Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Rapiscan (regadenoson) – Fuljett ta’ tagħrif - C01EB21

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRapiscan
Kodiċi ATCC01EB21
Sustanzaregadenoson
ManifatturRapidscan Pharma Solutions EU Ltd  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Rapiscan 400 mikrogramma soluzzjoni għall-injezzjoni

Regadenoson

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Rapiscan u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Rapiscan

3.Kif għandu jingħata Rapiscan

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Rapiscan

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Rapiscan u għalxiex jintuża

Rapiscan fih is-sustanza attiva, regadenoson. Din tappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa ‘vasodilaturi koronarji’. Tkabbar l-arterji tal-qalb u jżid r-rata ta’ taħbit tal-qalb. Dan iżid il-fluss tad- demm lejn il-muskoli tal-qalb.

Din il-mediċina hija biss għal użu dijanjostiku.

Rapiscan jintuża f’tip ta’ skan tal-qalb f’persuni adulti, imsejjaħ ‘immaġni ta’ perfużjoni mijokardijaka’.

L-iskan juża sustanza radjuattiva msejħa ‘prodott radjofarmaċewtiku’ biex joħloq immaġni. Dawn l- immaġni juru kemm il-fluss tat-demm ikun miexi tajjeb lejn il-muskoli tal-qalb. Normalment, jintuża eżerċizzju fuq treadmill biex jikkawża stress lill-qalb qabel isir skan. Waqt l-eżerċizzju, ammont żgħir ta’ prodott radjofarmaċewtiku jiġi injettat ġnj-ġnjett ta’ spiss ġp vina fl-id. Imbagħad jittieħdu immaġni tal-qalb. It-tabib ikun jista’ jara jekk il-muskoli tal-qalb ikunux qed jirċievu fluss ta’ demm biżżejjed meta l-qalb tkun taħt stress.

Jintuża f’pazjenti li ma jistgħux jagħmlu biżżejjed eżerċizzju għall-iscan.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tingħata Rapiscan

Tiħux Rapiscan:

jekk għandek rata ta’ taħbit tal-qalb bil-mod (imblokk tal-qalb ta’ grad għoli jew marda tas- sinus node), u m’għandekx pacemaker.

jekk għandek uġigħ fis-sider li jseħħ b’mod imprevedibbli (anġina instabbli) u li ma naqasx wara l-kura.

jekk għandek pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni).

jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb.

jekk inti allerġiku għal regadenoson jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)..

Kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Rapiscan

It-tabib tiegħek jeħtieġ li jkun jaf qabel ma tingħata Rapiscan:

jekk kellekx problema serja tal-qalb reċenti (pereżempju attakk tal-qalb jew ritmi mhux normali ta’ taħbit tal-qalb).

jekk għandek ritmu tal-qalb fejn it-taħbita ta’ qalbek hija mgħaġġla ħafna jew irregolari (fibrillazzjoni atrijali jew palpitazzjonijiet atrijali).

jekk għandek pressjoni tad-demm għolja mhux ikkontrollata, b’mod speċjali jekk din tkun akkompanjata minn episodji reċenti ta’ fsada fl-imnieħer, uġigħ ta’ ras jew viżta mċajpra jew doppja.

jekk kellek episodji ta’ mini puplesiji (li jissejħu attakki iskemiċi transitorji).

jekk għandek disturb fir-rittmu tal-qalb imsejjaħ sindrome ta’ QT twil.

jekk għandek episodji ta’ imblokk tal-qalb (li jistgħu inaqqsu r-rata ta’ taħbit tal-qalb) jew rata ta’ taħbit tal-qalb bil-mod ħafna.

jekk għandek kwalunkwe kundizzjoni tal-qalb jew tal-vini jew arterji, partikularment waħda li tmur għall-agħar meta l-pressjoni tad-demm tiegħek tonqos. Dawn jinkludi volum baxx ta’ demm (ikkawżata, pereżempju, minn dijarea severa jew deidratazzjoni jew mit-teħid ta’ pilloli tal-awrina), infjammazzjoni madwar il-qalb (perikardite) u xi forom ta’ mard tal-valv tal-qalb jew mard tal-arterji (pereżempju, stenosi aortika jew mitrali).

jekk għandek kundizzjoni li tikkawża aċċessjonijiet (kollassi), bħal epilessija, jew jekk qatt kellek aċċessjonijiet

jekk għandek ażżma jew mard tal-pulmun.

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, għid lit-tabib tiegħek qabel ma tingħata l-injezzjoni.

Tfal u adolexxenti

Rapiscan m’għandux jintuża fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u Rapiscan

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Għandha tingħata attenzjoni partikulari fir-rigward tal-mediċini li ġejjin:

theophylline, mediċina li tintuża għal kura tal-ażżma u mard ieħor tal-pulmun, m’għandhiex tintuża għal mill-inqas 12-il siegħa qabel ma tingħata Rapiscan għax tista’ timblokka l-effett ta’ Rapiscan.

dipyridamole, mediċina li tintuża biex jiġu evitati emboli tad-demm, m’għandhiex tintuża għal mill-inqas jumejn qabel ma tingħata Rapiscan għax tista’ tibdel l-effett ta’ Rapiscan.

Rapiscan ma’ ikel u xorb

Tikolx ikel u tixrobx xorb li jkun fihom il-kaffeina (pereżempju, te, kafe, cocoa, cola jew ċikkulata) għal mill-inqas 12-il siegħa qabel ma tingħata Rapiscan. Dan hu minħabba li l-kaffeina tista’ tinterferixxi mal-effett ta’ Rapiscan.

Tqala u treddigħ

Qabel ma tingħata Rapiscan, għid lit-tabib tiegħek:

jekk inti tqila, jekk taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija. M’hemmx dejta adegwata dwar l-użu ta’ Rapiscan f’nisa tqal. Kienu osservati effetti li jagħmlu l-ħsara fi studji fuq l-annimali iżda mhux magħruf jekk hemmx riskju għall-bnedmin. It-tabib tiegħek ser jagħtik Rapiscan biss jekk ikun meħtieġ b’mod ċar.

jekk tkun qed tredda’. Mhux magħruf jekk Rapiscan jgħaddix fil-ħalib tas-sider u ser jingħatalek biss jekk it-tabib jaħseb li hu meħtieġ. M’għandekx tredda’ għal mill-inqas 10 sigħat wara li tkun ingħatajt Rapiscan.

Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Rapiscan jista’ jġiegħlek tħossok stordut. Jista’ jikkawża sintomi oħrajn (uġigħ ta’ ras jew qtugħ ta’ nifs) li jistgħu jaffettwaw il-ħila tiegħek li ssuq jew tuża makkinarju. Dawn l-effetti normalment ma jdumux iktar minn 30 minuta. Issuqx u tħaddimx makkinarju sakemm dawn l-effetti jkunu tjiebu.

Rapiscan fih is-sodju

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża. Wara li tkun ingħatajt Rapiscan,

ser tingħata injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni li jkun fiha 45 mg ta’ sodium. Dan għandu jitqies jekk inti qiegħed tikkontrolla l-ammont ta’ sodium li tieħu fid-dieta.

3.Kif għandu jingħata Rapiscan

Rapiscan jiġi injettat minn professjonist fil-qasam mediku (tabib, infermiera jew tekniku mediku) f’faċilità medika fejn qalbek u l-pressjoni tad-demm jistgħu jiġu mmonitorjati. Jiġi injettat direttament ġo vina, bħala doża waħda ta’ 400 mikrogramma f’soluzzjoni ta’ 5 ml – l-injezzjoni ser tieħu madwar 10 sekondi biex titlesta. Id-doża injettata ma tiddependix fuq il-piż tiegħek.

Ser tingħata wkoll injezzjoni ta’ soluzzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) (5 ml), u injezzjoni ta’ ammont żgħir ta’ sustanza radjuattiva (prodott radjofarmaċewtiku).

Meta tingħata Rapiscan, ir-rata ta’ taħbit ta’ qalbek ser tiżdied malajr. Ir-rata ta’ taħbit ta’ qalbek u l- pressjoni tad-demm ser jiġu mmonitorjati.

Wara l-injezzjoni ta’ Rapiscan, ser ikollok bżonn toqgħod bilqiegħda jew timtedd sakemm ir-rata ta’ taħbit ta’ qalbek u l-pressjoni tad-demm tiegħek jiġu lura għal-livelli normali tiegħek. It-tabib, l- infermiera jew it-tekniku mediku ser jgħidulek meta tkun tista’ tqum bilwieqfa.

Ser isir skan ta’ qalbek wara li jkun għadda ħin biżżejjed biex jippermetti li l-prodott radjofarmaċewtiku jkun wasal sal-muskolu tal-qalb.

Jekk tingħata Rapiscan aktar milli suppost

Xi nies kellhom fwawar, sturdament u żieda fir-rata ta’ taħbit tal-qalb meta ngħataw wisq Rapiscan. Jekk it-tabib tiegħek jaħseb li jkun qed ikollok effetti sekondarji severi, jew l-effetti ta’ Rapiscan qed idumu wisq, jista’ jagħtik injezzjoni ta’ mediċina msejħa aminophylline li tnaqqas dawn l-effetti.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji ġeneralment ikunu ħfief. Normalment jibdew dritt wara l-injezzjoni ta’ Rapiscan u ġeneralment jgħaddu fi żmien 30 minuta. Is-soltu ma jkunu jeħtieġu l-ebda kura.

Aktar effetti sekondarji serji jinkludu:

waqfien għal għarrieda tal-qalb jew ħsara lill-qalb, imblokk tal-qalb (disturb tas-sinjal elettriku tal-qalb, fejn is-sinjal ma jkunx jista’ jgħaddi mill-kompartimenti ta’ fuq għal dawk t’isfel), taħbit mgħaġġel tal-qalb

pressjoni tad-demm baxxa li tista’ tirriżulta f’ħass ħażin jew mini-puplesiji (li jinkludu dgħufija tal-wiċċ jew ma tkunx kapaċi titkellem). B’mod rari, Rapiscan jista’ jikkawża puplesija (din hija magħrufa wkoll bħala aċċident ċerebrovaskulari).

reazzjoni allerġika li tista' tikkawża raxx, tbenġil, nefħa taħt il-ġilda qrib l-għajnejn jew il- gerżuma, għafis fil-gerżuma, u jista' jkun hemm diffikultà fit-teħid tan-nifs b'bidu immedjat jew imdewwem wara injezzjoni ta' Rapiscan

Għid it-tabib tiegħek immedjatament jekk taħseb li jkun qed ikollok effetti sekondarji severi. Imbagħad, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik injezzjoni ta’ mediċina msejħa aminophylline li tnaqqas dawn l-effetti.

Effetti sekondarji komuni ħafna

(jaffettwaw iktar minn utent 1 minn kull 10)

uġigħ ta’ ras, sturdament

qtugħ ta’ nifs

uġigħ fis-sider

tibdil fil-testijiet tal-intraċċar tal-qalb (elettrokardjogramm)

fwawar

skonfort fl-istonku

Effetti sekondarji komuni

(jaffettwaw minn utent 1 sa 10 utenti minn kull 100)

uġigħ fil-qalb (anġina), ritmu mhux normali ta’ taħbit tal-qalb, taħbit mgħaġġel tal-qalb, tħoss qalbek ma tħabbatx kif suppost, taħbit irregolari tal-qalb, jew taħbit tal-qalb mgħaġġel jew qawwi wisq (palpitazzjonijiet)

pressjoni tad-demm baxxa

dwejjaq fil-gerżuma, irritazzjoni fil-gerżuma, sogħla

tkun imdardar (rimettar), tħossok imdardar (nawseja)

sensazzjoni li ma tħossokx tajjeb jew dgħajjef

għaraq eċċessiv

uġigħ fid-dahar, dirgħajn, riġlejn, għonq jew xedaq

skonfort fl-għadam u muskoli

sensazzjoni bħal qisu xi ħadd qed iniggżek bil-labar, tnaqqis fis-sens tal-mess, tibdil fit-togħma

skonfort fil-ħalq

Effetti sekondarji mhux komuni

(jaffettwaw minn utent 1 sa 10 minn kull 1,000)

waqfien għal għarrieda tal-qalb jew ħsara lill-qalb, imblokk tal-qalb (disturb tas-sinjal elettriku tal-qalb, fejn is-sinjal ma jkunx jista’ jgħaddi mill-kompartimenti ta’ fuq għal dawk t’isfel), taħbit tal-qalb bil-mod

konvulżjonijiet, ħass ħażin, mini-puplesiji (li jinkludu dgħufija tal-wiċċ jew ma tkunx kapaċi titkellem), rispons imnaqqas (li jista’ jinkludi stat komatuż), rogħda, irqad

reazzjoni allerġika li tista' tikkawża raxx, tbenġil, nefħa taħt il-ġilda qrib l-għajnejn jew il- gerżuma, għafis fil-gerżuma, diffikultà fit-teħid tan-nifs

tħarħir

nifs mgħaġġel

pressjoni tad-demm għolja, sfura, kesħa fl-estremitajiet tal-ġisem

vista mċajpra, uġigħ fl-għajnejn

ansjetà, diffikultà biex torqod

tisfir fil-widnejn

gass żejjed, dijarea, ħruġ involontarju ta’ ippurgar

ħmura tal-ġilda

uġigħ fil-ġogi

uġigħ jew skonfort madwar iż-żona injettata, uġigħ tal-ġisem

Mhux magħruf

(ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)

diffikultà fit-teħid tan-nifs (bronkospażmu)

arrest respiratorju

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Rapiscan

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kunjett u l-kartuna wara EXP.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Rapiscan ma għandux jintuża jekk tkun biddlet il-kulur jew jekk ikun fiha l-frak.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa ser ikunu responsabbli għall-ħżin u r-rimi ta’ dan il-prodott mediċinali.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Rapiscan

Is-sustanza attiva f’Rapiscan hi regadenoson. Kull kunjett ta’ 5 ml ta’ Rapiscan fih 400 mikrogramma ta’ regadenoson.

Is-sustanzi l-oħra huma: disodium edetate, disodium phosphate dihydrate, sodium dihydrogen phosphate monohydrate, propylene glycol, ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Rapiscan u l-kontenut tal-pakkett

Rapiscan soluzzjoni għall-injezzjoni hi soluzzjoni ċara, u mingħajr kulur, mingħajr l-ebda frak viżibbli. Rapiscan hu fornut f’kartuna li jkun fiha kunjett wieħed tal-ħġieġ li jintuża darba biss ta’ 5 ml b’tapp tal-lastku u b’għatu ssiġillat tal-aluminju.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Rapidscan Pharma Solutions EU Ltd.

Regent’s Place

338 Euston Road

London NW1 3BT Ir-Renju Unit

Manifattur:

AndersonBrecon ( UK ) Limited

Wye Valley Business Park

Hay-on-Wye, Hereford

HR3 5PG

Ir-Renju Unit

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Rapiscan għandu jingħata bħala injezzjoni mgħaġla ta’ 10 sekondi ġe vina periferali bl-użu ta’ kateter jew labra ta’ 22-gauge jew akbar.

5 ml ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni għandha tingħata immedjatament wara l-injezzjoni ta’ Rapiscan.

Il-prodott radjofarmaċewtiku għall-aġent tal-immaġni ta’ perfużjoni mijokardijaka għandu jingħata

10-20 sekonda wara sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni. Il-prodott radjofarmaċewtiku jista’ jiġi injettat direttament ġir-istess kateter ta’ Rapiscan.

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

Dan il-prodott mediċinali għandu jiġi eżaminat viżwalment għal frak u tibdil fil-kulur qabel ma jingħata.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Għal informazzjoni addizzjonali, jekk jogħġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott sħiħ li jkun hemm fil-pakkett.

ANNESS IV

KONKLUŻJONIJIET XJENTIFIĊI U RAĠUNIJIET GĦAR-RAKKOMANDAZZJONI GĦAL VARJAZZJONI GĦAT-TERMINI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID

FIS-SUQ

Konklużjonijiet xjentifiċi

Meta jiġi kkunsidrat ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-PRAC dwar il-PSURs għal regadenoson, il- konklużjonijiet xjentifiċi tas-CHMP huma kif ġej:

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq (MAH) wettaq reviżjoni tal-każijiet kollha ta’ arrest respiratorju biex jiġi stabbilit jekk din ir-reazzjoni avversa seħħitx indipendentement minn reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva jew arrest kardijaku (riskji magħrufa ta’ regadenoson). Saret ukoll reviżjoni kumulattiva ta’ bronkokostrizzjoni.

Hemm seba’ każijiet fejn seħħ arrest respiratorju mingħajr karatteristiċi ta’ arrest kardijaku jew ta’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva; f’5 minn dawk il-każijiet il-pazjenti kellhom storja ta’ mard pulmonari ostruttiv kroniku (COPD - chronic obstructive pulmonary disease) jew ażżma. Kien hemm każ fatali, għalkemm dan ma kienx dokumentat tajjeb.

Abbażi ta’ din id-dejta , il-PRAC iqis il-ħtieġa li t-twissija attwali fis-sezzjoni 4.4 tas-Sommarju tal-

Karatteristiċi tal-Prodott (SmPC) tiġi aġġornata biex jiġi ċċarat li jista’ jseħħ arrest respiratorju u biex dan l-avveniment jiżdied mas-sezzjoni 4.8 tal-SmPC bi frekwenza ta’ “mhux magħrufa” peress li ma nstabu l-ebda każijiet fil-provi kliniċi.

Ir-reviżjoni kumulattiva ta’ bronkokostrizzjoni identifikat 45 każ evalwabbli wara l-għoti ta’ regadenoson li ma kellhomx karatteristiċi ta’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva. Mill-35 każ fejn kienet ingħata l-istorja medika, f’25 kien hemm storja ta’ mard ta’ restrizzjoni tal-bronki (ażżma, COPD jew bronkospażmu) u f’10 ma kien hemm ebda storja dokumentata ta’ mard ta’ restrizzjoni tal-bronki, inklużi 3 każijiet fejn min kien qed jagħmel ir-rapport kien espliċitament iddikjara li ma kienx hemm storja ta’ ażżma/bronkospażmu/COPD.

Minħabba s-sejbiet tar-reviżjoni kumulattiva, il-PRAC qies li t-twissija attwali fis-sezzjoni 4.4 dwar il-bronkokostrizzjoni għandha tiġi aġġornata sabiex ikun ċar li bronkokostrizzjoni tista' sseħħ b’regadenoson. Barra minn hekk, is-sezzjoni 4.8 tal-SmPC għandha tiġi aġġornata biex jiġu nklużi termini preferuti li jirriflettu bronkokostrizzjoni jiġifieri “bronkospażmu” bi frekwenza ta’ “mhux magħrufa”, “tħarħir” bi frekwenza ta’ “mhux komuni”.

It-twissija fis-sezzjoni 4.4 tal-SmPC dwar il-bronkokostrizzjoni ġiet emendata wkoll biex jiġi ċċarat li qabel ma jingħataw regadenoson, hemm disponibbli terapija bi bronkodilatur u miżuri ta’ risuxitazzjoni xierqa għall-pazjenti kollha (mhux biss dawk bi storja ta’ mard ta’ restrizzjoni tal- bronki).

Għalhekk, fid-dawl tad-dejta disponibbli dwar regadenoson, il-PRAC qies li l-bidliet lill- informazzjoni dwar il-prodott kienu ġustifikati.

Is-CHMP jaqbel mal-konklużjonijiet xjentifiċi li saru mill-PRAC.

Raġunijiet li jirrakkomandaw il-varjazzjoni għat-termini tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Abbażi ta’ konklużjonijiet xjentifiċi għal regadenoson is-CHMP huwa tal-opinjoni li l-bilanċ bejn benefiċċju u riskju ta’ prodotti mediċinali li fihom regadenoson huwa favorevoli soġġett għall- bidliet proposti lill-informazzjoni dwar il-prodott.

Is-CHMP jirrakkomanda li t-termini tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq għandhom ikunu varjati.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati