark ApS

Menarini International Operations

Tlf: +4548 217 110

Luxembourg S.A.

 

Tel: +352 264976

Deutschland

Nederland

Berlin-Chemie AG

Menarini Benelux NV/SA

Tel: +49 (0) 30 67070

Tel: +32 (0)2 721 4545

Eesti

Norge

Berlin-Chemie Menarini Eesti

Menarini International Operations

Tel: +372 667 5001

Luxembourg S.A.

 

Tlf: +352 264976

Ελλάδα

Österreich

MENARINI HELLAS AE

A. Menarini Pharma GmbH.

Τηλ: +30 210 8316111-13

España

Polska

Laboratorios Menarini S.A.

Berlin-Chemie/Menarini Polska Sp. z o.o.

Tel: +34-93 462 88 00

Tel.: +48 22 566 21 00

France

Portugal

MENARINI France

A. Menarini Portugal – Farmacêutica, S.A.

Tél: +33 (0)1 45 60 77 20

Tel: +351 210 935 500

Hrvatska

România

Berlin-Chemie Menarini Hrvatska d.o.o.

Berlin-Chemie A. Menarini S.R.L.

Tel: + 385 1 4821 361

Tel: +40 211 232 34 32

Ireland

Slovenija

A. Menarini Pharmaceuticals Ltd

Berlin-Chemie AG, Podružnica Ljubljana

Tel: +353 1 284 6744

Tel: +386 01 300 2160

Ísland

Slovenská republika

Menarini International Operations

Berlin-Chemie AG - obchodné zastúpenie v

Luxembourg S.A.

SR

Sími: +352 264976

Tel: +421 2 544 30 730

Italia

Suomi/Finland

A. Menarini Industrie Farmaceutiche

Berlin-Chemie/A.Menarini Suomi OY

Riunite s.r.l.

Puh/Tel: +358 403 000 760

Tel: +39-055 56801

 

Κύπρος

Sverige

MENARINI HELLAS AE

Menarini International Operations

Τηλ: +30 210 8316111-13

Luxembourg S.A.

 

Tel: +352 264976

Latvija

United Kingdom

SIA Berlin-Chemie/Menarini Baltic

A. Menarini Farmaceutica Internazionale

Tel: +371 67103210

S.R.L.

 

Tel: +44 (0)1628 856400

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi {XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati