Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Renvela (sevelamer carbonate) - V03AE02

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRenvela
Kodiċi ATCV03AE02
Sustanzasevelamer carbonate
ManifatturGenzyme Europe B.V.

Renvela

karbonat tas-sevelamer

X’inhu Renvela u għal xiex jintuża?

Renvela huwa mediċina użata biex tikkontrolla l-iperfosfataemija (livelli għolja ta' fosfat fid-demm) f':

pazjenti adulti fuq id-dijaliżi (teknika biex tneħħi sustanzi mhux mixtieqa mid-demm);

adulti u tfal minn 6 snin 'il fuq b'mard kroniku fil-kliewi (fit--tul).

Renvela għandu jintuża ma' kuri oħrajn bħal supplimenti tal-kalċju u tal-vitamina D biex jipprevjeni l- iżvilupp ta' mard tal-għadam.

Fih is-sustanza attiva karbonat tas-sevelamer.

Kif jintuża Renvela?

Renvela jiġi bħala pilloli (800 mg) u bħala trab (1.6 g u 2.4 g) f'qartas u għandu jittieħed tliet darbiet kuljum mal-ikel.

Id-doża li tittieħed tiddependi mil-livell ta' fosfat fid-demm tal-pazjent u, fil-każ tat-tfal, it-tul u l-piż tagħhom. Renvela ma għandux jittieħed fuq stonku vojt u l-pazjenti għandhom josservaw id-dieti preskritti lilhom.

© European Medicines Agency, 2017. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Kif jaħdem Renvela?

Is-sustanza attiva f’Renagel, il-karbonat tas-sevelamer, teħel mal-fosfat. Meta tittieħed mal-ikel, teħel fl-intestini mal-fosfat fl-ikel, u għaldaqstant tipprevjeni l-fosfat milli jiġi assorbit fil-ġisem u tgħin fit- tnaqqis tal-livelli tal-fosfat fid-demm.

X’inhuma l-benefiċċji ta’ Renvela li ħarġu mill-istudji?

Fl-istudji ntwera li Renvela li kien effettiv fit-tnaqqis tal-livelli tal-fosfat fid-demm f'pazjenti bl- iperfosfataemija.

F'żewġ studji ewlenin f'110 adulti b'mard fil-kliewi li kienu fuq id-dijaliżi, Renvela naqqas il-livelli ta' fosfat għal madwar 1.5-1.6 mmol/l (li hu fil-limitu jew qrib tan-normal) u kien effettiv bħal mediċina approvata oħra Renagel.

Fit-tielet studju f'49 adult li ma kinux fuq id-dijaliżi, Renvela naqqas il-livelli ta' fosfat minn 2.0 mmol/l sa 1.6 mmol/l.

Fl-aħħar, studju ewlieni wera wkoll li Renvela kien effettiv fit-tnaqqis tal-livelli tal-fosfat f'100 tifel u tifla: it-tfal li ħadu Renvela kellhom tnaqqis ikbar fil-fosfru (0.87 mg/dl) minn dawk li ħadu l-plaċebo (kura finta) li għollielhom il-fosfru b'0.04 mg/dl.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Renvela?

L-effetti sekondarji l-aktar komuni b’Renvela (dehru f’aktar minn pazjent 1 minn kull 10) huma nawżja (tħossok ma tiflaħx), rimettar, uġigħ fil-parti ta fuq tal-addome (żaqq) u stitikezza. Għal-lista sħiħa tal-

Renvela ma għandux jintuża minn persuni li għandhom livelli baxxi ta’ fosfat fid-demm jew ostruzzjoni fil-musrana (imsaren miżdudin). Għal-lista sħiħa ta’ restrizzjonijiet, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Għaliex ġie approvat Renvela?

L-istudji wrew li Renvela huwa effettiv fit-tnaqqis tal-livelli tal-fosfat fid-demm f'pazjenti bl- iperfosfataemija, u l-effetti sekondarji tiegħu huma meqjusa ġestibbli. Għalhekk, l-Aġenzija Ewropea

X’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta’ Renvela?

Fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u fil-fuljett ta' tagħrif ġew inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l- prekawzjonijiet li għandhom ikunu segwiti mill-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u mill- pazjenti għall-użu sigur u effettiv ta’ Renvela.

Informazzjoni oħra dwar Renvela

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Renvela valida fl-Unjoni Ewropea kollha fl-10 ta' Ġunju 2009.

L-EPAR sħiħ għal Renvela jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni dwar kura b’Renvela, aqra l- fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati