Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ratiograstim (filgrastim) – Fuljett ta’ tagħrif - L03AA02

Updated on site: 09-Oct-2017

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Ratiograstim 30 MIU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni

Ratiograstim 48 MIU/0.8 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni

Filgrastim

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Ratiograstim u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Ratiograstim

3.Kif għandek tuża Ratiograstim

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Ratiograstim

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

7.Tagħrif dwar kif tinjetta lilek innifsek

8.It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku

1.X’inhu Ratiograstim u gћalxiex jintuża

X’inhu Ratiograstim

Ratiograstim fih is-sostanza attiva filgrastim. Filgrastim huwa proteina magħmul permezz ta’ proċess bioteknoloġiku ġol-batterju Escherichia coli. Jifforma parti minn grupp ta’ protejini msejħa ċitokini u

jixbaħ ħafna poteina naturali (il-fattur uman li jistimola l-kolonji ta’ granuloċiti [G-CSF]) li jiġi magħmul f’ġismek. Filgrastim jistimula l-mudullun (it-tessut li tipproduċi ċelluli tad-demm ġodda) biex jipproduċi iktar ċelluli tad-demm, speċjalment ċerti tipi ta’ celluli bojod. Dawn iċ-ċelluli bojod tad-demm huma importanti għax jgħinu ‘l ġismek jiġġieled l-infezzjonijiet.

Għalxiex jintuża Ratiograstim

It-tabib tiegħek tak Ratiograstim biex jgħin il-ġismek jipproduċi aktar ċelluli bojod. It-tabib tiegħek ser jgħidlek il-għaliex qed tingħata kura b’Ratiograstim. Ratiograstim huwa ta’ benefiċju f’ħafna kundizzjonijiet differenti li huma:

-kimoterapija,

-trapjant tal-mudullun,

-newtropenja qawwija u kronika (għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm),

-newtropenja f’pazjenti li huma infettati bl-HIV,

-mobilizzazzjoni taċ’ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali (għad-donazzjoni taċ-ċelluli staminali tad-demm).

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Ratiograstim

Tużax Ratiograstim

-jekk inti allerġiku għal filgrastim jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Ratiograstim

-Jekk ikollok sogħla, deni u tbati biex tieħu n-nifs; dawn jistgħu jkunu konsegwenza ta’ disturb pulmonarju (ara sezzjoni “4, Effetti sekondarji possibbli”).

-Jekk għandek il-marda taċ-ċelluli Sickle (marda li ntirtet ikkaratterizzata minn ċelloli ħomor tad- demm f’forma ta’ minġel (sickle).

-Jekk ikollok uġigħ addominali fin-naħa ta’ fuq tax-xellug jew uġigħ fit-tarf tal-ispalla. Dan jista’ jkun konsegwenza ta’ disturb fil-milza tiegħek (ara sezzjoni “4, Effetti sekondarji possibbli”)

-jekk għandek disturbi speċifiċi tad-demm (eż. is-sindrome ta’ Kostman, is-sindrome majelodisplastiku, tipi differenti ta' lewkimja).

-jekk għandek l-osteoporożi. It-tabib tiegħek jista' jiċċekkjalek id-densità tal-għadam tiegħek b’mod regolari.

-jekk qed tbati minn xi mard ieħor, speċjalment jekk taħseb li għandek infezzjoni.

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek li qed tieħu kura b’Ratiograstim jekk qed issirlek immaġini tal- għadam.

Ikollok bżonn tagħmel analiżi tad-demm regolari waqt il-kura b’Ratiograstim biex isir magħruf l-għadd ta’ newtrofili u l-għadd ta’ celluli bojod oħra ġo demmek. Ir-riżultati minn dawn l-analiżi jgħinu lit-tabib tiegħek jiddetermina kemm qed tkun effettiva l-kura kif ukol jindikaw jekk il-kura għandiex titkompla jew le.

Mediċini oħra u Ratiograstim

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

Tużax Ratiograstim fl-24 siegħa qabel jew l-24 siegħa wara l-kimoterapija tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Ratiograstim ma ġiex ittestjat f’nisa tqal. Għalhekk, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċidi li m’għandekx tuża dil-mediċina.

Mhux magħruf jekk filgrastim jgħaddix għal ġol-ħalib uman. Għalhekk, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċidi li m’għandekx tuża dil-mediċina jekk qegħda tredda’ tarbija.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk tħoss l-għeja, issuqx u tħaddimx xi għodda jew magni.

Ratiograstim fih sorbitol u sodju

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull siringa mimlija għal-lest, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

3.Kif għandek tuża Ratiograstim

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija…

L-ammont ta’ Ratiograstim li għandek bżonn ser jiddependi fuq il-kundizzjoni tiegħek, ir-raġuni għaliex trid tieħu Ratiograstim, u fuq il-piż ta’ġismek. It-tabib tiegħek jgħidlek meta għandek tieqaf tieħu Ratiograstim. Hija ħaġa normali li jkollok bżonn numru ta’ korsijiet ta’ kura b’Ratiograstim

Ratiograstim u kimoterapija

Id-doża li tintuża normali hija 0.5 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal- ġisem, kuljum. Per eżempju, jekk tiżen 60 kg, id-doża tiegħek ta’ kuljum hi ta’ 30 miljun international units (MIU). Normalment se tirċievi l-ewwel doża tiegħek ta’ Ratiograstim mill-inqas 24 siegħa wara l-kimoterapija tiegħek. Is-soltu, il-kors tal-kura tiegħek jieħu madwar 14-il ġurnata. Madankollu, f’ċerti każi ta’ mard, jista’ jkun hemm bżonn ta’ kors iktar fit-tul, li jdum sa madwar xahar.

Ratiograstim u trapjant tal-mudullun

Id-doża tal-bidu li tintuża normali hija 1 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem, kuljum. Per eżempju, jekk tiżen 60 kg, id-doża tiegħek ta’ kuljum hi ta’ 60 miljun international units (MIU). Normalment, tirċievi l-ewwel doża tiegħek ta’ Ratiograstim mill-inqas

24 siegħa wara l-kimoterapija imma qabel 24 siegħa li tirċievi t-trasfużjoni tal-mudullun. It-tabib tiegħek ser janaliżża demmek ta’ kuljum biex jiddetermina kemm qed tkun effettiva l-kura u liema hi l-aħjar doża għalik. Il-kura ser titwaqqaf meta l-għadd ta’ ċelluli bojod ġo demmek ikun laħaq ċertu livell.

Ratiograstim u newtropenja severa u kronika

Id-doża tal-bidu li tintuża normali hija bejn 0.5 miljun u 1.2 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem, kuljum, mogħtija bħala doża waħda jew ħafna. Imbagħad it-tabib tiegħek jagħmel analiżi ta’ demmek biex jiddetermina kemm qed tkun effettiva l-kura u biex jistabilixxi l-aħjar doża għalik. Għat-trattament ta’ newtropenja, ikun hemm bżonn ta’ kura b’Ratiograstim fit-tul.

Ratiograstim u newtropenja f’pazjenti bl-infezzjoni ta’ HIV

Id-doża tal-bidu li tintuża normali hija bejn 0.1 u 0.4 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem, kuljum. It-tabib tiegħek ser jagħmel analiżi ta’ demmek regolarment sabiex jiddetermina kemm qed tkun effettiva l-kura. La darba n-numru taċ-ċelluli bojod f’demmek ikunu reġgħu lura għan-normal, il-frekwenza tad-doża tiegħek tkun tista’ titnaqqas għal inqas minn darba kuljum. It-tabib tiegħek ser jkompli bl-analiżi ta’ demmek regolari u jirrikmanda l-aħjar doża għalik. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ kura b’Ratiograstim fit-tul sabiex jinżammu livelli normali tal- għadd ta’ ċelluli bojod f’demmek.

Ratiograstim u mobilizzazzjoni ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali

Jekk inti donatur ta’ PBPC għalik innifsek, id-doża li tintuża komunement hija 0.5 miljun sa 1 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem, kuljum. Kura b’Ratiograstim ser idum sa ġimgħatejn jew, f’każijiet eċċezzjonali, anki iktar. It-tabib tiegħek ser jimmonitorjalek demmek regolarment sabiex jiddetermina l-aħjar ħin meta għandhom jinġabru iċ-ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali.

Jekk inti donatur ta’ stem cells għal persuna oħra, id-doża li tintuża normali hija 1 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem, kuljum. Kura b’Ratiograstim ser jieħu minn 4 sa

5 ijiem.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Din il-mediċina tingħata permezz ta’ injezzjoni, jew b’infużjoni ġol-vina (drip) (IV) jew b’injezzjoni taħt il-ġilda (SC) (fit-tessuti eżatt taħt il-ġilda). Jekk qed tirċievi din il-mediċina permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerilek li titgħallem kif tagħti l-injezzjonijiet lilek innifsek. It- tabib jew infermiera tiegħek ser jagħtik taħriġ fuq kif għandek tagħmel dan. Tippruvax tagħti l- injezzjoni lilek innifsek jekk ma tkunx irċevejt dan it-taħriġ. Tista’ ssib xi informazzjoni li jkollok bżonn fit-tmiem ta’ dan il-fuljett ta’ tagħrif, iżda il-kura korretta tal-marda tiegħek tirrikjedi kollaborazzjoni mill-qrib u kontinwa mat-tabib tiegħek.

Jekk tuża Ratiograstim aktar milli suppost

Jekk tuża Ratiograstim aktar milli suppost, għandek tgħarraf lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek mill-iktar fis possibbli.

Jekk tinsa tuża Ratiograstim

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża Ratiograstim

Qabel ma tieqaf tuża Ratiograstim, tkellem mat-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji importanti

-Reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx tal-ġilda, partijiet tal-ġilda minfuħin li jqabbdu l-ħakk u reazzjonijiet allerġiċi serji bi dgħjufija, tnaqqis fil-pressjoni tad-demm, diffikultà biex tieħu n- nifs u nefħa fil-wiċċ ġew irrappurtati. Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip ta 'reazzjoni, għandek twaqqaf l-injezzjoni tiegħek ta' Ratiograstim u tfittex għajnuna medika minnufih.

-Żieda fid-daqs tal-milza u każijiet ta' milza mifqugħha ġew irrapportati. Xi każijiet ta' milza

mifqugħha kienu fatali. Huwa importanti li tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok uġigħ fin-naħa ta' fuq fix-xellug tal-addome jew uġigħ fl-ispalla x-xellugija, peress li dan jista' jkun relatat ma' problema fil-milza tiegħek.

-Sogħla, deni u diffikultà jew uġigħ biex tieħu n-nifs jistgħu jkunu sinjali ta 'effetti sekondarji pulmonari serji, bħal pnewmonja u sindromu respiratorju akut, li jistgħu jkunu fatali. Jekk għandek id-deni jew xi sintomi minn dawn, huwa importanti li tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

-Hu importanti li tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi wieħed minn dawn li ġejjin jew kombinazzjoni ta’ l-effetti sekondarji li ġejjin:

nefħa, li tista’ tkun assoċjata ma’ li persuna tagħmel l-awrina inqas frekwenti, diffikultà biex tieħu nifs, nefħa addominali u sensazzjoni li wieħed iħossu mimli, u sensazzjoni ġenerali ta’ għeja. Dawn is-sintomi ġeneralment jiżviluppaw b’mod rapidu.

Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ kundizzjoni mhux komuni (tista’ taffettwa sa 1 minn kull

100 persuna) tissejjaħ "sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari" li tikkawża demm li jnixxi mill-vini ż-żgħar f’ġisemek u teħtieġ attenzjoni medika urġenti.

-Jekk tbati mill-marda ta’ Sickle Cell, kun żgur li tgħarraf it-tabib tiegħek qabel ma tibda kura b’Ratiograstim. Xi każi ta kriżi ta’ Sickle Cell seħħew meta pazjenti bil-marda ta’ Sickle Cell ngħataw filgrastim.

-Effett sekondarju komuni ħafna (jista' jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10) li filgrastim jista’ jikkawża huwa l-uġigħ fl-għadam u fil-muskoli. Staqsi lit-tabib tiegħek liema mediċina tista tieħu biex ittaffi dan l-uġigħ.

Tista' tesperjenza wkoll l-effetti sekondarji li ġejjin:

F’pazjenti b’kanċer

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 persuni):

-żjidiet fil-livelli ta’ xi enżimi tal-fwied u tad-demm; livelli għolja ta’ uric acid fid-demm;

-ħass ħażin; rimettar

-uġigħ fis-sider

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni):

-uġigħ ta’ ras;

-sogħla; uġigħ fil-grieżem;

-uġigħ fis-sider;

-stitikezza; telf tal-aptit; dijarjeja; mukożite, (infjammazzjoni, uġigħ u ulċerazjoni fil-mukoża tal- musrana);

-telf ta’ xagħar; raxx;

-għeja; debbulizza.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

-uġigħ ġenerali.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna):

-disturbi vaskulari (li jistgħu jikkawżaw ugigħ, ħmura u nefħa fid-dirgħajn u riġlejn).

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna):

-id-dehra ta’ leżjonijiet ibbuzzati, li jweġgħu, kulur aħmar skur fil-vjola fuq ir-riġlejn (xi drabi fil-wiċċ u fl-ghonq) u bid-deni (is-Sindromu ta’ Sweet);

-aggravament ta’ kundizzjonijiet rewmatiċi;

-uġigħ jew diffikulta biex tgħaddi l-awrina.

Mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

-tiċħid ta’ mudullun ittrapjantat;

-tnaqqis reversibbli fil-pressjoni tad-demm;

-uġigħ u nefħa tal-ġogi, simili għal gotta.

F’donaturi normali ta’ ċelluli staminali

-żjieda fl-għadd taċ-ċelluli bojod; tnaqqis fl-għadd tal-plejtlits fid-demm, li jżid il-possibbilita’ ta’ tifriġ u tbenġil;

-uġigħ ta’ ras.

-żjidiet fil-livelli ta’ xi enżimi tad-demm.

-żjidiet fil-livelli ta’ xi enżimi tal-fwied; livelli għolja ta’ uric acid fid-demm;

-aggravament ta’ kundizzjonijiet rewmatiċi.

- sogħla, deni u diffikultà biex tieħu n-nifs jew tisgħol id-demm.

F’pazjenti b’newtropenija kronika severa

-tnaqqis fin-numru taċ-ċelluli ħomor li tista’ ġġiegħelek tidher pallida u tħoss l-għeja jew qtugħ ta’ nifs

-livelli baxxi ta’ glucose fid-demm; żjidiet fil-livelli ta’ xi enżimi tad-demm; livelli għolja ta’ uric acid fid-demm;

-tinfaraġ.

-tnaqqis fl-għadd tal-plejtlits fid-demm, li jżid il-possibbilita’ ta’ tifriġ u tbenġil;

-uġigħ ta’ ras;

-dijarjeja;

-żieda fid-daqs tal-fwied;

-telf ta’ xagħar; infjammazzjoni tal-vini, ta’ spiss akkompanjat b’raxx; uġigħ fis-sit tal- injezzjoni; raxx;

-tnaqqis tal-kalċju fl-għadam; uġigħ u nefħa tal-ġogi.

-demm fl-awrina, protejn fl-awrina.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Ratiograstim

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u fuq is-siringa mimlija għal-lest wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2 C - 8 C)

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li s-soluzzjoni mhix ċara jew jekk hemm xi frak fiha.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ratiograstim

-Is-sustanza attiva hi filgrastim. Kull mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni fiha 60 miljun international units [MIU] (600 mikrogramma) ta’ filgrastim.

Ratiograstim 30 MIU/0.5 mL: Kull siringa mimlija għal-lest fiha 30 miljun international units [MIU] (300 mikrogrammi) filgrastim f’0.5 mL soluzzjoni.

Ratiograstim 48 MIU: Kull siringa mimlija għal-lest fiha 48 miljun international units [MIU] (480 mikrogrammi) filgrastim f’0.8 mL soluzzjoni

-Is-sustanzi l-oħra huma: Sodium hydroxide, glacial acetic acid, sorbitol, polysorbate 80, ilma għall-injezzjoni.

Kif jidher Ratiograstim u l-kontenut tal-pakkett

Ratiograstim huwa soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni ġo siringa mimlija għal-lest bi jew mingħajr protezzjoni għas- sigurtà tal-labra. Ratiograstim huwa soluzzjoni ċar u mingħajr kulur. Kull siringa mimlija għal-lest fiha jew 0.5 mL jew 0.8 mL soluzzjoni.

Ratiograstim jiġi f’pakketti ta’ 1, 5 jew 10 siringi mimlijin għal-lest jew f’pakkett multiplu ta’10 (2 pakketti ta’ 5). Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq ratiopharm GmbH

Graf-Arco-Straße 3 89079 Ulm

Il-Ġermanja

Manifattur

Teva Biotech GmbH

Dornierstraße 10

89079 Ulm

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB "Sicor Biotech"

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/Deutschland

Tél/Tel: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

ratiopharm GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 02

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB "Sicor Biotech" Eesti filiaal

Teva Norway AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

ratiopharm, Comércio e Indústria de Produtos

Tél: +33 1 55 91 78 00

Farmacêuticos, Lda

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy, Finnland

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +358 20 180 5900

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB "Sicor Biotech" filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

7.Tagħrif dwar kif tinjetta lilek innifsek

Din il-parti tal-fuljett fiha tagħrif dwar kif tagħti injezzjoni ta’ Ratiograstim lilek innifsek. Huwa importanti li ma tippruvax tagħti l-injezzjoni lilek innifsek jekk ma tkunx irċevejt taħriġ speċjali mingħand it-tabib jew infermiera tiegħek. Jekk m’intix ċert dwar kif għandek tinjetta lilek innifsek jew jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għall-għajnuna.

Huwa importanti li tarmi s-siringi użati f’reċipjent li ma jittaqqabx.

Kif ninjetta Ratiograstim lili innifsi?

Ikollok bżonn tagħti injezzjoni lilek innifsek eżatt taħt il-ġilda. Dan jissejjaħ “injezzjoni taħt il-ġilda”. Ikollok bżonn tagħti l-injezzjonijiet lilek innifsek kuljum kważi fl-istess ħin.

Apparat li teħtieġ

Biex tagħti injezzjoni taħt il-ġilda lilek innifsek teħtieġ:

-siringa mimlija għal-lest b’Ratiograstim;

-msielaħ tal-alkoħol jew simili;

-reċipjent li ma jitaqqabx (reċipjent tal-plastik li jinkiseb min sptar jew spiżerija) sabiex tarmi is- siringi fis-sigurta’.

X’għandi nagħmel qabel ma ninjetta lili nnifsi taħt il-ġilda b’Ratiograstim?

1.Ipprova innjetta lilek innifsek kuljum kważi fl-istess ħin tal-ġurnata.

2.Oħroġ s-siringa mimlija għal-lest b’Ratiograstim mill-friġġ.

3.Iċċekkja d-data ta’ skadenza fuq it-tikketta tas-siringa mimlija għal-lest (JIS). Tużax jekk id-data tkun qabżet l-aħħar ġurnata tax-xahar muri fuq it-tikketta.

4.Iċċekkja d-dehra ta’ Ratiograstim. Din għandha tkun likwidu ċar u mingħajr kulur. Jekk ikun fiha xi frak, m’għandekx tużha.

5.Għal injezzjoni aktar komda, ħalli is-siringa mimlija għal-lest toqgħod għal 30 minuta sabiex tilħaq temperatura ambjentali, jew żomm is-siringa mimlija għal-lest delikatament f’idejk għal ftit minuti. Issaħħanx Ratiograstim bl’ebda mod ieħor (eżempju: issaħħanx fil-forn majkrowejv jew f’ilma jaħraq).

6.Tneħħix l-għatu mis-siringa sakemm tkun lest/a biex tinjetta.

7.Aħsel idejk sew.

8.Sib post komdu, mdawwal sew u poġġi dak kollu li għandek bżonn fejn tista' tilħaqhom. (is-siringa mimlija għal-lest b’Ratiograstim, msielaħ tal-alkoħol u r-reċipjent li ma jitaqqabx).

Kif nipprepara l-injezzjoni ta’ Ratiograstim?

Qabel ma tinjetta ratiogratim trid tagħmel dan li ġej:

1.Żomm is-siringa u aqla’ bil-mod l-għatu minn mal-labra mingħajr ma tgħawweġ. Iġbed dritt kif muri fi stampi 1 u 2. Tmissx il-labra u timbuttax il-planġer.

2.Jista' jkun li tinnota buzzieqa ta' l-arja żgħira ġewwa s-siringa mimlija għal-lest. Jekk ikun hemm xi bżieżaq tal-arja preżenti, taptap is-siringa bil-mod sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilgħu fil-wiċċ ġot-tubu tas-siringa. Bil-labra tas-siringa tipponta l-fuq, neħħi l-arja kollu mit-tubu billi timbotta l-planġer il-fuq.

3.Fuq it-tubu tas-siringa hemm skala. Imbotta l-planġer san-numru (mL) fuq it-tubu tas-siringa li jikkorispondi mad-doża ta’ Ratiograstim preskritta mit-tabib tiegħek.

4.Erġa iċċekkja li hemm id-doża preskritta ta’Ratiograstim fis-siringa.

5.Issa tista' tuża is-siringa mimlija għal-lest.

Fejn għandi nagħti l-injezzjoni lili nnifsi?

L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma:

-in-naħa ta’ fuq ta’ kuxxtejk; u

-l-addome, minbarra l-parti ta' madwar iż-żokkra (ara stampa 3)

Jekk xi ħadd ieħor qed jinjettak, jista’ wkoll juża in-naħa ta’ wara ta’ idejk (ara stampa 4).

Tajjeb li kuljum tibdel is-sit fejn tingħata l-injezzjoni sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ uġigħ f’xi sit partikolari.

Kif nagħti l-injezzjoni lili nnifsi?

1.Iddisinfetta l-ġilda billi tuża msielaħ tal-akoħol u oqros il-ġilda bejn sebgħek il-kbir u sebgħek il-werrej, mingħajr ma tagħfas (ara stampa 5)

2.Daħħal il-labra għal kollox fil-ġilda kif urewk l-infermiera jew it-tabib tiegħek (ara stampa 6).

3.Iġbed il-planġer tas-siringa kemm kemm sabiex tara li ma ttaqbitx xi vina jew arterja. Jekk tara d-demm fis-siringa, neħħi l-labra u erġa' daħħalha f’post ieħor.

4.Injetta l-likwidu bil-mod u bl-istess ritmu, filwaqt li dejjem iżżomm il-ġilda maqrusa.

5.Injetta biss id-doża preskritta mit-tabib tiegħek.

6.Wara li tinjetta l-likwidu, neħħi l-labra u itlaq il-ġilda.

7.Uża kull siringa għal injezzjoni darba waħda. M’għandekx tuża xi Ratiograstim li jkun baqa’ fis-siringa.

Ftakar

Jekk għandek xi problemi, jekk jogħġbok tibżax issaqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għal għajnuna jew parir.

Rimi ta’siringi użati

-Terġax tqiegħed il-għatu fuq labar użati.

-Poġġi l-labar użati ġo reċipjent li ma’ jittaqqabx u żomm dan ir-reċipjent fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

-Armi ir-reċipjent mimli skond l-istruzzjonijiet tat-tabib, l-infermiera jew l-ispiżjar tiegħek.

-Qatt m’għandek tarmi siringi użati flimkien mal-iskart domestiku.

8.It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Ratiograstim ma fihx l-ebda preservattiv. Minħabba r-riskju potenzjali ta’ kontaminazzjoni bil-mikrobi, is-siringi ta’ Ratiograstim iridu jintużaw darba biss.

L-esposizzjoni bi żball għal temperatura ta’ friża ma jeffettwax ħażin l-istabilita` ta’ Ratiograstim.

Ratiograstim m’għandux jiġi dilwit ma’ soluzzjoni ta’ sodium chloride. Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija hawn taħt. Filgrastim dilwit jista’ jiġi adsorbit fuq il-ħġieġ jew ħwejjeġ tal-plastik ħlief meta jiġi dilwit kif imsemmi hawn taħt.

Jekk ikun hemm bżonn, Ratiograstim jista’ jiġi dilwit f’soluzzjoni għal infużjoni ta’ glucose

50 mg/mL (5%). Huwa rakkomandat li d-dilwit fl-ebda ħin ma jwassal għal konċentrazzjoni finali inqas minn 0.2 MIU (2 μg)/mL. Qabel ma tingħata, is-soluzzjoni trid tiġi spezzjonata viżwalment. Is- soluzzjoni għanha tintuża biss jekk tkun ċara u mingħajr frak. Fejn pazjenti jirċievu soluzzjoni ta’ filgrastim dilwita sa konċentrazzjoni inqas minn 1.5 MIU (15 μg)/mL, din trid tiġi miżjuda bl- albumina tas-serum umana (HSA) sabiex il-konċentrazzjoni finali tkun 2 mg/mL. Eżempju: Meta l- volum finali tal-injezzjoni huwa 20 mL, id-dożi kollha ta’ filgrastim li fihom inqas minn 30 MIU (300 μg) iridu jingħataw b’0.2 mL soluzzjoni ta’ 20% albumina umana miżjuda. Meta jiġi dilwit ġo soluzzjoni għal infużjoni ta’glucose 50 mg/mL (5%), Ratiograstim huwa kompatibbli mal-ħġieġ u varji tipi ta’ plastik, fosthom il-PVC, polyolefin (co-polymer ta’ polypropylene u polyethylene) u polypropylene.

Wara d-dilwit: Stabilità kimika u fiżika waqt l-użu tas-soluzzjoni rikostitwita kienet demostrata għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C - 8°C. Minn aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, il-perjodu u l-kundizzjonijiet tal-ħażna qabel l-użu huma r-responsabilità ta’ min jużah u normalment ma jkunx ta’ iktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 2°C - 8°C, sa kemm rrikostituzzjoni ma sseħħx f’kundizzjonijiet kontrollati u validati asettiċitament.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Ratiograstim 30 MIU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni

Ratiograstim 48 MIU/0.8 mL soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni

Filgrastim

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Ratiograstim u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Ratiograstim

3.Kif għandek tuża Ratiograstim

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Ratiograstim

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

7.Tagħrif dwar kif tinjetta lilek innifsek

8.It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku

1. X’inhu Ratiograstim u gћalxiex jintuża

X’inhu Ratiograstim

Ratiograstim fih is-sostanza attiva filgrastim. Filgrastim huwa proteina magħmul permezz ta’ proċess bioteknoloġiku ġol-batterju Escherichia coli. Jifforma parti minn grupp ta’ protejini msejħa ċitokini u

jixbaħ ħafna poteina naturali (il-fattur uman li jistimola l-kolonji ta’ granuloċiti [G-CSF]) li jiġi magħmul f’ġismek. Filgrastim jistimula l-mudullun (it-tessut li tipproduċi ċelluli tad-demm ġodda) biex jipproduċi iktar ċelluli tad-demm, speċjalment ċerti tipi ta’ celluli bojod. Dawn iċ-ċelluli bojod tad-demm huma importanti għax jgħinu ‘l ġismek jiġġieled l-infezzjonijiet.

Għalxiex jintuża Ratiograstim

It-tabib tiegħek tak Ratiograstim biex jgħin il-ġismek jipproduċi aktar ċelluli bojod. It-tabib tiegħek ser jgħidlek il-għaliex qed tingħata kura b’Ratiograstim. Ratiograstim huwa ta’ benefiċju f’ħafna kundizzjonijiet differenti li huma:

-kimoterapija,

-trapjant tal-mudullun,

-newtropenja qawwija u kronika (għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm),

-newtropenja f’pazjenti li huma infettati bl-HIV,

-mobilizzazzjoni taċ’ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali (għad-donazzjoni taċ-ċelluli staminali tad-demm).

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Ratiograstim

Tużax Ratiograstim

-jekk inti allerġiku għal filgrastim jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Ratiograstim

-Jekk ikollok sogħla, deni u tbati biex tieħu n-nifs; dawn jistgħu jkunu konsegwenza ta’ disturb pulmonarju (ara sezzjoni “4, Effetti sekondarji possibbli”).

-Jekk għandek il-marda taċ-ċelluli Sickle (marda li ntirtet ikkaratterizzata minn ċelloli ħomor tad- demm f’forma ta’ minġel (sickle).

-Jekk ikollok uġigħ addominali fin-naħa ta’ fuq tax-xellug jew uġigħ fit-tarf tal-ispalla. Dan jista’ jkun konsegwenza ta’ disturb fil-milza tiegħek (ara sezzjoni “4, Effetti sekondarji possibbli”)

-jekk għandek disturbi speċifiċi tad-demm (eż. is-sindrome ta’ Kostman, is-sindrome majelodisplastiku, tipi differenti ta' lewkimja).

-jekk għandek l-osteoporożi. It-tabib tiegħek jista' jiċċekkjalek id-densità tal-għadam tiegħek b’mod regolari.

-jekk qed tbati minn xi mard ieħor, speċjalment jekk taħseb li għandek infezzjoni.

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek li qed tieħu kura b’Ratiograstim jekk qed issirlek immaġini tal- għadam.

Ikollok bżonn tagħmel analiżi tad-demm regolari waqt il-kura b’Ratiograstim biex isir magħruf l-għadd ta’ newtrofili u l-għadd ta’ celluli bojod oħra ġo demmek. Ir-riżultati minn dawn l-analiżi jgħinu lit-tabib tiegħek jiddetermina kemm qed tkun effettiva l-kura kif ukol jindikaw jekk il-kura għandiex titkompla jew le.

Mediċini oħra u Ratiograstim

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

Tużax Ratiograstim fl-24 siegħa qabel jew l-24 siegħa wara l-kimoterapija tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Ratiograstim ma ġiex ittestjat f’nisa tqal. Għalhekk, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċidi li m’għandekx tuża dil-mediċina.

Mhux magħruf jekk filgrastim jgħaddix għal ġol-ħalib uman. Għalhekk, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċidi li m’għandekx tuża dil-mediċina jekk qegħda tredda’ tarbija.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk tħoss l-għeja, issuqx u tħaddimx xi għodda jew magni.

Ratiograstim fih sorbitol u sodju

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull siringa mimlija għal-lest, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

3. Kif għandek tuża Ratiograstim

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija…

L-ammont ta’ Ratiograstim li għandek bżonn ser jiddependi fuq il-kundizzjoni tiegħek, ir-raġuni għaliex trid tieħu Ratiograstim, u fuq il-piż ta’ġismek. It-tabib tiegħek jgħidlek meta għandek tieqaf tieħu Ratiograstim. Hija ħaġa normali li jkollok bżonn numru ta’ korsijiet ta’ kura b’Ratiograstim

Ratiograstim u kimoterapija

Id-doża li tintuża normali hija 0.5 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal- ġisem, kuljum. Per eżempju, jekk tiżen 60 kg, id-doża tiegħek ta’ kuljum hi ta’ 30 miljun international units (MIU). Normalment se tirċievi l-ewwel doża tiegħek ta’ Ratiograstim mill-inqas 24 siegħa wara l-kimoterapija tiegħek. Is-soltu, il-kors tal-kura tiegħek jieħu madwar 14-il ġurnata. Madankollu, f’ċerti każi ta’ mard, jista’ jkun hemm bżonn ta’ kors iktar fit-tul, li jdum sa madwar xahar.

Ratiograstim u trapjant tal-mudullun

Id-doża tal-bidu li tintuża normali hija 1 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem, kuljum. Per eżempju, jekk tiżen 60 kg, id-doża tiegħek ta’ kuljum hi ta’ 60 miljun international units (MIU). Normalment, tirċievi l-ewwel doża tiegħek ta’ Ratiograstim mill-inqas

24 siegħa wara l-kimoterapija imma qabel 24 siegħa li tirċievi t-trasfużjoni tal-mudullun. It-tabib tiegħek ser janaliżża demmek ta’ kuljum biex jiddetermina kemm qed tkun effettiva l-kura u liema hi l-aħjar doża għalik. Il-kura ser titwaqqaf meta l-għadd ta’ ċelluli bojod ġo demmek ikun laħaq ċertu livell.

Ratiograstim u newtropenja severa u kronika

Id-doża tal-bidu li tintuża normali hija bejn 0.5 miljun u 1.2 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem, kuljum, mogħtija bħala doża waħda jew ħafna. Imbagħad it-tabib tiegħek jagħmel analiżi ta’ demmek biex jiddetermina kemm qed tkun effettiva l-kura u biex jistabilixxi l-aħjar doża għalik. Għat-trattament ta’ newtropenja, ikun hemm bżonn ta’ kura b’Ratiograstim fit-tul.

Ratiograstim u newtropenja f’pazjenti bl-infezzjoni ta’ HIV

Id-doża tal-bidu li tintuża normali hija bejn 0.1 u 0.4 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem, kuljum. It-tabib tiegħek ser jagħmel analiżi ta’ demmek regolarment sabiex jiddetermina kemm qed tkun effettiva l-kura. La darba n-numru taċ-ċelluli bojod f’demmek ikunu reġgħu lura għan-normal, il-frekwenza tad-doża tiegħek tkun tista’ titnaqqas għal inqas minn darba kuljum. It-tabib tiegħek ser jkompli bl-analiżi ta’ demmek regolari u jirrikmanda l-aħjar doża għalik. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ kura b’Ratiograstim fit-tul sabiex jinżammu livelli normali tal- għadd ta’ ċelluli bojod f’demmek.

Ratiograstim u mobilizzazzjoni ta’ ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali

Jekk inti donatur ta’ PBPC għalik innifsek, id-doża li tintuża komunement hija 0.5 miljun sa 1 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem, kuljum. Kura b’Ratiograstim ser idum sa ġimgħatejn jew, f’każijiet eċċezzjonali, anki iktar. It-tabib tiegħek ser jimmonitorjalek demmek regolarment sabiex jiddetermina l-aħjar ħin meta għandhom jinġabru iċ-ċelluli proġenitriċi tad-demm periferali.

Jekk inti donatur ta’ stem cells għal persuna oħra, id-doża li tintuża normali hija 1 miljun international units (MIU) għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem, kuljum. Kura b’Ratiograstim ser jieħu minn 4 sa

5 ijiem.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Din il-mediċina tingħata permezz ta’ injezzjoni, jew b’infużjoni ġol-vina (drip) (IV) jew b’injezzjoni taħt il-ġilda (SC) (fit-tessuti eżatt taħt il-ġilda). Jekk qed tirċievi din il-mediċina permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerilek li titgħallem kif tagħti l-injezzjonijiet lilek innifsek. It- tabib jew infermiera tiegħek ser jagħtik taħriġ fuq kif għandek tagħmel dan. Tippruvax tagħti l- injezzjoni lilek innifsek jekk ma tkunx irċevejt dan it-taħriġ. Tista’ ssib xi informazzjoni li jkollok bżonn fit-tmiem ta’ dan il-fuljett ta’ tagħrif, iżda il-kura korretta tal-marda tiegħek tirrikjedi kollaborazzjoni mill-qrib u kontinwa mat-tabib tiegħek.

Jekk tuża Ratiograstim aktar milli suppost

Jekk tuża Ratiograstim aktar milli suppost, għandek tgħarraf lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek mill-iktar fis possibbli.

Jekk tinsa tuża Ratiograstim

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża Ratiograstim

Qabel ma tieqaf tuża Ratiograstim, tkellem mat-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji importanti

-Reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx tal-ġilda, partijiet tal-ġilda minfuħin li jqabbdu l-ħakk u reazzjonijiet allerġiċi serji bi dgħjufija, tnaqqis fil-pressjoni tad-demm, diffikultà biex tieħu n- nifs u nefħa fil-wiċċ ġew irrappurtati. Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip ta 'reazzjoni, għandek twaqqaf l-injezzjoni tiegħek ta' Ratiograstim u tfittex għajnuna medika minnufih.

-Żieda fid-daqs tal-milza u każijiet ta' milza mifqugħha ġew irrapportati. Xi każijiet ta' milza

mifqugħha kienu fatali. Huwa importanti li tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok uġigħ fin-naħa ta' fuq fix-xellug tal-addome jew uġigħ fl-ispalla x-xellugija, peress li dan jista' jkun relatat ma' problema fil-milza tiegħek.

-Sogħla, deni u diffikultà jew uġigħ biex tieħu n-nifs jistgħu jkunu sinjali ta 'effetti sekondarji pulmonari serji, bħal pnewmonja u sindromu respiratorju akut, li jistgħu jkunu fatali. Jekk għandek id-deni jew xi sintomi minn dawn, huwa importanti li tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

-Hu importanti li tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi wieħed minn dawn li ġejjin jew kombinazzjoni ta’ l-effetti sekondarji li ġejjin:

nefħa, li tista’ tkun assoċjata ma’ li persuna tagħmel l-awrina inqas frekwenti, diffikultà biex tieħu nifs, nefħa addominali u sensazzjoni li wieħed iħossu mimli, u sensazzjoni ġenerali ta’ għeja. Dawn is-sintomi ġeneralment jiżviluppaw b’mod rapidu.

Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ kundizzjoni mhux komuni (tista’ taffettwa sa 1 minn kull

100 persuna) tissejjaħ "sindromu ta’ tnixxija tal-kapillari" li tikkawża demm li jnixxi mill-vini ż-żgħar f’ġisemek u teħtieġ attenzjoni medika urġenti.

-Jekk tbati mill-marda ta’ Sickle Cell, kun żgur li tgħarraf it-tabib tiegħek qabel ma tibda kura b’Ratiograstim. Xi każi ta kriżi ta’ Sickle Cell seħħew meta pazjenti bil-marda ta’ Sickle Cell ngħataw filgrastim.

-Effett sekondarju komuni ħafna (jista' jaffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10) li filgrastim jista’ jikkawża huwa l-uġigħ fl-għadam u fil-muskoli. Staqsi lit-tabib tiegħek liema mediċina tista tieħu biex ittaffi dan l-uġigħ.

Tista' tesperjenza wkoll l-effetti sekondarji li ġejjin:

F’pazjenti b’kanċer

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 persuni):

-żjidiet fil-livelli ta’ xi enżimi tal-fwied u tad-demm; livelli għolja ta’ uric acid fid-demm;

-ħass ħażin; rimettar

-uġigħ fis-sider

-

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni):

-uġigħ ta’ ras;

-sogħla; uġigħ fil-grieżem;

-uġigħ fis-sider;

-stitikezza; telf tal-aptit; dijarjeja; mukożite, (infjammazzjoni, uġigħ u ulċerazjoni fil-mukoża tal- musrana);

-telf ta’ xagħar; raxx;

-għeja; debbulizza.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

-uġigħ ġenerali.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna):

-disturbi vaskulari (li jistgħu jikkawżaw ugigħ, ħmura u nefħa fid-dirgħajn u riġlejn).

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna):

-id-dehra ta’ leżjonijiet ibbuzzati, li jweġgħu, kulur aħmar skur fil-vjola fuq ir-riġlejn (xi drabi fil-wiċċ u fl-ghonq) u bid-deni (is-Sindromu ta’ Sweet);

-aggravament ta’ kundizzjonijiet rewmatiċi;

-uġigħ jew diffikulta biex tgħaddi l-awrina.

Mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

-tiċħid ta’ mudullun ittrapjantat;

-tnaqqis reversibbli fil-pressjoni tad-demm;

-uġigħ u nefħa tal-ġogi, simili għal gotta.

F’donaturi normali ta’ ċelluli staminali

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 persuni):

-żjieda fl-għadd taċ-ċelluli bojod; tnaqqis fl-għadd tal-plejtlits fid-demm, li jżid il-possibbilita’ ta’ tifriġ u tbenġil;

-uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni):

-żjidiet fil-livelli ta’ xi enżimi tad-demm.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

-żjidiet fil-livelli ta’ xi enżimi tal-fwied; livelli għolja ta’ uric acid fid-demm;

-aggravament ta’ kundizzjonijiet rewmatiċi.

Mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

- sogħla, deni u diffikultà biex tieħu n-nifs jew tisgħol id-demm.

F’pazjenti b’newtropenija kronika severa

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 persuni):

-tnaqqis fin-numru taċ-ċelluli ħomor li tista’ ġġiegħelek tidher pallida u tħoss l-għeja jew qtugħ ta’ nifs

-livelli baxxi ta’ glucose fid-demm; żjidiet fil-livelli ta’ xi enżimi tad-demm; livelli għolja ta’ uric acid fid-demm;

-tinfaraġ.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni):

-tnaqqis fl-għadd tal-plejtlits fid-demm, li jżid il-possibbilita’ ta’ tifriġ u tbenġil;

-uġigħ ta’ ras;

-dijarjeja;

-żieda fid-daqs tal-fwied;

-telf ta’ xagħar; infjammazzjoni tal-vini, ta’ spiss akkompanjat b’raxx; uġigħ fis-sit tal- injezzjoni; raxx;

-tnaqqis tal-kalċju fl-għadam; uġigħ u nefħa tal-ġogi.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

-demm fl-awrina, protejn fl-awrina.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Ratiograstim

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u fuq is-siringa mimlija għal-lest wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2 C - 8 C)

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li s-soluzzjoni mhix ċara jew jekk hemm xi frak fiha.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ratiograstim

-Is-sustanza attiva hi filgrastim. Kull mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni fiha 60 miljun international units [MIU] (600 mikrogramma) ta’ filgrastim.

Ratiograstim 30 MIU/0.5 mL: Kull siringa mimlija għal-lest fiha 30 miljun international units [MIU] (300 mikrogrammi) filgrastim f’0.5 mL soluzzjoni.

Ratiograstim 48 MIU: Kull siringa mimlija għal-lest fiha 48 miljun international units [MIU] (480 mikrogrammi) filgrastim f’0.8 mL soluzzjoni

-Is-sustanzi l-oħra huma: Sodium hydroxide, glacial acetic acid, sorbitol, polysorbate 80, ilma għall-injezzjoni.

Kif jidher Ratiograstim u l-kontenut tal-pakkett

Ratiograstim huwa soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni ġo siringa mimlija għal-lest bi jew mingħajr protezzjoni għas- sigurtà tal-labra. Ratiograstim huwa soluzzjoni ċar u mingħajr kulur. Kull siringa mimlija għal-lest fiha jew 0.5 mL jew 0.8 mL soluzzjoni.

Ratiograstim jiġi f’pakketti ta’ 1, 5 jew 10 siringi mimlijin għal-lest jew f’pakkett multiplu ta’10 (2 pakketti ta’ 5). Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq ratiopharm GmbH

Graf-Arco-Straße 3 89079 Ulm

Il-Ġermanja

Manifattur

Teva Biotech GmbH

Dornierstraße 10

89079 Ulm

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB "Sicor Biotech"

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/Deutschland

Tél/Tel: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

ratiopharm GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 02

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB "Sicor Biotech" Eesti filiaal

Teva Norway AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

ratiopharm, Comércio e Indústria de Produtos

Tél: +33 1 55 91 78 00

Farmacêuticos, Lda

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy, Finnland

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +358 20 180 5900

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB "Sicor Biotech" filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

7. Tagħrif dwar kif tinjetta lilek innifsek

Din il-parti tal-fuljett fiha tagħrif dwar kif tagħti injezzjoni ta’ Ratiograstim lilek innifsek. Huwa importanti li ma tippruvax tagħti l-injezzjoni lilek innifsek jekk ma tkunx irċevejt taħriġ speċjali mingħand it-tabib jew infermiera tiegħek. Jekk m’intix ċert dwar kif għandek tinjetta lilek innifsek jew jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għall-għajnuna.

Kif ninjetta Ratiograstim lili innifsi?

Ikollok bżonn tagħti injezzjoni lilek innifsek eżatt taħt il-ġilda. Dan jissejjaħ “injezzjoni taħt il-ġilda”. Ikollok bżonn tagħti l-injezzjonijiet lilek innifsek kuljum kważi fl-istess ħin.

Apparat li teħtieġ

Biex tagħti injezzjoni taħt il-ġilda lilek innifsek teħtieġ:

-siringa mimlija għal-lest b’Ratiograstim;

-msielaħ tal-alkoħol jew simili;

X’għandi nagħmel qabel ma ninjetta lili nnifsi taħt il-ġilda b’Ratiograstim?

1.Ipprova innjetta lilek innifsek kuljum kważi fl-istess ħin tal-ġurnata.

2.Oħroġ s-siringa mimlija għal-lest b’Ratiograstim mill-friġġ.

3.Iċċekkja d-data ta’ skadenza fuq it-tikketta tas-siringa mimlija għal-lest (JIS). Tużax jekk id-data tkun qabżet l-aħħar ġurnata tax-xahar muri fuq it-tikketta.

4.Iċċekkja d-dehra ta’ Ratiograstim. Din għandha tkun likwidu ċar u mingħajr kulur. Jekk ikun fiha xi frak, m’għandekx tużha.

5.Għal injezzjoni aktar komda, ħalli is-siringa mimlija għal-lest toqgħod għal 30 minuta sabiex tilħaq temperatura ambjentali, jew żomm is-siringa mimlija għal-lest delikatament f’idejk għal ftit minuti. Issaħħanx Ratiograstim bl’ebda mod ieħor (eżempju: issaħħanx fil-forn majkrowejv jew f’ilma jaħraq).

6.Tneħħix l-għatu mis-siringa sakemm tkun lest/a biex tinjetta.

7.Aħsel idejk sew.

8.Sib post komdu, mdawwal sew u poġġi dak kollu li għandek bżonn fejn tista' tilħaqhom. (is-siringa mimlija għal-lest b’Ratiograstim u msielaħ tal-alkoħol).

Kif nipprepara l-injezzjoni ta’ Ratiograstim?

Qabel ma tinjetta ratiogratim trid tagħmel dan li ġej:

1.Żomm is-siringa u aqla’ bil-mod l-għatu minn mal-labra mingħajr ma tgħawweġ. Iġbed dritt kif muri fi stampi 1 u 2. Tmissx il-labra u timbuttax il-planġer.

2.Jista' jkun li tinnota buzzieqa ta' l-arja żgħira ġewwa s-siringa mimlija għal-lest. Jekk ikun hemm xi bżieżaq tal-arja preżenti, taptap is-siringa bil-mod sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilgħu fil-wiċċ ġot-tubu tas-siringa. Bil-labra tas-siringa tipponta l-fuq, neħħi l-arja kollu mit-tubu billi timbotta l-planġer il-fuq.

3.Fuq it-tubu tas-siringa hemm skala. Imbotta l-planġer san-numru (mL) fuq it-tubu tas-siringa li jikkorispondi mad-doża ta’ Ratiograstim preskritta mit-tabib tiegħek.

4.Erġa iċċekkja li hemm id-doża preskritta ta’Ratiograstim fis-siringa.

5.Issa tista' tuża is-siringa mimlija għal-lest.

Fejn għandi nagħti l-injezzjoni lili nnifsi?

L-aħjar postijiet fejn tinjetta lilek innifsek huma:

-in-naħa ta’ fuq ta’ kuxxtejk; u

-l-addome, minbarra l-parti ta' madwar iż-żokkra (ara stampa 3)

Jekk xi ħadd ieħor qed jinjettak, jista’ wkoll juża in-naħa ta’ wara ta’ idejk (ara stampa 4).

Tajjeb li kuljum tibdel is-sit fejn tingħata l-injezzjoni sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ uġigħ f’xi sit partikolari.

Kif nagħti l-injezzjoni lili nnifsi?

1.Iddisinfetta l-ġilda billi tuża msielaħ tal-akoħol u oqros il-ġilda bejn sebgħek il-kbir u sebgħek il-werrej, mingħajr ma tagħfas (ara stampa 5)

2.Daħħal il-labra għal kollox fil-ġilda kif urewk l-infermiera jew it-tabib tiegħek (ara stampa 6).

3.Iġbed il-planġer tas-siringa kemm kemm sabiex tara li ma ttaqbitx xi vina jew arterja. Jekk tara d-demm fis-siringa, neħħi l-labra u erġa' daħħalha f’post ieħor.

4.Injetta l-likwidu bil-mod u bl-istess ritmu, filwaqt li dejjem iżżomm il-ġilda maqrusa.

5.Injetta biss id-doża preskritta mit-tabib tiegħek.

6.Neħħi s-siringa mis-sit tal-injezzjoni filwaqt li żżomm sebgħak fuq il-planġer (ara stampa 7). Dawwar il-labra lil hemm minnek u minn persuni oħrajn u attiva t-tagħmir tas-sigurtà billi tagħfas b’mod sod il-planġer (ara stampa 8). Se tisma “klikk”, li tikkonferma l-attivazzjoni tat- tagħmir tas-sigurtà. Il-labra se tinkesa mis-sleeve protettiva biex b’hekk ma tkunx tista’ tniggeż lilek innifsek.

Ftakar

Jekk għandek xi problemi, jekk jogħġbok tibżax issaqsi lit-tabib jew lill-infermiera tiegħek għal għajnuna jew parir.

Rimi ta’siringi użati

-It-tagħmir tas-sigurtà ma jippermettix li jseħħu feriti minħabba li dak li jkun jitniggeż mil-labra, u għalhekk m’hemm bżonn tal-ebda prekawzjonijiet speċjali għar-rimi. Armi s-siringi bit- tagħmir tas-sigurtà skond l-istruzzjonijiet tat-tabib, l-infermiera jew l-ispiżjar tiegħek.

8. It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Ratiograstim ma fihx l-ebda preservattiv. Minħabba r-riskju potenzjali ta’ kontaminazzjoni bil-mikrobi, is-siringi ta’ Ratiograstim iridu jintużaw darba biss.

L-esposizzjoni bi żball għal temperatura ta’ friża ma jeffettwax ħażin l-istabilita` ta’ Ratiograstim.

Ratiograstim m’għandux jiġi dilwit ma’ soluzzjoni ta’ sodium chloride. Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija hawn taħt. Filgrastim dilwit jista’ jiġi adsorbit fuq il-ħġieġ jew ħwejjeġ tal-plastik ħlief meta jiġi dilwit kif imsemmi hawn taħt.

Jekk ikun hemm bżonn, Ratiograstim jista’ jiġi dilwit f’soluzzjoni għal infużjoni ta’ glucose

50 mg/mL (5%). Huwa rakkomandat li d-dilwit fl-ebda ħin ma jwassal għal konċentrazzjoni finali inqas minn 0.2 MIU (2 μg)/mL. Qabel ma tingħata, is-soluzzjoni trid tiġi spezzjonata viżwalment. Is- soluzzjoni għanha tintuża biss jekk tkun ċara u mingħajr frak. Fejn pazjenti jirċievu soluzzjoni ta’ filgrastim dilwita sa konċentrazzjoni inqas minn 1.5 MIU (15 μg)/mL, din trid tiġi miżjuda bl- albumina tas-serum umana (HSA) sabiex il-konċentrazzjoni finali tkun 2 mg/mL. Eżempju: Meta l-

volum finali tal-injezzjoni huwa 20 mL, id-dożi kollha ta’ filgrastim li fihom inqas minn 30 MIU (300 μg) iridu jingħataw b’0.2 mL soluzzjoni ta’ 20% albumina umana miżjuda. Meta jiġi dilwit ġo soluzzjoni għal infużjoni ta’glucose 50 mg/mL (5%), Ratiograstim huwa kompatibbli mal-ħġieġ u varji tipi ta’ plastik, fosthom il-PVC, polyolefin (co-polymer ta’ polypropylene u polyethylene) u polypropylene.

Wara d-dilwit: Stabilità kimika u fiżika waqt l-użu tas-soluzzjoni rikostitwita kienet demostrata għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 2°C - 8°C. Minn aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, il-perjodu u l-kundizzjonijiet tal-ħażna qabel l-użu huma r-responsabilità ta’ min jużah u normalment ma jkunx ta’ iktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 2°C - 8°C, sa kemm rrikostituzzjoni ma sseħħx f’kundizzjonijiet kontrollati u validati asettiċitament.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati