Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Rasilez (aliskiren) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - C09XA02

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRasilez
Kodiċi ATCC09XA02
Sustanzaaliskiren
ManifatturNovartis Europharm Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Rasilez 150 mg pilloli miksijin b’rita

Rasilez 300 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Rasilez 150 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 150 mg aliskiren (bħala hemifumarate).

Rasilez 300 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 300 mg aliskiren (bħala hemifumarate).

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita

Rasilez 150 mg pilloli miksija b’rita

Pillola roża ċar, konvessa miż-żewġ naħat, tonda, ittimbrata ‘IL’ fuq naħa u ‘NVR’ fuq in-naħa l-oħra.

Rasilez 300 mg pilloli miksija b’rita

Pillola ta’ lewn aħmar ċar, konvessa miż-żewġ naħat, ovali, ittimbrata “IU” fuq naħa u “NVR” fuq in- naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ pressjoni għolja naturali fl-adulti.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża irrikkmandata ta’ Rasilez hija 150 mg darba kuljum. F’pazjenti li l-pressjoni ma tkunx kontrollota kif jixraq, id-doża tista’ tkun miżjuda għal 300 mg kuljum.

L-effett li titbaxxa l-pressjoni jseħħ fi żmien ġimgħatejn (85-90%) wara li tibda t-terapija b’150 mg kuljum.

Rasilez jista’ jintuża waħdu jew ma’ aġenti oħra li jbaxxu l-pressjoni bl-eċċezzjoni ta’ użu flimkien ma’ impedituri tal-enzima li tikkonverti angiotensin (ACEI) jew ta’ imblukkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II (ARB) f’pazjenti b’dijabete mellitus jew b’indeboliment renali (rata tal-filtrazzjoni fil- glomeruli (GFR) < 60 ml/min/1.73 m2) (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1).

Popolazzjonijiet specjali

Indeboliment renali

M’hemmx bżonn li jkun hemm aġġustamenti tad-doża tal-bidu għall-pazjenti li jkollhom indeboliment renali ħafif għal moderat (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2). Aliskiren mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’indeboliment renali sever (GFR < 30 ml/min/1.73 m2).

Indeboliment epatiku

M’hemmx bżonn li jkun hemm aġġustamenti tad-doża tal-bidu għall-pazjenti li jkollhom indeboliment epatiku ħafif għal sever (ara sezzjoni 5.2).

Pazjenti anzjani li għandhom 65 sena jew aktar

Id-doża inizjali ta’ aliskiren irrakkomandata għal pazjenti anzjani hi ta’ 150 mg. Ma dehritx żieda klinikament sinifikanti fit-tnaqqis tal-pressjoni tad-demm meta d-doża żdiedet għal 300 mg fil-biċċa l- kbira tal-pazjenti anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika

Aliskiren huwa kontraindikat fit-tfal mit-twelid sal-età ta’ inqas minn sentejn.

Aliskiren m’għandux jintuża fit-tfal minn età ta’ sentejn sa inqas minn 6 snin minħabba tħassib dwar sigurtà dovut għal esponiment eċċessiv potenzjali (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4, 5.2 u 5.3).

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ aliskiren fit-tfal minn età ta’ 6 snin sa 17-il sena għadhom ma ġewx determinati s’issa. Data disponibbli hija deskritta fis-sezzjonijiet 4.8, 5.1, u 5.2, iżda ma tista’ ssir l- ebda rakkomandazzjoni dwar pożoloġija.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu orali. Il-pilloli għandhom jinbelgħu sħaħ ma’ ftit ilma. Rasilez għandu jittieћed darba kuljum, dejjem mal-ikel jew dejjem fuq stonku vojt, l-aћjar fl-istess ћin tal-ġurnata kuljum. Il-pazjenti għandhom jistabbilixxu skeda konvenjenti ta’ kuljum ta’ konsum tal-prodott mediċinali u jżommu relazzjoni temporali stabbli mat-teħid tal-ikel. L-użu flimkien mal-meraq tal-frott u/jew ma’ xarbiet li fihom l-estratti mill-pjanti (inkluż tejiet tal-ħxejjex) għandhom ikunu evitati (ara sezzjoni 4.5).

4.3Kontraindikazzjonijiet

-Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis-sezzjoni 6.1.

-Storja ta’ anġjoedima b’aliskiren.

-Anġjoedima ereditarja jew idjopatika.

-It-tieni u t-tielet trimestri tat-tqala (ara sezzjoni 4.6).

-L-użu konkomittanti ta’ aliskiren ma’ ciclosporin u itraconazole, żewġ inibituri ta’ P-gp qawwija ħafna, u inibituri ta’ P-gp qawwija oħrajn (eż. quinidine), huwa kontra-indikat (ara sezzjoni 4.5).

-L-użu fl-istess ħin ta’ aliskiren ma’ ACEI jew ARB hu kontraindikat f’pazjenti b’dijabete mellitus jew indeboliment tal-kliewi (GFR ta’ < 60 ml/min/1.73m2) (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

-Tfal mit-twelid sal-età ta’ inqas minn sentejn (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.3).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ġenerali

Fil-każ ta 'dijarea severa u persistenti, it-terapija b’Rasilez għandha titwaqqaf (ara sezzjoni 4.8).

Aliskiren għandu jintuża bil-kawtela f’pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb konġestiva serja (Klassi Funzjonali III-IV ta’ l-Assoċjazzjoni Tal-Qalb ta’ New York [NYHA]) (ara sezzjoni 5.1).

Aliskiren għandu jintuża b’għaqal f’pazjenti kkurati minħabba insuffiċjenza tal-qalb mogħtija furosemide jew torasemide (ara sezzjoni 4.5).

Imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS)

Pressjoni baxxa, sinkope, puplesija, iperkalimja u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) ġew irrappurtati f’individwi suxxettibbli, speċjalment jekk tkun qed tintuża kombinazzjoni ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw lil din is-sistema (ara sezzjoni 5.1). Imblokk doppju ta’ RAAS billi tikkombina aliskiren ma’ ACEI jew ARB għalhekk mhuwiex rakkomandat. Jekk terapija b’imblokk doppju tkun ikkunsidrata li hi assolutament meħtieġa, din għandha ssir biss taħt is-superviżjoni ta’ speċjalista u tkun suġġetta għal monitoraġġ frekwenti mill- qrib tal-funzjoni tal-kliewi, elettroliti u pressjoni tad-demm..

Riskju ta’ sintomi ta’ pressjoni baxxa

Jista’ jkun hemm sintomi ta’ pressjoni baxxa wara li tibda l-kura b’aliskiren fil-każijiet li ġejjin:

-Pazjenti b’nuqqas serju fil-volum jew pazjenti b’nuqqas ta’ melħ (eż. dawk li jkunu qed jirċievu dożi għolja ta’ dijuretiċi) jew

-L-użu flimkien ta’ aliskiren ma aġenti oħrajn attivi fuq ir-RAAS.

Il-volum ta’ nuqqas ta’ melħ għandu jiġi korrett qabel ma jingħata Rasilez, jew il-kura għandha tinbeda taħt superviżjoni medika stretta.

Indeboliment renali

Fil-provi kliniċi, aliskiren ma ġiex investigat f’pazjenti li għandhom il-pressjoni għolja u li jbatu minn indeboliment renali sever (krejatinina fis-serum ≥ 150 μmol/l jew 1.70 mg/dl fin-nisa u ≥ 177 μmol/l jew 2.00 mg/dl fl-irġiel u/jew rata ta’ GFR stmata < 30 ml/min/1.73 m2), li kellhom dijalisi fil-passat, sindrome nefrotika jew pressjoni għolja renovaskulari. Mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’indeboliment renali sever (GFR < 30 ml/min/1.73 m2).

Bħal prodotti medċinali oħra li jaħdmu fuq is-sistema tar-renin-angiotensin, għandu jkun hemm attenzjoni meta aliskiren jingħata fil-preżenza ta’ kundizzjonijiet li jippredisponu għal disfunzjoni tal- kliewi bħal ipovolimja (eż. minħabba telf ta’ demm, dijarea qawwija jew li ddum, rimettar li jdum, eċċ.), mard tal-qalb, mard tal-fwied, dijabete mellitus jew mard tal-kliewi. Indeboliment akut tal- kliewi, li jerġa’ lura meta titwaqqaf il-kura, kien irrappurtat f’pazjenti li kienu f’riskju u kienu qed jirċievu aliskiren fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. F’każ li jseħħu xi sinjali ta’ insuffiċjenza tal- kliewi, aliskiren għandu jitwaqqaf mill-ewwel.

Żidiet tal-potassium fis-serum ġew osservati b’aliskiren wara l-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq u dawn jistgħu jiħraxu bl-użu konkomitanti ta’ sustanzi oħra li jaġixxu fuq RAAS jew ta’ mediċini antinfjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs). B’mod konsistenti mal-prattika medika standard, id- determinazzjoni perjodika tal-funzjoni renali inkluż l-elettroliti fis-serum hija rakkomandata f’każ li jiġi kkunsidrat bħala neċessarju l-għoti flimkien ma’ sustanzi oħra.

Stenożi ta’ l-arterja renali

M’hemmx tagħrif kliniku kkontrollat dwar l-użu ta’ aliskiren f’pazjenti bi stenożi tal-arterja renali unilaterali jew bilaterali, jew fi stenożi f’kilwa waħda. Madankollu, kif jiġri bi prodotti medċinali oħra li jaħdmu fuq is-sistema tar-renin-angiotensin, hemm żieda fir-riskju ta’ insuffiċjenza tal-kliewi, inkluż indeboliment akut tal-kiewi, meta l-pazjenti bi stenożi tal-arterja renali jiġu kkurati b’aliskiren. Għalhekk għandu jkun hemm attenzjoni f’dawn il-pazjenti. Jekk iseħħ indeboliment tal-kliewi, il-kura għandha titwaqqaf.

Reazzjonijiet anafilattiċi u anġjoedima

Kienu osservati reazzjonijiet anafilattiċi matul it-trattament b’aliskiren u dan wara li l-prodott tqiegħed fis-suq (ara sezzjoni 4.8). Bħal bi prodotti mediċinali oħra li jaħdmu fuq is-sistema tar-renin –angiotensin, anġjoedima jew sintomi li jissuġġerixxu anġjoedima (nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fil- gerżuma u/jew fl-ilsien) kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’aliskiren.

Numru minn dawn il-pazjenti kellhom storja ta’ anġjoedima jew sintomi li jissuġġerixxu anġjoedima, li f’xi każijiet seħħet wara użu ta’ mediċini oħra li jistgħu jikkawżaw anġjoedima, inkluż imblokkaturi tal-RAAS (impedituri tal-enzima li tikkonverti angiotensin jew imblokkaturi tar-riċettur ta’ angiotensin) (ara sezzjoni 4.8).

Wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, kienu rrappurtati anġjoedima u reazzjonijiet li jixbhu lil anġjoedima u dan meta aliskiren ingħata flimkien ma’ ACEIs u/jew ARBs (ara sezzjoni 4.8).

Fi studju ta’ osservazzjoni wara l-awtorizzazzjoni, l-għoti ta’ aliskiren flimkien ma’ ACEIs jew ARBs kien assoċjat ma’ riskju akbar ta’ anġjoedima. Il-mekkaniżmu ta’ dan l-effett ma ġiex stabbilit. B’mod ġenerali, mhuwiex irrakkomandat imblokk doppju tar-RAAS billi aliskiren jingħata flimkien ma’ xi

ACEI jew xi ARB (ara l-paragrafu “Imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone

(RAAS)” hawn fuq u wkoll sezzjonijiet 4.5 u 4.8).

Wieħed għandu joqgħod attent meta l-prodott jingħata lil pazjenti bi predispożizzjoni għal sensittività eċċessiva.

Pazjenti bi storja ta’ anġjoedima jistgħu jkunu f’riskju akbar li jġarrbu anġjoedima waqt kura b’aliskiren (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.8). Għalhekk għandu jkun hemm kawtela meta tinkiteb riċetta għal aliskiren lil pazjenti bi storja ta’ anġjoedima, u pazjenti bħal dawn għandhom jiġu ssorveljati mill-qrib waqt il-kura (ara sezzjoni 4.8) speċjalment fil-bidu tal-kura.

Jekk iseħħu reazzjonijiet anafilattiċi jew anġjoedima, it-trattament għandu jitwaqqaf mill-ewwel u kura xierqa u monitoraġġ għandhom jiġu pprovduti sakemm is-sinjali u s-sintomi jfiequ għalkollox u ma jerġgħux ifiġġu. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħarrfa sabiex jirrappurtaw lit-tabib kull sinjal li jissuġġerixxi reazzjonijiet allerġiċi, b’mod partikulari diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jew biex wieħed jibla’, nefħa tal-wiċċ, tal-estremitajiet, tal-għajnejn, tax-xofftejn jew tal-ilsien. Fejn ikun involut l-ilsien, il-glottide jew il-laringi għandha tingħata l-adrenalina. Flimkien ma’ dan, għandhom jiġu pprovduti l-miżuri meħtieġa biex il-passaġġi tan-nifs jinżammu miftuħa.

Popolazzjoni pedjatrika

Aliskiren huwa sottostrat ta’ P-glikoproteina (P-gp) u hemm potenzjal ta’ esponiment eċċessiv għal aliskiren fi tfal b’sistema immatura li tittrasporta l-mediċina P-gp. L-età li fiha s-sistema li tittrasporta tkun matura ma tistax tiġi stabbilita (ara sezzjonijiet 5.2 u 5.3). Għalhekk, aliskiren huwa kontraindikat fi tfal mit-twelid sal-età ta’ inqas minn sentejn u ma għandux jintuża fi tfal fl-età ta’ bejn sentejn sa inqas minn 6 snin.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Kontraindikat (ara sezzjoni 4.3)

Inibituri potenti ta’ P-gp

Studju dwar interazzjoni b’doża waħda f’individwi b’saħħithom wera li ciclosporin (200 u 600 mg) iżid is-Cmax ta’ aliskiren 75 mg b’madwar 2.5 drabi u l-AUC b’madwar 5 darbiet. Iż-żiediet jistgħu jkunu ogħla b’dożi ogħla ta’ aliskiren. F’indiviwi f’saħħithom, itraconazole (100 mg) iżid AUC u Cmax ta’ aliskiren (150 mg) b’6.5 darbiet u 5.8 darbiet, rispettivament. Għalhekk, l-użu ta’ aliskiren u inibituri potenti ta’ P-gp f’daqqa huwa kontra-indikat (ara sezzjoni 4.3).

Mhux irrakkomandat

Meraq tal-frott u xarbiet li fihom estratti mill-pjanti

L-għoti tal-meraq tal-frott ma’ aliskiren wassal għal tnaqqis fl-AUC u s-Cmax ta’ aliskiren. L-għoti tal- meraq tal-grejpfrut flimkien ma’ aliskiren 150 mg wassal għal tnaqqis ta’ 61% fl-AUC ta’ aliskiren u l-għoti flimkien ma’ aliskiren 300 mg wassal għal tnaqqis ta’ 38% fl-AUC ta’ aliskiren. L-għoti flimkien tal-meraq tal-larinġ jew tat-tuffieħ ma’ aliskiren 150 mg wassal għal tnaqqis ta’ 62% fl-AUC ta’ aliskiren jew għal tnaqqis ta’ 63% fl-AUC ta’ aliskiren, rispettivament. Dan it-tnaqqis x’aktarx jiġri minħabba l-inibizzjoni, medjata minn polipeptajd organiku li jittrasporta il-joni, tal-assorbiment ta’ aliskiren permezz ta’ komponenti tal-meraq tal-frott mill-passaġġ gastrointestinali. Għalhekk minħabba r-riskju ta’ falliment terapewtiku, il-meraq tal-frott m’għandux jittieħed flimkien ma’ aliskiren. L-effett ta’ xarbiet li fihom estratti mill-pjanti (inkluż tejiet tal-ħxejjex) fuq l-assorbiment ta’ aliskiren ma ġiex investigat. Madanakollu, komponenti li għandhom il-potenzjal li jinibixxu l- assorbiment ta’ aliskiren medjat minn polipeptajd organiku li jittrasporta l-joni jinsabu preżenti bil- qawwa fil-frott, ħxejjex, u fi prodotti oħrajn mill-pjanti. Għaldaqstant, xarbiet li fihom estratti mill- pjanti, inkluż tejiet tal-ħxejjex, m’għandhomx jittieħdu flimkien ma’ aliskiren (ara sezzjoni 4.2).

Imblokk doppju ta’ RAAS b’aliskiren, ARBs jew ACEIs

Dejta minn provi kliniċi wriet li imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ ACEIs, ARBs jew aliskiren, hu assoċjat ma’ frekwenza ogħla ta’ avvenimenti avversi bħal pressjoni baxxa, puplesija, iperkalimja u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) meta mqabbel mal-użu ta’ sustanza waħda li taġixxi fuq RAAS (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1).

Kawtela meħtieġa bl-użu konkomitanti

Interazzjonijiet ma’ P-gp

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku instab li MDR1/Mdr1a/1b (P-gp) hija s-sistema ta’ effluss li hi l-aktar involuta fl-assorbiment mill-imsaren u tneħħija mill-marrara ta’ aliskiren (ara sezzjoni 5.2).

Rifampicin, li huwa induttur ta’ P-gp, naqqas il-bijodisponibilità b’madwar 50% waqt studju kliniku. Indutturi oħrajn ta’ P-gp (St. John’s Wort) jistgħu jnaqqsu l-bijodisponibilità ta’ aliskiren. Għalkemm din ma ġietx investigata għal aliskiren, huwa magħruf li P-gp jikkontrolla wkoll it-teħid ta’ varjetà ta’ sottostrati mit-tessuti u inibituri ta’ P-gp jistgħu jżidu l-proporzjon tal-konċentrazzjoni tat-tessuti mal- plażma. Għalhekk inibituri ta’ P-gp jistgħu iżidu l-livelli fit-tessuti aktar mill-livelli fil-plażma. Il- potenzjal ta’ interazzjonijiet fis-sit P-gp x’aktarx li jkunu jiddependu mill-grad ta’ inibizzjoni tat- trasportatur.

Inibituri moderati ta’ P-gp

L-għoti ta’ ketoconazole (200 mg) jew verapamil (240 mg) ma’ aliskiren (300 mg) irriżulta f’żieda ta’ 76% jew 97% fl-AUC ta’ aliskiren, rispettivament. Il-bidla fil-livelli tal-plażma ta’ aliskiren fil- preżenza ta’ ketoconazole jew verapamil hija mistennija li tkun fil-medda li tintlaħaq li kieku d-doża ta’ aliskiren kellha tiġi rduppjata; id-dożi ta’ aliskiren ta’ mhux aktar minn 600 mg, jew darbtejn l- ogħla d-doża terapewtika rakkomandata, instabu li jkunu ttollerati sewwa fi provi kliniċi kkontrollati. Studji prekliniċi jindikaw li l-għoti ta’ aliskiren flimkien ma’ ketoconazole jtejjeb l-assorbiment gastrointestinali ta’ aliskiren u jnaqqas l-eskrezzjoni biljari. Għalhekk għandha issir kawtela meta aliskiren jingħata ma’ ketoconazole, verapamil jew inibituri moderati oħrajn ta’ P-gp (clarithromycin, telithromycin, erythromycin, amiodarone).

Prodotti mediċinali li jaffettwaw livelli ta’ potassium fis-serum

L-użu flimkien ma’ aġenti oħra li jaffettwaw l-RAAS, ta’ NSAIDs jew ta’ aġenti li jżidu l-livelli ta’ potassium fis-serum (eż. dijuretiċi li ma jħallux il-potassium jintilef, supplimenti tal-potassium, sostituti tal-melħ li fihom il-potassium, heparin) jista’ jwassal għal żidied tal-potassium fis-serum. Jekk ikun meħtieġ għoti flimkien ma’ aġent li jaffettwa l-livell tal-potassium fis-serum, huwa xieraq li tittieħed il-kawtela.

Mediċini antinfjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs)

Bħal ma jiġri b’sustanzi oħra li jaħdmu fuq is-sistema ta’ renin-angiotensin, l-NSAIDs jistgħu jnaqqsu l-effett li għandu aliskiren kontra l-pressjoni għolja. F’xi pazjenti b’funzjoni tal-kliewi kompromessa (pazjenti deidradati jew pazjenti anzjani) aliskiren mogħti flimkien ma’ NSAIDs jista’ jwassal għal funzjoni tal-kliewi li aktar tmur għall-agħar, inkluż il-possibiltà ta’ insuffiċjenza tal-kliewi riversibbli. Għalhekk it-taħlita ta’ aliskiren flimkien ma’ NSAID tinħtieġ attenzjoni, speċjalment f’pazjenti anzjani.

Furosemide u torasemide

L-għoti ta’ aliskiren flimkien ma’ furosemide mill-ħalq ma kellu l-ebda effett fuq il-farmakokinetika ta’ aliskiren iżda naqqas l-esponiment għal furosemide b’20-30% (l-effett ta’ aliskiren fuq furosemide mogħti ġol-muskolu jew fil-vina ma ġiex investigat). Wara ħafna dożi ta’ furosemide (60 mg/jum) mogħti ma’ aliskiren (300 mg/jum) lill-pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb, it-tneħħija tas-sodium mal- awrina u l-volum tal-awrina waqt l-ewwel 4 sigħat tnaqqsu b’31% u 24%, rispettivament, meta mqabbla ma’ furosemide waħdu. Il-piż medju tal-pazjenti li kienu kkurati b’furosemide flimkien ma’ 300 mg aliskiren (84.6 kg) kien aktar mill-piż tal-pazjenti kkurati b’furosemide waħdu (83.4 kg). Kienu osservati tibdiliet iżgħar fil-farmakokinetika u l-effikaċja ta’ furosemide b’aliskiren

150 mg/jum.

Id-dejta klinika disponibbli ma ndikatx li dożi ogħla ta’ torasemide kienu użati wara għoti flimkien ma’ aliskiren. It-tneħħija renali ta’ torasemide hija magħrufa li hija medjata minn trasportaturi tal- anjoni organiċi (OATs - organic anion transporters). Aliskiren jitneħħa b’mod minimu permezz tar- rotta renali, u wara għoti orali 0.6% biss tad-doża ta’ aliskiren hija rkuprata fl-awrina (ara sezzjoni 5.2). Madankollu, peress li aliskiren intwera li huwa sottostrat għall-polipeptid 1A2 li jittrasporta l- anjoni organiċi (OATP1A2) (ara l-interazzjoni ma’ inibituri tal-polipeptid li jittrasporta l-anjoni organiċi (OATP - organic anion transporting polypeptide)), hemm potenzjal li aliskiren inaqqas l- esponiment għal torasemide fil-plażma permezz ta’ interferenza mal-proċess ta’ assorbiment.

Għalhekk huwa rrakkomandat li f’pazjenti kkurati kemm b’aliskiren kif ukoll b’furosemide jew torasemide mill-ħalq, l-effetti ta’ furosemide jew torasemide jiġu mmonitorjati mat-tnedija jew l- aġġustament tat-terapija ta’ furosemide, torasemide jew ta’ aliskiren biex jiġu evitati tibdil fil-volum tal-fluwidu ta’ barra ċ-ċelluli u sitwazzjonijiet possibbli ta’ tagħbija ta’ volum żejjed (ara sezzjoni 4.4).

Warfarin

L-effetti ta’ aliskiren fuq il-farmakokinetika ta’ warfarin ma kienux evalwati.

Interazzjonijiet mal-ikel

Għalkemm ikliet b’kontenut ta’ xaħam (baxx jew għoli) ntwerew li jnaqqsu l-assorbiment ta’ aliskiren b’mod sostanzjali, l-effikaċja ta’ aliskiren ġie muri li hija simili meta jittieħed ma’ ikla ħafifa jew fuq stonku vojt (ara sezzjoni 4.2). Id-dejta klinka disponibbli ma tissuġġerix effett addittiv ta’ tipi differenti ta’ ikel u/jew xarbiet, madanakollu l-potenzjal li jkun hemm tnaqqis tal-bijodisponibbiltà ta’ aliskiren minħabba dan l-effett addittiv ma ġiex studjat u għaldaqstant ma jistax jiġi eskluż.

Interazzjoni farmakokinetika ma’ prodotti mediċinali oħra

Komposti kimiċi li kienu investigati fi studji ta’ farmakokinetika klinika kienu jinkludu acenocoumarol, atenolol, celecoxib, pioglitazone, allopurinol, isosorbide-5-mononitrate u hydrochlorothiazide. L-ebda interazzjonijiet ma ġew identifikati.

Meta aliskiren jingħata ma’ metformin (↓28%), amlodipine (↑29%) jew cimetidine (↑19%) is-Cmax jew AUC ta’ Rasilez inbidlu b’bejn 20% u 30%. Meta ngħata ma’ atorvastatin, l-AUC u Cmax fi stat fiss ta’ Rasilez żdiedu b’50%. Meta Rasilez ingħata ma’ atorvastatin, metformin jew amlodipine dan ma kellux impatt sinifikanti fuq il-farmakokinetika tagħhom. Għalhekk, m’hemmx bżonn ta’ aġġustar tad-doża għal Rasilez jew ta’ dawn il-prodotti mediċinali li jingħataw miegħu.

Il-biodisponibilità ta’ digoxin u verapamil tista’ titnaqqas xi ftit b’Rasilez.

Interazzjonijiet ma’ CYP450

Aliskiren ma jinibixxix l-iżoenzimi CYP450 (CYP1A2, 2C8, 2C9, 2C19, 2D6, 2E1 u 3A). Aliskiren ma jinduċix CYP3A4. Għalhekk aliskiren mhux mistenni li jeffettwa l-esponiment sistemiku ta’ sustanzi li jinibixxu, jinduċu jew jiġu metabolizzati b’dawn l-enzimi. Aliskiren jiġi metabolizzat mill- anqas mill-enzimi cytochrome P450. Għalhekk, interazzjonijiet minħabba l-inibizzjoni jew l- induzzjoni ta’ l-isoenzimi CYP450 mhumiex mistennija. Madankollu, inibituri ta’ CYP3A4 ta’ spiss jeffettwaw ukoll P-gp. Żieda fl-esponiment għal aliskiren waqt l-għotja fl-istess ħin ta’ inibituri ta’ CYP3A4 li jimpedixxu wkoll P-gp tista’ għalhekk tkun mistennija (ara referenzi oћra ghal P-gp f’sezzjoni 4.5).

Sottostrati ta’ P-gp jew inibituri dgħajfa

Ma dehru l-ebda interazzjonijiet rilevanti ma’ atenolol, digoxin, amlodipine jew cimetidine. Meta ingħata ma’ atorvastatin (80 mg), l-AUC u Cmax ta’ aliskiren (300 mg) fi stat fiss żdiedu b’50%. F’annimali esperimentali, intwera li P-gp jiddetermina bil-kbir il-biodisponibilità ta’ Rasilez. Indutturi ta’ P-gp (St. John’s wort, rifampicin) għalhekk jistgħu jnaqqsu l-biodisponibilità ta’ Rasilez.

Inibituri tal-pompa organika ta’ esportazzjoni anjonika (OATP)

Studji prekliniċi juru li aliskiren jista’ jkun sustanza ta’ pompa organika ta’ esportazzjoni anjonika. Għaldaqstant, jeżisti l-potenzjal li jkun hemm interazzjonijiet bejn l-inibituri ta’ OATP u aliskiren meta jingħataw flimkien (ara l-interazzjoni tal-meraq tal-frott).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-użu ta’ aliskiren waqt it-tqala. Aliskiren ma kienx teratoġeniku fi frien jew fniek (ara sezzjoni 5.3). Sustanzi oħra li jaħdmu direttament fuq RAAS kienu assoċjati ma’ malformazzjonijiet tal-feti u mwiet tal-frieħ. Bħal kull mediċina oħra li taħdem direttament fuq ir- RAAS, aliskiren m’għandux jintuża waqt l-ewwel trimestru tat-tqala jew f’nisa li qed jippjanaw biex joħorġu tqal u huwa kontraindikat waqt it-tieni u t-tielet trimestri (ara sezzjoni 4.3). Professjonisti fil- kura tas-saħħa li jkunu qed jordnaw xi aġenti li jaħdmu fuq RAAS għandhom jagħtu parir lil nisa li qieghdin f’età li jista’ jkollhom it-tfal dwar ir-riskju li jista’ jkun hemm b’dawn l-aġenti waqt it-tqala. Jekk jinsab li hemm tqala waqt it-terapija, it-trattament għandu jitwaqqaf kemm jista’ jkun malajr kif ikun xieraq.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk aliskiren/metaboliti jiġux eliminati fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Aliskiren għadda fil-ħalib ta’ firien li kienu qed ireddgħu. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid mhux eskluż. Aliskiren m’għandux jintuża waqt it-treddigħ.

Fertilità

M'hemm l-ebda tagħrif kliniku dwar il-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Aliskiren għandu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, waqt is-sewqan jew tħaddim ta’ magni għandu jkun meqjus il-fatt li jista’ jkun hemm, xi kultant, sturdament jew għeja bl- użu ta’ aliskiren.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi serji jinkludu reazzjoni anafilattika u anġjoedima li kienu rrappurtati waqt esperjenza wara t-tqegħid tal-prodott fis-suq u jistgħu jseħħu rarament (anqas minn każ wieħed f’kull

1,000 pazjent). L-aktar reazzjoni avversa komuni hija dijarrea.

Lista ttabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Aliskiren ġie evalwat għas-sigurtà f’aktar minn 7,800 pazjent, inklużi aktar minn 2,300 ittrattati għal aktar minn 6 xhur, u aktar minn 1,200 għal aktar minn sena. Ir-reazzjonijiet avversi huma elenkati taħt it-titlu tal-frekwenza, l-aktar frekwenti l-ewwel, bil-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Tabella 1

Disturbi fis-sistema immuni

Rari:

Reazzjonijiet anafilattiċi, reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni:

Sturdament

Disturbi fil-widnejn u fis-sistema labirintika

Mhux magħruf:

Vertigo

Disturbi fil-qalb

 

Mhux komuni:

Palpitazzjonijiet, edima periferali

Disturbi vaskulari

 

Mhux komuni:

Pressjoni baxxa

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Mhux komuni:

Sogħla

Mhux magħruf:

Qtugħ ta’ nifs

Disturbi gastro-intestinali

 

Komuni:

Dijarea

Mhux magħruf:

Dardir u rimettar

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Mhux magħruf:

Disturbi fil-fwied*, suffejra, epatite, insuffiċjenza tal-fwied**

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni:

Reazzjonijiet avversi serji fuq il-ġilda (SCARs) li jinludu s-sindrom ta’

 

Stevens Johnson, nekroliżi epidermali tossika (TEN) u reazzjonijiet

 

mukużi fil-ħalq, raxx, ħakk, urtikarja

Rari:

Anġjoedima, eritema

Disturbi muskolu-skelettriċi u tat-tessuti konnettivi

Komuni:

Artralġja

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Mhux komuni:

Insuffiċjenza akuta tal-kliewi, indeboliment tal-kliewi

Investigazzjonijiet

 

Komuni:

Iperkalimja

Mhux komuni:

Żieda fl-enzimi fil-fwied

Rari:

Tnaqqis fl-emoglobina, tnaqqis fl-ematokrit, żieda fil-kreatinina tad-

 

demm

Mhux magħruf:

Iponatremja

*Każijiet iżolati ta' disturbi tal-fwied b'sintomi kliniċi u b'evidenza tal-laboratorju ta' disfunzjoni tal- kliewi aktar qawwija.

**Inklużi każ wieħed ta’ ‘insuffiċjenza fulminanti tal-fwied’ irrappurtat fl-esperjenza ta’ wara t- tqegħid fis-suq, li għalih ma jistax jiġi eskluż relazzjoni kawżali ma’ aliskiren.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva inkluż reazzjonijiet anafilattiċi u anġjoedema

Fi provi kliniċi kkontrollati, anġjoedema u reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva seħħew b’mod rari waqt il-kura b’aliskiren b’rati li setgħu jitqabblu mal-kura bi plaċebo jew komparaturi.

Każijiet ta’ anġjoedima jew sintomi li jissuġġerixxu anġjoedima (nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fil- gerżuma u/jew fl-ilsien) kienu rrappurtati wkoll fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Numru minn dawn il-pazjenti kellhom storja ta’ anġjoedima jew sintomi li jissuġġerixxu anġjoedima, li f’xi każijiet kienet assoċjata mal-għoti ta’ mediċini oħrajn magħrufa li jikkawżaw anġjoedima, inkluż imblokkaturi tal-RAAS (ACEIs jew l-ARBs).

Wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, kienu rrappurtati każijiet ta’ anġjoedima jew reazzjonijiet li jixbhu lil anġjoedima u dan meta aliskiren ingħata flimkien ma’ ACEIs u/jew ARBs.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi kienu rrappurtati wkoll wara li l-prodott tqiegħed fis-suq (ara sezzjoni 4.4).

F’każ ta’ kwalunkwe sinjali li jindikaw reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva/ anġjoedima (l-aktar tbatija biex tieħu n-nifs jew tibla’, raxx, ħakk, ħorriqija jew nefħa tal-wiċċ, fl-idejn u s-saqajn, għajnejn, xofftejn u/jew ilsien, sturdament), il-pazjenti għandhom iwaqqfu l-kura u jgħamlu kuntatt mat-tabib (ara sezzjoni 4.4).

L-Artralġja ġiet irrappurtata f’esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. F’xi każijiet dan seħħ bħala parti minn reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva.

Disfunzjoni tal-kliewi

Fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, disfunzjoni tal-kliewi u każijiet ta’ insuffiċjenza akuta tal- kliewi kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu f’riskju (ara sezzjoni 4.4).

Sejbiet tal-laboratorju

Fi provi kliniċi kkontrollati, bidliet klinikament rilevanti f’parametri standard tal-laboratorju kienu assoċjati b’mod mhux komuni ma’ l-għoti ta’ aliskiren. Fi studji kliniċi f’pazjenti bi pressjoni għolja,

Rasilez ma kellux effetti klinikament importanti fuq il-kolesterol totali, lipoproteina tal-kolesterol ta’ densità għolja (HDL-C), trigliċeridi ta’ waqt is-sawm, glucose ta’ waqt is-sawm jew uric acid.

Emoglobina u ematokrit

Deher tnaqqis żgħir fl-emoglobina u ematokrit (medja ta’ tnaqqis b’madwar 0.05 mmol/l u 0.16 perċentwali tal-volum, rispettivament). Ħadd mill-pazjenti ma waqqaf it-terapija minħabba

anemija. Dan l-effett jidher ukoll b’aġenti oħra li jaħdmu fuq is-sistema renin-angiotensin, bħall- ACEIs u l-ARBs.

Potassium fis-serum

Żidiet tal-potassium fis-serum ġew osservati b’aliskiren, u dawn jistgħu jiġu aggravati bl-użu konkomitanti ta’ aġenti oħra li jaħdmu fuq l-RAAS jew bl-użu ta’ NSAIDs. B’mod konsistenti mal- prattika medika standard, id-determinazzjoni perjodika tal-funzjoni renali inkluż l-elettroliti fis-serum hija rakkomandata f’każ li jiġi kkunsidrat bħala neċessarju l-għoti flimkien ma’ sustanzi oħra.

Popolazzjoni pedjatrika

Aliskiren kien evalwat għas-sigurtà fi studju randomised, double-blind, ta’ 8 ġimgħat fuq 267 pazjent bi pressjoni għolja b’età minn 6 snin sa 17-il sena, il-biċċa l-kbira b’piż żejjed/ħoxnin ħafna, segwit minn studju ta’ estensjoni li kien jinkludi 208 pazjenti ttrattati għal 52 ġimgħa. Il-frekwenza, it-tip u s- severità tar-reazzjonijiet avversi fi tfal kienu ġeneralment jixbhu lil dawk li dehru f’adulti bi pressjoni għolja. Kollox ma’ kollox, ma deher l-ebda impatt avvers relevanti klinikament f’pazjenti pedjatriċi ta’ bejn is-6 u s-17-il sena wara trattament b’aliskiren sa sena skont l-evalwazzjoni newrokonjittiva u tal-iżvilupp (ara sezzjoni 4.2).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

Hemm tagħrif limitat dwar l-użu eċċessiv fil-bniedem. L-aktar ħaga li x’aktarx tidher b’doża eċċessiva ta’ Rasilez tkun pressjoni baxxa, relatata ma’ l-effett ta’ aliskiren li jbaxxi l-pressjoni.

Trattament

Jekk jidhru sintomi ta’ pressjoni baxxa, kura ta’ support għandha tinbeda.

Fi studju mwettaq f’pazjenti b’mard renali fl-aħħar stadju (ESRD) mogħtija l-emodijalisi, it-tneħħija ta’ aliskiren waqt id-dijalisi kien baxx (< 2% tat-tneħħija orali). Għaldaqstant id-dijalisi mhijiex xierqa sabiex tittratta l-espożizzjoni eċċessiva għal aliskiren.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Sustanzi li jaħdmu fuq is-sistema tar-renin-angiotensin; inibitur tar- renin, Kodiċi ATC: C09XA02

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Aliskiren huwa inibitur dirett tar-renin tal-bniedem, attiv b’mod orali, selettiv u potenti, mhux peptajd.

Effetti farmakodinamiċi

Bl-inibizzjoni ta’ l-enzima renin, aliskiren jinibixxi r-RAAS fil-punt ta’ l-attivazzjoni, u b’hekk jimblokka l-konverżjoni ta’ angiotensin f’angiotensin I u jnaqqas il-livell ta’ angiotensin I u angiotensin II. Filwat li aġenti oħrajn li jinibixxu r-RAAS (ACEI u imblukkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II (ARB)) jikkawżaw żieda ta’ kumpens fl-attività ta’ renin fil-plażma (PRA), il-kura b’aliskiren tnaqqas il-PRA f’pazjenti bil-pressjoni għolja b’madwar 50 sa 80%. Tnaqqis simili deher meta aliskiren ingħata ma’ aġenti kontra l-pressjoni għolja oħrajn. L-implikazzjonijiet kliniċi tad- differenzi fl-effett fuq il-PRA mhux magħrufin sa’ issa.

Effikaċja klinika u sigurtà

F’pazjenti bil-pressjoni għolja, l-għotja darba kuljum ta’ aliskiren b’dożi ta’ 150 mg u 300 mg ikkawżaw tnaqqis dipendenti mid-doża fil-pressjoni tad-demm sistolika u dijastolika li nżammu fuq perijodu sħiħ ta’ 24 siegħa ta’ l-intervall bejn id-dożi (b’hekk żammew il-benefiċċju ta’ kmieni filgħodu) b’medja fil-proporzjon bejn l-ogħla u l-anqas għar-rispons dijastoliku sa’ 98% għad-doża ta’ 300 mg. 85 sa 90% ta’ l-effett massimu li jbaxxi l-pressjoni deher wara ġimgħatejn. L-effett li jbaxxi l-pressjoni inżamm waqt kura li ngħatat fit-tul, u ma kienetx tiddependi mill-età, sess, indiċi tal-massa tal-ġisem u razza. Aliskiren kien studjat f’1,864 pazjent ta’ etajiet minn 65 sena ’l fuq, u f’426 pazjent ta’ etajiet minn 75 sena ’l fuq.

Studji b’monoterapija b’aliskiren urew li l-effetti li jbaxxi l-pressjoni kienu jitqabblu ma’ klassijiet oħra ta’ aġenti li jbaxxu l-pressjoni inklużi ACEI u ARB. Meta mqabbel ma’ dijuretiku

(hydrochlorothiazide - HCTZ), Rasilez 300 mg naqqas il-pressjoni sistolika/dijastolika tad-demm b’17.0/12.3 mmHg, imqabbel ma’ 14.2/10.5 mmHg għal HCTZ 25 mg wara 12-il ġimgħa ta’ kura.

Hemm studji b’terapija ta’ kombinazzjoni għal aliskiren miżjud mad-dijuretiku hydrochlorthiazide, l- imblukkatur tal-kanali tal-calcium amlodipine u l-imblukkatur beta atenolol. Dawn il- kombinazzjonijiet kienu tollerati sew. Huwa kkawża tnaqqis fil-pressjoni tad-demm akbar meta żdied ma’ hydrochlorthiazide. F’pazjenti li ma kellhomx rispons xieraq għall-5 mg ta’ l-imblokkatur tal- kanali tal-calcium amlodipine, iż-żieda ta’ aliskiren 150 mg kellu effett li jbaxxi l-pressjoni simili għal dak miksub meta d-doża ta’ amlodopine tiżdied għal 10 mg iżda kien hemm anqas każijiet ta’ edema

(aliskiren 150 mg/amlodipine 5 mg 2.1% vs amlodipine 10 mg 11.2%).

L-effikaċja u s-sigurtà tat-terapija b’aliskiren tqabblu mat-terapija b’ramipril waqt studju mhux inferjuri li dam għaddej 9 xhur fost 901 pazjent anzjan (≥ 65 sena) bi pressjoni għolja sistolika essenzjali. Ingħataw 150 mg jew 300 mg aliskiren kuljum jew 5 mg jew 10 mg ramipril kuljum għal

36 ġimgħa bil-possibbiltà ta’ terapija miżjuda b’hydrochlorothiazide (12.5 mg jew 25 mg) fit-12- il ġimgħa, u amlodipine (5 mg jew 10 mg) fit-22 ġimgħa. Matul medda ta’ 12-il ġimgħa, il-

monoterapija b’aliskiren naqqset il-pressjoni sistolika/dijastolika tad-demm b’14.0/5.1 mmHg, meta mqabbel mal-11.6/3.6 mmHg għal ramipril, konsistenti b’aliskiren li mhuwiex inferjuri għal ramipril bid-dożi magħżula u d-differenzi fil-pressjoni sistolika u dijastolika tad-demm kienu sinjifikanti statistikament. It-tollerabbiltà kienet komparabbli fiż-żewġ gruppi ttrattati, madanakollu s-sogħla kienet aktar irrappurtata b’ramipril milli b’aliskiren (14.2% vs. 4.4%), filwaqt li d-dijarrea kienet aktar komuni b’aliskiren milli b’ramipril (6.6% vs. 5.0%).

Fi studju ta’ 8 ġimgħat f’754 anzjan bi pressjoni għolja (≥ 65 sena) u pazjenti anzjani ħafna (30%≥ 75 sena) l-għoti ta' aliskiren b'dożi ta' 75 mg, 150 mg u 300 mg pprovdew tnaqqis superjuri statistikament sinifikanti fil-pressjoni tad-demm (kemm sistolika u dijastolika) meta mqabbel ma’ plaċebo. Ma deher l-ebda effett ta’ tnaqqis ieħor fil-pressjoni tad-demm meta ngħataw 300 mg aliskiren imqabbel ma’ 150 mg aliskiren. It-tliet dożi kollha kienu ttollerati sew kemm fl-anzjani u

f’pazjenti anzjani ħafna. Skont analiżi miġbura tad-dejta dwar l-effikaċja u s-sigurtà waqt provi kliniċi li damu sa 12-il xahar, ma kienx hemm differenza qawwija statistikament fejn jidħol it-tnaqqis tal- pressjoni tad-demm bejn 300 mg aliskiren u 150 mg aliskiren f’pazjenti ta’ età akbar (≥ 65 sena).

F’pazjenti obeżi li għandhom il-pressjoni għolja li ma wrewx rispons xieraq għal HCTZ 25 mg, kura bl-inklużjoni ta’ aliskiren 300 mg ipprovdiet tnaqqis addizzjonali fil-pressjoni tad-demm li seta’ jitqabbel ma’ kura bl-inklużjoni ta’ irbesartan 300 mg jew amlodipine 10 mg.

Ma kienx hemm evidenza ta’ pressjoni baxxa bl-ewwel doża u l-ebda effett fuq r-rata tal-polz f’pazjenti ikkurati fi studji kliniċi kkontrollati. Pressjoni baxxa żżejjed kienet mhux komuni (0.1%) f’pazjenti bi pressjoni għolja mingħajr komplikazzjoni li kienu kkurati b’aliskiren waħdu. Pressjoni baxxa kienet ukoll mhux komuni (< 1%) waqt terapija kombinata b’aġenti kontra l-pressjoni għolja oħrajn. Meta twaqqfet it-terapija, l-pressjoni reġgħet lura għall-livelli tal-linja bażi fuq perijodu ta’ numru ta’ ġimgħat, mingħajr ma kien hemm effett rebound għall-pressjoni tad-demm jew PRA.

Waqt studju li dam għaddej 36 ġimgħa fost 820 pazjent b’disfunzjoni iskemika tal-ventrikolu xellugi, ma deher l-ebda tibdil fl-immudellar mill-ġdid tal-ventrikolu li kien evalwat permezz tal-volum sistoliku aħħari tal-ventrikolu xellugi b’aliskiren meta mqabbel mal-plaċebo fil-quċċata tat-terapija ta’ sfond.

Ir-rati kkombinati ta' mewt kardjovaskulari, teħid l-isptar minħabba infart, attakki tal-qalb rikorrenti, puplesija u mewt għal għarrieda wara li l-pazjent kien reġa’ ġie f’sensih kienu jixbhu lil xulxin fil- grupp mogħti aliskiren u fil-grupp mogħti l-plaċebo. Madanakollu, f’pazjenti mogħtija aliskiren kien hemm rata ogħla b’mod qawwi ta’ iperkalemija, ipotensjoni u disfunzjoni tal-kliewi meta mqabbel mal-grupp mogħti l-plaċebo.

Aliskiren kien evalwat għall-benefiċċju kardjovaskulari u/jew tal-kliewi fi studju randomised, double- blind, kontrollat bi plaċebo f’8,606 pazjent b’dijabete tat-tip 2 u b’mard tal-kliewi kroniku (evidenzjat minn u proteinurja u/jew GFR < 60 ml/min/1.73 m2) bi jew mingħajr mard kardjovaskulari. Fil- maġġoranza tal-pazjenti l-pressjoni tad-demm fl-arterji kienet ikkontrollata sew fil-linja bażi. It- tragward finali primarju kien taħlita ta’ kumplikazzjonijiet kardjovaskulari u renali.

F’dan l-istudju, aliskiren 300 mg kien imqabbel ma’ plaċebo meta ġie miżjud ma’ standard ta’ kura li kien jinkludi jew impeditur tal-enzima li tikkonverti angiotensin, jew imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin. L-istudju twaqqaf qabel iż-żmien minħabba li kien probabbli li l-parteċipanti ma kenux se jibbenefikaw minn aliskiren. Ir-riżultati finali tal-istudji indikaw proporzjon ta’ periklu għat- tragward finali primarju ta’ 1.097 favur plaċebo (95.4% Confidence Interval: 0.987, 1.218, 2-sided p=0.0787). Barra minn hekk, kienet osservata inċidenza akbar ta’ episodji mhux mixtieqa b’aliskiren meta mqabbel ma’ plaċebo (38.2% kontra 30.3%). B’mod partikulari kien hemm żieda fl-inċidenza ta’ disfunzjoni renali (14.5% kontra 12.4%), iperkalemija (39.1% kontra 29.0%), episodji b’rabta ta’ pressjoni baxxa (19.9% kontra 16.3%) u endpoints aġġudikati ta’ puplesija (3.4% kontra 2.7%). L- inċidenza akbar ta’ puplesija kienet ogħla f’pazjenti b’insuffiċjenza renali.

Aliskiren 150 mg (miżjud għal 300 mg jekk ittollerat) mogħti mat-terapija konvenzjonali kien evalwat waqt prova randomizzata double-blind ikkontrollata bil-plaċebo f’1,639 pazjent bil-frazzjoni tal- ejezzjoni mnaqqsa u li kellhom jiddaħħlu l-isptar minħabba episodju ta’ insuffiċjenza akuta tal-qalb (NYHA Klassi III-IV) li kienu stabbli emodinamikament fil-linja bażi. L-endpoint primarju kien li l- pazjent inżamm mill-ġdid l-isptar minħabba mewt kardojovaskulari jew insuffiċjenza tal-qalb fi żmien

6 xhur; l-endpoints sekondarji kienu evalwati fi żmien 12-il xahar.

L-istudju ma wera l-ebda benefiċċju meta mogħti mat-terapija standard għal insuffiċjenza akuta tal- qalb u wera żieda fir-riskju ta’ episodji kardjovaskulari f’pazjenti bid-dijabete mellitus. Ir-riżultati tal- istudju wrew effett ċkejken ta’ aliskiren bi proporzjon ta’ periklu ta’ 0.92% (95% Intervall ta’

Kunfidenza: 0.76-1.12; p=0.41, aliskiren vs. placebo). Kienu rrappurtati differenzi fl-effetti tat- trattament mogħti b’aliskiren b’rabta mal-livell totali ta’ mortalità tul 12-il xahar u dan skont il- qagħda tad-dijabete mellitus. Fis-sottogrupp ta’ pazjenti bid-dijabete mellitus il-proporzjon ta’ periklu kien ta’ 1.64 favur il-plaċebo (95% Intervall ta’ Kunfidenza: 1.15-2.33), filwaqt li r-rata ta’ periklu fis-sottogrupp ta’ pazjenti mingħajr id-dijabete kien ta’ 0.69 favur aliskiren (95% Intervall ta’ Kunfidenza: 0.50-0.94); il-valur-p għall-interazzjoni = 0.0003. Kien hemm żieda fl-inċidenza ta’ iperkalemija (20.9% kontra 17.5%), fl-indeboliment tal-kliewi/insuffiċjenza tal-kliewi (16.6% kontra 12.1%) u fil-pressjoni baxxa (17.1% kontra 12.6%) fost il-grupp mogħti aliskiren imqabbel mal- plaċebo u kienet akbar fost il-pazjenti bid-dijabete.

L-effetti ta’ aliskiren fuq il-mortalità jew morbidità kardjovaskulari bħalissa mhumhiex magħrufa.

Elettrofiżjoloġija tal-qalb

Ma ġiex irrappurtat l-ebda effett fi studju randomised, double-blind, kontrollat bi plaċebo u bis- sustanza attiva b’elettrokardjografija standard u Holter.

Popolazzjoni pedjatrika

Fi studju b’aktar minn ċentru wieħed, randomised, double-blind, ta’ 8 ġimgħat b’aliskiren bħala monoterapija (3 gruppi ta’ dożi skont il-kategorija tal-piż [≥20 kg sa <50 kg; ≥50 kg sa <80 kg;

≥80 kg sa ≤150 kg]: doża baxxa 6.25/12.5/25 mg [0.13-0.31 mg/kg]; medja 37.5/75/150 mg [0.75- 1.88 mg/kg]; u għolja 150/300/600 mg [3.0-7.5 mg/kg], bi proporzjon ta’ doża wiesa’ bejn il-gruppi ta’ doża baxxa, medja u dik għolja [1:6:24]) fuq 267 pazjent pedjatriku bi pressjoni għolja b’età minn

6 snin sa 17-il sena, il-biċċa l-kbira b’piż żejjed/ħoxnin ħafna, aliskiren naqqas il-pressjoni meħuda fl- uffiċċju u dik ambulatorja b’mod dipendenti mid-doża waqt il-fażi inizjali ta’ 4 ġimgħat tal-istudju li fiha ġiet determinata d-doża (Fażi 1). Madankollu, fil-fażi sussegwenti, randomised, ta’ 4 ġimgħat, ta’ waqfien tal-istudju (Fażi 2), l-effett ta’ aliskiren ikkoinċida mal-effetti osservati f’pazjenti li nqalbu għall-plaċebo fil-gruppi tad-dożi kollha (baxxa, p=0.8894; medja, p=0.9511; għolja, p=0.0563). Id- differenzi medji bejn aliskiren u l-plaċebo għall-gruppi ta’ doża baxxa u medju kienu <0.2 mmHg. Il- kura b’aliskiren kienet ittollerata tajjeb f’dan l-istudju.

Dan l-istudju kien estiż ma’ studju randomizzat, double-blind ta’ 52 ġimgħa sabiex jevalwa s-sigurtà, it-tollerabbiltà u l-effikaċja ta’ aliskiren imqabbel ma’ enalapril f’208 pazjenti pedjatriċi bi pressjoni għolja ta’ bejn 6 u 17-il sena (li kienu fil-linja bażi fl-istudju preċedenti). Id-doża inizjali f’kull grupp tfasslet skont il-piż fit-tliet gruppi: minn ≥20 sa <50 kg, minn ≥50 sa <80 kg, u minn ≥80 sa ≤150 kg.

Id-dożi inizjali għal aliskiren kienu ta’ 37.5/75/150 mg mogħtija lill-gruppi bl-inqas piż, b’piż medju u bl-ogħla piż, rispettivament. Id-dożi inizjali għal enalapril kienu ta’ 2.5/5/10 mg mogħtija lill-gruppi bl-inqas piż, b’piż medju u bl-ogħla piż, rispettivament. Wieħed seta’ jagħżel li ssir titrazzjoni tad- dożi tal-mediċini studjati rispettivament għall-ogħla livell tad-doża li jmiss u dan skont il-piż billi tkun irduppjata d-doża b’kull waħda miż-żewġ titrazzjonijiet permessi tad-doża, sa 600 mg (l-ogħla doża studjata fost l-adulti) għal aliskiren u sa 40 mg għal enalapril fost il-grupp b’piż ta’ bejn ≥80 sa

≤150 kg, jekk meħtieġ medikament sabiex ikun hemm kontroll tal-pressjoni sistolika medja tad-demm waqt li l-pazjent ikun bilqiegħda (i.e. l-msSBP għandha tkun anqas mid-90 perċentwali skont l-età, is- sess u t-tul). Kollox ma’ kollox, l-età medja tal-pazjenti kienet ta’ 11.8 snin bi 48.6% tal-pazjenti kienu fil-grupp li kellhom bejn 6-11-il sena u 51.4% li kienu fil-grupp ta’ bejn 12-17-il sena. Il-piż medju kien ta’ 68.0 kg b’57.7% tal-pazjenti kellhom BMI akbar minn jew daqs dak fil-95 perċentwali skont l-età u s-sess. Fi tmien dan l-istudju ta’ estensjoni, it-tibdiliet fl-msSBP mil-linja bażi kienu jixbhu lil dawk b’aliskiren meta mqabbel ma’ enalapril (-7.63 mmHg vs. -7.94 mmHg) fis-sett sħiħ analizzat. Madanakollu, is-sinjifikat tal-ittestjar dwar in-nuqqas ta’ inferjorità ma nżammx meta l- analiżi twettqet fuq is-sett skont il-protokoll li fih l-inqas bidla kwadra medja fl-msSBP mil-linja bażi kienet ta’ -7.84 mmHg b’aliskiren u ta’ -9.04 mmHg b’enalapril. Barra minn hekk, minħabba l- possibbiltà ta’ titratazzjoni ’l fuq jekk meħtieġ medikament biex tkun ikkontrollata l-msSBP, ma tista’ tittieħed l-ebda konklużjoni dwar il-pożoloġija xierqa għal aliskiren f’pazjenti ta’ bejn 6 u 17-il sena.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ddiferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’aliskiren f’wieħed jew iktar kategoriji tal-popolazzjoni pedjatrika fil-pressjoni għolja (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara assorbiment orali, il-konċentrazzjonijiet ta’ aliskiren fil-plażma laħqu l-quċċata wara

1-3 siegħat. Il-biodisponibilità assoluta ta’ aliskiren hija madwar 2-3%. Ikliet b’kontenut għoli ta’ xaħam naqqsu is-Cmax b’ 85% u l-AUC b’70%. Fi stadju stabbli ikliet b’kontenut baxx ta’ xaħam naqqas is-Cmax b’76% u l-AUC0-tau b’67% f’pazjenti bi pressjoni għolja. Madankollu l-effikaċja ta’ aliskiren kienet simili meta jittieħed ma’ ikla ħafifa jew fuq stonku vojt. Konċentrazzjonijiet fil- plażma fi stat fiss jintlaħqu fi żmien 5-7 ijiem wara li jingħata darba kuljum u l-livelli ta’ stat fiss huma darbtejn ogħla minn dik li tintlaħaq bl-ewwel doża.

Trasportaturi

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku instab li MDR1/Mdr1a/1b (P-gp) hija s-sistema ta’ effluss li hi l-aktar involuta fl-assorbiment mill-imsaren u t-tneħħija mill-marrara ta’ aliskiren.

Distribuzzjoni

Wara li jingħata minn ġol-vina, il-medja tal-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fss hija madwar 135 litru, li jindika li aliskiren jinfirex b’mod estensiv fl-ispazju extravaskulari. Ir-rabta mal-proteini fil-plażma ta’ alsikiren hija moderata (47-51%) u ma tiddependix fuq il-konċentrazzjoni.

Bijotrasformazzjoni

Madwar 1.4% tad-doża orali totali tiġi metabolizzata. L-enzima responsabbli għal dan il-metaboliżmu hija CYP3A4.

Eliminazzjoni

Il-medja tal-half-life hija madwar 40 siegħa (medda bejn 34-41 siegħa). Aliskiren jiġi eliminat bħala kompost kimiku mhux mibdul fl-ippurgar (78%). Madwar 0.6% tad-doża tiġi rkuprata mill-awrina wara doża li tingħata mill-ħalq. Wara l-għotja minn ġol-vina, it-tneħħija medja mill-plażma hija madwar 9 l/h.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

L-esponiment għal aliskiren żdied b’mod aktar minn proporzjonali għaż-żieda fid-doża. Wara li tingħata doża waħda fil-medda ta’ dożi bejn 75 u 600 mg, meta d-doża tiġi rduppjata jkun hemm żieda ta’ ~2.3 u 2.6-il darba fl-AUC u s-Cmax rispettivament. Fi stat fiss in-nuqqas ta’ linejarità tista’ tkun tidher aktar. Mekkaniżmi responsabbli għad-devjazzjoni mill-linejarità ma ġewx identifikati. Mekkaniżmu possibli huwa s-saturazzjoni tat-trasportaturi fis-sit ta’ l-assorbiment jew fir-rotta ta’ tneħħija mill-fwied u mill-marrara.

Karatteristiċi f’pazjenti

Aliskiren huwa kura effettiva kontra l-pressjoni għolja f’pazjenti aduti, ikun x’ikun is-sess, l-età, l- indiċi tal-massa tal-ġisem u l-etniċità.

Indeboliment renali

Il-farmakokinetika ta’ aliskiren kienet evalwata f’pazjenti bi gradi varji ta’ insuffiċjenza renali. AUC u Cmax relattivi ta’ aliskiren f’individwi b’indeboliment renali kellhom medda ta’ bejn 0.8 sa darbtejn il-livelli f’individwi b’saħħithom wara li ngħatat doża waħda u fi stat fiss. Dawn il-bidliet li dehru, madankollu, ma kienux jikkorrelataw mas-severità ta’ l-indeboliment renali. Mhux meħtieġ bdil tad- doża tal-bidu tat-trattament f’pazjenti b’indeboliment renali ħafif għal moderat (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4). Mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’indeboliment renali sever (rata tal-filtrazzjoni fil- glomeruli (GFR) < 30 ml/min/1.73 m2).

Il-farmakokinetiċi ta’ aliskiren kienu evalwati f’pazjenti b’mard renali fl-aħħar stadju mogħtija l- emodijalisi. L-għoti ta’ doża waħda ta’ 300 mg aliskiren kienet assoċjata ma’ tibdiliet baxxi tal- farmakokinetiċi ta’ aliskiren (bidla fis-Cmax ta’ anqas minn 1.2 drabi; żieda fil-AUC sa 1.6 drabi) mqabbel ta’ pazjenti b’saħħithom imlaqqgħin. Iż-żmien meta ngħatat l-emodijalisi ma biddilx b’mod qawwi l-farmakokinetiċi ta’ aliskiren f’pazjenti b’ESRD. Għaldaqstant, jekk jeħtieġ li aliskiren jingħata lil pazjenti b’ESRD li qed jingħataw l-emodijalisi, bidla fid-doża ma joffrix garanzija f’dawn il-pazjenti. Madanakollu, l-użu ta’ aliskiren mhuwiex irrakkomandat f’pazjenti b’indeboliment tal- kliewi qawwi (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment epatiku

Il-farmakokinetika ta’ aliskiren ma nbidlitx b’mod sinifikanti f’pazjenti b’mard tal-fwied ħafif għal sever. Għalhekk, mhux meħtieġ li d-doża tal-bidu ta’ aliskiren tinbidel f’pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif għal sever.

Pazjenti anzjani li għandhom 65 sena jew aktar

L-AUC huwa 50% ogħla fl-anzjani (> 65 sena) milli f’individwi żgħażagħ. Is-sess, piż u etniċità m’għandhomx influwenza klinikament rilevanti fuq il-farmakokinetika ta’ aliskiren.

Popolazzjoni pedjatrika

Fi studju farmakokinetiku ta’ kura b’aliskiren f’39 pazjent pedjatriku bi pressjoni għolja, fl-età ta’ bejn 6 snin sa 17-il sena, li ngħataw dożi ta’ 2 mg/kg jew 6 mg/kg ta’ aliskiren kuljum bħala bċejjeċ żgħar (3.125 mg/pillola), il-parametri farmakokinetiċi kienu jixbhu lil dawk fl-adulti. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju ma ssuġġerewx li l-eta`, il-piż tal-ġisem jew is-sess għandhom xi effett sinifikanti fuq l- esponiment sistemiku ta’ aliskiren (ara sezzjoni 4.2).

Fi studju ta’ 8 ġimgħat randomised, double-blind b’aliskiren bħala monoterapija f’267 pazjent pedjatriku bi pressjoni għolja ta’ età minn 6 snin sa 17-il sena, il-biċċa l-kbira b’piż żejjed/ħoxnin ħafna, il-konċentrazzjonijiet l-aktar baxxi fi stat sajjem ta’ aliskiren f’jum 28 kienu komparabbli ma’ dawk osservati fi studji oħra kemm f’adulti kif ukoll fi tfal bl-użu ta’ dożi simili ta’ aliskiren (ara sezzjoni 5.1).

Ir-riżultati minn studju tat-tessut tal-bniedem MDR1 in vitro ssuġġerew mudell ta’ maturazzjoni tat- trasportaturi MDR1 (P-gp) dipendenti fuq l-età u t-tessuti. Ġiet osservata varjabbiltà inter-individwali għolja ta’ livelli ta’ espressjoni tal-mRNA (sa 600 darba). L-espressjoni epatika MDR1 mRNA kienet statistikament ferm aktar baxxa f’kampjuni li ttieħdu minn feti, trabi tat-twelid u tfal żgħar sal-età ta’

23 xahar.

L-età li fiha s-sistema li tittrasporta ssir matura ma tistax tiġi stabbilita. Hemm potenzjal ta’ esponiment eċċessiv għal aliskiren fi tfal b’sistema immatura ta’ MDR1 (P-gp) (ara “Trasportaturi” aktar ’il fuq u sezzjonijiet 4.2, 4.4 u 5.3).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji dwar is-sigurtà farmakoloġika ma wrew l-ebda effetti avversi fuq is-sistema nervuża ċentrali, respiratorja jew funzjoni kardjovaskulari. Is-sejbiet waqt studji ta’ tossiċità f’annimali minn dożi ripetuti kienu konsistenti mal-potenzjal ta’ irritazzjoni lokali (passaġġ gastrointestinali) li hi magħrufa jew mal-effetti farmakoloġiċi mistennija ta’ aliskiren.

Ma nstabx li kien hemm xi potenzjal karċinoġenu għal aliskiren fi studju fuq firien li dam sentejn u fi studju fuq ġrieden transġeniċi li dam 6 xhur. Każ ta’ adenoma fil-kolon u każ ta’ adenokarċinoma fil- musrana l-għamja li kien reġistrat f’firien b’doża ta’ 1,500 mg/kg/jum ma kienux statistikament sinifikanti.

Għalkemm huwa magħruf li aliskiren jista’ jikkawża irritazzjoni lokali (passaġġ gastrointestinali), il- marġini ta’ sigurtà miksuba fil-bniedem b’doża ta’ 300 mg waqt studju f’voluntiera b’saħħithom kienu meqjusa xierqa b’9-11-il darba ibbażat fuq konċentrazzjonijiet fl-ippurgar jew 6 darbiet fuq konċentrazzjonijiet fil-mukuża meta mqabbla ma’ 250 mg/kg/jum fl-istudju dwar il-karċinoġeniċità fil-far.

Aliskiren kien nieqes minn kull potenzjal mutaġeniku fl-istudji dwar il-mutaġeniċità in vitro u in vivo.

Studji dwar it-tossiċità fuq is-sistema riproduttiva b’aliskiren ma wrew l-ebda evidenza ta’ tossiċità għall-embriju/fetu jew teratoġeniċità b’dożi sa 600 mg/kg/jum fil-firien jew 100 mg/kg/jum fil-fniek. Il-fertilità, l-iżvilupp ta’ qabel u wara t-twelid ma kienux effettwati fil-firien b’dożi sa 250 mg/kg/jum. Id-dożi fil-firien u fniek kienu jipprovdu esponimenti sistemiċi ta’ 1 sa 4 darbiet ogħla, rispettivament, mill-għola doża rrakkomandata fil-bniedem (300 mg).

Studji fuq annimali mhux adulti

Skont studju ta’ tossiċità fuq annimali mhux adulti fost firien ta’ 8t ijiem, l-għoti ta’ 100 mg/kg/jum u 300 mg/kg/jum (2.3 u 6.8 drabi d-doża umana massima rrakkomandata) ta’ aliskiren kien assoċjat ma’ mortalità għolja u morbidità gravi. Fi studju ieħor dwar it-tossiċità fuq annimali mhux adulti fost firien ta’ 14-il jum, l-għoti ta’ aliskiren f’doża ta’ 300 mg/kg/jum (8.5 drabi d-doża umana massima rrakkomandata) kien assoċjat ma’ mortalità tardiva. L-espożizzjoni sistemika għal aliskiren fil-firien li kellhom 8t ijiem kienet ta’ >400 darba ogħla minn dik fost il-firien adulti. Skont riżultati miksuba minn studju mekkanistiku deher li l-espressjoni tal-ġene MDR1 (P-gp) f’firien mhux adulti kien sinjifikament anqas meta mqabbel mal-firien adulti. Iż-żieda fl-espożizzjoni għal aliskiren f’firien mhux adulti jidher li hi attribwita primarjament għan-nuqqas ta’ maturazzjoni tal-P-gp fil-passaġġ gastrointestinali. Għaldaqstant hemm il-potenzjal ta’ espsożizzjoni eċċessiva għal aliskiren f’pazjenti pedjatriċi b’sistema immatura ta’ effluss tal-MDR1 (ara sezzjonijiet 4.2, 4.3 u 5.2).

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Crospovidone

Magnesium stearate

Microcrystalline cellulose

Povidone

Colloidal silica anidru

Hypromellose

Macrogol

Talc

Iron oxide iswed (E 172)

Iron oxide aħmar (E 172)

Titanium dioxide (E 171)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 C. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Rasilez 150 mg pilloli miksija b’rita

Folji PA/Alu/PVC – Alu:

Pakketti uniċi li jkun fihom 7, 14, 28, 30, 50, 56 jew 90 pillola.

Pakketti multipli li jkun fihom 84 (3x28), 98 (2x49) jew 280 (20x14) pillola.

Folji PVC/ polychlorotrifluoroethylene (PCTFE) – Alu: Pakketti uniċi li jkun fihom 14, 28, 30, 50, 56, 90 jew 98 pillola.

Pakketti uniċi li jkun fihom 56x1 pillola f’folji perforati li jistgħu jinqasmu f’dożi singoli. Pakketti multipli li jkun fihom 280 (20x14) pillola.

Pakketti multipli li jkun fihom 98 (2x49x1) pillola f’folji perforati li jistgħu jinqasmu f’dożi singoli.

Rasilez 300 mg pilloli miksija b’rita Folji tal-PA/Alu/PVC – Alu:

Pakketti uniċi li jkun fihom 7, 14, 28, 30, 50 jew 56 pillola.

Pakketti multipli li jkun fihom 84 (3x28), 90 (3x30), 98 (2x49) jew 280 (20x14) pillola.

Folji tal-PVC/polychlorotrifluoroethylene (PCTFE) – Alu: Pakketti uniċi li jkun fihom 14, 28, 30, 50, 56, 90 jew 98 pillola.

Pakketti uniċi li jkun fihom 56x1 pillola f’folji perforati li jistgħu jinqasmu f’dożi singoli. Pakketti multipli li jkun fihom 280 (20x14) pillola.

Pakketti multipli li jkun fihom 98 (2x49x1) pillola f’folji perforati li jistgħu jinqasmu f’dożi singoli.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I)TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Rasilez 150 mg pilloli miksija b’rita

EU/1/07/405/001-010

EU/1/07/405/021-030

Rasilez 300 mg pilloli miksija b’rita

EU/1/07/405/011-020

EU/1/07/405/031-040

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 22 Awwissu 2007

Data tal-aħħar tiġdid: 24 Awwissu 2012

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati