Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Rasagiline ratiopharm (rasagiline) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N04BD02

Updated on site: 09-Oct-2017

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Rasagiline ratiopharm 1 mg pilloli

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 1 mg rasagiline (bħala mesilate).

Għall-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

Pilloli bojod għal offwajt, tondi, ċatti, b’xifer imżerżaq, mnaqqxa b’ “GIL” u “1” minn taħt fuq naħa waħda u mingħajr ebda marka speċjali n-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Rasagiline ratiopharm huwa indikat għat-trattament tal-marda ta’ Parkinson (PD) idjopatika, bħala monoterapija (mingħajr levodopa) jew bħala terapija miżjuda (ma’ levodopa) f’pazjenti b’tibdil fil- kundizzjoni tagħhom fl-aħħar tad-doża.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Rasagiline jittieħed mill-ħalq, f’doża ta’ 1 mg darba kuljum, flimkien jew mingħajr levodopa.

Jista’ jittieħed kemm ma’ l-ikel kif ukoll fuq stonku vojt.

Anzjani: M’hemmx għalfejn tibdil fid-doża fl-anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika: Minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif dwar is-sigurtà u l-effikaċja,

Rasagiline ratiopharm mhux irrakkomandat għall-użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Pazienti b’indeboliment tal-fwied: L-użu ta’rasagiline f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied huwa kontra-indikat (ara sezzjoni 4.3). L-użu ta’ rasagiline għandu jiġi evitat f’pazjenti b’indeboliment moderat tal-fwied. Trattament b’rasagiline għandu jinbeda b’kawtela f’pazjenti b’indeboliment ħafif tal-fwied. Rasagiline għandha titwaqqaf f’dawk il-pazjenti fejn l-indeboliment ħafif tal-fwied jiggrava għal wieħed moderat (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti b’indeboliment renali: M’hemmx bżonn tibdil fid-doża meta jkun hemm indeboliment renali.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi (ara sezzjoni 6.1).

Trattament flimkien ma’ impedituri oħrajn ta’ monoamine oxidase (MAO) (li jinkludu prodotti naturali u mediċinali li m’għandhomx bżonn ta’ riċetta eż. St.John’s Wort) jew pethidine (ara sezzjoni

4.5). Iridu jkunu għaddew mill-inqas 14 il-ġurnata bejn il-waqfien ta’ trattament b’rasagiline u l-bidu ta’ trattament b’impedituri ta’ MAO jew b’ pethidine.

Rasagiline huwa kontra-indikat f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied.

4.4Avviżi speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

L-użu ta’ rasagiline flimkien ma’ fluoxetine jew fluvoxamine għandu jiġi evitat (ara sezzjoni 4.5). Iridu jkunu għaddew mill-inqas ħames ġimgħat mill-waqfien ta’ trattament b’fluoxetine qabel ma jinbeda trattament b’rasagiline. Iridu jkunu għaddew mill-inqas 14 il-ġurnata bejn il-waqfien ta’ trattament b’rasagiline u l-bidu ta’ trattament b’ fluoxetine u fluvoxamine.

Disturbi fil-kontroll tal-impuls (ICDs - impulse control disorders) jistgħu jseħħu f’pazjenti kkurati b’agonisti ta’ dopamine u/jew kuri dopaminerġiċi. Rapporti simili ta’ ICDs waslu wkoll wara t- tqegħid fis-suq b’rasagiline. Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati b’mod regolari għall-iżvilupp ta’ disturbi fil-kontroll tal-impuls. Il-pazjenti u min jieħu ħsiebhom għandhom ikunu konxji tas-sintomi tal-imġieba tad-disturbi fil-kontroll tal-impuls li kienu osservati f’pazjenti kkurati b’rasagiline, inklużi każijiet ta’ kompulsjonijiet, ħsibijiet ossessivi, logħob tal-ażżard patoloġiku, żieda fil-libido, ipersesswalità, imġieba impulsiva u nfiq ta’ flus jew xiri kompulsiv.

Minħabba li rasagiline iżid il-qawwa tal-effetti ta’ levodopa, l-effetti avversi ta’ levodopa jistgħu jiżdiedu u tiħrax diskajneżja li jkun hemm diġà. Tnaqqis tad-doża ta’ levodopa jista’ jtejjeb dan l- effett sekondarju.

Kien hemm rapporti ta’ effetti ta’ pressjoni baxxa meta rasagiline jittieħed flimkien ma’ levodopa. Pazjenti bil-marda ta’ Parkinson huma vulnerabbli b’mod partikolari għall-effetti avversi ta’ pressjoni baxxa minħabba problemi bil-mixi li jkun hemm diġà.

L-użu ta’ rasagiline flimkien ma’ dextromethorphan jew simpatomimetiċi oħrajn bħal dawk li jinstabu f’dekonġestjonanti ta’ l-imnieħer u dawk orali jew prodotti mediċinali ta’ kontra l-irjiħat li fihom ephedrine u pseudoephedrine, m’huwiex rikkmandat (ara sezzjoni 4.5).

Wara li feġġew xi każijiet ta’ melanoma waqt il-programm ta’ żvillup kliniku, bdiet tiġi eżaminata l- possibilta` ta’ xi konnessjoni ma’ rasagiline. It-tagħrif li nġabar jissuġġerixxi li hija l-marda ta’ Parkinson, u mhux xi prodott mediċinali partikolari, li hija assoċjata ma’ riskju ogħla ta’ kanċer tal- ġilda (mhux esklusivament melanoma). Leżjonijiet fil-ġilda li jkunu suspettużi għandhom jiġu eżaminati minn speċjalista.

Trattament b’rasagiline għandu jinbeda b’kawtela f’pazjenti b’indeboliment ħafif tal-fwied. L-użu ta’rasagiline għandu jiġi evitat f’pazjenti b’indeboliment moderat tal-fwied. Rasagiline għandu jitwaqqaf f’dawk il-pazjenti fejn l-indeboliment ħafif tal-fwied jiggrava għal wieħed moderat (ara sezzjoni 5.2).

4.5Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan il-prodott u affarjiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Hemm numru ta’ interazzjonijiet bejn impedituri mhux selettivi ta’ MAO u prodotti mediċinali oħrajn.

Rasagiline ma jistax jingħata flimkien ma’ impedituri oħrajn ta’ MAO (li jinkludu prodotti naturali u mediċinali li m’għandhomx bżonn ta’ riċetta eż. St.John’s Wort) għaliex jista’ jkun hemm riskju ta’ inibizzjoni mhux selettiva ta’ MAO li tista’ twassal għal kriżi ipertensiva (ara sezzjoni 4.3).

Reazzjonijiet serji avversi ġew irrapportati waqt l-użu flimkien ta’ pethidine u impedituri ta’ MAO inkluż impeditur ieħor selettiv għal MAO-B. L-użu ta’ rasagiline flimkien ma’ pethidine huwa kontra- indikat (ara sezzjoni 4.3).

Kien hemm rapporti li impedituri ta’ MAO ma’ jaqblux ma’ prodotti mediċinali simpatomimetiċi meta jittieħdu flimkien. Għaldaqstant, minħabba l-attivita` inibitorja ta’ rasagiline għal MAO, mhuwiex rikkmandat l-użu ta’ rasagiline flimkien ma’ simpatomimetiċi inklużi dawk presenti f’ dekonġestjonanti ta’ l-imnieħer u dawk orali u prodotti mediċinali kontra l-irjiħat li fihom ephedrine jew pseudoephedrine (ara sezzjoni 4.4).

Kien hemm rapporti li impedituri ta’ MAO li m’humiex selettivi ma jaqblux ma’ dextromethorphan meta jittieħdu flimkien. Għaldaqstant, minħabba l-attivita` inibitorja ta’ rasagiline għal MAO, mhuwiex rikkmandat l-użu ta’ rasagiline flimkien ma’ dextromethorphan (ara sezzjoni 4.4).

L-użu ta’ rasagiline flimkien ma’ fluoxetine jew fluvoxamine għandu jkun evitat (ara sezzjoni 4.4).

Għall-użu flimkien, fi studji kliniċi, ta’ rasagiline ma’ inibituri selettivi tal-ġbir mill-ġdid ta’ serotonin

(SSRIs)/ inibituri selettivi tal-ġbir mill-ġdid ta’ serotonin-norepinephrine (SNRIs) ara sezzjoni 4.8.

Reazzjonijiet serji avversi kienu rraportati bl-użu fl-istess ħin ta’ SSRIs, SNRIs, antidepressanti triċikliċi / tetraċikliċi u impedituri ta’ MAO. Għaldaqstant, antidepressanti għandhom jingħataw b’kawtela minħabba l-attivita` inibitorja ta’ rasagiline għal MAO.

It-trattament b’levodopa ma kellu ebda effett li hu klinikament sinifikanti fuq it-tneħħija ta’ rasagiline, f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson li jieħdu trattament kroniku b’levodopa bħala terapija miżjuda ma’ mediċini oħrajn.

Studji dwar il-metaboliżmu in vitro indikaw li cytochrome P450 1A2 (CYP1A2) huwa l-enzim prinċipali risponsabli għall-metaboliżmu ta’ rasagiline. Meta rasagiline u ciprofloxacin (impeditur ta’ CYP1A2) ittieħdu flimkien, l-AUC ta’ rasagiline żdied b’ 83%. Meta rasagiline u theophylline (sustrat ta’ CYP1A2) ittieħdu flimkien, ma kien hemm ebda effett farmakokinetiku fuq ebda prodott. Għalhekk impedituri qawwija ta’ CYP1A2 għandhom jingħataw b’attenzjoni għaliex jistgħu jbiddlu l- livelli ta’ rasagiline fil-plażma.

Hemm riskju li f’pazjenti li jpejpu, l-livelli fil-plażma ta’ rasagiline jistgħu jinżlu minħabba l- induzzjoni ta’ l-enzim CYP1A2 li hu risponsabli għall-metaboliżmu.

Studji in vitro wrew li rasagiline f’konċentrazzjoni ta’ 1 µg/ml (ekwivalenti għal livell li hu 160 darba iżjed mill-medja ta’ Cmax ~ 5.9-8.5 ng/ml f’ pazjenti bil-marda ta’ Parkinson wara dożi multipli ta’ rasagiline 1 mg), ma jinibixxix iżoenzimi cytochrome P450, CYP1A2, CYP2A6, CYP2C9, CYP2C19, CYP2D6, CYP2E1, CYP3A4 u CYP4A. Dawn ir-risultati jindikaw li x’aktarx konċentrazzjonijiet terapewtiċi ta’ rasagiline ma jfixklux b’mod li huwa klinikament sinifikanti s-sustrati ta’ dawn l- enzimi.

It-tneħħija orali ta’ rasagiline tiżdied b’ 28% meta rasagiline u entacapone jittieħdu f’istess ħin.

Interazzjoni bejn tyramine/rasagiline: Risultati ta’ ħames studji ta’ ċalinġ fuq tyramine (f’voluntiera u pazjenti b’ PD), flimkien ma’ risultati ta’ monitoraġġ id-dar ta’ l-pressjoni ta’d-demm wara l-ikel (ta’ 464 pazjent li rċievew 0.5 jew 1 mg/ġurnata ta’ rasagiline jew plaċebo bħala terapija miżjuda ma’ levodopa għal sitt xhur mingħajr restrizzjonijiet għal tyramine), flimkien ma’ l-fatt li ma kienx hemm rapporti ta’ interazzjoni bejn tyramine/rasagiline fl-istudji kliniċi mingħajr restrizzjonijiet għal tyramine, wrew li rasagiline jista’ jintuża mingħajr periklu bla restizzjonijiet ta’ tyramine fid-dieta.

4.6Fertlità, tqala u treddigħ

M’hemm l-ebda tagħrif kliniku dwar tqala esposta għal rasagiline. Studji fl-annimali ma jindikawx effetti ħżiena kemm diretti u kemm indiretti fuq it-tqala, l-iżvillup ta’ l-embriju/l-fetu, il-ħlas jew l- iżvillup wara t-twelid (ara sezzjoni 5.3). Għandha tintuża l-kawtela meta tinkiteb preskrizzjoni waqt it-tqala.

Tagħrif esperimentali indika li rasagiline jimpedixxi s-sekrezzjoni ta’ prolactin u għalhekk jista’ jwaqqaf it-treddigħ. Mhux magħruf jekk rasagiline jitneħħiex fil-ħalib ta’ l-omm. Rasagiline għandu jingħata b’attenzjoni lin-nisa li jkunu qed ireddgħu.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

Il-pazjenti jridu joqogħdu attenti meta jkunu qegħdin iħaddmu magni perikolużi, li jinkludu karozzi, sakemm ikunu kważi ċerti li Rasagiline ratiopharm ma jkollux effett avvers fuqhom.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Fil-programm kliniku ta’ rasagiline, b’kollox 1,361 pazjent irċievew trattament b’rasagiline għal total ta’ 3,076.4 l-sena bejn il-pazjenti kollha. F’studji kliniċi double-blind ikkontrollati bil-plaċebo, 529 l- pazjent kienu trattati b’rasagiline 1 mg/ġurnata għal total ta’ 212 sena bejn il-pazjenti kollha u 539 l- pazjent irċievew plaċebo għal total ta’ 213 sena bejn il-pazjenti kollha.

Monoterapija

Il-lista hawn taħt tinkludi reazzjonijiet avversi li kienu rrapportati b’inċidenza ogħla f’studji kkontrollati bil-plaċebo, f’pazjenti li kienu jirċievu 1 mg/ġurnata ta’ rasagiline (grupp ta’ rasagiline n=149, grupp ta’ plaċebo n=151). Reazzjonijiet avversi b’inċidenza ta’ mill-inqas differenza ta’ 2% mill-plaċebo huma miktubin b’italics. Fil-parentesi hemm l-inċidenza tar-reazzjonijiet avversi (% ta’ pazjenti) fil-grupp ta’ rasagiline vs. dak tal-plaċebo, rispettivament.

Ir-reazzjonijiet avversi huma maqsuma skond il-frekwenza permezz ta’ dawn il-konvenzjonijiet: komuni ħafna (1/10), komuni (1/100 sa <1/10), mhux komuni (1/1000 sa <1/100), rari (1/10000 sa <1/1000), rari ħafna (<1/10000) inklużi rapporti iżolati.

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Komuni: influwenza (4.7% vs. 0.7%)

Neoplażmi beninni, malinni u dawk mhux speċifikati (inklużi ċesti u polipi)

Komuni: karċinoma tal-ġilda (1.3% vs. 0.7%)

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Komuni: lewkopenja (1.3% vs. 0%)

Disturbi fis-sistema immuni

Komuni: allerġija (1.3% vs. 0.7%)

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Mhux komuni: tnaqqis fl-aptit (0.7% vs. 0%)

Disturbi psikjatriċi

Komuni: dipressjoni (5.4% vs. 2%), alluċinazzjonijiet (1.3% vs. 0.7%)

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna: uġigħ ta’ ras (14.1% vs. 11.9%)

Mhux komuni: inċident ċerebrovaskulari (0.7% vs. 0%)

Disturbi fl-għajnejn

Komuni: konġuntivite (2.7% vs. 0.7%)

Disturbi fil-widnejn u fis-sistema labirintika

Komuni: vertigo (2.7% vs. 1.3%)

Disturbi fil-qalb

Komuni: anġina pektoris (1.3% vs. 0%);

Mhux komuni: infart mijokardiku (0.7% vs. 0%)

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Komuni: rinite (3.4% vs. 0.7%)

Disturbi gastro-intestinali

Komuni: ammont eċċessiv ta’ gass fl-istonku (1.3% vs.0%)

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Komuni: dermatite (2.0% vs. 0%)

Mhux komuni: raxx vexxikolubullożu (0.7% vs. 0%)

Disturbi muskolu-skeltrali u tal-connective tissue

Komuni: uġigħ muskolu-skeltrali (6.7% vs. 2.6%), uġigħ fl-għonq (2.7% vs. 0%), artrite (1.3% vs. 0.7%)

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Komuni: urġenza awrinali (1.3% vs. 0.7%).

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta' mnejn jingħata

Komuni: deni (2.7% vs. 1.3%), telqa ġenerali (2 % vs. 0 %)

Terapija Miżjuda

Il-lista ta’ hawn taħt tinkludi reazzjonijiet avversi li kienu rrapportati b’inċidenza ogħla f’istudji kkontrollati bil-plaċebo, f’pazjenti li kienu jirċievu 1 mg/ġurnata ta’ rasagiline (grupp ta’ rasagiline n=380, grupp ta’ plaċebo n=388). Fil-parentesi hemm l-inċidenza tar-reazzjonijiet avversi (% ta’ pazjenti) fil-grupp ta’ rasagiline vs. dak tal-plaċebo, rispettivament.

Reazzjonijiet avversi b’inċidenza ta’ mill-inqas differenza ta’ 2% mill-plaċebo huma miktubin b’italics.

Ir-reazzjonijiet avversi huma maqsuma skond il-frekwenza permezz ta’ dawn il-konvenzjonijiet: komuni ħafna (1/10), komuni (1/100, <1/10), mhux komuni (1/1000, <1/100), rari (1/10000,

<1/1000), rari ħafna (<1/10000).

Neoplażmi beninni, malinni u dawk mhux speċifikati

Mhux komun: melanoma fil-ġilda (0.5% vs. 0.3%)

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni: tnaqqis fl-aptit (2.4% vs. 0.8%)

Disturbi psikjatriċi

Komuni: alluċinazzjonijiet (2.9% vs. 2.1%), ħolm mhux tas-soltu (2.1% vs. 0.8%) Mhux komuni: konfużjoni (0.8% vs. 0.5%)

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna: diskajneżja (10.5% vs. 6.2%)

Komuni: distonja (2.4% vs. 0.8%), sindromu ta’ carpal tunnel (1.3% vs. 0%), disturb fil-bilanċ

(1.6% vs. 0.3%)

Mhux komuni: inċident ċerebrovaskulari (0.5% vs. 0.3%)

Disturbi fil-qalb

Mhux komuni: anġina pektoris (0.5% vs. 0%)

Disturbi vaskulari

komuni: ipotensjoni ortostatika (3.9% vs. 0.8%)

Disturbi gastro-intestinali

Komuni: uġigħ addominali (4.2% vs. 1.3%), stitkezza (4.2% vs. 2.1%), dardir u rimettar (8.4% vs. 6.2%), ħalq xott (3.4% vs. 1.8%)

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Komuni: raxx (1.1% vs. 0.3%)

Disturbi muskolu-skeltrali u tal-connective tissue

komuni: artralġja (2.4% vs. 2.1%), uġigħ fl-għonq (1.3% vs. 0.5%)

investigazzjonijiet

Komuni: tnaqqis fil-piż (4.5% vs. 1.5%)

Korriment, avvelenament u komplikazzjonijiet ta’ xi proċedura

Komuni: waqgħat (4.7% vs. 3.4%)

Il-marda ta’ Parkinson hija assoċjata ma’ sintomi ta’ alluċinazzjonijiet u konfużjoni. F’esperjenza wara t-tqegħid fis-suq, dawn is-sintomi ġew osservati wkoll f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson li kienu fuq trattament b’rasagiline.

Reazzjonijiet avversi serji huma magħrufa li jseħħu meta SSRIs,SNRIs, antidipressanti triċikliċi/ tetraċikliċi u impedituri ta’ MAO jintużaw fl-istess ħin. Fil-perijodu wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, ġew irrapportati każijiet ta’ sindromu ta’ serotonin flimkien ma’ aġitazzjoni, konfużjoni, riġidità, deni u mijoklonus minn pazjenti kkurati b’antidipressivi/SNRI flimkien ma’ rasagiline.

Fl-istudji kliniċi ta’ rasagiline ma kienx permess l-użu fl-istess ħin ta’ fluoxetine jew fluvoxamine ma’ rasagiline iżda d-dożi u l-antidipressivi li ġejjin kienu tħallew fl-istudji kliniċi ta’ rasagiline: amitriptyline ≤ 50 mg/kuljum, trazodone ≤ 100 mg/kuljum, citalopram ≤ 20 mg/kuljum, sertraline ≤ 100 mg/kuljum, u paroxetine ≤ 30 mg/kuljum. Ma kien hemm ebda każ ta’ sindromu ta’ serotonin fil- programm kliniku ta’ rasagiline fejn 115-il pajent ġew esposti fl-istess ħin għal rasagiline u triċikliċi u 141 pazjent ġew esposti għal rasagiline u SSRIs/ SNRIs.

Fil-perijodu wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, ġew irrapportati każijiet ta’ żieda fil-pressjoni tad- demm, inklużi każijiet rari ta’ kriżi ipertensiva assoċjata ma’ inġestjoni ta’ ammonti mhux magħrufa ta’ ikel li kien fih ħafna tyramine, f’pazjenti li ħadu rasagiline.

B’impedituri MAO, kien hemm rapporti ta’ interazzjonijiet ta’ mediċini bl-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali simpatomimetiċi.

Fil-perijodu wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, kien hemm każ wieħed ta’ żieda fil-pressjoni tad-demm f’pazjenti li kien qed juża l-vasoristrettur oftalmiku tetrahydrozoline hydrochloride waqt li kien qed jieħu rasagiline.

Disturbi fil-kontroll tal-impuls

Logħob tal-ażżard patoloġiku, żieda fil-libido, ipersesswalità, infiq ta’ flus jew xiri kompulsiv, li wieħed jiekol kemm jiflaħ fi żmien qasir u li wieħed jiekol b’mod komplusiv jistgħu jseħħu f’pazjenti kkurati b’agonisti ta’ dopamine u/jew kuri dopaminerġiċi oħra. Mudell simili ta’ disturbi fil-kontroll tal-impuls ġie rrappurtat wara t-tqegħid fis-suq b’rasagiline, li kien jinkludi wkoll kompulsjonijiet,

ħsibijiet ossessivi u imġieba impulsiva (ara sezzjoni 4.4).

4.9Doża eċċessiva

Dożaġġ eċċessiv: Sintomi rrapportati wara doża eċċessiva ta’ Rasagiline ratiopharm f’dożi li jvarjaw minn 3 mg sa 100 mg kienu jinkludu disforja, ipomanija, kriżi ipertensiva u s-sindromu ta’ serotonin. Doża eċċessiva tista’ tkun assoċjata ma’ inibizzjoni sinifikanti ta’ kemm MAO-A u MAO-B. F’studji ta’ dożi singoli, voluntiera f’saħħithom irċievew 20 mg/ġurnata ta’ rasagiline u f’studju li dam għaxart ijiem voluntieri f’saħħithom irċievew 10 mg/ġurnata. Effetti avversi kienu ħfief jew moderati u ma kienux relatati ma’ trattament b’ rasagiline. F’studju fejn kienet tiżdied id-doża f’pazjenti fuq terapija kronika b’ levodopa li ngħataw 10 mg/ġurnata ta’ rasagiline, kien hemm rapporti ta’ reazzjonijiet kardjo-vaskulari mhux mixtieqa (inklużi pressjoni għolja u pressjoni posturali baxxa) li għaddew kif twaqqaf it-trattament. Dawn is-sintomi jistgħu jixbħu dawk osservati b’impedituri mhux selettivi ta’

MAO.

M’hemmx antidotu speċifiku. F’każ ta’ doża eċċessiva, il-pazjenti għandhom jiġu osservati u jingħataw terapija sintomatika u ta’ appoġġ.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini kontra l-marda ta’ Parkinson, impedituri ta’ monoamine oxidase –B, Kodiċi ATC: N04BD02

Il-Mod kif jaħdem:

Rasagiline kien muri li huwa impeditur selettiv ħafna u rriversibli ta’ MAO-B, li jista’ jikkawża żieda fil-livelli extra-ċellulari ta’ dopamine fl-istriatum. Il-livelli għolja ta’ dopamine u ż-żieda f’attivita` ta’ dopamine li tirriżulta, x’aktarx iwasslu għall-effetti ta’ ġid li għandu rasagiline u li dehru f’mudelli ta’ disfunzjoni dopaminerġika ta’ l-moviment.

1-Aminoindan, prodott attiv ewlieni tal-metabolizmu, m’huwiex impeditur ta’ MAO-B.

Studji kliniċi:

L-effikaċja ta’ rasagiline ġiet stabbilita fi tlett studji: bħala trattament b’monoterapija fi studju I u bħala trattament miżjud ma’ levodopa fi studji II u III.

Monoterapija:

Fi studju I, 404 pazjent kienu maqsumin u magħżulin mingħajr ħsieb biex jingħataw plaċebo (138 l- pazjent), rasagiline 1 mg/ġurnata (134 l-pazjent) jew rasagiline 2 mg/ġurnata (132 l-pazjent). Damu jirċievu dan it-trattament għal 26 ġimgħa. Ma kien hemm ebda strument attiv biex iqabbel.

F’dan l-istudju, il-kejl primarju ta’ effikaċja kien it-tibdil mill-linja bażi fl-għadd ta’ l-punti totali ta’ l- Iskala Unifikata ta’ Klassifika għall-Marda ta’ Parkinson (UPDRS, partijiet I-III). Id-differenza bejn il-bidla medja mill-linja bażi sa ġimgħa 26/tmiem (LOCF, L-Aħħar Osservazzjoni Tiġi Trasferita) kienet statistikament sinifikanti (UPDRS, partijiet I-III: għal rasagiline 1 mg imqabbel ma’ plaċebo - 4.2, 95% CI [-5.7, -2.7]; p<0.0001; għal rasagiline 2 mg mqabbel ma’ plaċebo -3.6, 95% CI [-5.0,- 2.1]; p<0.0001, UPDRS tal-moviment, parti II: għal-rasagiline 1 mg mqabbel ma’ plaċebo -2.7, 95% CI [-3.87,-1.55], p<0.0001; għal rasagiline 2 mg meta mqabbel ma’ plaċebo -1.68, 95% CI [-2.85, - 0.51], p=0.0050). L-effett kien evidenti għalkemm modest fil-popolazzjoni ta’ pazjenti bil-marda ħafifa. Kien hemm titjib sinifikanti fil-kwalita` tal-ħajja (meta mkejjel bl-iskala PD-QUALIF).

Terapija Miżjuda:

Fi studju II, il-pazjenti kienu maqsumin u magħżulin mingħajr ħsieb biex jingħataw plaċebo (229 l- pazjent), jew rasagiline 1 mg/ġurnata (231 l-pazjent) jew 200 mg ta’ entacapone impeditur ta’ catechol-O-methyl transferase (COMT) meħud flimkien ma’ dożi skedati ta’ levodopa (LD)/ impeditur ta’ decarboxylase (227 pazjent). Damu jirċievu dan it-trattament għal 18-il ġimgħa. Fi studju III, il-pazjenti kienu maqsumin u magħżulin mingħajr ħsieb biex jingħataw plaċebo (159 l- pazjent), rasagiline 0.5 mg/ġurnata (164 l-pazjent) jew rasagiline 1 mg/ġurnata (149 l-pazjent). Damu jirċievu dan it-trattament għal 26 ġimgħa.

Fiż-żewġ studji, il-kejl primarju ta’ l-effikaċja kien il-bidla fil-medja ta’ numru ta’ sigħat li kienu mgħoddija fi stat “OFF” matul il-ġurnata mill-linja bażi għall-perjodu ta’ trattament. (Dan ġie determinat minn djarji ta’ 24 siegħa li għamlu d-dar fit-tlett ijiem ta’ qabel kull vista ta’ valutazzjoni.)

F’studju II, id-differenza medja bejn in-numru ta’ sigħat fi stat “OFF” meta mqabbla ma’ plaċebo kienet ta’ -0.78 sigħat, 95% CI [-1.18, -0.39], p=0.0001. Il-medja ta’ tnaqqis totali ta’ ħin mgħoddi fi stat “OFF” f’ġurnata fil-grupp ta’ entacapone (-0.80 sigħat, 95% CI [-1.20, -0.41], p<0.0001) kien simili ta’ dak osservat fil-grupp ta’ rasagiline 1 mg. F’studju III, id-differenza medja meta mqabbla ma’ plaċebo kien ta’ -0.94 sigħat, 95% CI [-1.36, -0.51], p<0.0001. Fil-grupp ta’ rasagiline 0.5 mg kien hemm ukoll titjib li hu statistikament sinifikanti meta mqabbel ma’ plaċebo, imma dan l-ammont ta’ titjib kien inqas. Il-qawwa tar-riżulati għall-konklużżjoni ta’ l-effikaċja primarja kienet ikkonfermata b’sensiela ta’ mudelli statistiċi addizzjonali u kienet murija fi tlett cohorts (ITT, skond il-protokol u completers).

Kejl sekondarji ta’ l-effikaċja inkludew valutazzjonijiet globali għal titjib minn eżaminatur, l-għadd ta’ punti ta’ l-iskala sekondarja Attivitajiet tal-Ħajja ta’ Kuljum (ADL) meta fi stat “OFF” u UPDRS tal-moviment meta fi stat “ON”. Rasagiline ħalla titjib li huwa statistikament sinifikanti meta mqabbel ma’ plaċebo.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment: Rasagiline huwa assorbit malajr, u jilħaq l-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax ) f’bejn wieħed u ieħor 0.5 siegħa. Il-biodisponibilita` assoluta ta’ doża waħda ta’ rasagiline kienet ta’ madwar 36%. L-ikel ma jkollux effett fuq Tmax ta’ rasagiline, għalkemm Cmax u l-espożizzjoni (AUC) huma mnaqqsa b’bejn wieħed u ieħor 60% u 20% rispettivament meta l-prodott mediċinali jittieħed ma’ ikla b’kontenut għoli ta’ xaħam. Peress li AUC mhux affetwat sostanzjalment, rasagiline jista’ jittieħed kemm ma’ l-ikel kif ukoll fuq stonku vojt.

Distribuzzjoni: Il-volum ta’ distribuzzjoni medju wara doża waħda ta’ rasagiline fil-vina huwa ta’ 243 l. L-ammont li jeħel ma’ l-proteini tal-plażma wara doża waħda mill-ħalq ta’ rasagiline bit- tikketta 14C kien ta’ bejn wieħed u ieħor 60% sa 70%.

Metaboliżmu: Rasagiline jiġi kważi kompletament biotrasformat fil-fwied qabel jitneħħa. Il- metaboliżmu ta’ rasagiline jsir f’żewġ rotot differenti: N-dialkajlazzjoni u/jew idroxilazzjoni biex jipproduċi: 1-Aminoindan, 3-hydroxy-N-propargyl-1 aminoindan u 3-hydroxy-1-aminoindan. Esperimenti in vitro juru li ż-żewġ rotot ta’ metaboliżmu ta’ rasagiline jiddependu fuq is-sistema ta’ cytochrome P450, u li CYP1A2 huwa l-iżoenzim prinċipali involut fil-metaboliżmu ta’ rasagiline. Mod ieħor prinċipali ta’ eliminazzjoni huwa l-konjugazzjoni ta’ rasagiline u l-prodotti ta’ l- metaboliżmu biex jiffurmaw glukoronidi.

Eskrezzjoni: Wara li ngħata rasagiline bit-tikketta 14C mill-ħalq, l-eliminazzjoni ta’ rasagiline saret primarjament mill-awrina (62.6%) u sekondarjament mill-ippurgar (21.8%). 84.4% tad-doża kienet rikoverata fuq perjodu ta’ 38 ġurnata. Inqas minn 1% ta’ rasagiline ġie mneħħi bħala prodott mhux mibdul fl-awrina.

Linearita`/ non-linearita`: Il-karatteristiċi farmakokinetiċi ta’ rasagiline huma lineari mad-doża fuq medda ta’ 0.5-2 mg. Il-half-life terminali hija ta’ 0.6-2 sigħat.

Karatteristiċi fil-pazjenti

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied: F’suġġetti b’indeboliment ħafif tal-fwied, AUC u Cmax żdiedu b’ 80% u 38%, rispettivament. F’suġġetti b’ indeboliment moderat tal-fwied, AUC u Cmax żdiedu b’568% u 83%, rispettivament (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti b’indeboliment renali: Il-karatteristiċi farmakokinetiċi ta’ rasagiline f’suġġetti b’ indeboliment ħafif (CLcr 50-80 ml/min) u b’indeboliment moderat (CLcr 30-49 ml/min), kienu simili ta’ dawk f’suġġetti f’saħħithom.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà ta’ l-mediċina

Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku magħmul fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti u effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Rasagiline ma kellux potenzjal għall-ġenotossiċita` in vivo u f’bosta sistemi in vitro b’batteri u epatoċiti. Meta kien hemm attivazzjoni tal-prodott tal-metaboliżmu, rasagiline ikkawża żieda f’aberrazzjonijiet kromożomali f’konċentazzjonijiet b’ċitotossiċita` eċċessiva li ma jintlaħqux bil- kundizzjonijiet tal-użu kliniku.

Ma kienx hemm riskju ta’ kanċer fil-firien f’espożizzjoni tal-plażma 84-339 l-darba iżjed mill- espożizzjonijiet tal-plażma mistennija fil-bniedem b’1 mg kuljum. Fil-ġrieden, żieda fl-inċidenza ta’ adenoma bronkjolari/alvejolari u/jew karċinoma kienu osservati f’espożizzjonijiet sistemiċi, 144 - 213 l-darba iżjed mill-espożizzjonijiet tal-plażma mistennija fil-bniedem b’1 mg kuljum.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Mannitol

Maize starch

Pregelatinised maize starch

Collodial anhydrous silica

Stearic acid

Talc

6.2Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Folji: 3 snin

Flixken: 3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx ’il fuq minn 25ºC.

6.5In-natura ta’ l-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji: Aluminju/pakketti ta’ folji ta’ l-aluminju ta’ 7, 10, 28, 30, 100 jew 112 pilloli. Aluminju / aluminju folji ta 'doża waħda perforati tal-10 x 1, 30 x 1 u 100 x 1 pillola.

Flixken: Abjad, flixkun ta’ polyethylene ta’ densita` għolja b’għatu li ma jinfetaħx mit-tfal, jew mingħajr dan il-tip ta’ għatu, li fih 30 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.ID-DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Teva B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda

8.NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/14/977/001-010

9.DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni:

JJ Xahar SSSS

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati