Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ratiograstim (filgrastim) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L03AA02

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRatiograstim
Kodiċi ATCL03AA02
Sustanzafilgrastim
ManifatturRatiopharm GmbH

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Ratiograstim 30 MIU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni fiha 60 miljun international units [MIU] (600 µg) ta’ filgrastim.

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 30 MIU (300 µg) filgrastim f’0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni.

Filgrastim (recombinant methionyl human granulocyte-colony stimulating factor) huwa magħmul minn Escherichia coli K802 b’teknoloġija rikombinanti-DNA.

Eċċipjent b’effett magħruf

Kull mL ta’ soluzzjoni fiha 50 mg sorbitol.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni

Soluzzjoni ċara u mingħajr kulur.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Ratiograstim hu indikat għat-tnaqqis fid-dewmien ta’ newtropenja u fl-inċidenza ta’ newtropenja bid- deni f’pazjenti kkurati b’kimoterapija ċitotossika stabbilita kontra malinni (bl-eċċezzjoni ta’ lewkimja majelojde kronika u sindromi majelodisplastiċi) u għat-tnaqqis fid-dewmien ta’ newtropenja f’pazjenti, taħt kura majeloablativa u segwita bit-trapjant tal-mudullun, li huma meqjusa li għandhom riskju għola ta’ newtropenja qawwija u mdewma. Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim huma simili fl- adulti u fit-tfal li qed jirċievu kimoterapija ċitotossika.

Ratiograstim huwa indikat għall-mobilizzazzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali(PBPC).

F’pazjenti, tfal jew adulti, li għandhom newtropenja severa, konġenita, ċiklika, jew idjopatika bl-Għadd Assolut ta’ Newtrofili (ANC) ta’ 0.5 x 109/L, u storja ta’ infezzjonijiet qawwija jew li jirkadu, it-terapija fit-tul b’Ratiograstim huwa indikat biex jiżdied l-għadd ta’ newtrofili u sabiex l-inċidenza u t-tul ta’ ġrajjiet avversi relatati ma’ infezzjonijiet jonqsu.

Ratiograstim huwa indikat għal kura ta’ newtropenja persistenti (ANC ta’ 1.0 x 109/L jew inqas) f’pazjenti b’infezzjoni avvanzata tal-HIV, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet batteriċi, dan meta għażliet oħra għall-immaniġġjar ta’ newtropenja ma jkunux addattati.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Ħtiġijiet speċjali

Il-kura b’filgrastim għandha tingħata biss b’kollaborazzjoni ma’ ċentru ta’ onkoloġija b’esperjenza fil-kura bil-fattur uman li jistimola l-kolonji ta’ granuloċiti (GCSF) u ematoloġija u fejn jinstabu

l-meżżi dijanjostiċi kollha meħtieġa. Il-mobilizzazzjoni u l-proċeduri afereżi għandhom isiru flimkien ma' ċentru tal-onkoloġija u ematoloġija b’esperjenza xierqa f’dan il-qasam u fejn il-monitoraġġ taċ-ċelluli proġenitriċi ematopojetiċi jista’ jsir korrettament.

Kimoterapija ċitotossika stabbilita

Id-doża rakkomandata ta’ filgrastim hija 0.5 MIU (5 μg)/kg/jum. L-ewwel doża ta’ filgrastim trid tingħata mhux inqas minn 24 siegħa wara l-kimoterapija ċitotossika. Filgrastim jista’ jiġi injettat ta’ kuljum taħt il-ġilda jew jista’ jiġi dilwit f’soluzzjoni ta’ glucose 50 mg/mL (5%) u jingħata ta’ kuljum bħala infużjoni ġol-vina fuq medda ta’ 30 minuta (ara sezzjoni 6.6 għall-istruzzjonijiet fuq id-dilwit).

L-amministrazzjoni taħt il-ġilda hija preferita fil-maġġoranza tal-każi. Evidenza ġejja minn studju fuq l-amministrazzjoni ta’ doża waħda turi li l-amministrazzjoni ġol-vina tista’ tirriżulta f’effett inqas fit-tul. Mhijiex ċara jekk din is-sejba għandha xi rilevanza klinika għall-amministrazzjoni ta’ dożi

ripetuti. L-għażla ta’ minn fejn tingħata d-doża trid tkun ibbażata fuq iċ-cirkustanzi kliniċi tal- individwu. Fi studji kliniċi randomised, intużat doża ta’ 23 MIU (230 μg)/m2/jum (4.0 sa

8.4 μg/kg/jum) li ġiet amministrata taħt il-ġilda.

L-amministrazzjoni ta’ kuljum ta’ filgrastim trid titkompla sakemm in-nadir mistenni jkun għadda u l-għadd ta’ newtrofili jkun reġa’ lura għan-normal. Wara kimoterapija stabbilita għal tumuri solidi, limfoma u lewkimja fis-sistema limfatika, huwa mistenni li l-kura tista’ ddum sa 14-il ġurnata biex dawn il-kriterji jintlaħqu. Wara l-kura tal-bidu u dik ikkonsolidata għal lewkimja majelojde akuta, it-terapija tista’ ddum sostanzjalment iktar (sa 38 ġurnata) jiddependi fuq it-tip, doża u skeda tal-kimoterapija ċitotossika li tintuża.

F’pazjenti kkurati b’kimoterapija ċitotossika, żjieda reversibbli fl-għadd ta’ newtrofili tipikament tiġi osservata minn l-ewwel sat-tieni ġurnata ta’ kura b’filgrastim. Madankollu, sabiex ikun hemm rispons terapewtiku fit-tul, il-kura b’filgrastim m’għandiex titwaqqaf qabel in-nadir mistenni jkun għadda u l-għadd ta’ newtrofili jkun reġa’ lura għan-normal. Waqfien prematur mill-kura b’filgrastim qabel ma’ jkun intlaħaq in-nadir mistenni mhuwiex rakkomandat.

F’pazjenti li rċievu kura majeloablativa segwit bit-trapjant tal-mudullun

Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ filgrastim hija 1.0 MIU (10 μg)/kg/jum mogħtija bħala infużjoni ġol-vina fuq medda ta’ 30 minuta jew 24 siegħa jew inkella 1.0 MIU (10 μg)/kg/jum mogħtija bħala infużjoni kontinwa taħt il-ġilda fuq medda ta’ 24 siegħa. Għall-infużjoni, id-doża ta’ filgrastim trid tkun miżjuda ma’ 20 mL soluzzjoni ta’ glucose 50 mg/mL (5%) (ara sezzjoni 6.6 għall-istruzzjonijiet fuq id-dilwit).

L-ewwel doża ta’ filgrastim m’għandiex tingħata inqas minn 24 siegħa wara l-kimoterapija ċitotossika u fiż-żmien ta’ 24 siegħa wara infużjoni tal-mudullun.

Wara li n-nadir mistenni fil-livell ta’ newtrofili jkun għadda, id-doża ta’ kuljum ta’ filgrastim trid tinħadem skond l-għadd ta’ newtrofili kif ġej:

Għadd ta’ Newtrofili

Bdil fid-doża ta’ Filgrastim

> 1.0 x 109/L għal 3 ijiem konsekuttivi

Naqqas għal 0.5 MIU (5 µg)/kg/jum

Imbagħad, jekk l-ANC jibqa’ > 1.0 x 109/L għal

Waqqaf il-kura b’filgrastim

3-ijiem konsekuttivi oħra

Jekk l-ANC jonqos għal < 1.0 x 109/L waqt il-perijodu ta’ kura, id-doża ta’ filgrastim għandha terġa tittella skond ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC f’pazjenti taħt kura majelosoppressiva jew majeloablativa segwit bit-trapjant awtolgu ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali

Meta jintuża waħdu, id-doża rakkomandata ta’ filgrastim għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC hija 1.0 MIU (10 μg)/kg/jum mogħtija bħala infużjoni kontinwa taħt il-ġilda fuq medda ta’ 24 siegħa jew bħala

injezzjoni ta’ kuljum taħt il-ġilda għal 5 sa 7 ijiem konsekuttivi. Għal l-infużjoni, id-doża ta’ filgrastim trid tkun miżjuda ma’ 20 mL soluzzjoni ta’ glucose 50 mg/mL (5%) (ara sezzjoni 6.6 għall-istruzzjonijiet fuq id-dilwit). Meta għandha ssir l-lewkafereżi: proċedura waħda jew tnejn ta’ lewkofereżi fil-ħames u sitt jum is-soltu jkunu biżżejjed. F’ċirkostanzi oħrajn, jista jkun hemm bżonn ta’ aktar lewkofereżi. Kura b’filgrastim irid jitkompla sa l-aħħar proċedura ta’ lewkafereżi.

Wara kimoterapija majelosoppressiva, id-doża rakkomandata ta’ filgrastim għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC hija 0.5 MIU (5 μg)/kg/jum mogħtija bħala injezzjoni taħt il-ġilda ta’ kuljum mill-

ewwel ġurnata wara t-tmiem tal-kimoterapija sakemm in-nadir mistenni jkun għadda u l-għadd ta’ newtrofili jkun reġa’ lura għan-normal. Lewkafereżi jrid isir fil-perijodu meta l-ANC jitla’ minn

< 0.5 x 109/L sa > 5.0 x 109/L. F’pazjenti li ma kellhomx kimoterapija estensiva, proċedura waħda ta’ lewkafereżi is-soltu tkun bizzejjed. F’ċirkostanzi oħrajn, jista’ jkun hemm bżonn ta’ aktar proċeduri.

Għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC f’donaturi b’saħħithom qabel trapjant alloġenejiku ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali

Għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC f’donaturi b’saħħithom, id-doża ta’ filgrastim trid tkun 1.0 MIU (10 μg)/kg/jum mogħtija taħt il-ġilda għal 4 sa 5 ijiem konsekuttivi. Il-proċedura ta’ lewkafereżi trid tibda fil-5 ġurnata u titkompla sas-6 ġurnata jekk ikun hemm bżonn sabiex jinġabru 4 x 106 CD34+ celluli għal kull kg ta’ piż tal-ġisem tar-riċevitur.

F’pazjenti b’newtropenja kronika u qawwija (SCN)

Newtropenja konġenitali

Id-doża tal-bidu rakkomandata hi 1.2 MIU (12 μg)/kg/jum mogħtija taħt il-ġilda bħala doża waħda jew f’dożi maqsumin.

Newtropenja idjopatika jew ċiklika

Id-doża tal-bidu rakkomandata hi 0.5 MIU (5 μg)/kg/jum mogħtija taħt il-ġilda bħala doża waħda jew f’dożi maqsumin.

Aġġustament fid-doża

Filgrastim irid jingħata ta’ kuljum bħala injezzjoni taħt il-ġilda sakemm l-għadd ta’ newtrofili jilħaq u jinżamm il-fuq minn 1.5 x 109/L. Meta dan ir-rispons ikun milħuq, id-doża minima u effettiva sabiex jinżamm dan il-livell trid tiġi stabilita. Amministrazzjoni ta’ kuljum u fit-tul hu meħtieġ biex jinżamm għadd ta’ newtrofili adegwat. Wara gimgħa jew tnejn ta’ terapija, id-doża tal-bidu tkun tista’ tiġi rdoppjata jew titniżżel bin-nofs dejjem skond ir-rispons tal-pazjent. Sussegwentement id-doża tista’ tiġi aġġustata għal individwu kull gimgħa jew gimgħatejn biex il-medju tal-għadd ta’ newtrofili jinżamm bejn 1.5 x 109/L u 10 x 109/L. L-iskeda tad-doża tista’ tiżdied iktar ta’spiss f’pazjenti li jkollhom infezzjonijiet qawwija. Fi studji kliniċi, 97% tal-pazjenti li rrispondu kellhom rispons komplet b’doża ta’ ≤ 2.4 MIU (24 μg)/kg/jum. Is-sigurta’ assoċjat mal-amministrazzjoni fit-tul ta’ filgrastim f’dozi akbar minn 2.4 MIU (24 μg)/kg/jum f’pazjenti b’SCN għada ma ġietx stabilita.

F’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV

Għall-inverżjoni ta’ newtropenja

Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ filgrastim hija 0.1 MIU (1 μg)/kg/jum mogħtija ta’ kuljum b’injezzjoni taħt il-ġilda u tiżdied b’iddozar sa massimu ta’ 0.4 MIU (4 μg)/kg/jum sakemm livell normali fl-għadd ta’ newtrofili jintlħaq u jista’ jinżamm (ANC > 2.0 x 109/L). Fi studji kliniċi, > 90% tal-pazjenti rrispondu b’dawn id-dożi, u kellhom taqlib ta’ newtropenja f’medda ta’ jumejn.

F’numru żgħir ta’ pazjenti (< 10%), kien hemm bżonn ta’ dożi sa 1.0 MIU (10 μg)/kg/jum biex ikollhom taqlib ta’ newtropenja.

Biex jinżamm għadd ta’ newtrofili normali

Meta sseħħ it-taqlib ta’ newtropenja, id-doża minima u effettiva li hemm bżonn sabiex jinżamm għadd ta’ newtrofili normali trid tiġi stabbilita. Huwa rakkomandat illi id-dożaġġ tal-bidu ta’ kuljum tinbidel

għal waħda ta’ 30 MIU (300 μg)/jum b’injezzjoni taħt il-ġilda ġurnata iva u oħra le. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ aktar aġġustament fid-dożaġġ, li trid tiġi iddeterminata mill-ANC tal-pazjent, bl-għan li l- għadd ta’ newtrofili jinżamm > 2.0 x 109/L. F’studji kliniċi, dożaġġ ta’30 MIU (300 μg)/jum

għal ġurnata sa sebgħat ijiem fil-gimgħa kien meħtieġ biex jinżamm ANC > 2.0 x 109/L, bil-frekwenza medja tad-dożaġġ tkun ta’ tlett ijiem fil-ġimgħa. Kura fit-tul tista’ tkun meħtieġa sabiex l-ANC jinżamm > 2.0 x 109/L.

Gruppi ta’ pazjenti speċifiċi

L-anzjani

Għalkemm studji kliniċi b’filgrastim inkludew numru zgħir ta’ pazjenti anzjani, ma sarux studji speċifiċi fuq dan il-grupp u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw rakkomandazzjonijiet speċifiċi ta’ dożaġġ għall-anzjani.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied

Studji fuq l-użu ta’ filgrastim f’pazjenti b’indeboliment qawwi tal-kliewi jew tal-fwied juru li l-profil farmakokinetiku u farmakodinamiku huwa l-istess bħal dak f’individwi b’saħħithom. M’hemmx bżonn ta’ aġġustament tad-doża f’dawn il-każi.

Użu fil-pedjatrija f’każ ta’ SCN u kanċer

Ħamsa u sittin fil-mija tal-pazjenti li ġew studjati fil-programm tas-sigurtà ta’ newtropenja qawwija u kronika kienu taħt it-18-il sena. L-effikaċja tal-kura kienet ċara f’dan il-grupp ta’ pażjenti, li fih il-maġġoranża kienu pażjenti b’newtropenja konġenitali. Ma kien hemm l-ebda tibdil fil-profili tas-sigurta’ f’pazjenti pedjatriċi l fejn ingħatalhom kura għal newtropenja qawwija u kronika.

Tagħrif minn studji kliniċi li saru f’pazjenti pedjatriċi, jindika li l-profili tas-sigurta’ u l-effikaċja ta’ filgrastim, f’adulti u fit-tfal li qed jirċievu kimoterapija ċitotossika, huma simili.

Ir-rakkomandazzjonijiet tad-dożaġġ f’pazjenti pedjatriċi huma l-istess għal dawk f’adulti li qed jirċievu kimoterapija ċitotossika majelosoppressiva.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Twissijiet speċjali

Filgrastim m’għandux jintuża sabiex id-dożaġġ ta’ kimoterapija ċitotossika tiżdied iktar minn skedi ta’ dożaġġ determinati s’issa (ara hawn taħt).

Filgrastim m’għandux jintuża f’pazjenti b’newtropenja konġenitali qawwija (is-sindromu ta’ Kostman) b’abnormalitajiet ċitoġenetiċi (ara hawn taħt).

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’lewkimja majelojde akuta

Tumur malinn

Il-fattur li jistimola l-kolonji ta’ granuloċiti jista’ jippromwovi it-tkabbir ta’ ċelluli majelojdi in vitro u effetti simili jistgħu jidhru fi ftit ċelluli mhux majelojdi in vitro.

Is-sigurta' u l-effikaċja ta' filgrastim għadhom ma ġewx determinati s’issa f’pazjenti b’sindromu majelodisplastiku jew lewkimja majeloġenika kronika. Għalhekk, filgrastim m' għandux jintuża f'dawn il-pazjenti. Attenzjoni speċjali għandha tingħata biex tiġi distinta id-djanjożi ta' tibdil taċ-ċelluli blastiċi ta' lewkimja majelojde kronika minn ta' lewkimja majelojde akuta.

Minħabba tagħrif limitat dwar is-sigurta' u l-effikaċja assoċjat mal-użu f’pazjenti b’Lewkimja Majelojde Akuta (AML) sekondarja, filgrastim għandu jingħata b’kawtela f’dawn il-każi.

Is-sigurta' u l-effikaċja ta' filgrastim għadhom ma ġewx determinati s’issa f’pazjenti b’Lewkimja Majelojde Akuta de novo li għandhom inqas minn 55 sena u ċitoġenetiċi normali [t(8;21), t(15;17), u inv(16)].

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Jista’ jkun hemm bżonn ta’ monitoraġġ tad-densita tal-għadam f’pazjenti li jkollhom xi mard ta’ ostejoporosi u li jinħtieġu kura kontinwa b’filgrastim għal iktar minn 6 xhur.

Effeti mhux mixtieqa rari tal-pulmun, b’mod partikulari pulmonite interstizjali, ġew rrapportati wara l-għoti tal-fattur li jistimola l-kolonji ta’ granuloċiti. Pazjenti b'każ reċenti ta' infiltrati pulmonari jew pulmonite jista' jkollhom riskju għola. Bidu ta’ sinjali pulmonari bħal sogħla, deni u qtugħ ta’ nifs flimkien ma’ sinjali radjuloġiċi ta’ infiltrati pulmonari u deterjorazzjoni tal-funzjoni tal-pulmun jistgħu jkunu sinjali tal-bidu tas-sindromu tat-tbatija respiratorja fl-adulti (ARDS). F’ċirkostanzi bħal dawn filgrastim għandu jitwaqqaf u għandha tingħata l-kura addattata.

Sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari ġie irrappurtat wara amministrazzjoni ta’ G-CSF u huwa kkaratterizzat minn pressjoni baxxa, ipoalbuminemija, edema u hemokonċentrazzjoni. Pazjenti li jiżviluppaw sintomi ta’ sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib u jirċievu kura simtomatika standard, li jistgħu jinkludu ħtieġa għal kura intensiva (ara sezzjoni 4.8).

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti bil-kanċer

Lewkoċitosi

Għadd taċ-ċelluli bojod ta’ 100 x 109/L jew aktar ġew osservati f’inqas minn 5% tal-pazjenti

li ngħataw filgrastim b’dożi akbar minn 0.3 MIU/kg/jum (3 μg/kg/jum). Ma ġie osservat l-ebda effett mhux mixtieq attribwit direttament għal dan il-grad ta’ lewkoċitosi. Madankollu, minħabba r-riskji potenzjali li hemm assoċjati ma’ lewkoċitosi qawwija, l-għadd taċ-ċelluli bojod irid jiġi mkejjel f’intervalli regolari waqt il-kura b’filgrastim. Jekk l-għadd ta’ lewkoċiti taqbeż 50 x 109/L wara li jkun għadda in-nadir mistenni, il-kura b’filgrastim trid titwaqqaf minnufih. Madankollu, waqt il-perijodu tal-amministrazzjoni ta’ filgrastim għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC, kura b’filgrastim trid jitwaqqaf jew id-doża titniżżel jekk l-għadd ta’ lewkoċiti titla’ għal > 70 x 109/L.

Riskji assoċjati ma’dożi għola ta’ kimoterapija

Il-kawtela speċjali trid tiġi eżerċitata f’kura ta’ pazjenti li qed jirċievu dożi għola ta’ kimoterapija għax rispons aħjar tat-tumur ma ġiex stabbilit u dozi aktar qawwija ta’ sustanzi kimoterapewtiċi jistgħu jwasslu għal tossiċita’ żejda inkluż diturbi fil-qalb, fil-pulmun, fis-sistema nervuża u fil-ġilda (jekk jogħġbok irreferi għas-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott tas-sustanża kimoterapewtika speċifika li tintuża).

Kura b’filgrastim waħdu ma tipprekludix l-iżvilupp ta’ tromboċitopenja u anemija assoċjat ma’ kimoterapija majelosoppressiva. Minħabba l-possibilita’ li jirċievi doża għolja ta’ kimoterapija (ez. id-doża sħiħa ta' kimoterapija majelosoppressiva fl-iskeda preskritta), il-pazjent jista’ jkollu riskju għola ta’ tromboċitopenja u anemija. Huwa rakkomandat li jsir immonitorjar regolari tal-għadd tal-plejtlits u l-ematokrit. Il-kawtela speċjali trid tiġi eżerċitata meta sustanzi kimoterapewtiċi, magħrufin li jistgħu jwasslu għal tromboċitopenja qawwija, jiġu amministrati jew waħidhom inkella flimkien.

Intwera li l-użu ta’ PBPC mobilizzati b’filgrastim inaqqas il-gravita’ u t-tul ta’ tromboċitopenja wara kimoterapija majelosoppressiva jew majeloablativa.

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Ma ġewx studjati l-effetti ta’ filgrastim f’pazjenti li għandhom tnaqqis sostanzjali ta’ ċelluli proġenitriċi majelojdi. Filgrastim jaħdem primarjament fuq il-prekursuri ta’ newtrofili sabiex jeffettwa ż-zjieda fl-għadd ta’ newtrofili. Għalhekk, f’pazjenti li għandhom livell baxx ta’ prekursuri, ir-rispons

ta’ newtrofili jista’ jkun mnaqqas (bħal dawk li kellhom kura estensiva b’radjoterapija jew b’kimoterapija, jew dawk b’infiltrazzjoni tat-tumur fil-mudullun).

Kien hemm rapporti tal-graft kontra l-mard tal-ospitu (GvHD) u fatalitajiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu G-CSF wara trapjant alloġeniku tal-mudullun (ara sezzjoni 5.1).

Żjieda fl-attività ematopojetika fil-mudullun f'rispons għal terapija ta' fattur tat-tkabbir ġiet assoċjata ma' sejbiet transitorja posittivi fl-istampi tal-għadam. Dan għandu jiġi kkonsidrat meta ir-riżultati ta' l- istampi ta' l-għadam jiġu nterpretati.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti taħt proċedura ta’ mobilizzazzjoni ta’ PBPC

Mobilizzazzjoni

M’hemmx studju randomised xieraq li jikkompara iż-żewġ metodi rakkomandati ta’mobilizzazzjoni (filgrastim waħdu jew flimkien ma’ kimoterapija majelosoppressiva) fl-istess grupp ta’ pazjenti. Minħabba varjazzjoni li hemm bejn pazjenti individwali u d-differenzi li hemm fl-analiżi ta’ celluli CD34+ fil-laboratorju, il-paragun dirett bejn studji varji huwa diffiċli. Għaldaqstant, mhuwiex faċli li jiġi rakkomandat l-aħjar metodu. L-għażla tal-metodu ta’ mobilizzazzjoni trid issir fuq bażi tal- oġġettivi ġenerali tal-kura li jridu jintlaħqu għal kull pazjent individwali.

Pazjenti li ġew esposti għal aġenti ċitotossiċi

Jista’ jkun li pazjenti li għaddew minn kura majelosoppressiva estensiva ma jkollhomx mobilizzazzjoni suffiċjenti ta’ PBPC biex jaslu għall-għadd minimu rakkomandat (2.0 x 106 CD34+ ċelluli/kg) jew biex l-irkuprar tal-plejtlits jaċċelera bl-istess grad.

Xi aġenti ċitotossiċi jesibixxu tossiċita’ partikolari lejn iċ-ċelluli proġenitriċi ematopojetiċi u jistgħu jkollhom effett avvers fuq il-mobilizzazzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi. Aġenti bħal melphalan, carmustine (BCNU) u carboplatin, meta jiġu amministrati għal perijodi twal qabel tentattivi ta’ mobilizzazzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi, jistgħu jirriżultaw f’numru inqas ta’ ċelluli proġenitriċi. Madankollu, intwera’ li l-amministrazzjoni ta’ melphalan, carboplatin jew BCNU flimkien ma’ filgrastim kien effettiv fil-mobilizzazzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi. Meta jkun hemm il-ħsieb ta’ trapjant ta’ PBPC, huwa rakkomandat li il-proċedura ta’ mobilizzazzjoni issir kmieni fil-kors tal-kura tal- pazjent. Attenzjoni partikolari trid tingħata għan-numru ta’ ċelluli proġenitriċi mobilizzati f’dawn il- pazjenti qabel ma tiġi amministrata kimoterapija ta’ doża għolja. Jekk il-produzzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi ma tkunx biżżejjed, kif imkejla bil-kriterji msemmija hawn fuq, għandha tiġi kkunsidrata kura alternattiva fejn l-għajnuna taċ-ċelluli proġenitriċi ma tkunx meħtieġa.

Analiżi tal-produzzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi

Meta jitkejjel l-għadd taċ-ċelluli proġenitriċi mobilizzati f’pazjenti taħt kura b’filgrastim, attenzjoni partikolari trid tingħata għal metodu ta’ kwantifikazzjoni. Ir-riżultati ġejjin minn flow cytometric analysis tal-għadd taċ-ċelluli CD34+ jistgħu jvarjaw skond il-metodu preċiz li jintuża u għaldaqstant

rakkomandazzjonijiet ta’ numri ibbażati fuq analiżi li saru f’laboratorji oħrajn għandhom ikunu interpretati bil-qies.

Studju tar-relazzjoni bejn in-numru ta’ ċelluli CD34+ infużi mill-ġdid u r-rata ta’ rkuprar tal-plejtlits wara kimoterapija b’doża għolja jindika relazzjoni statistikament kumpless iżda kontinwu.

Ir-rakkomandazzjoni ta’ produzzjoni minima ta’ 2.0 x 106 CD34+ ċelluli/kg hija bbażata fuq tagħrif ta’esperjenzi ppublikati li irriżultaw f’rikostituzzjoni ematoloġika adegwata. Produzzjoni ikbar minn dan il-minimu hi marbuta ma’ rata ta’ rkuprar malajr, produzzjoni inqas ma’ rata ta’ rkuprar iktar bil-mod.

Prekawzjonijiet speċjali f’donaturi b’saħħithom taħt proċedura ta’ mobilizzazzjoni ta’ PBPC

Il-proċedura ta’ mobilizzazzjoni ta’ PBPC ma tirriżultax dirretament f’benefiċju kliniku għal donaturi b’saħħithom u trid tiġi ikkunsidrata biss f’każ ta’ trapjant alloġenejiku ta’ PBPC.

Il-proċedura ta’ mobilizzazzjoni ta’ PBPC trid tiġi kkunsidrata biss għal donaturi li jissodisfaw il-kriterji kliniċi u investigattivi kollha għad-donazjoni ta’ PBPC. Trid issir attenzjoni partikulari lejn il-parametri ematoloġiċi u infezzjonijiet.

Is-sigurta’ u l-effikaċja ta’ filgrastim ma ġewx investigati f’donaturi b’saħħithom < 16-il sena jew > 60 sena.

Wara l-amministrazzjoni ta’ filgrastim u proċedura ta’ lewkafereżi, ġiet osservata tromboċitopenja transitorja (plejtlits < 100 x 109/L) f’35% tas-suġġeti li ġew studjati. Fosthom, kien hemm żewġ kazi fejn il-livell ta’ plejtlits kien < 50 x 109/L li kien attribwit għall-proċedura ta’ lewkafereżi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ iktar minn proċedura waħda ta’ lewkafereżi, trid issir attenzjoni partikulari lejn donaturi li għandhom livell ta’ plejtlits < 100 x 109/L qabel il-lewkafereżi; bħala regola ġenerali, afereżi m’għandiex issir jekk il-livell ta’ plejtlits jkun < 75 x 109/L.

Lewkafereżi m’għandiex issir f’donaturi waqt kura b’antikoagulanti jew f’dawk li jafu li għandhom disturbi tal-emostażi.

Il-kura b’filgrastim trid titwaqqaf jew id-dożaġġ jitnaqqas jekk l-għadd ta’ lewkoċiti jaqbeż is-70 x 109/L.

Donaturi li jirċievu kura b’G-CSF għal mobilizzazzjoni ta’ PBPC jridu jkunu monitorjati sew sakemm il-parametri ematoloġiċi jergħu lura għan-normal.

Bidliet ċitoġeniċi transitorja ġew osservati f’donaturi b’saħħithom wara l-użu ta’ G-CSF. Ir-rilevanza ta’ dawn il-bidliet lejn l-iżvillup ta’ tumur malinn ematoloġiku mhix magħrufa. Studju fit-tul dwar is-sigurta’ f’donaturi b’saħħithom għadu għaddej. Ir-riskju li jwassal għal l-iżvillup ta’ tumur malinn ma jistax ikun eskluż. Huwa rakkomandat li jinżammu rekords sistematiċi tad-donaturi taċ-ċelluli proġentriċi mill-inqas għal għaxar snin fiċ-centru fejn issir l-afereż ta’ PBPC sabiex ikun assigurat l-monitoraġġ u s-sigurta’ fit-tul.

Każijiet komuni iżda ġeneralment mingħajr sintomi ta’ tkabbir tal-milza u każijiet rari ħafna ta’ milza mifqugħha ġew irrapurtati f’donaturi b’saħħithom u f’pazjenti wara li ngħataw G-CSF. Ftit każijiet ta’ milza mifqugħha kienu fatali. Għalhekk, id-daqs tal-milza għandu jiġi monitorjat b'attenzjoni (eż. b’eżaminazzjoni klinika, b’eżami ultrasoniku). Dijanjożi ta’ milza mifqugħha għandha tkun ikkunsidrata f’donaturi u/jew f’pazjenti b’uġigħ addominali fin-naħa ta’ fuq tax-xellug jew uġigħ fit-tarf tal-ispalla.

F’donaturi normali, avvenimenti avversi pulmonari (emoptisi, emorraġija pulmonari, infiltrazzjoni fil- pulmun, qtugħ ta’ nifs u nuqqas ta’ ossiġnu) kienu rrappurtati b’mod rari ħafna wara t-tqegħid fis-suq. F’każ ta’ avvenimenti avversi pulmonari ssuspettati jew ikkonfermati, it-twaqqif tal-kura b’filgrastim għandu jiġi kkunsidrat u għandha tingħata kura medika adattata.

Prekawzjonijiet speċjali f’reċipjenti ta’ trapjant alloġenejiku ta’ PBPC mobilizzati b’filgrastim

Tagħrif kurrenti jindika li r-rejazzjonijiet immunoloġiċi bejn il-graft alloġenejiku ta’ PBPC u r-reċipjent jistgħu jkunu assoċjati ma’ riskju għola ta’ GvHD meta kkomparat ma’ trapjant tal- mudullun.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’SCN

L-għadd taċ-ċelluli tad-demm

L-għadd tal-plejtlits irid ikun monitorjat mill-qrib, speċjalment waqt l-ewwel ġimgħat ta’ kura b’filgrastim. Trid tiġi kkunsidrata il-waqfien intermittenti ta’ kura jew it-tnaqqis fid-doża ta’ filgrastim f’pazjenti li jiżvillupaw tromboċitopenja, i.e. l-għadd tal-plejtlits jkun konsistentement

< 100,000/mm3.

Bidliet oħrajn iseħħu fiċ-ċelluli tad-demm, fosthom anemija u żidiet transitorja fiċ-ċelluli proġenitriċi fil-mudullun, fejn ikun hemm bżonn ta’ monitoraġġ mill-qrib tal-għadd taċ-celluli.

Trasformazzjoni f’lewkimja jew sindromu majelodisplastiku

Il-kawtela speċjali trid tiġi eżerċitata f’djanjożi ta' newtropenja qawwija u kronika biex din tiġi distinta minn disturbi ematopojetiċi oħra bħal anemija aplastika, sindromu majelodisplastiku u lewkimja majelojde. L-għadd komplet tad-demm u differenzjali, l-għadd tal-plejtlets, evalwazzjoni tal-morfoloġija tal-mudullun u assay kromoġeniku jrid isir qabel il-bidu tal-kura.

Fi studji kliniċi, kien hemm frewkwenza baxxa (madwar 3%) ta’ sindromi majelodisplastiċi (MDS) jew lewkimja f’pazjenti b’SCN ikkurati b’filgrastim. Din l-osservazzjoni saret biss f’pazjenti li kellhom newtropenja konġenitali. MDS u lewkimja huma kumplikazzjonijiet naturalment marbutin mal-marda u r-relazzjoni tagħhom ma’ kura b’filgrastim mhijiex ċerta. Subset ta’ madwar 12% tal-pazjenti li fil-bidu kellhom parametri ċitoġenetiċi normali, sussegwentement instab li kellu abnormalitajiet, fosthom monosomy 7, f’analiżi li ġew ripetuti perjodikament. Jekk pazjenti b’SCNjiżvillupaw parametri ċitoġenetiċi abnormali, għandhom jintiżnu sewwa r-riskji jew il-benefiċji li tissokta il-kura b’filgrastim; filgrastim irid jitwaqqaf f’każ ta’ MDS jew lewkimja. Bħalissa mhuwiex ċert jekk il-kura fit-tul b’filgrastim f’pazjenti b’SCNjippredisponi dan il-grupp ta’ pazjenti għal parametri ċitoġenetiċi abnormali, MDS jew lewkimja. Huwa rrakkomandat li jsiru investigazzjonijiet morfoloġiċi u ċitoġeniċi tal-mudullun fil-pazjenti b’intervalli regolari (madwar kull 12-il xahar).

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Kawżi oħra ta’ newtropenja transitorji bħal infezzjonijiet virali għandhom jiġu esklużi.

Żjieda fid-daqs tal-milza huwa effett dirett ta’ kura b’filgrastim. Mill-pazjenti studjati, wieħed u tletin fil-mija (31%) ġew irrapportati li kellhom żjieda fid-daqs tal-milza li setgħet tinħass fiżikament. Żjidiet fil-volum, imkejla permezz ta’ evalwazzjoni radjografika, seħħu kmieni fil-bidu ta’ kura b’filgrastim u mbagħad laħqu plateau. Kien hemm bżonn ta’ tnaqqis fid-doża sabiex titnaqqas jew titwaqqaf il-progressjoni taż-żjieda fid-daqs tal-milza u fit-tlieta fil-mija tal-pazjenti kien hemm bżonn li il-milza titneħħa. Id-daqs tal-milza trid tkun mkejla regolarment. Eżaminazzjoni fiżika tal-addome tkun biżżejjed biex jitkixxfu żjiediet abnormali fid-daqs tal-milza.

Ematurja/proteinurja seħħ f’numru żgħir ta’ pazjenti. Għandu jsir analiżi regolari tal-awrina biex dan jiġi monitorjat.

Is-sigurta’ u l-effikaċja għadhom ma ġewx determinati s’issa fit-trabi tat-twelid u f’pazjenti b’newtropenja awto-immunitarja.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV

L-għadd taċ-ċelluli tad-demm

l-Għadd Assolut ta’ Newtrofili (ANC) għandu jiġi monitorjat b’attenzjoni, speċjalment waqt l-ewwel ftit ġimgħat ta’ kura b’filgrastim. Xi pazjenti jistgħu jirrispondu malajr ħafna, u b’żieda konsiderevoli fl-għadd ta’ newtrofili, għad-doża inizjali ta’filgrastim. Huwa rakkomandat illi l-ANC jiġi mkejjel kuljum għal l-ewwel jumejn sa tlett ijiem ta’ amministrazzjoni b’filgrastim. Minn hemm il-quddiem, huwa rakkomandat illi l-ANC jiġi mkejjel mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa għal l-ewwel gimgħatejn, u sussegwentement, darba kull gimgħatejnwaqt il-manteniment tal-kura. Waqt kura intermittenti b’dożi ta’ 30 MIU (300 μg)/jum ta’ filgrastim, l-ANC tal-pazjent jista’ jitbiddel b’mod notevoli maż-żmien. Sabiex jiġi stabbilit il-punt l-aktar baxx jew in-nadir fil-livell tal-ANC f’pazjent, huwa rakkomandat illi l-kampjuni tad-demm meħudin biex jitkejjel l-ANC jittieħdu eżatt qabel id-doża skedata ta’ filgrastim.

Riskju assoċjat ma’ dożi miżjuda ta’ prodotti mediċinali majelosoppressivi

Kura b’filgrastim waħdu ma’ jipprekludix l-iżvilupp ta’ tromboċitopenja u anemija assoċjati mal-użu ta’ prodotti mediċinali majelosoppressivi. B’Rizultat li hemm potenzjal li jirċievi dożi akbar u iktar spiss ta’ dawn il-prodotti waqt kura b’filgrastim, jista’ jkun hemm riskju għola li l-pazjent jiżviluppa

tromboċitopenja u anemija. Huwa rakkomandat li l-għadd taċ-ċelluli tad-demm jiġi monitorjat regolarment (ara hawn fuq).

Majelosuppressjoni minħabba infezzjonijiet u mard malinn

Newtropenja tista’ tkun kawżata minn infezzjonijiet opportunistiċi li jinfiltraw il-mudullun bħal m’hu l-kumpless relatat ma’ Mycobacterium avium jew mard malinn bħal limfoma. F’pazjenti fejn hemm

konferma ta’ infezzjonijiet li jinfiltraw il-mudullun jew mard malinn, wieħed għandu jikkunsidra li tingħata kura addattata għal din il-kundizzjoni flimkien mal-amministrazzjoni ta’ filgrastim għal kura ta’ newtropenja. L-effetti ta’ filgrastim fuq in-newtropenja assoċjat ma’ infezzjonijiet li jinfiltraw il- mudullun jew mard malinn għadhom ma ġewx stabbiliti.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti bil-marda taċ-ċelluli Sickle

Każijiet ta’ kriżi tal-marda taċ-ċelluli Sickle, ftit minnhom fatali, ġew irrapurtati meta filgrastim intuża f’pazjenti bil-marda taċ-ċelluli Sickle. Tobba jridu jkunu kawti ħafna, meta jikkunsidraw l-użu ta’

filgrastim f’pazjenti bil-marda taċ-ċelluli Sickle u dan biss wara li jitqiesu sewwa r-riskji potenzjali u l- benefiċċji.

Eċċipjenti:

Ratiograstim fih sorbitol. Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull siringa mimlija għal-lest, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim, meta jingħata fl-istess ġurnata ma’ kimoterapija majelosoppressiva ċitotossika, ma ġewx determinati definitivament s’issa. Minħabba s-sensittivita` potenzjali għall-kimoterapija majelosoppressiva ċitotossika taċ-ċelluli majelojdi li qed jiddividu malajr, filgrastim m’għandux jingħata bejn l-24 siegħa qabel u l-24 siegħa wara li tingħata l-kimoterapija. Evidenza preliminari, li ġej minn studju f’numru żgħir ta’pazjenti li ngħataw filgrastim flimkien ma’ 5-Fluorouracil, juri li tista’ tiżdied is-severita’ ta’ newtropenja.

L-interazzjonijiet possibbli ma’ fatturi ta’ tkabbir ematopojetiċi u ċitokini għadhom ma ġewx investigati speċifikament fi studji kliniċi.

Peress li lithium jippromwovi il-ħelsien ta’ newtrofili, huwa mistenni li jġib żjieda fl-effett ta’ filgrastim. Għalkemm din l-interazzjoni ma ġietx speċifikament investigata, m’hemm l-ebda evidenza li interazzjoni bħal din tista’ tkun ta’ ħsara.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta biżżejjed dwar l-użu ta’ filgrastim f’nisa tqal. Hemm rapporti fil-letteratura fejn intwera li filgrastim jgħaddi mill-plaċenta fin-nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies. Filgrastim m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk m’hemmx il-bżonn ċar.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk filgrastim jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. It-tneħħija ta’ filgrastim fil-ħalib ma ġietx studjata fuq l-annimali. Gћandha tittieћed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it- treddigћ jew twaqqafx it-trattament b’filgrastim, wara li jigi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigћ gћat- tarbija u l-benefiċċju tat-trattament gћall-mara.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Filgrastim m’għandu effett żgħir jew effett moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Jekk il- pazjent qed iħoss l-għeja, il-kawtela hija meħtieġa fis-sewqan ta’ karozza jew fit-tħaddim ta’ magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Fi studji kliniċi, 541 pazjent b’kanċer u 188 volontiera f’saħħithom ġew esposti għal Ratiograstim. Il-profil ta’ sigurta’ ta’ Ratiograstim li ġie osservat f’dawn l-istudji kliniċi kien konsistenti ma dak tal-prodott ta’ referenza li ntuża f’dawn l-istudji.

Sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari, li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja jekk it-trattament huwa tardjat, ġie irrapportat b’mod mhux komuni (≥ 1/1000 sa < 1/100) f’pazjenti b’ kanċer waqt il-kimoterapija u f’donaturi normali li kien qed ikollhom mobilizzazzjoni taċ-ċelluli proġenituri tad-demm periferali wara l-għoti ta’ G-CSFs; ara sezzjoni 4.4 u subsezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula” tat-taqsima 4.8.

L-effetti mhux mixtieqa li ġejjin u l-frekwenza tagħhom ġew osservati waqt kura b’filgrastim u huma bbażati fuq informazzjoni ppublikata.

Il-frekwenzi tal-effetti mhux mixtieqa huma definiti fuq bażi ta’ frekwenza kif ġej:

Komuni ħafna:

≥ 1/10

Komuni:

≥ 1/100 sa < 1/10

Mhux komuni:

≥ 1/1,000 sa < 1/100

Rari:

≥ 1/10,000 sa < 1/1,000

Rari ħafna:

< 1/10,000

Mhux magħruf:

ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skond is-serjetà tagħhom; l-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel.

F’pazjenti b’kanċer

Fi provi kliniċi, l-effetti mhux mixtieqa l-aktar frekwenti relatati mal-użu ta’ filgratim fid-dożi rakkomandati kienu uġigħ fl-għadam ħafif għal moderat,li seħħ f’10%, u uġigħ fl-għadam qawwi fi 3% tal-pazjenti. L-uġigħ fl-għadam huwa ġeneralment ikkontrollat b’mediċini komuni kontra l-uġigħ. Effetti mhux mixtieqa inqas frekwenti jinkludu disturbi fis-sistema urinarja, bl-effett predominanti jkun diżurja ħafif għal moderat.

Fi studji kliniċi randomised ikkontrollati bil-plaċebo, filgrastim ma wassalx għal żjieda fl-inċidenza ta’ effetti mhux mixtieqa assoċjati ma’ kimoterapija ċitotossika. Effetti mhux mixtieqa li ġew irrapporti bl-istess frekwenza f’pazjenti kkurati b’filgrastim/kimoterapija u b’placebo/kimoterapija jinkludu tqalligħ u rimettar, alopeċja, dijarreja, għeja, anoressija, mukożite, uġigħ ta’ ras, sogħla, raxx fil-ġilda, uġigħ fis-sider, debbulizza, uġigħ fil-grieżem, stitikezza u uġigħ ġenerali.

Żjidiet ħfief għal moderati, li reġgħu lura għan-normal, u li kienu dipendenti fuq id-doża, f’lactate dehydrogenase (LDH), alkaline phosphatase, serum uric acid u gamma-glutamyltransferase (GGT), seħħu f’madwar 50%, 35%, 25%, u 10% tal-pazjenti rispettivament, bl-użu ta’ filgrastim bid-dożi rakkomandati.

Xi kultant ġiet irrappurtata tbaxxija transitorja fil-pressjoni tad-demm, li ma kelliex bżonn ta’ kura medika.

Kien hemm rapporti ta’ GvHD u fatalitajiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu G-CSF wara trapjant alloġeniku tal-mudullun (ara sezzjoni 5.1).

Disturbi vaskolari, fosthom mard veno-okklussiv u disturbi fil-volum tal-fluwidi, ġew irrapportati xi kultant f’pazjenti waqt kimoterapija b’doża għolja segwit bit-trapjant awtologu tal-mudullun. Ir-relazzjoni kawżali ma kura b’filgrastim ma ġietx stabbilita.

Każijiet rari ħafna ta' infjammazzjoni vaskulari fil-ġilda ġew osservati f’pazjenti li ngħataw filgrastim. Il-mekkaniżmu ta' l-infjammazzjoni vaskulari f’pazjenti li qed jirċievu filgrastim mhux magħruf.

Ġew irrapportati xi każijiet tas-sindromu Sweet (dermatożi akuta u bid-deni). Madankollu, peress li perċentaġġ għoli ta’ dawn il-pazjenti kienu qegħdin isofru minn lewkimja, kundizzjoni magħrufa li tkun assoċjata mas-sindromu Sweet, relazzjoni kawżali ma’ filgrastim għada ma ġietx stabbilita.

Aggravament ta’ artrite rewmatika kien osservat f’każijiet individwali.

Psewdogotta ġiet irrappurtata f’pazjenti b’kanċer li kien kkurati b’filgrastim.

Effetti mhux mixtieqa rari tal-pulmun, fosthom pulmonite interstizjali, edema pulmonari, ġew irrapportati fejn ftit minnhom irriżultaw f’inkapaċità respiratorja jew sindromu tat-tbatija respiratorja fl-adulti (ARDS), li setgħu jkunu fatali (ara sezzjoni 4.4)

Reazzjonijiet Allerġiċi: Reazzjonijiet ta’ allerġija, inklużi anafilassi, raxx tal-ġilda, urtikarja, anġjoedema, qtugħ ta' nifs u pressjoni baxxa, li seħħew mal-bidu jew wara l-kura, ġew irrapportati f’pazjenti li qed jirċievu l-filgrastim. B’kollox, ir-rapporti kienu iktar spissi wara l-amministrazzjoni ġol-vina. Fi ftit każi, is-sintomi reġgħu seħħew hekk kif reġgħet bdiet tingħata l-kura, li b’hekk tissuġġerixxi relazzjoni każwali. Filgrastim għandu jitwaqqaf permanenti f'pazjenti li jkollhom reazzjoni allerġika serja.

Każijiet iżolati ta’ kriżi tal-marda taċ-ċelluli Sickle ġew rapportati f’pazjenti bil-marda taċ-ċelluli Sickle (ara sezzjoni 4.4).

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Effett mhux mixtieq

organi

Disturbi fil-metaboliżmu u

Komuni ħafna

Żjieda fl-alkaline phosphatase,

n-nutrizzjoni

zjieda fil-LDH, żjieda fil-uric

acid

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Disturbi vaskulari

Rari

Disturb vaskulari

Mhux komuni

Sindromu ta’ tnixxija tal-

kapillari*

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Komuni

Sogħla, uġigħ fil-grieżem

medjastinali

Rari ħafna

Infiltrati pulmonari

Disturbi gastro-intestinali

Komuni ħafna

Tqalligħ/rimettar

Komuni

Stitikezza, anoressija, dijarreja,

mukożite

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni ħafna

Żjieda fil-GGT

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

Komuni

Alopeċja, raxx fil-ġilda

taħt il-ġilda

Rari ħafna

Is-Sindrome ta’ Sweet, vaskulite

tal-ġilda

Disturbi muskolu-skeletriċi u

Komuni ħafna

Uġigħ fis-sider, uġigħ

tat-tessuti konnettivi

muskoloskeletriku

Rari ħafna

Aggravament ta’ artrite

rewmatojde

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema

Rari ħafna

Abnormalitajiet fis-sistema

urinarja

urinarja

Disturbi ġenerali u

Komuni

Għeja, debbulizza

kondizzjonijiet ta’ mnejn

Mhux komuni

Uġigħ ġenerali

jingħata

Rari ħafna

Reazzjoni allerġiku

*Ara subsezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula” tat-taqsima 4.8

F’donaturi b’saħħithom taħt proċedura ta’ mobilizzazzjoni ta’ PBPC

L-iktar effett mhux mixtieq li ġie rrapportat kien uġigħ muskolu-skeltrali ħafif għal moderat li kien reversibbli. Lewkoċitosi (WBC > 50 x 109/L) ġie osservat f’41% tad-donaturi waqt li tromboċitopenja reversibbli (plejtlits < 100 x 109/L) ġiet osservata f’35% tad-donaturi wara amministrazzjoni ta’ filgrastim u lewkafereżi.

Żjidiet ħfief, li reġgħu lura għan-normal, fl-alkaline phosphatase, LDH, SGOT (serum glutamic oxaloacetic transaminase) u uric acid kienu rrapportati f’donaturi b’saħħithom li rċievu filgrastim; dawn ma kellhomx effetti kliniċi assoċjati magħhom.

Aggravament tas-sintomi tal-artrite kien osservat f’każijiet rari ħafna.

Sintomi li jissuġġerixxu reazzjonijiet allerġiċi qawwija ġew rapportati f’każijiet rari ħafna.

Uġigħ ta’ ras, maħsub li ġej minħabba l-filgrastim, ġie rapportat f’studji fuq donaturi ta’ PBPC.

Każijiet komuni iżda ġeneralment mingħajr sintomi ta’ tkabbir tal-milza u każijiet rari ħafna ta’ milza mifqugħha ġew irrapurtati f’donaturi b’saħħithom u f’pazjenti wara li ngħataw G-CSF. (ara

sezzjoni 4.4).

F’donaturi normali, avvenimenti avversi pulmonari (emoptisi, emorraġija pulmonari, infiltrazzjoni fil- pulmun, qtugħ ta’ nifs u nuqqas ta’ ossiġnu) kienu rrappurtati wara t-tqegħid fis-suq (ara sezzjoni 4.4).

Sistema tal-klassifika

Frekwenza

Effett mhux mixtieq

tal-organi

Disturbi tad-demm u tas-sistema

Komuni ħafna

Lewkoċitosi, tromboċitopenja

limfatika

Mhux komuni

Disturbi fil-milza

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

Komuni

Żjieda fl-alkaline phosphatase,

nutrizzjoni

żjieda fil-LDH

Mhux komuni

Żjieda fl-SGOT, iperurikemija

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna

Uġigħ ta’ ras

Disturbi vaskulari

Mhux komuni

Sindromu ta’ tnixxija tal-

kapillari*

Disturbi muskolu-skeletriċi u

Komuni ħafna

Uġigħ muskolu-skeltrali

tat-tessuti konnettivi

Mhux komuni

Aggravament tal-artrite

rewmatika

Disturbi ġenerali u

Mhux komuni

Reazzjoni allerġiku qawwija

F’pazjenti b’SCN

Kien hemm rapporti ta’ effetti mhux mixtieqa relatati ma’ kura ta’ filgrastim f’pazjenti b’SCNu,għal xi whud, il-frekwenza tagħhom kellha tendenza li tonqos maż-żmien.

L-effetti mhux mixtieqa l-aktar frekwenti kkawżati minn filgrastim kienu uġigħ fl-għadam, u uġigħ muskolu-skeltrali ġenerali.

Effetti mhux mixtieqa oħrajn osservati jinkludu tkabbir tal-milza li, fil-minoranza tal-każi, jista’ jkun progressiv, u tromboċitopenja. Uġigħ ta’ ras u dijarreja ġew irrapportati ftit wara il-bidu ta’ kura b’filgrastim, tipikament f’inqas minn 10% tal-pazjenti. Anemija and epistassi wkoll ġew irrapportati.

Ġew osservati żjidiet, li jerġgħu lura għan-normal, u mingħajr effetti kliniċi assoċjati, fil-uric acid,

lactic dehydrogenase u alkaline phosphatase. Tnaqqis moderat li jerġa lura għan-normal fil-livell non-fasting ta’ glucose fid-demm ukoll ġie osservat.

Effetti mhux mixtieqa possibilment relatati ma’ kura ta’ filgrastim, u li tipikament seħħu f’inqas minn 2% tal-pazjenti b’newtropenja qawwija u kronika, kienu rejazzjonijiet fis-sit ta’ injezzjoni, uġigħ ta’ ras, epatomegalija, arthralgia, alopeċja, ostejoporosi u raxx.

Meta ntuża fit-tul, infjammazzjoni vaskulari fil-ġilda giet irraportata fit-2% tal-pazjenti b’newtropenja qawwija u kronika. Każijiet ta’ protejnurja/ematurja kienu rari ħafna.

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Effett mhux mixtieq

organi

Disturbi tad-demm u tas-sistema

Komuni ħafna

Anemija, żjieda fid-daqs

limfatika

tal-milza

Komuni

Tromboċitopenja

Mhux komuni

Disturbi fil-milza

Disturbi fil-metaboliżmu u

Komuni ħafna

Tnaqqis fil-glucose, żjieda

n-nutrizzjoni

fl-alkaline phosphatase, żjieda

fil-LDH, iperurikemija

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Komuni ħafna

Epitassi

medjastinali

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Dijarreja

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni

Epatomegalija

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

Komuni

Alopeċja, infjammazzjoni

taħt il-ġilda

vaskulari fil-ġilda, injezzjoni

site uġigħ fis-sit ta’ injezzjoni,

raxx

Disturbi muskolu-skeletriċi u

Komuni ħafna

Uġigħ muskolu-skeltrali

tat-tessuti konnettivi

Komuni

Ostejoporosi

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema

Mhux komuni

Ematurja, protejnurja

urinarja

F’pazjenti b’HIV

F’studji kliniċi, l-uniċi effetti mhux mixtieqa li kontinwament kienu meqjusa li huma relatati mal- amministrazzjoni ta’ filgrastim kienu l-uġigħ muskolu-skeletrali, l-uġigħ l-aktar ħafif għal moderat fl-għadam, u majalġja. L-inċidenza ta’ dawn il-każi kienet komparabbli ma dik irraportata f’pazjenti b’kanċer.

Żjieda fid-daqs tal-milza relatat ma’ kura b’filgrastim ġiet irraportata f’< 3% tal-pazjenti. Fil-każi kollha, din iż-żjieda nħasset ħafifa jew moderata taħt eżaminazzjoni fiżika u kellha konsegwenza beninni; l-ebda pazjent ġie djanjostikat b’ipersplenismu u fl-ebda pazjent ma tneħħiet il-milza. Peress li żjieda fid-daqs tal-milza hi komuni f’pazjenti b’infezzjoni ta’ HIV u tinstab b’diversi gradi fil-maġġoranza ta’ pazjenti b’AIDS, ir-relazzjoni ma’ terapija ta’ filgrastim mhijiex ċara.

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Effett mhux mixtieq

organi

Disturbi tad-demm u tas-sistema

Komuni

Disturbi fil-milza

limfatika

Disturbi muskolu-skeletriċi u

Komuni ħafna

Uġigħ muskolu-skeltrali

tat-tessuti konnettivi

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Każijiet ta’ sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari kienu rrappurtati fil-iffissar ta’ wara it-tqejjid fis-suq ma l-użu ta’ G-CSF. Dawn ġeneralment seħħew f’pazjenti b’mard malinn avvanzati, sepsis, jieħdu mediċini multipli tal-kimoterapija jew għaddejjin minn aferesi (ara sezzjoni 4.4).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-ebda każ ta’ doża eċċessiva ma ġie rrapportat.

Il-waqfien mill-kura ta’ filgrastim is-soltu jġib tnaqqis ta’ 50% tan-newtrofili fid-demm fiż- żmien ġurnata jew tnejn, b’ritorn għall-livelli normali fiż-żmien 1 sa 7 ijiem.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Immunostimulanti, fatturi li jistimolaw il-kolonji ta’ granuloċiti, Kodiċi ATC: L03AA02

Ratiograstim hu prodott mediċinali bijoloġiku simili. Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Il-G-CSF uman huwa glikoproteina li tirregola l-produzzjoni u l-ħelsien ta’ newtrofili mill-mudullun. Ratiograstim, li fih r-metHuG-CSF (filgrastim), jikkawża żjieda sinifikanti fl-għadd ta’ newtrofili

fid-demm periferali fi żmien 24 siegħa, b’żjidiet minuri fil-monoċiti. F’xi każi ta’ SCN, filgrastim jista’ jikkawża wkoll żjieda żgħira mill-baseline fil-livelli ta’ eżinofili u bażofili fid-demm; xi wħud

minn dawn il-pazjenti jistgħu jippreżentaw b’eżinofilja jew bażofilja qabel il-bidu ta’ kura. Meta filgrastim jingħata fid-dożi rakkomandati, żjidiet fl-għadd ta’ newtrofili huma dipendenti fuq id-doża. In-newtrofili li jiġu prodotti b’rispons għal kura b’filgrastim juru funzjonalita’normali jew miżjuda, kif intwera b’analiżi li saru fuq il-funzjoni kimotattika u fagoċitika. Wara il-waqfien mill-kura ta’ filgrastim, l-għadd ta’ newtrofili fid-demm jonqos b’50% fiż-żmien ġurnata 1 jew 2, b’ritorn għall-livelli normali fiż-żmien 1 sa 7 ijiem.

L-użu ta’ filgrastim f’pazjenti waqt kimoterapija ċitotossika jwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-inċidenza, fis-severita’ u fid-dewmien ta’ newtropenja u newtropenja bid-deni. Kura b’filgrastim iwassal għal tnaqqis sinifikament fid-dewmien ta’ newtropenja bid-deni, l-użu ta’ antibijotiċi u dħul fl-isptar wara induzzjoni ta’ kimoterapija għal lewkimja majeloġenika akuta jew kura majeloablativa segwit bit-trapjant tal-mudullun. L-inċidenza ta’ deni u n-numru ta’infezzjonijiet reġistrati ma tnaqqsux fl-ebda ċirkostanza. Ma kienx hemm tnaqqis fid-dewmien ta’ deni f’pazjenti waqt li kienu qed jingħataw kura majeloablativa segwit bit-trapjant tal-mudullun.

L-użu ta’ filgrastim, waħdu jew wara kimoterapija, jimmobilizza ċ-celluli proġenitriċi ematopojetiċi għal ġod-demm periferiku. Dawn iċ-ċelluli awtologi jistgħu jinġabbru u jerġgħu jiġu infużi wara terapija ċitotossika ta’doża għolja, flok jew flimkien ma’ trapjant tal-mudullun. Infużjoni biċ-ċelluli proġentriċi tad-demm iħaffef ir-ritorn ematopojetiku għan-normalita’ u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ episodji emorraġiċi u l-bżonn ta’ trasfużjonijiet tal-plejtlets.

Reċipjenti ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali alloġeniku, li ġew mobilizzati b’filgrastim, damu sinifikament inqas biex jirkupraw ematoloġikament, b’konsegwenza li l-ħin meħud għal irkupru tal-

plejtlits mingħajr appoġġ kien sinifikament anqas, meta kkomparat ma’ trapjant tal-mudullun alloġeniku.

Studju retrospettiv Ewropew li evalwa l-użu ta’ G-CSF wara trapjant alloġeniku tal-mudullun f’pazjenti b’lewkimji akuti, issuġġerixxa żieda fir-riskju ta’ GvHD, mortalità marbuta mal-kura (TRM) u l-mortalità meta ngħata G-CSF. Fi studju internazzjonali retrospettiv separat f’pazjenti b’lewkimji majeloġeni akuti u kroniċi, ma ġie osservat l-ebda effett fuq ir-riskju ta’ GvHD, TRM u l-mortalità. Meta-analiżi ta’ studji fuq trapjanti alloġeneiċi, li tinkludi r-riżultati ta’ disa’ provi prospettivi li fihom il-pazjenti ntagħżlu b’mod każwali, 8 studji retrospettivi u każ 1 ta’ studju kkontrollat mill-każ, ma sabet l-ebda effett fuq ir-riskji ta’ GvHD akuta, GvHD kronika jew mortalità relatata mal-kura bikrija.

Riskju relattiv (95% CI) ta’ GvHD u TRM wara l-kura b’G-CSF wara trapjant tal-mudullun

Pubblikazzjoni

Perjodu tal-

N

GvHD akuta

GvHD kronika

TRM

istudju

ta’ grad II - IV

Meta-analiżi

1986-2001a

1,198

1.08

1.02

0.70

(2003)

(0.87, 1.33)

(0.82, 1.26)

(0.38, 1.31)

Studju

1992-2002b

1,789

1.33

1.29

1.73

retrospettiv

(1.08, 1.64)

(1.02, 1.61)

(1.30, 2.32)

Ewropew

(2004)

Studju

1995-2000b

2,110

1.11

1.10

1.26

retrospettiv

(0.86, 1.42)

(0.86, 1.39)

(0.95, 1.67)

internazzjonali

(2006)

aL-analiżi tinkludi studji li jinvolvu trapjant tal-mudullun matul dan il-perjodu; xi studji użaw GM-CSF (fattur li jistimula kolonji ta’ granuloċiti-makrofaġi)

bL-analiżi tinkludi pazjenti li kienu qed jirċievu trapjant tal-mudullun matul dan il-perjodu

Qabel trapjant alloġenejiku ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali, l-użu ta’filgrastim għall-mobilizzazzjoni ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali f’donaturi normali jippermetti li jinġabru 4 x 106 CD34+ celluli għal kull kg ta’ piż tal-ġisem tar-riċevitur, fil-maġġoranza ta’ donaturi, wara żewġ proċeduri ta’ lewkafereżi. Donaturi normali jingħataw doża ta’ 10 μg/kg/jum, amministrata taħt il-ġilda għal 4 sa 5 ijiem konsekuttivi.

L-użu ta’ filgrastim f’pazjenti, tfal u adulti, b’SCN (newtropenja qawwija, konġenitali, ċiklika, u idjopatika) iwassal għal żjieda sostenibbli fl-għadd assolut ta’ newtrofili fid-demm periferali u tnaqqis fin-numru ta’ infezzjonijiet u ġrajjiet relatati.

L’użu ta’ filgrastim f’pazjenti b’infezzjoni ta’ HIV iżomm l-għadd ta’ newtrofili normali sabiex jippermetti id-dożaġġ skedat tat-terapija antivirali u/jew mediċina majelosoppressiva oħra. M’hemmx evidenza li pazjenti b’infezzjoni ta’ HIV ikkurati b’filgrastim ikollhom żieda fir-replikazzjoni ta’ HIV.

Bħal fil-każ ta’ fatturi ta’ tkabbir ematopojetiċi oħra, G-CSF wera proprjetajiet stimolanti in vitro fuq ċelluli endoteljali umani.

L-effikaċja u s-sigurta’ ta’ Ratiograstim ġew stmati fi studji ta’ fażi III, randomised u kontrollati bi placebo, f’pazjenti b’kanċer tas-sider, kanċer tal-pulmun u Non-Hodgkin-Limfoma. Ma kienx hemm differenzi rilevanti bejn Ratiograstim u l-prodott ta’ referenza fir-rigward ta’ dewmien ta’ newtropenja qawwija u l-inċidenza ta’ newtropenja bid-deni.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Studji randomised, single–blind, b’doża waħda u crossover li saru fuq 196 voluntiera b’saħħithom urew li l-profil farmakokinetiku ta’Ratiograstim kien komparabbli ma’ dak tal-prodott ta’ referenza kemm wara amministrazzjoni taħt il-ġilda kif ukoll ġol-vina.

Intwera li l-eliminazzjoni ta’ filgrastim isegwi proċess farmakokinetiku tal-ewwel ordni kemm wara amministrazzjoni taħt il-ġilda kif ukoll ġol-vina. Il-half–life ta’ eliminazzjoni ta’ filgrastim hija ta’

madwar 3.5 siegħa, b’rata ta’ tneħħija ta’ madwar 0.6 mL/min/kg. Waqt infużjoni kontinwa

b’filgrastim fuq medda ta’ 28 ġurnata, f’pazjenti li kienu qedin jirkupraw minn trapjant awtologu tal-mudullun, ma kienx hemm xi evidenza ta’akkumulazzjoni u l-half–lives ta’ eliminazzjoni kienu

komparabbli. Hemm correlazzjoni posittiva u linejari bejn id-doża u l-konċentrazzjoni ta’ filgrastim fis-serum, kemm meta jiġi amministrat ġol-vina kif ukoll taħt il-ġilda. Wara l-amministrazzjoni taħt il-ġilda tad-doża rakkomandata, il-konċentrazzjoni fis-serum nżammet il-fuq minn 10 ng/mL għal 8 sa16-il siegħa. Il-volum ta' distribuzzjoni fid-demm hu madwar 150 mL/kg.

F’pazjenti b’kanċer, il-profil farmacokinetiku ta’ Ratiograstim u dak tal-prodott ta’ referenza kienu komparabbli wara amministrazzjoni taħt il-ġilda ta’ doża waħda jew dożi ripetuti.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku fuq il- ġeni u tolleranza lokali, ma turi l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku miġbur minn studji konvenzjonali fuq l-effett tossiku minn dożi riptetuti, ikkonferma l-effetti farmakoloġiċi mistennija, fosthom żjidiet fl-għadd ta’ lewkoċiti, iperplasija majelojde fil-mudullun, ematopojesi ekstramedullari u tkabbir tal-milza.

Ma kienx hemm l-ebda effett fuq il-fertilità fil-firien maskili u femminili jew fuq il-frieħ ta’ firien tqal. Minn studji li saru fuq firien u fniek, m’hemmx evidenza li turi li filgrastim għandu xi effett teratoġeniku. Żjieda fl-inċidenza ta’ telfien tal-embriju ġiet osservata fil-fniek, iżda ma dehrux malformazzjonijiet.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Acetic acid, glacial

Sodium hydroxide

Sorbitol (E420)

Polysorbate 80

Ilma għall-injezzjoni

6.2Inkompatibbilitajiet

Ratiograstim m’għandux jiġi dilwit ma’ soluzzjoni ta’ sodium chloride.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

Filgrastim dilwit jista’ jiġi adsorbit fuq il-ħġieġ jew ħwejjeġ tal-plastik ħlief meta jiġi dilwit kif inhu msemmi f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

30 xahar

Wara d-dilwit: Is-soluzzjoni għall-infużjoni dilwita wriet stabbilita’ kimika u fiżika waqt l-użu għal 24 siegħa f’temperatura bejn 2°C u 8°C. Mill-lat tas-sigurtà mikrobijoloġika, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, il-konsumatur huwa risponsabbli għaż-zmien u l-kundizzjonijient ta’ ħażna qabel ma’ jintuża, u dawn s-soltu ma jridux ikunu iktar minn 24 siegħa

f’temperatura ta’ bejn 2°C - 8°C, sakemm id-dilwit ma jkunx seħħ taħt kundizzjonijiet kontrollati, asettiċi u validati.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2 C - 8 C)

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Siringa mimlija għal-lest magħmula minn ħġieġ ta’ Tip I b’labbra tal-azzar li ma jissaddadx mwaħħla permanentement bi jew mingħajr protezzjoni għas-sigurtà tal-labra biex jiġu evitati korrimenti minħabba tingiż bil-labra u biex ma terġax tintuża.

Pakketti ta’ 1, 5 jew 10 siringi mimlijin għal-lest b’0.5 mL ta’ soluzzjoni jew pakkett multiplu li fih 10 (2 pakketti ta’ 5) siringi mimlijin għal-lest b’0.5 mL ta’ soluzzjoni.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Jekk ikun hemm il-ħtieġa, Ratiograstim jista’ jiġi dilwit f’soluzzjoni għal infużjoni ta’ glucose 50 mg/mL (5%).

Huwa rakkomandat li fl-ebda ħin id-dilwit ma jwassal għal konċentrazzjoni finali inqas minn 0.2 MIU (2 μg)/mL.

Qabel ma tingħata, is-soluzzjoni trid tiġi spezzjonata viżwalment. Għandhom jsiru injezzjonijiet biss b’soluzzjoni li tkun ċara u mingħajr frak.

Fejn pazjenti jirċievu soluzzjoni ta’ filgrastim dilwit sa konċentrzzjoni inqas minn 1.5 MIU

(15 μg)/mL, għandha tiġi miżjuda bl-albumina umana (HSA) sabiex il-konċentrazzjoni finali tkun 2 mg/mL.

Eżempju: Meta l-volum finali tal-injezzjoni huwa 20 mL, id-dożi kollha ta’ filgrastim li fihom inqas minn 30 MIU (300 μg) iridu jingħataw b’0.2 mL soluzzjoni ta’ 200 mg/mL (20%) albumina umana miżjuda.

Meta jiġi dilwit ġo soluzzjoni għal infużjoni ta’glucose 50 mg/mL (5%), Ratiograstim huwa kompatibbli mal-ħġieġ u varji tipi ta’ plastik, fosthom il-PVC, polyolefin (co-polymer ta’ polypropylene u polyethylene) u polypropylene.

Ratiograstim ma fih l-ebda preservattiv. Minħabba r-riskju potenzjali ta’ kontaminazzjoni b’mikrobi, is-siringi ta’ Ratiograstim iridu jintużaw darba biss.

L-esposizzjoni bi żball għal temperatura ta’ friża ma jeffettwax ħażin l-istabilita` ta’ Ratiograstim.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

ratiopharm GmbH Graf-Arco-Straße 3 89079 Ulm

Il-Ġermanja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/08/444/001

EU/1/08/444/002

EU/1/08/444/003

EU/1/08/444/004

EU/1/08/444/009

EU/1/08/444/010

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 15 ta’ Settembru 2008

Data tal-aħħar tiġdid: 19 ta’ Lulju 2013.

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Ratiograstim 48 MIU/0.8 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni fiha 60 miljun international units [MIU] (600 µg) ta’ filgrastim.

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 48 MIU (480 µg) filgrastim f’0.8 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni.

Filgrastim (recombinant methionyl human granulocyte-colony stimulating factor) huwa magħmul minn Escherichia coli K802 b’teknoloġija rikombinanti-DNA.

Eċċipjent b’effett magħruf

Kull mL ta’ soluzzjoni fiha 50 mg sorbitol.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni

Soluzzjoni ċara u mingħajr kulur.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Ratiograstim hu indikat għat-tnaqqis fid-dewmien ta’ newtropenja u fl-inċidenza ta’ newtropenja bid- deni f’pazjenti kkurati b’kimoterapija ċitotossika stabbilita kontra malinni (bl-eċċezzjoni ta’ lewkimja majelojde kronika u sindromi majelodisplastiċi) u għat-tnaqqis fid-dewmien ta’ newtropenja f’pazjenti, taħt kura majeloablativa u segwita bit-trapjant tal-mudullun, li huma meqjusa li għandhom riskju għola ta’ newtropenja qawwija u mdewma. Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim huma simili fl- adulti u fit-tfal li qed jirċievu kimoterapija ċitotossika.

Ratiograstim huwa indikat għall-mobilizzazzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali(PBPC).

F’pazjenti, tfal jew adulti, li għandhom newtropenja severa, konġenita, ċiklika, jew idjopatika bl-Għadd Assolut ta’ Newtrofili (ANC) ta’ 0.5 x 109/L, u storja ta’ infezzjonijiet qawwija jew li jirkadu, it-terapija fit-tul b’Ratiograstim huwa indikat biex jiżdied l-għadd ta’ newtrofili u sabiex l-inċidenza u t-tul ta’ ġrajjiet avversi relatati ma’ infezzjonijiet jonqsu.

Ratiograstim huwa indikat għal kura ta’ newtropenja persistenti (ANC ta’ 1.0 x 109/L jew inqas) f’pazjenti b’infezzjoni avvanzata tal-HIV, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet batteriċi, dan meta għażliet oħra għall-immaniġġjar ta’ newtropenja ma jkunux addattati.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Ħtiġijiet speċjali

Il-kura b’filgrastim għandha tingħata biss b’kollaborazzjoni ma’ ċentru ta’ onkoloġija b’esperjenza fil-kura bil-fattur uman li jistimola l-kolonji ta’ granuloċiti (G-CSF) u ematoloġija u fejn jinstabu

l-meżżi dijanjostiċi kollha meħtieġa. Il-mobilizzazzjoni u l-proċeduri afereżi għandhom isiru flimkien ma' ċentru tal-onkoloġija u ematoloġija b’esperjenza xierqa f’dan il-qasam u fejn il-monitoraġġ taċ-ċelluli proġenitriċi ematopojetiċi jista’ jsir korrettament.

Kimoterapija ċitotossika stabbilita

Id-doża rakkomandata ta’ filgrastim hija 0.5 MIU (5 μg)/kg/jum. L-ewwel doża ta’ filgrastim trid tingħata mhux inqas minn 24 siegħa wara l-kimoterapija ċitotossika. Filgrastim jista’ jiġi injettat ta’ kuljum taħt il-ġilda jew jista’ jiġi dilwit f’soluzzjoni ta’ glucose 50 mg/mL (5%) u jingħata ta’ kuljum bħala infużjoni ġol-vina fuq medda ta’ 30 minuta (ara sezzjoni 6.6 għall-istruzzjonijiet fuq id-dilwit).

L-amministrazzjoni taħt il-ġilda hija preferita fil-maġġoranza tal-każi. Evidenza ġejja minn studju fuq l-amministrazzjoni ta’ doża waħda turi li l-amministrazzjoni ġol-vina tista’ tirriżulta f’effett inqas fit-tul. Mhijiex ċara jekk din is-sejba għandha xi rilevanza klinika għall-amministrazzjoni ta’ dożi

ripetuti. L-għażla ta’ minn fejn tingħata d-doża trid tkun ibbażata fuq iċ-cirkustanzi kliniċi tal- individwu. Fi studji kliniċi randomised, intużat doża ta’ 23 MIU (230 μg)/m2/jum (4.0 sa

8.4 μg/kg/jum) li ġiet amministrata taħt il-ġilda.

L-amministrazzjoni ta’ kuljum ta’ filgrastim trid titkompla sakemm in-nadir mistenni jkun għadda u l-għadd ta’ newtrofili jkun reġa’ lura għan-normal. Wara kimoterapija stabbilita għal tumuri solidi, limfoma u lewkimja fis-sistema limfatika, huwa mistenni li l-kura tista’ ddum sa 14-il ġurnata biex dawn il-kriterji jintlaħqu. Wara l-kura tal-bidu u dik ikkonsolidata għal lewkimja majelojde akuta, it-terapija tista’ ddum sostanzjalment iktar (sa 38 ġurnata) jiddependi fuq it-tip, doża u skeda tal-kimoterapija ċitotossika li tintuża.

F’pazjenti kkurati b’kimoterapija ċitotossika, żjieda reversibbli fl-għadd ta’ newtrofili tipikament tiġi osservata minn l-ewwel sat-tieni ġurnata ta’ kura b’filgrastim. Madankollu, sabiex ikun hemm rispons terapewtiku fit-tul, il-kura b’filgrastim m’għandiex titwaqqaf qabel in-nadir mistenni jkun għadda u l-għadd ta’ newtrofili jkun reġa’ lura għan-normal. Waqfien prematur mill-kura b’filgrastim qabel ma’ jkun intlaħaq in-nadir mistenni mhuwiex rakkomandat.

F’pazjenti li rċievu kura majeloablativa segwit bit-trapjant tal-mudullun

Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ filgrastim hija 1.0 MIU (10 μg)/kg/jum mogħtija bħala infużjoni ġol-vina fuq medda ta’ 30 minuta jew 24 siegħa jew inkella 1.0 MIU (10 μg)/kg/jum mogħtija bħala infużjoni kontinwa taħt il-ġilda fuq medda ta’ 24 siegħa. Għall-infużjoni, id-doża ta’ filgrastim trid tkun miżjuda ma’ 20 mL soluzzjoni ta’ glucose 50 mg/mL (5%) (ara sezzjoni 6.6 għall-istruzzjonijiet fuq id-dilwit).

L-ewwel doża ta’ filgrastim m’għandiex tingħata inqas minn 24 siegħa wara l-kimoterapija ċitotossika u fiż-żmien ta’ 24 siegħa wara infużjoni tal-mudullun.

Wara li n-nadir mistenni fil-livell ta’ newtrofili jkun għadda, id-doża ta’ kuljum ta’ filgrastim trid tinħadem skond l-għadd ta’ newtrofili kif ġej:

Għadd ta’ Newtrofili

Bdil fid-doża ta’ Filgrastim

> 1.0 x 109/L għal 3 ijiem konsekuttivi

Naqqas għal 0.5 MIU (5 µg)/kg/jum

Imbagħad, jekk l-ANC jibqa’ > 1.0 x 109/L għal

Waqqaf il-kura b’filgrastim

3-ijiem konsekuttivi oħra

Jekk l-ANC jonqos għal < 1.0 x 109/L waqt il-perijodu ta’ kura, id-doża ta’ filgrastim għandha terġa tittella skond ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC f’pazjenti taħt kura majelosoppressiva jew majeloablativa segwit bit-trapjant awtolgu ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali

Meta jintuża waħdu, id-doża rakkomandata ta’ filgrastim għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC hija 1.0 MIU (10 μg)/kg/jum mogħtija bħala infużjoni kontinwa taħt il-ġilda fuq medda ta’ 24 siegħa jew bħala

injezzjoni ta’ kuljum taħt il-ġilda għal 5 sa 7 ijiem konsekuttivi. Għal l-infużjoni, id-doża ta’ filgrastim trid tkun miżjuda ma’ 20 mL soluzzjoni ta’ glucose 50 mg/mL (5%) (ara sezzjoni 6.6 għall-istruzzjonijiet fuq id-dilwit). Meta għandha ssir l-lewkafereżi: proċedura waħda jew tnejn ta’ lewkofereżi fil-ħames u sitt jum is-soltu jkunu biżżejjed. F’ċirkostanzi oħrajn, jista jkun hemm bżonn ta’ aktar lewkofereżi. Kura b’filgrastim irid jitkompla sa l-aħħar proċedura ta’ lewkafereżi.

Wara kimoterapija majelosoppressiva, id-doża rakkomandata ta’ filgrastim għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC hija 0.5 MIU (5 μg)/kg/jum mogħtija bħala injezzjoni taħt il-ġilda ta’ kuljum mill-

ewwel ġurnata wara t-tmiem tal-kimoterapija sakemm in-nadir mistenni jkun għadda u l-għadd ta’ newtrofili jkun reġa’ lura għan-normal. Lewkafereżi jrid isir fil-perijodu meta l-ANC jitla’ minn

< 0.5 x 109/L sa > 5.0 x 109/L. F’pazjenti li ma kellhomx kimoterapija estensiva, proċedura waħda ta’ lewkafereżi is-soltu tkun bizzejjed. F’ċirkostanzi oħrajn, jista’ jkun hemm bżonn ta’ aktar proċeduri.

Għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC f’donaturi b’saħħithom qabel trapjant alloġenejiku ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali

Għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC f’donaturi b’saħħithom, id-doża ta’ filgrastim trid tkun 1.0 MIU (10 μg)/kg/jum mogħtija taħt il-ġilda għal 4 sa 5 ijiem konsekuttivi. Il-proċedura ta’ lewkafereżi trid tibda fil-5 ġurnata u titkompla sas-6 ġurnata jekk ikun hemm bżonn sabiex jinġabru 4 x 106 CD34+ celluli għal kull kg ta’ piż tal-ġisem tar-riċevitur.

F’pazjenti b’newtropenja kronika u qawwija (SCN)

Newtropenja konġenitali

Id-doża tal-bidu rakkomandata hi 1.2 MIU (12 μg)/kg/jum mogħtija taħt il-ġilda bħala doża waħda jew f’dożi maqsumin.

Newtropenja idjopatika jew ċiklika

Id-doża tal-bidu rakkomandata hi 0.5 MIU (5 μg)/kg/jum mogħtija taħt il-ġilda bħala doża waħda jew f’dożi maqsumin.

Aġġustament fid-doża

Filgrastim irid jingħata ta’ kuljum bħala injezzjoni taħt il-ġilda sakemm l-għadd ta’ newtrofili jilħaq u jinżamm il-fuq minn 1.5 x 109/L. Meta dan ir-rispons ikun milħuq, id-doża minima u effettiva sabiex jinżamm dan il-livell trid tiġi stabilita. Amministrazzjoni ta’ kuljum u fit-tul hu meħtieġ biex jinżamm għadd ta’ newtrofili adegwat. Wara gimgħa jew tnejn ta’ terapija, id-doża tal-bidu tkun tista’ tiġi rdoppjata jew titniżżel bin-nofs dejjem skond ir-rispons tal-pazjent. Sussegwentement id-doża tista’ tiġi aġġustata għal individwu kull gimgħa jew gimgħatejn biex il-medju tal-għadd ta’ newtrofili jinżamm bejn 1.5 x 109/L u 10 x 109/L. L-iskeda tad-doża tista’ tiżdied iktar ta’spiss f’pazjenti li jkollhom infezzjonijiet qawwija. Fi studji kliniċi, 97% tal-pazjenti li rrispondu kellhom rispons komplet b’doża ta’ ≤ 2.4 MIU (24 μg)/kg/jum. Is-sigurta’ assoċjat mal-amministrazzjoni fit-tul ta’ filgrastim f’dozi akbar minn 2.4 MIU (24 μg)/kg/jum f’pazjenti b’SCN għada ma ġietx stabilita.

F’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV

Għall-inverżjoni ta’ newtropenja

Id-doża tal-bidu rakkomandata ta’ filgrastim hija 0.1 MIU (1 μg)/kg/jum mogħtija ta’ kuljum b’injezzjoni taħt il-ġilda u tiżdied b’iddozar sa massimu ta’ 0.4 MIU (4 μg)/kg/jum sakemm livell normali fl-għadd ta’ newtrofili jintlħaq u jista’ jinżamm (ANC > 2.0 x 109/L). Fi studji kliniċi, > 90% tal-pazjenti rrispondu b’dawn id-dożi, u kellhom taqlib ta’ newtropenja f’medda ta’ jumejn.

F’numru żgħir ta’ pazjenti (< 10%), kien hemm bżonn ta’ dożi sa 1.0 MIU (10 μg)/kg/jum biex ikollhom taqlib ta’ newtropenja.

Biex jinżamm għadd ta’ newtrofili normali

Meta sseħħ it-taqlib ta’ newtropenja, id-doża minima u effettiva li hemm bżonn sabiex jinżamm għadd ta’ newtrofili normali trid tiġi stabbilita. Huwa rakkomandat illi id-dożaġġ tal-bidu ta’ kuljum tinbidel

għal waħda ta’ 30 MIU (300 μg)/jum b’injezzjoni taħt il-ġilda ġurnata iva u oħra le. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ aktar aġġustament fid-dożaġġ, li trid tiġi iddeterminata mill-ANC tal-pazjent, bl-għan li l- għadd ta’ newtrofili jinżamm > 2.0 x 109/L. F’studji kliniċi, dożaġġ ta’30 MIU (300 μg)/jum

għal ġurnata sa sebgħat ijiem fil-gimgħa kien meħtieġ biex jinżamm ANC > 2.0 x 109/L, bil-frekwenza medja tad-dożaġġ tkun ta’ tlett ijiem fil-ġimgħa. Kura fit-tul tista’ tkun meħtieġa sabiex l-ANC jinżamm > 2.0 x 109/L.

Gruppi ta’ pazjenti speċifiċi

L-anzjani

Għalkemm studji kliniċi b’filgrastim inkludew numru zgħir ta’ pazjenti anzjani, ma sarux studji speċifiċi fuq dan il-grupp u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw rakkomandazzjonijiet speċifiċi ta’ dożaġġ għall-anzjani.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied

Studji fuq l-użu ta’ filgrastim f’pazjenti b’indeboliment qawwi tal-kliewi jew tal-fwied juru li l-profil farmakokinetiku u farmakodinamiku huwa l-istess bħal dak f’individwi b’saħħithom. M’hemmx bżonn ta’ aġġustament tad-doża f’dawn il-każi.

Użu fil-pedjatrija f’każ ta’ SCN u kanċer

Ħamsa u sittin fil-mija tal-pazjenti li ġew studjati fil-programm tas-sigurtà ta’ newtropenja qawwija u kronika kienu taħt it-18-il sena. L-effikaċja tal-kura kienet ċara f’dan il-grupp ta’ pażjenti, li fih il-maġġoranża kienu pażjenti b’newtropenja konġenitali. Ma kien hemm l-ebda tibdil fil-profili tas-sigurta’ f’pazjenti pedjatriċi l fejn ingħatalhom kura għal newtropenja qawwija u kronika.

Tagħrif minn studji kliniċi li saru f’pazjenti pedjatriċi, jindika li l-profili tas-sigurta’ u l-effikaċja ta’ filgrastim, f’adulti u fit-tfal li qed jirċievu kimoterapija ċitotossika, huma simili.

Ir-rakkomandazzjonijiet tad-dożaġġ f’pazjenti pedjatriċi huma l-istess għal dawk f’adulti li qed jirċievu kimoterapija ċitotossika majelosoppressiva.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Twissijiet speċjali

Filgrastim m’għandux jintuża sabiex id-dożaġġ ta’ kimoterapija ċitotossika tiżdied iktar minn skedi ta’ dożaġġ determinati s’issa (ara hawn taħt).

Filgrastim m’għandux jintuża f’pazjenti b’newtropenja konġenitali qawwija (is-sindromu ta’ Kostman) b’abnormalitajiet ċitoġenetiċi (ara hawn taħt).

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’lewkimja majelojde akuta

Tumur malinn

Il-fattur li jistimola l-kolonji ta’ granuloċiti jista’ jippromwovi it-tkabbir ta’ ċelluli majelojdi in vitro u effetti simili jistgħu jidhru fi ftit ċelluli mhux majelojdi in vitro.

Is-sigurta' u l-effikaċja ta' filgrastim għadhom ma ġewx determinati s’issa f’pazjenti b’sindromu majelodisplastiku jew lewkimja majeloġenika kronika. Għalhekk, filgrastim m' għandux jintuża f'dawn il-pazjenti. Attenzjoni speċjali għandha tingħata biex tiġi distinta id-djanjożi ta' tibdil taċ-ċelluli blastiċi ta' lewkimja majelojde kronika minn ta' lewkimja majelojde akuta.

Minħabba tagħrif limitat dwar is-sigurta' u l-effikaċja assoċjat mal-użu f’pazjenti b’Lewkimja Majelojde Akuta (AML) sekondarja, filgrastim għandu jingħata b’kawtela f’dawn il-każi.

Is-sigurta' u l-effikaċja ta' filgrastim għadhom ma ġewx determinati s’issa f’pazjenti b’Lewkimja Majelojde Akuta de novo li għandhom inqas minn 55 sena u ċitoġenetiċi normali [t(8;21), t(15;17), u inv(16)].

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Jista’ jkun hemm bżonn ta’ monitoraġġ tad-densita tal-għadam f’pazjenti li jkollhom xi mard ta’ ostejoporosi u li jinħtieġu kura kontinwa b’filgrastim għal iktar minn 6 xhur.

Effeti mhux mixtieqa rari tal-pulmun, b’mod partikulari pulmonite interstizjali, ġew rrapportati wara l-għoti tal-fattur li jistimola l-kolonji ta’ granuloċiti. Pazjenti b'każ reċenti ta' infiltrati pulmonari jew pulmonite jista' jkollhom riskju għola. Bidu ta’ sinjali pulmonari bħal sogħla, deni u qtugħ ta’ nifs flimkien ma’ sinjali radjuloġiċi ta’ infiltrati pulmonari u deterjorazzjoni tal-funzjoni tal-pulmun jistgħu jkunu sinjali tal-bidu tas-sindromu tat-tbatija respiratorja fl-adulti (ARDS). F’ċirkostanzi bħal dawn filgrastim għandu jitwaqqaf u għandha tingħata l-kura addattata.

Sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari ġie irrappurtat wara amministrazzjoni ta’ G-CSF u huwa kkaratterizzat minn pressjoni baxxa, ipoalbuminemija, edema u hemokonċentrazzjoni. Pazjenti li jiżviluppaw sintomi ta’ sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib u jirċievu kura simtomatika standard, li jistgħu jinkludu ħtieġa għal kura intensiva (ara sezzjoni 4.8).

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti bil-kanċer

Lewkoċitosi

Għadd taċ-ċelluli bojod ta’ 100 x 109 /L jew aktar ġew osservati f’inqas minn 5% tal-pazjenti

li ngħataw filgrastim b’dożi akbar minn 0.3 MIU/kg/jum (3 μg/kg/jum). Ma ġie osservat l-ebda effett mhux mixtieq attribwit direttament għal dan il-grad ta’ lewkoċitosi. Madankollu, minħabba r-riskji potenzjali li hemm assoċjati ma’ lewkoċitosi qawwija, l-għadd taċ-ċelluli bojod irid jiġi mkejjel f’intervalli regolari waqt il-kura b’filgrastim. Jekk l-għadd ta’ lewkoċiti taqbeż 50 x 109/L wara li jkun għadda in-nadir mistenni, il-kura b’filgrastim trid titwaqqaf minnufih. Madankollu, waqt il-perijodu tal-amministrazzjoni ta’ filgrastim għall-mobilizzazzjoni ta’ PBPC, kura b’filgrastim trid jitwaqqaf jew id-doża titniżżel jekk l-għadd ta’ lewkoċiti titla’ għal > 70 x 109/L.

Riskji assoċjati ma’dożi għola ta’ kimoterapija

Il-kawtela speċjali trid tiġi eżerċitata f’kura ta’ pazjenti li qed jirċievu dożi għola ta’ kimoterapija għax rispons aħjar tat-tumur ma ġiex stabbilit u dozi aktar qawwija ta’ sustanzi kimoterapewtiċi jistgħu jwasslu għal tossiċita’ żejda inkluż diturbi fil-qalb, fil-pulmun, fis-sistema nervuża u fil-ġilda (jekk jogħġbok irreferi għas-Summarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott tas-sustanża kimoterapewtika speċifika li tintuża).

Kura b’filgrastim waħdu ma tipprekludix l-iżvilupp ta’ tromboċitopenja u anemija assoċjat ma’ kimoterapija majelosoppressiva. Minħabba l-possibilita’ li jirċievi doża għolja ta’ kimoterapija (ez. id-doża sħiħa ta' kimoterapija majelosoppressiva fl-iskeda preskritta), il-pazjent jista’ jkollu riskju għola ta’ tromboċitopenja u anemija. Huwa rakkomandat li jsir immonitorjar regolari tal-għadd tal-plejtlits u l-ematokrit. Il-kawtela speċjali trid tiġi eżerċitata meta sustanzi kimoterapewtiċi, magħrufin li jistgħu jwasslu għal tromboċitopenja qawwija, jiġu amministrati jew waħidhom inkella flimkien.

Intwera li l-użu ta’ PBPC mobilizzati b’filgrastim inaqqas il-gravita’ u t-tul ta’ tromboċitopenja wara kimoterapija majelosoppressiva jew majeloablativa.

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Ma ġewx studjati l-effetti ta’ filgrastim f’pazjenti li għandhom tnaqqis sostanzjali ta’ ċelluli proġenitriċi majelojdi. Filgrastim jaħdem primarjament fuq il-prekursuri ta’ newtrofili sabiex jeffettwa ż-zjieda fl-għadd ta’ newtrofili. Għalhekk, f’pazjenti li għandhom livell baxx ta’ prekursuri, ir-rispons

ta’ newtrofili jista’ jkun mnaqqas (bħal dawk li kellhom kura estensiva b’radjoterapija jew b’kimoterapija, jew dawk b’infiltrazzjoni tat-tumur fil-mudullun).

Kien hemm rapporti tal-graft kontra l-mard tal-ospitu (GvHD) u fatalitajiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu G-CSF wara trapjant alloġeniku tal-mudullun (ara sezzjoni 5.1).

Żjieda fl-attività ematopojetika fil-mudullun f'rispons għal terapija ta' fattur tat-tkabbir ġiet assoċjata ma' sejbiet transitorja posittivi fl-istampi tal-għadam. Dan għandu jiġi kkonsidrat meta ir-riżultati ta' l- istampi ta' l-għadam jiġu nterpretati.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti taħt proċedura ta’ mobilizzazzjoni ta’ PBPC

Mobilizzazzjoni

M’hemmx studju randomised xieraq li jikkompara iż-żewġ metodi rakkomandati ta’mobilizzazzjoni (filgrastim waħdu jew flimkien ma’ kimoterapija majelosoppressiva) fl-istess grupp ta’ pazjenti. Minħabba varjazzjoni li hemm bejn pazjenti individwali u d-differenzi li hemm fl-analiżi ta’ celluli CD34+ fil-laboratorju, il-paragun dirett bejn studji varji huwa diffiċli. Għaldaqstant, mhuwiex faċli li jiġi rakkomandat l-aħjar metodu. L-għażla tal-metodu ta’ mobilizzazzjoni trid issir fuq bażi tal- oġġettivi ġenerali tal-kura li jridu jintlaħqu għal kull pazjent individwali.

Pazjenti li ġew esposti għal aġenti ċitotossiċi

Jista’ jkun li pazjenti li għaddew minn kura majelosoppressiva estensiva ma jkollhomx mobilizzazzjoni suffiċjenti ta’ PBPC biex jaslu għall-għadd minimu rakkomandat (2.0 x 106 CD34+ ċelluli/kg) jew biex l-irkuprar tal-plejtlits jaċċelera bl-istess grad.

Xi aġenti ċitotossiċi jesibixxu tossiċita’ partikolari lejn iċ-ċelluli proġenitriċi ematopojetiċi u jistgħu jkollhom effett avvers fuq il-mobilizzazzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi. Aġenti bħal melphalan, carmustine (BCNU) u carboplatin, meta jiġu amministrati għal perijodi twal qabel tentattivi ta’ mobilizzazzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi, jistgħu jirriżultaw f’numru inqas ta’ ċelluli proġenitriċi. Madankollu, intwera’ li l-amministrazzjoni ta’ melphalan, carboplatin jew BCNU flimkien ma’ filgrastim kien effettiv fil-mobilizzazzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi. Meta jkun hemm il-ħsieb ta’ trapjant ta’ PBPC, huwa rakkomandat li il-proċedura ta’ mobilizzazzjoni issir kmieni fil-kors tal-kura tal- pazjent. Attenzjoni partikolari trid tingħata għan-numru ta’ ċelluli proġenitriċi mobilizzati f’dawn il- pazjenti qabel ma tiġi amministrata kimoterapija ta’ doża għolja. Jekk il-produzzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi ma tkunx biżżejjed, kif imkejla bil-kriterji msemmija hawn fuq, għandha tiġi kkunsidrata kura alternattiva fejn l-għajnuna taċ-ċelluli proġenitriċi ma tkunx meħtieġa.

Analiżi tal-produzzjoni taċ-ċelluli proġenitriċi

Meta jitkejjel l-għadd taċ-ċelluli proġenitriċi mobilizzati f’pazjenti taħt kura b’filgrastim, attenzjoni partikolari trid tingħata għal metodu ta’ kwantifikazzjoni. Ir-riżultati ġejjin minn flow cytometric analysis tal-għadd taċ-ċelluli CD34+ jistgħu jvarjaw skond il-metodu preċiz li jintuża u għaldaqstant

rakkomandazzjonijiet ta’ numri ibbażati fuq analiżi li saru f’laboratorji oħrajn għandhom ikunu interpretati bil-qies.

Studju tar-relazzjoni bejn in-numru ta’ ċelluli CD34+ infużi mill-ġdid u r-rata ta’ rkuprar tal-plejtlits wara kimoterapija b’doża għolja jindika relazzjoni statistikament kumpless iżda kontinwu.

Ir-rakkomandazzjoni ta’ produzzjoni minima ta’ 2.0 x 106 CD34+ ċelluli/kg hija bbażata fuq tagħrif ta’esperjenzi ppublikati li irriżultaw f’rikostituzzjoni ematoloġika adegwata. Produzzjoni ikbar minn dan il-minimu hi marbuta ma’ rata ta’ rkuprar malajr, produzzjoni inqas ma’ rata ta’ rkuprar iktar bil-mod.

Prekawzjonijiet speċjali f’donaturi b’saħħithom taħt proċedura ta’ mobilizzazzjoni ta’ PBPC

Il-proċedura ta’ mobilizzazzjoni ta’ PBPC ma tirriżultax dirretament f’benefiċju kliniku għal donaturi b’saħħithom u trid tiġi ikkunsidrata biss f’każ ta’ trapjant alloġenejiku ta’ PBPC.

Il-proċedura ta’ mobilizzazzjoni ta’ PBPC trid tiġi kkunsidrata biss għal donaturi li jissodisfaw il-kriterji kliniċi u investigattivi kollha għad-donazjoni ta’ PBPC. Trid issir attenzjoni partikulari lejn il-parametri ematoloġiċi u infezzjonijiet.

Is-sigurta’ u l-effikaċja ta’ filgrastim ma ġewx investigati f’donaturi b’saħħithom < 16-il sena jew > 60 sena.

Wara l-amministrazzjoni ta’ filgrastim u proċedura ta’ lewkafereżi, ġiet osservata tromboċitopenja transitorja (plejtlits < 100 x 109/L) f’35% tas-suġġeti li ġew studjati. Fosthom, kien hemm żewġ kazi fejn il-livell ta’ plejtlits kien < 50 x 109/L li kien attribwit għall-proċedura ta’ lewkafereżi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ iktar minn proċedura waħda ta’ lewkafereżi, trid issir attenzjoni partikulari lejn donaturi li għandhom livell ta’ plejtlits < 100 x 109/L qabel il-lewkafereżi; bħala regola ġenerali, afereżi m’għandiex issir jekk il-livell ta’ plejtlits jkun < 75 x 109/L.

Lewkafereżi m’għandiex issir f’donaturi waqt kura b’antikoagulanti jew f’dawk li jafu li għandhom disturbi tal-emostażi.

Il-kura b’filgrastim trid titwaqqaf jew id-dożaġġ jitnaqqas jekk l-għadd ta’ lewkoċiti jaqbeż is-70 x 109/L.

Donaturi li jirċievu kura b’G-CSF għal mobilizzazzjoni ta’ PBPC jridu jkunu monitorjati sew sakemm il-parametri ematoloġiċi jergħu lura għan-normal.

Bidliet ċitoġeniċi transitorja ġew osservati f’donaturi b’saħħithom wara l-użu ta’ G-CSF. Ir-rilevanza ta’ dawn il-bidliet lejn l-iżvillup ta’ tumur malinn ematoloġiku mhix magħrufa. Studju fit-tul dwar is-sigurta’ f’donaturi b’saħħithom għadu għaddej. Ir-riskju li jwassal għal l-iżvillup ta’ tumur malinn ma jistax ikun eskluż. Huwa rakkomandat li jinżammu rekords sistematiċi tad-donaturi taċ-ċelluli proġentriċi mill-inqas għal għaxar snin fiċ-centru fejn issir l-afereż ta’ PBPC sabiex ikun assigurat l-monitoraġġ u s-sigurta’ fit-tul.

Każijiet komuni iżda ġeneralment mingħajr sintomi ta’ tkabbir tal-milza u każijiet rari ħafna ta’ milza mifqugħha ġew irrapurtati f’donaturi b’saħħithom u f’pazjenti wara li ngħataw G-CSF. Ftit każijiet ta’ milza mifqugħha kienu fatali. Għalhekk, id-daqs tal-milza għandu jiġi monitorjat b'attenzjoni (eż. b’eżaminazzjoni klinika, b’eżami ultrasoniku). Dijanjożi ta’ milza mifqugħha għandha tkun ikkunsidrata f’donaturi u/jew f’pazjenti b’uġigħ addominali fin-naħa ta’ fuq tax-xellug jew uġigħ fit-tarf tal-ispalla.

F’donaturi normali, avvenimenti avversi pulmonari (emoptisi, emorraġija pulmonari, infiltrazzjoni fil- pulmun, qtugħ ta’ nifs u nuqqas ta’ ossiġnu) kienu rrappurtati b’mod rari ħafna wara t-tqegħid fis-suq. F’każ ta’ avvenimenti avversi pulmonari ssuspettati jew ikkonfermati, it-twaqqif tal-kura b’filgrastim għandu jiġi kkunsidrat u għandha tingħata kura medika adattata.

Prekawzjonijiet speċjali f’reċipjenti ta’ trapjant alloġenejiku ta’ PBPC mobilizzati b’filgrastim

Tagħrif kurrenti jindika li r-rejazzjonijiet immunoloġiċi bejn il-graft alloġenejiku ta’ PBPC u r-reċipjent jistgħu jkunu assoċjati ma’ riskju għola ta’ GvHD meta kkomparat ma’ trapjant tal- mudullun.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’SCN

L-għadd taċ-ċelluli tad-demm

L-għadd tal-plejtlits irid ikun monitorjat mill-qrib, speċjalment waqt l-ewwel ġimgħat ta’ kura b’filgrastim. Trid tiġi kkunsidrata il-waqfien intermittenti ta’ kura jew it-tnaqqis fid-doża ta’ filgrastim f’pazjenti li jiżvillupaw tromboċitopenja, i.e. l-għadd tal-plejtlits jkun konsistentement

< 100,000/mm3.

Bidliet oħrajn iseħħu fiċ-ċelluli tad-demm, fosthom anemija u żidiet transitorja fiċ-ċelluli proġenitriċi fil-mudullun, fejn ikun hemm bżonn ta’ monitoraġġ mill-qrib tal-għadd taċ-celluli.

Trasformazzjoni f’lewkimja jew sindromu majelodisplastiku

Il-kawtela speċjali trid tiġi eżerċitata f’djanjożi ta' newtropenja qawwija u kronika biex din tiġi distinta minn disturbi ematopojetiċi oħra bħal anemija aplastika, sindromu majelodisplastiku u lewkimja majelojde. L-għadd komplet tad-demm u differenzjali, l-għadd tal-plejtlets, evalwazzjoni tal-morfoloġija tal-mudullun u assay kromoġeniku jrid isir qabel il-bidu tal-kura.

Fi studji kliniċi, kien hemm frewkwenza baxxa (madwar 3%) ta’ sindromi majelodisplastiċi (MDS) jew lewkimja f’pazjenti b’SCN ikkurati b’filgrastim. Din l-osservazzjoni saret biss f’pazjenti li kellhom newtropenja konġenitali. MDS u lewkimja huma kumplikazzjonijiet naturalment marbutin mal-marda u r-relazzjoni tagħhom ma’ kura b’filgrastim mhijiex ċerta. Subset ta’ madwar 12% tal-pazjenti li fil-bidu kellhom parametri ċitoġenetiċi normali, sussegwentement instab li kellu abnormalitajiet, fosthom monosomy 7, f’analiżi li ġew ripetuti perjodikament. Jekk pazjenti b’SCNjiżvillupaw parametri ċitoġenetiċi abnormali, għandhom jintiżnu sewwa r-riskji jew il-benefiċji li tissokta il-kura b’filgrastim; filgrastim irid jitwaqqaf f’każ ta’ MDS jew lewkimja. Bħalissa mhuwiex ċert jekk il-kura fit-tul b’filgrastim f’pazjenti b’SCNjippredisponi dan il-grupp ta’ pazjenti għal parametri ċitoġenetiċi abnormali, MDS jew lewkimja. Huwa rrakkomandat li jsiru investigazzjonijiet morfoloġiċi u ċitoġeniċi tal-mudullun fil-pazjenti b’intervalli regolari (madwar kull 12-il xahar).

Prekawzjonijiet speċjali oħrajn

Kawżi oħra ta’ newtropenja transitorji bħal infezzjonijiet virali għandhom jiġu esklużi.

Żjieda fid-daqs tal-milza huwa effett dirett ta’ kura b’filgrastim. Mill-pazjenti studjati, wieħed u tletin fil-mija (31%) ġew irrapportati li kellhom żjieda fid-daqs tal-milza li setgħet tinħass fiżikament. Żjidiet fil-volum, imkejla permezz ta’ evalwazzjoni radjografika, seħħu kmieni fil-bidu ta’ kura b’filgrastim u mbagħad laħqu plateau. Kien hemm bżonn ta’ tnaqqis fid-doża sabiex titnaqqas jew titwaqqaf il-progressjoni taż-żjieda fid-daqs tal-milza u fit-tlieta fil-mija tal-pazjenti kien hemm bżonn li il-milza titneħħa. Id-daqs tal-milza trid tkun mkejla regolarment. Eżaminazzjoni fiżika tal-addome tkun biżżejjed biex jitkixxfu żjiediet abnormali fid-daqs tal-milza.

Ematurja/proteinurja seħħ f’numru żgħir ta’ pazjenti. Għandu jsir analiżi regolari tal-awrina biex dan jiġi monitorjat.

Is-sigurta’ u l-effikaċja għadhom ma ġewx determinati s’issa fit-trabi tat-twelid u f’pazjenti b’newtropenja awto-immunitarja.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti b’infezzjoni tal-HIV

L-għadd taċ-ċelluli tad-demm

l-Għadd Assolut ta’ Newtrofili (ANC) għandu jiġi monitorjat b’attenzjoni, speċjalment waqt l-ewwel ftit ġimgħat ta’ kura b’filgrastim. Xi pazjenti jistgħu jirrispondu malajr ħafna, u b’żieda konsiderevoli fl-għadd ta’ newtrofili, għad-doża inizjali ta’filgrastim. Huwa rakkomandat illi l-ANC jiġi mkejjel kuljum għal l-ewwel jumejn sa tlett ijiem ta’ amministrazzjoni b’filgrastim. Minn hemm il-quddiem, huwa rakkomandat illi l-ANC jiġi mkejjel mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa għal l-ewwel gimgħatejn, u sussegwentement, darba kull gimgħatejnwaqt il-manteniment tal-kura. Waqt kura intermittenti b’dożi ta’ 30 MIU (300 μg)/jum ta’ filgrastim, l-ANC tal-pazjent jista’ jitbiddel b’mod notevoli maż-żmien. Sabiex jiġi stabbilit il-punt l-aktar baxx jew in-nadir fil-livell tal-ANC f’pazjent, huwa rakkomandat illi l-kampjuni tad-demm meħudin biex jitkejjel l-ANC jittieħdu eżatt qabel id-doża skedata ta’ filgrastim.

Riskju assoċjat ma’ dożi miżjuda ta’ prodotti mediċinali majelosoppressivi

Kura b’filgrastim waħdu ma’ jipprekludix l-iżvilupp ta’ tromboċitopenja u anemija assoċjati mal-użu ta’ prodotti mediċinali majelosoppressivi. B’Rizultat li hemm potenzjal li jirċievi dożi akbar u iktar spiss ta’ dawn il-prodotti waqt kura b’filgrastim, jista’ jkun hemm riskju għola li l-pazjent jiżviluppa

tromboċitopenja u anemija. Huwa rakkomandat li l-għadd taċ-ċelluli tad-demm jiġi monitorjat regolarment (ara hawn fuq).

Majelosuppressjoni minħabba infezzjonijiet u mard malinn

Newtropenja tista’ tkun kawżata minn infezzjonijiet opportunistiċi li jinfiltraw il-mudullun bħal m’hu l-kumpless relatat ma’ Mycobacterium avium jew mard malinn bħal limfoma. F’pazjenti fejn hemm

konferma ta’ infezzjonijiet li jinfiltraw il-mudullun jew mard malinn, wieħed għandu jikkunsidra li tingħata kura addattata għal din il-kundizzjoni flimkien mal-amministrazzjoni ta’ filgrastim għal kura ta’ newtropenja. L-effetti ta’ filgrastim fuq in-newtropenja assoċjat ma’ infezzjonijiet li jinfiltraw il- mudullun jew mard malinn għadhom ma ġewx stabbiliti.

Prekawzjonijiet speċjali f’pazjenti bil-marda taċ-ċelluli Sickle

Każijiet ta’ kriżi tal-marda taċ-ċelluli Sickle, ftit minnhom fatali, ġew irrapurtati meta filgrastim intuża f’pazjenti bil-marda taċ-ċelluli Sickle. Tobba jridu jkunu kawti ħafna, meta jikkunsidraw l-użu ta’

filgrastim f’pazjenti bil-marda taċ-ċelluli Sickle u dan biss wara li jitqiesu sewwa r-riskji potenzjali u l- benefiċċji.

Eċċipjenti

Ratiograstim fih sorbitol. Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull siringa mimlija għal-lest, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ filgrastim, meta jingħata fl-istess ġurnata ma’ kimoterapija majelosoppressiva ċitotossika, ma ġewx determinati definitivament s’issa. Minħabba s-sensittivita` potenzjali għall-kimoterapija majelosoppressiva ċitotossika taċ-ċelluli majelojdi li qed jiddividu malajr, filgrastim m’għandux jingħata bejn l-24 siegħa qabel u l-24 siegħa wara li tingħata l-kimoterapija. Evidenza preliminari, li ġej minn studju f’numru żgħir ta’pazjenti li ngħataw filgrastim flimkien ma’ 5-Fluorouracil, juri li tista’ tiżdied is-severita’ ta’ newtropenja.

L-interazzjonijiet possibbli ma’ fatturi ta’ tkabbir ematopojetiċi u ċitokini għadhom ma ġewx investigati speċifikament fi studji kliniċi.

Peress li lithium jippromwovi il-ħelsien ta’ newtrofili, huwa mistenni li jġib żjieda fl-effett ta’ filgrastim. Għalkemm din l-interazzjoni ma ġietx speċifikament investigata, m’hemm l-ebda evidenza li interazzjoni bħal din tista’ tkun ta’ ħsara.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta biżżejjed dwar l-użu ta’ filgrastim f’nisa tqal. Hemm rapporti fil-letteratura fejn intwera li filgrastim jgħaddi mill-plaċenta fin-nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is– sistema riproduttiva (ara 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies. Filgrastim m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk m’hemmx il-bżonn ċar.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk filgrastim jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. It-tneħħija ta’ filgrastim fil-ħalib ma ġietx studjata fuq l-annimali. Gћandha tittieћed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it- treddigћ jew twaqqafx it-trattament b’filgrastim, wara li jigi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigћ gћat- tarbija u l-benefiċċju tat-trattament gћall-mara.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Filgrastim m’għandu effett żgħir jew effett moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Jekk il- pazjent qed iħoss l-għeja, il-kawtela hija meħtieġa fis-sewqan ta’ karozza jew fit-tħaddim ta’ magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Fi studji kliniċi, 541 pazjent b’kanċer u 188 volontiera f’saħħithom ġew esposti għal Ratiograstim. Il-profil ta’ sigurta’ ta’ Ratiograstim li ġie osservat f’dawn l-istudji kliniċi kien konsistenti ma dak tal-prodott ta’ referenza li ntuża f’dawn l-istudji.

Sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari, li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja jekk it-trattament huwa tardjat, ġie irrapportat b’mod mhux komuni (≥ 1/1000 sa < 1/100) f’pazjenti b’ kanċer waqt il-kimoterapija u f’donaturi normali li kien qed ikollhom mobilizzazzjoni taċ-ċelluli proġenituri tad-demm periferali wara l-għoti ta’ G-CSFs; ara sezzjoni 4.4 u subsezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula” tat-taqsima 4.8.

L-effetti mhux mixtieqa li ġejjin u l-frekwenza tagħhom ġew osservati waqt kura b’filgrastim u huma bbażati fuq informazzjoni ppublikata.

Il-frekwenzi tal-effetti mhux mixtieqa huma definiti fuq bażi ta’ frekwenza kif ġej:

Komuni ħafna:

≥ 1/10

Komuni:

≥ 1/100 sa < 1/10

Mhux komuni:

≥ 1/1,000 sa < 1/100

Rari:

≥ 1/10,000 sa < 1/1,000

Rari ħafna:

< 1/10,000

Mhux magħruf:

ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skond is-serjetà tagħhom; l-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel.

F’pazjenti b’kanċer

Fi provi kliniċi, l-effetti mhux mixtieqa l-aktar frekwenti relatati mal-użu ta’ filgratim fid-dożi rakkomandati kienu uġigħ fl-għadam ħafif għal moderat,li seħħ f’10%, u uġigħ fl-għadam qawwi fi 3% tal-pazjenti. L-uġigħ fl-għadam huwa ġeneralment ikkontrollat b’mediċini komuni kontra l-uġigħ. Effetti mhux mixtieqa inqas frekwenti jinkludu disturbi fis-sistema urinarja, bl-effett predominanti jkun diżurja ħafif għal moderat.

Fi studji kliniċi randomised ikkontrollati bil-plaċebo, filgrastim ma wassalx għal żjieda fl-inċidenza ta’ effetti mhux mixtieqa assoċjati ma’ kimoterapija ċitotossika. Effetti mhux mixtieqa li ġew irrapporti bl-istess frekwenza f’pazjenti kkurati b’filgrastim/kimoterapija u b’placebo/kimoterapija jinkludu tqalligħ u rimettar, alopeċja, dijarreja, għeja, anoressija, mukożite, uġigħ ta’ ras, sogħla, raxx fil-ġilda, uġigħ fis-sider, debbulizza, uġigħ fil-grieżem, stitikezza u uġigħ ġenerali.

Żjidiet ħfief għal moderati, li reġgħu lura għan-normal, u li kienu dipendenti fuq id-doża, f’lactate dehydrogenase (LDH), alkaline phosphatase, serum uric acid u gamma-glutamyltransferase (GGT), seħħu f’madwar 50%, 35%, 25%, u 10% tal-pazjenti rispettivament, bl-użu ta’ filgrastim bid-dożi rakkomandati.

Xi kultant ġiet irrappurtata tbaxxija transitorja fil-pressjoni tad-demm, li ma kelliex bżonn ta’ kura medika.

Kien hemm rapporti ta’ GvHD u fatalitajiet f’pazjenti li kienu qed jirċievu G-CSF wara trapjant alloġeniku tal-mudullun (ara sezzjoni 5.1).

Disturbi vaskolari, fosthom mard veno-okklussiv u disturbi fil-volum tal-fluwidi, ġew irrapportati xi kultant f’pazjenti waqt kimoterapija b’doża għolja segwit bit-trapjant awtologu tal-mudullun. Ir-relazzjoni kawżali ma kura b’filgrastim ma ġietx stabbilita.

Każijiet rari ħafna ta' infjammazzjoni vaskulari fil-ġilda ġew osservati f’pazjenti li ngħataw filgrastim. Il-mekkaniżmu ta' l-infjammazzjoni vaskulari f’pazjenti li qed jirċievu filgrastim mhux magħruf.

Ġew irrapportati xi każijiet tas-sindromu Sweet (dermatożi akuta u bid-deni). Madankollu, peress li perċentaġġ għoli ta’ dawn il-pazjenti kienu qegħdin isofru minn lewkimja, kundizzjoni magħrufa li tkun assoċjata mas-sindromu Sweet, relazzjoni kawżali ma’ filgrastim għada ma ġietx stabbilita.

Aggravament ta’ artrite rewmatika kien osservat f’każijiet individwali.

Psewdogotta ġiet irrappurtata f’pazjenti b’kanċer li kien kkurati b’filgrastim.

Effetti mhux mixtieqa rari tal-pulmun, fosthom pulmonite interstizjali, edema pulmonari, ġew irrapportati fejn ftit minnhom irriżultaw f’inkapaċità respiratorja jew sindromu tat-tbatija respiratorja fl-adulti (ARDS), li setgħu jkunu fatali (ara sezzjoni 4.4)

Reazzjonijiet Allerġiċi: Reazzjonijiet ta’ allerġija, inklużi anafilassi, raxx tal-ġilda, urtikarja, anġjoedema, qtugħ ta' nifs u pressjoni baxxa, li seħħew mal-bidu jew wara l-kura, ġew irrapportati f’pazjenti li qed jirċievu l-filgrastim. B’kollox, ir-rapporti kienu iktar spissi wara l-amministrazzjoni ġol-vina. Fi ftit każi, is-sintomi reġgħu seħħew hekk kif reġgħet bdiet tingħata l-kura, li b’hekk tissuġġerixxi relazzjoni każwali. Filgrastim għandu jitwaqqaf permanenti f'pazjenti li jkollhom reazzjoni allerġika serja.

Każijiet iżolati ta’ kriżi tal-marda taċ-ċelluli Sickle ġew rapportati f’pazjenti bil-marda taċ-ċelluli Sickle (ara sezzjoni 4.4).

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Effett mhux mixtieq

organi

Disturbi fil-metaboliżmu u

Komuni ħafna

Żjieda fl-alkaline phosphatase,

n-nutrizzjoni

zjieda fil-LDH, żjieda fil-uric

acid

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Disturbi vaskulari

Rari

Disturb vaskulari

Mhux komuni

Sindromu ta’ tnixxija tal-

kapillari*

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Komuni

Sogħla, uġigħ fil-grieżem

medjastinali

Rari ħafna

Infiltrati pulmonari

Disturbi gastro-intestinali

Komuni ħafna

Tqalligħ/rimettar

Komuni

Stitikezza, anoressija, dijarreja,

mukożite

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni ħafna

Żjieda fil-GGT

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

Komuni

Alopeċja, raxx fil-ġilda

taħt il-ġilda

Rari ħafna

Is-Sindrome ta’ Sweet, vaskulite

tal-ġilda

Disturbi muskolu-skeletriċi u

Komuni ħafna

Uġigħ fis-sider, uġigħ

tat-tessuti konnettivi

muskoloskeletriku

Rari ħafna

Aggravament ta’ artrite

rewmatojde

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema

Rari ħafna

Abnormalitajiet fis-sistema

urinarja

urinarja

Disturbi ġenerali u

Komuni

Għeja, debbulizza

kondizzjonijiet ta’ mnejn

Mhux komuni

Uġigħ ġenerali

jingħata

Rari ħafna

Reazzjoni allerġiku

*Ara subsezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula” tat-taqsima 4.8

F’donaturi b’saħħithom taħt proċedura ta’ mobilizzazzjoni ta’ PBPC

L-iktar effett mhux mixtieq li ġie rrapportat kien uġigħ muskolu-skeltrali ħafif għal moderat li kien reversibbli. Lewkoċitosi (WBC > 50 x 109/L) ġie osservat f’41% tad-donaturi waqt li tromboċitopenja reversibbli (plejtlits < 100 x 109/L) ġiet osservata f’35% tad-donaturi wara amministrazzjoni ta’ filgrastim u lewkafereżi.

Żjidiet ħfief, li reġgħu lura għan-normal, fl-alkaline phosphatase, LDH, SGOT (serum glutamic oxaloacetic transaminase) u uric acid kienu rrapportati f’donaturi b’saħħithom li rċievu filgrastim; dawn ma kellhomx effetti kliniċi assoċjati magħhom.

Aggravament tas-sintomi tal-artrite kien osservat f’każijiet rari ħafna.

Sintomi li jissuġġerixxu reazzjonijiet allerġiċi qawwija ġew rapportati f’każijiet rari ħafna.

Uġigħ ta’ ras, maħsub li ġej minħabba l-filgrastim, ġie rapportat f’studji fuq donaturi ta’ PBPC.

Każijiet komuni iżda ġeneralment mingħajr sintomi ta’ tkabbir tal-milza u każijiet rari ħafna ta’ milza mifqugħha ġew irrapurtati f’donaturi b’saħħithom u f’pazjenti wara li ngħataw G-CSF. (ara

sezzjoni 4.4).

F’donaturi normali, avvenimenti avversi pulmonari (emoptisi, emorraġija pulmonari, infiltrazzjoni fil- pulmun, qtugħ ta’ nifs u nuqqas ta’ ossiġnu) kienu rrappurtati wara t-tqegħid fis-suq (ara sezzjoni 4.4).

Sistema tal-klassifika

Frekwenza

Effett mhux mixtieq

tal-organi

Disturbi tad-demm u tas-sistema

Komuni ħafna

Lewkoċitosi, tromboċitopenja

limfatika

Mhux komuni

Disturbi fil-milza

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

Komuni

Żjieda fl-alkaline phosphatase,

nutrizzjoni

żjieda fil-LDH

Mhux komuni

Żjieda fl-SGOT, iperurikemija

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni ħafna

Uġigħ ta’ ras

Disturbi vaskulari

Mhux komuni

Sindromu ta’ tnixxija tal-

kapillari*

Disturbi muskolu-skeletriċi u

Komuni ħafna

Uġigħ muskolu-skeltrali

tat-tessuti konnettivi

Mhux komuni

Aggravament tal-artrite

rewmatika

Disturbi ġenerali u

Mhux komuni

Reazzjoni allerġiku qawwija

kondizzjonijiet ta’ mnejn

jingħata

*Ara subsezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula” tat-taqsima 4.8

F’pazjenti b’SCN

Kien hemm rapporti ta’ effetti mhux mixtieqa relatati ma’ kura ta’ filgrastim f’pazjenti b’SCNu,għal xi whud, il-frekwenza tagħhom kellha tendenza li tonqos maż-żmien.

L-effetti mhux mixtieqa l-aktar frekwenti kkawżati minn filgrastim kienu uġigħ fl-għadam, u uġigħ muskolu-skeltrali ġenerali.

Effetti mhux mixtieqa oħrajn osservati jinkludu tkabbir tal-milza li, fil-minoranza tal-każi, jista’ jkun progressiv, u tromboċitopenja. Uġigħ ta’ ras u dijarreja ġew irrapportati ftit wara il-bidu ta’ kura b’filgrastim, tipikament f’inqas minn 10% tal-pazjenti. Anemija and epistassi wkoll ġew irrapportati.

Ġew osservati żjidiet, li jerġgħu lura għan-normal, u mingħajr effetti kliniċi assoċjati, fil-uric acid,

lactic dehydrogenase u alkaline phosphatase. Tnaqqis moderat li jerġa lura għan-normal fil-livell non-fasting ta’ glucose fid-demm ukoll ġie osservat.

Effetti mhux mixtieqa possibilment relatati ma’ kura ta’ filgrastim, u li tipikament seħħu f’inqas minn 2% tal-pazjenti b’newtropenja qawwija u kronika, kienu rejazzjonijiet fis-sit ta’ injezzjoni, uġigħ ta’ ras, epatomegalija, arthralgia, alopeċja, ostejoporosi u raxx.

Meta ntuża fit-tul, infjammazzjoni vaskulari fil-ġilda giet irraportata fit-2% tal-pazjenti b’newtropenja qawwija u kronika. Każijiet ta’ protejnurja/ematurja kienu rari ħafna.

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Effett mhux mixtieq

organi

Disturbi tad-demm u tas-sistema

Komuni ħafna

Anemija, żjieda fid-daqs

limfatika

tal-milza

Komuni

Tromboċitopenja

Mhux komuni

Disturbi fil-milza

Disturbi fil-metaboliżmu u

Komuni ħafna

Tnaqqis fil-glucose, żjieda

n-nutrizzjoni

fl-alkaline phosphatase, żjieda

fil-LDH, iperurikemija

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Komuni ħafna

Epitassi

medjastinali

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Dijarreja

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni

Epatomegalija

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

Komuni

Alopeċja, infjammazzjoni

taħt il-ġilda

vaskulari fil-ġilda, injezzjoni

site uġigħ fis-sit ta’ injezzjoni,

raxx

Disturbi muskolu-skeletriċi u

Komuni ħafna

Uġigħ muskolu-skeltrali

tat-tessuti konnettivi

Komuni

Ostejoporosi

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema

Mhux komuni

Ematurja, protejnurja

urinarja

F’pazjenti b’HIV

F’studji kliniċi, l-uniċi effetti mhux mixtieqa li kontinwament kienu meqjusa li huma relatati mal- amministrazzjoni ta’ filgrastim kienu l-uġigħ muskolu-skeletrali, l-uġigħ l-aktar ħafif għal moderat fl-għadam, u majalġja. L-inċidenza ta’ dawn il-każi kienet komparabbli ma dik irraportata f’pazjenti b’kanċer.

Żjieda fid-daqs tal-milza relatat ma’ kura b’filgrastim ġiet irraportata f’< 3% tal-pazjenti. Fil-każi kollha, din iż-żjieda nħasset ħafifa jew moderata taħt eżaminazzjoni fiżika u kellha konsegwenza beninni; l-ebda pazjent ġie djanjostikat b’ipersplenismu u fl-ebda pazjent ma tneħħiet il-milza. Peress li żjieda fid-daqs tal-milza hi komuni f’pazjenti b’infezzjoni ta’ HIV u tinstab b’diversi gradi fil-maġġoranza ta’ pazjenti b’AIDS, ir-relazzjoni ma’ terapija ta’ filgrastim mhijiex ċara.

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Effett mhux mixtieq

organi

Disturbi tad-demm u tas-sistema

Komuni

Disturbi fil-milza

limfatika

Disturbi muskolu-skeletriċi u

Komuni ħafna

Uġigħ muskolu-skeltrali

tat-tessuti konnettivi

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Każijiet ta’ sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari kienu rrappurtati fil-iffissar ta’ wara it-tqejjid fis-suq ma l-użu ta’ G-CSF. Dawn ġeneralment seħħew f’pazjenti b’mard malinn avvanzati, sepsis, jieħdu mediċini multipli tal-kimoterapija jew għaddejjin minn aferesi (ara sezzjoni 4.4).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

L-ebda każ ta’ doża eċċessiva ma ġie rrapportat.

Il-waqfien mill-kura ta’ filgrastim is-soltu jġib tnaqqis ta’ 50% tan-newtrofili fid-demm fiż- żmien ġurnata jew tnejn, b’ritorn għall-livelli normali fiż-żmien 1 sa 7 ijiem.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Immunostimulanti, fatturi li jistimolaw il-kolonji ta’ granuloċiti, Kodiċi ATC: L03AA02

Ratiograstim hu prodott mediċinali bijoloġiku simili. Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Il-G-CSF uman huwa glikoproteina li tirregola l-produzzjoni u l-ħelsien ta’ newtrofili mill-mudullun. Ratiograstim, li fih r-metHuG-CSF (filgrastim), jikkawża żjieda sinifikanti fl-għadd ta’ newtrofili

fid-demm periferali fi żmien 24 siegħa, b’żjidiet minuri fil-monoċiti. F’xi każi ta’ SCN, filgrastim jista’ jikkawża wkoll żjieda żgħira mill-baseline fil-livelli ta’ eżinofili u bażofili fid-demm; xi wħud

minn dawn il-pazjenti jistgħu jippreżentaw b’eżinofilja jew bażofilja qabel il-bidu ta’ kura. Meta filgrastim jingħata fid-dożi rakkomandati, żjidiet fl-għadd ta’ newtrofili huma dipendenti fuq id-doża. In-newtrofili li jiġu prodotti b’rispons għal kura b’filgrastim juru funzjonalita’normali jew miżjuda, kif intwera b’analiżi li saru fuq il-funzjoni kimotattika u fagoċitika. Wara il-waqfien mill-kura ta’ filgrastim, l-għadd ta’ newtrofili fid-demm jonqos b’50% fiż-żmien ġurnata 1 jew 2, b’ritorn għall-livelli normali fiż-żmien 1 sa 7 ijiem.

L-użu ta’ filgrastim f’pazjenti waqt kimoterapija ċitotossika jwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-inċidenza, fis-severita’ u fid-dewmien ta’ newtropenja u newtropenja bid-deni. Kura b’filgrastim iwassal għal tnaqqis sinifikament fid-dewmien ta’ newtropenja bid-deni, l-użu ta’ antibijotiċi u dħul fl-isptar wara induzzjoni ta’ kimoterapija għal lewkimja majeloġenika akuta jew kura majeloablativa segwit bit-trapjant tal-mudullun. L-inċidenza ta’ deni u n-numru ta’infezzjonijiet reġistrati ma tnaqqsux fl-ebda ċirkostanza. Ma kienx hemm tnaqqis fid-dewmien ta’ deni f’pazjenti waqt li kienu qed jingħataw kura majeloablativa segwit bit-trapjant tal-mudullun.

L-użu ta’ filgrastim, waħdu jew wara kimoterapija, jimmobilizza ċ-celluli proġenitriċi ematopojetiċi għal ġod-demm periferiku. Dawn iċ-ċelluli awtologi jistgħu jinġabbru u jerġgħu jiġu infużi wara terapija ċitotossika ta’doża għolja, flok jew flimkien ma’ trapjant tal-mudullun. Infużjoni biċ-ċelluli proġentriċi tad-demm iħaffef ir-ritorn ematopojetiku għan-normalita’ u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ episodji emorraġiċi u l-bżonn ta’ trasfużjonijiet tal-plejtlets.

Reċipjenti ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali alloġeniku, li ġew mobilizzati b’filgrastim, damu sinifikament inqas biex jirkupraw ematoloġikament, b’konsegwenza li l-ħin meħud għal irkupru tal-

plejtlits mingħajr appoġġ kien sinifikament anqas, meta kkomparat ma’ trapjant tal-mudullun alloġeniku.

Studju retrospettiv Ewropew li evalwa l-użu ta’ G-CSF wara trapjant alloġeniku tal-mudullun f’pazjenti b’lewkimji akuti, issuġġerixxa żieda fir-riskju ta’ GvHD, mortalità marbuta mal-kura (TRM) u l-mortalità meta ngħata G-CSF. Fi studju internazzjonali retrospettiv separat f’pazjenti b’lewkimji majeloġeni akuti u kroniċi, ma ġie osservat l-ebda effett fuq ir-riskju ta’ GvHD, TRM u l-mortalità. Meta-analiżi ta’ studji fuq trapjanti alloġeneiċi, li tinkludi r-riżultati ta’ disa’ provi prospettivi li fihom il-pazjenti ntagħżlu b’mod każwali, 8 studji retrospettivi u każ 1 ta’ studju kkontrollat mill-każ, ma sabet l-ebda effett fuq ir-riskji ta’ GvHD akuta, GvHD kronika jew mortalità relatata mal-kura bikrija.

Riskju relattiv (95% CI) ta’ GvHD u TRM wara l-kura b’G-CSF wara trapjant tal-mudullun

Pubblikazzjoni

Perjodu tal-

N

GvHD akuta

GvHD kronika

TRM

istudju

ta’ grad II - IV

Meta-analiżi

1986-2001a

1,198

1.08

1.02

0.70

(2003)

(0.87, 1.33)

(0.82, 1.26)

(0.38, 1.31)

Studju

1992-2002b

1,789

1.33

1.29

1.73

retrospettiv

(1.08, 1.64)

(1.02, 1.61)

(1.30, 2.32)

Ewropew

(2004)

Studju

1995-2000b

2,110

1.11

1.10

1.26

retrospettiv

(0.86, 1.42)

(0.86, 1.39)

(0.95, 1.67)

internazzjonali

(2006)

aL-analiżi tinkludi studji li jinvolvu trapjant tal-mudullun matul dan il-perjodu; xi studji użaw GM-CSF (fattur li jistimula kolonji ta’ granuloċiti-makrofaġi)

bL-analiżi tinkludi pazjenti li kienu qed jirċievu trapjant tal-mudullun matul dan il-perjodu

Qabel trapjant alloġenejiku ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali, l-użu ta’filgrastim għall-mobilizzazzjoni ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali f’donaturi normali jippermetti li jinġabru 4 x 106 CD34+ celluli għal kull kg ta’ piż tal-ġisem tar-riċevitur, fil-maġġoranza ta’ donaturi, wara żewġ proċeduri ta’ lewkafereżi. Donaturi normali jingħataw doża ta’ 10 μg/kg/jum, amministrata taħt il-ġilda għal 4 sa 5 ijiem konsekuttivi.

L-użu ta’ filgrastim f’pazjenti, tfal u adulti, b’SCN (newtropenja qawwija, konġenitali, ċiklika, u idjopatika) iwassal għal żjieda sostenibbli fl-għadd assolut ta’ newtrofili fid-demm periferali u tnaqqis fin-numru ta’ infezzjonijiet u ġrajjiet relatati.

L’użu ta’ filgrastim f’pazjenti b’infezzjoni ta’ HIV iżomm l-għadd ta’ newtrofili normali sabiex jippermetti id-dożaġġ skedat tat-terapija antivirali u/jew mediċina majelosoppressiva oħra. M’hemmx evidenza li pazjenti b’infezzjoni ta’ HIV ikkurati b’filgrastim ikollhom żieda fir-replikazzjoni ta’ HIV.

Bħal fil-każ ta’ fatturi ta’ tkabbir ematopojetiċi oħra, G-CSF wera proprjetajiet stimolanti in vitro fuq ċelluli endoteljali umani.

L-effikaċja u s-sigurta’ ta’ Ratiograstim ġew stmati fi studji ta’ fażi III, randomised u kontrollati bi placebo, f’pazjenti b’kanċer tas-sider, kanċer tal-pulmun u Non-Hodgkin-Limfoma. Ma kienx hemm differenzi rilevanti bejn Ratiograstim u l-prodott ta’ referenza fir-rigward ta’ dewmien ta’ newtropenja qawwija u l-inċidenza ta’ newtropenja bid-deni.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Studji randomised, single–blind, b’doża waħda u crossover li saru fuq 196 voluntiera b’saħħithom urew li l-profil farmakokinetiku ta’Ratiograstim kien komparabbli ma’ dak tal-prodott ta’ referenza kemm wara amministrazzjoni taħt il-ġilda kif ukoll ġol-vina.

Intwera li l-eliminazzjoni ta’ filgrastim isegwi proċess farmakokinetiku tal-ewwel ordni kemm wara amministrazzjoni taħt il-ġilda kif ukoll ġol-vina. Il-half-life ta’ eliminazzjoni ta’ filgrastim hija ta’ madwar 3.5 siegħa, b’rata ta’ tneħħija ta’ madwar 0.6 mL/min/kg. Waqt infużjoni kontinwa b’filgrastim fuq medda ta’ 28 ġurnata, f’pazjenti li kienu qedin jirkupraw minn trapjant awtologu tal-mudullun, ma kienx hemm xi evidenza ta’akkumulazzjoni u l-half-lives ta’ eliminazzjoni kienu komparabbli. Hemm correlazzjoni posittiva u linejari bejn id-doża u l-konċentrazzjoni ta’ filgrastim fis-serum, kemm meta jiġi amministrat ġol-vina kif ukoll taħt il-ġilda. Wara l-amministrazzjoni taħt il-ġilda tad-doża rakkomandata, il-konċentrazzjoni fis-serum nżammet il-fuq minn 10 ng/mL għal 8 sa16-il siegħa. Il-volum ta' distribuzzjoni fid-demm hu madwar 150 mL/kg.

F’pazjenti b’kanċer, il-profil farmacokinetiku ta’ Ratiograstim u dak tal-prodott ta’ referenza kienu komparabbli wara amministrazzjoni taħt il-ġilda ta’ doża waħda jew dożi ripetuti.

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku fuq il- ġeni u tolleranza lokali, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku miġbur minn studji konvenzjonali fuq l-effett tossiku minn dożi riptetuti, ikkonferma l-effetti farmakoloġiċi mistennija, fosthom żjidiet fl-għadd ta’ lewkoċiti, iperplasija majelojde fil-mudullun, ematopojesi ekstramedullari u tkabbir tal-milza.

Ma kienx hemm l-ebda effett fuq il-fertilità fil-firien maskili u femminili jew fuq il-frieħ ta’ firien tqal. Minn studji li saru fuq firien u fniek, m’hemmx evidenza li turi li filgrastim għandu xi effett teratoġeniku. Żjieda fl-inċidenza ta’ telfien tal-embriju ġiet osservata fil-fniek, iżda ma dehrux malformazzjonijiet.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Acetic acid, glacial

Sodium hydroxide

Sorbitol (E420)

Polysorbate 80

Ilma għall-injezzjoni

6.2 Inkompatibbilitajiet

Ratiograstim m’għandux jiġi dilwit ma’ soluzzjoni ta’ sodium chloride.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

Filgrastim dilwit jista’ jiġi adsorbit fuq il-ħġieġ jew ħwejjeġ tal-plastik ħlief meta jiġi dilwit kif inhu msemmi f’sezzjoni 6.6.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

30 xahar

Wara d-dilwit: Is-soluzzjoni għall-infużjoni dilwita wriet stabbilita’ kimika u fiżika waqt l-użu għal 24 siegħa f’temperatura bejn 2°C u 8°C. Mill-lat tas-sigurtà mikrobijoloġika, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, il-konsumatur huwa risponsabbli għaż-zmien u l-kundizzjonijient ta’ ħażna qabel ma’ jintuża, u dawn s-soltu ma jridux ikunu iktar minn 24 siegħa

f’temperatura ta’ bejn 2°C - 8°C, sakemm id-dilwit ma jkunx seħħ taħt kundizzjonijiet kontrollati, asettiċi u validati.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2 C - 8 C)

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Siringa mimlija għal-lest magħmula minn ħġieġ ta’ Tip I b’labbra tal-azzar li ma jissaddadx mwaħħla permanentement bi jew mingħajr protezzjoni għas-sigurtà tal-labra biex jiġu evitati korrimenti minħabba tingiż bil-labra u biex ma terġax tintuża.

Pakketti ta’ 1, 5 jew 10 siringi mimlijin għal-lest b’0.8 mL ta’ soluzzjoni jew pakkett multiplu li fih 10 (2 pakketti ta’ 5) siringi mimlijin għal-lest b’0.8 mL ta’ soluzzjoni.

Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Jekk ikun hemm il-ħtieġa, Ratiograstim jista’ jiġi dilwit f’soluzzjoni għal infużjoni ta’ glucose 50 mg/mL (5%).

Huwa rakkomandat li fl-ebda ħin id-dilwit ma jwassal għal konċentrazzjoni finali inqas minn 0.2 MIU (2 μg)/mL.

Qabel ma tingħata, is-soluzzjoni trid tiġi spezzjonata viżwalment. Għandhom jsiru injezzjonijiet biss b’soluzzjoni li tkun ċara u mingħajr frak.

Fejn pazjenti jirċievu soluzzjoni ta’ filgrastim dilwit sa konċentrzzjoni inqas minn 1.5 MIU

(15 μg)/mL, għandha tiġi miżjuda bl-albumina umana (HSA) sabiex il-konċentrazzjoni finali tkun 2 mg/mL.

Eżempju: Meta l-volum finali tal-injezzjoni huwa 20 mL, id-dożi kollha ta’ filgrastim li fihom inqas minn 30 MIU (300 μg) iridu jingħataw b’0.2 mL soluzzjoni ta’ 200 mg/mL (20%) albumina umana miżjuda.

Meta jiġi dilwit ġo soluzzjoni għal infużjoni ta’glucose 50 mg/mL (5%), Ratiograstim huwa kompatibbli mal-ħġieġ u varji tipi ta’ plastik, fosthom il-PVC, polyolefin (co-polymer ta’ polypropylene u polyethylene) u polypropylene.

Ratiograstim ma fih l-ebda preservattiv. Minħabba r-riskju potenzjali ta’ kontaminazzjoni b’mikrobi, is-siringi ta’ Ratiograstim iridu jintużaw darba biss.

L-esposizzjoni bi żball għal temperatura ta’ friża ma jeffettwax ħażin l-istabilita` ta’ Ratiograstim.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

ratiopharm GmbH Graf-Arco-Straße 3 89079 Ulm

Il-Ġermanja

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/08/444/005

EU/1/08/444/006

EU/1/08/444/007

EU/1/08/444/008

EU/1/08/444/011

EU/1/08/444/012

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 15 ta’ Settembru 2008

Data tal-aħħar tiġdid: 19 ta’ Lulju 2013.

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati