Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Repaglinide Accord (repaglinide) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BX02

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRepaglinide Accord
Kodiċi ATCA10BX02
Sustanzarepaglinide
ManifatturAccord Healthcare Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Repaglinide Accord 0.5 mg pilloli

Repaglinide Accord 1 mg pilloli

Repaglinide Accord 2 mg pilloli

Repaglinide

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Repaglinide Accord u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Repaglinide Accord

3.Kif għandek tieħu Repaglinide Accord

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Repaglinide Accord

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu repaglinide accord u għalxiex jintuża

Repaglinide Accord hu mediċina orali kontra d-dijabete li fih repaglinide, li jgħin il-frixa tiegħek tipproduċi iżjed insulina u b’hekk tnaqqas il-livell taż-żokkor (glucose) fid-demm.

Id-dijabete ta’ tip 2 hija marda fejn l-frixa tiegħek ma tagħmilx insulina biżżejjed biex ikun ikkontrollat il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jew fejn il-ġisem tiegħek ma jirrispondix b’mod normali għall-insulina li tipproduċi.

Repaglinide Accord jintuża bħala żieda mad-dieta u l-eżerċizzju biex tiġi ikkontrollata d-dijabete tat- tip 2 fl-adulti: normalment: normalment il-kura tinbeda jekk id-dieta, l-eżerċizzju u t-tnaqqis fil-piż waħidhom ma kinux kapaċi jikkontrollaw (jew inaqqsu) il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek. Repaglinide Accord jista’ wkoll jingħata flimkien ma’ metformin, mediċina oħra għad-dijabete.

Ġie muri li Repaglinide Accord inaqqas iz-zokkor fid-demm, li jgħin biex tippreveni kumplikazzjonijiet mid-dijabete tiegħek.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Repaglinide Accord

Tieħux Repaglinide Accord:

Jekk inti allerġiku għal repaglinide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Jekk inti għandek id-dijabete ta’ tip 1

Jekk il-livell ta’ l-aċtu fid-demm tiegħek jogħla (ketoaċidożi dijabetika)

Jekk għandek mard serju fil-fwied

Jekk tieħu gemfibrozil (mediċina biex tnaqqas il-livelli għoljin ta’ xaħam fid-demm)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Repaglinide Accord.

Jekk għandek problemi tal-fwied . Repaglinide Accord m’huwiex rakkomandat f’pazjenti li għandhom mard moderat fil-fwied. Repaglinide Accord m’għandux jittieħed jekk għandek mard sever tal-fwied (ara Tieħux Repaglinide Accord).

Jekk għandek problemi fil-kliewi. Repaglinide Accord għandu jittieħed b’kawtela.

Jekk dalwaqt ser ikollok operazzjoni maġġuri jew jekk dan l-aħħar kellek xi marda jew infezzjoni severa. F’dawn iż-żminijiet jista’ jintilef il-kontroll dijabetiku.

Jekk għandek inqas minn 18-il sena jew iżjed minn 75 sena, Repaglinide Accord m’huwiex rakkomandat. Ma ġiex studjat f’dawn il-gruppi ta’ età.

Kellem lit-tabib tiegħek, jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik, Repaglinide Accord jista’ ma jkunx adattat għalik. It-tabib tiegħek ser jagħtik parir dwar dan.

Tfal u adolexxenti

Tiħux din il-mediċina jekk għandek inqas minn 18-il sena.

Jekk ikollok ipo (livell baxx ta’ zokkor fid-demm)

Jista’jkollok ipo (taqsira għal ipogliċemija) jekk il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa żżejjed. Dan jista’ jiġri:

Jekk tieħu wisq Repaglinide Accord

Jekk tagħmel aktar eżercizzju mis-soltu.

Jekk tieħu mediċini oħra jew tbati minn xi problemi fil-fwied jew fil-kliewi (ara sezzjonijiet oħra ta’ 2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Repaglinide Accord)

Is-sinjali ta’ twissija ta’ ipo jistgħu jiġu għall-għarrieda u jistgħu jinkludu: għaraq kiesaħ; ġilda friska u pallida; uġigħ ta’ ras; tħabbit mgħaġġel tal-qalb ; tħossok imdardar; tħossok ħafna bil-ġuħ ; tibdil temporanju fil-vista; ngħas; għeja jew dgħjufija mhux tas-soltu; nervożità jew rogħda; tħossok anzjuż/a; tħossok konfuż/a; diffikultà biex tikkonċentra.

Jekk il-livell taz-zokkor fid-demm huwa baxx jew jekk tħoss li ġejja ipo: kul pilloli tal-glucose jew ħu ikla ħafifa jew xarba li fiha ħafna zokkor, imbagħad strieħ.

Meta s-sintomi ta’ l-ipogliċemija jkunu għebu jew meta l-livelli taz-zokkor fid-demm ikunu stabbli, kompli l-kura b’Repaglinide Accord.

Għid lin-nies li għandek id-dijabete u jekk iħossok ħażin (tintilef minn sensik) minħabba ipo, huma għandhom idawwruk fuq ġenbek u jitolbu għajnuna medika mill-aktar fis. M’għandhom jagħtuk l- ebda ikel jew xorb. Dan jista’ jifgak.

Jekk ipogliċemija serja ma tkunx ittrattata, din tista tikkawża ħsara fil-moħħ (temporanja jew permanenti) u anke l-mewt.

Jekk għandek ipo li jġiegħlek tintilef minn sensik, jew ħafna ipos, kellem lit-tabib tiegħek. Jista’ jkun hemm bżonn li jiġi aġġustat l-ammont ta’ Repaglinide Accord, ikel jew eżerċizzju.

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek jitla’ żżejjed

Iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jitla’ żżejjed (ipergliċemija). Dan jista’ jiġri:

Jekk tieħu ftit wisq ta’ Repaglinide Accord

Jekk għandek infezzjoni jew deni

Jekk tiekol aktar mis-soltu

Jekk tagħmel inqas eżerċizzju mis-soltu

Is-sinjali tat-twissija ta’ livell għoli wisq ta’ zokkor fid-demm jidhru gradwalment. Dawn jinkludu:

żieda fl-awrinazzjoni; tħossok bil-għatx; ġilda xotta u ħalq xott. Tkellem mat-tabib tiegħek. Jista’ jkun hemm bżonn li jiġi aġġustat l-ammont ta’ Repaglinide Accord, ikel jew eżerċizzju

Mediċini oħra u Repaglinide Accord

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tista’ tieħu Repaglinide Accord ma’ metformin, mediċina oħra għad-dijabete, jekk jiktiblek riċetta għaliha t-tabib. Jekk tieħu gemfibrozil (użat biex inaqqas livelli għoljin ta’ xaħam fid-demm) m’għandekx tieħu Repaglinide Accord.

Il-mod kif il-ġisem tiegħek jirrispondi għal Repaglinide Accord jista’ jinbidel jekk tieħu mediċini oħrajn, speċejalment dawn:

Inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) (użati għall-kura tad-dipressjoni)

Beta blokkanti (użati għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għoli jew kundizzjonijiet tal-qalb)

Inibituri ACE (użati għall-kura ta’ kundizzjonijiet tal-qalb)

Salicylates (eż. aspirina)

Octreotide (użat għall-kura tal-kanċer)

Mediċini antiinfjammatorji li m’humiex sterojdi (NSAIDS) (tip ta’ mediċina għal kontra l- uġigħ)

Sterojdi (sterojdi anaboliċi u kortikosterojdi- użati għall-anemija jew għall-kura ta’ l- infjammazzjoni)

Kontraċettivi orali (pilloli użati għall-kontroll tat-tqala)

Thiazides (dijuretiċi jew ‘pilloli biex tneħħi l-ilma żejjed’)

Danazol (użat għall-kura ta’ ċisti fis-sider u l-endometrjożi)

Prodotti tat-tirojde (użati għall-kura ta’ livelli baxxi ta’ l-ormoni tat-tirojde)

Simpatomimetiċi (jintużaw biex jikkuraw l-ażma)

Clarithromycin, trimethoprim, rifampicin ( mediċini antibijotiċi)

Itraconazole, ketoconazole (mediċini antifungali)

Gemfibrozil (użat għall-kura ta’ xaħam għoli fid-demm)

Ciclosporin ( jintuża biex ibaxxi s-sistema immuni)

Deferasirox ( użat biex jitnaqqas l-ammont kroniku żejjed ta’ ħadid)

Clopidogrel (jippreveni l-formazzjoni ta’ ċapep ta’ demm)

Phenytoin, carbamazepine,Phenobarbital (użati għall-kura ta’ l-epilessija)

St.John’s wort (mediċina magħmula mill-ħxejjex)

Repaglinide Accord mal-alkoħol

L-alkoħol jista’ jbiddel il-kapaċità ta’ Repaglinide Accord li jnaqqas iz-zoqqor fid-demm. Oqgħod attent għas-sinjali ta’ ipo.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tieħu Repaglinide Accord jekk inti qed tredda’.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-kapaċità tiegħek li ssuq jew tuża xi makkinarju jista’ jiġi affettwat jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx jew għoli. Żomm f’moħħok li tista’ tiperikola lilek innifsek jew lil oħrajn. Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk tistax issuq jekk

Ikollok ipos ta’ spiss

Ikollok ftit jew ebda sinjali ta’ twissija ta’ ipos

3.Kif gћandek tieћu Repaglinide Accord

It-tabib tiegħek se jara kemm għandha tkun id-doża tiegħek.

Id-doża normali tal-bidu hi ta’ 0.5 mg li tittieħed qabel kull ikla prinċipali. Ibla’ l-pilloli ma’ tazza ilma eżatt qabel jew sa 30 minuta qabel kull ikla prinċipali.

Id-doża tista’ tkun aġġustata mit-tabib tiegħek sa massimu ta’ 4 mg li għandha tittieħed eżatt qabel jew sa 30 minuta qabel kull ikla prinċipali. Id-doża massima rakkomandata hi ta’ 16 mg kuljum.

Tiħux Repaglinide Accord aktar milli rrakkomandalek it-tabib tiegħek.

Jekk tieħu aktar Repaglinide Accord milli suppost

Jekk tieħu żżejjed pilloli, iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jinżel ħafna, u dan iwassal għal ipo . Jekk jogħġbok ara Jekk ikollok ipo jew x’inhi ipo u kif għandek tikkuraha.

Jekk tinsa tieħu Repaglinide Accord

Jekk taqbeż doża, ħu d-doża li jmiss bħas-soltu - tiħux doża doppja.

Jekk tieqaf tieħu Repaglinide Accord

Kun af li l-effett mixtieq ma jkunx milħuq jekk tieqaf tieħu Repaglinide Accord. Id-dijabete tiegħek tista’ tmur għall-agħar. Jekk ikun hemm bżonn ta’ xi tibdil fil-kura, l-ewwel kellem lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ipogliċemija

L-aktar effett sekondarju frekwenti hu l-ipogliċemija li tista’ taffettwa sa 1 minn kull 10 pazjenti (ara

Jekk ikollok ipo f’sezzjoni 2). Ħafna drabi r-reazzjonijiet ipogliċemiċi huma ħfief għal moderati iżda xi kultant jistgħu jiżviluppaw f’telf mis-sensi jew koma ipogliċemika. Jekk jiġri hekk, ikun hemm bżonn ta’ għajnuna medika.

Allerġija

L-allerġija hija rari (tista’ taffettwa sa 1 minn kull 10,000 pazjent). Sintomi bħal nefħa, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħabbit mgħaġġel tal-qalb, tħossok sturdut/a u għaraq jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni anafilattika. Għamel kuntatt ma’ tabib minnufih.

Effetti sekondarji oħra

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti)

Uġigħ fl-istonku

Dijarea

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 pazjent)

Sindromu koronarju akut (iżda jista’ ma jkunux minħabba l-mediċina).

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 pazjent)

Rimettar

Stitikezza

Disturbi fil-vista

Problemi serji fil-fwied, funzjoni tal-fwied mhux normali, żieda fl-enzimi tal-fwied fid-demm tiegħek

Frekwenza mhux magħrufa

Sensittività eċċessiva (bħal raxx, ħakk fil-ġilda, il-ġilda tiħmar, nefħa fil-ġilda)

Tħossok imdardar (tqalligħ).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Repaglinide Accord

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja tal-fojl wara JIS. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandu bżonn l-ebda kundizzjoni speċjali għall-ħażna.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Repaglinide Accord

Is-sustanza attiva hi repaglinide.

Repaglinide Accord 0.5 mg: Kull pillola fiha 0.5 mg repaglinide

Repaglinide Accord 1 mg: Kull pillola fiha 1 mg repaglinide

Repaglinide Accord 2 mg: Kull pillola fiha 2 mg repaglinide

Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose, calcium hydrogen phosphate anidruż, maize starch, meglumine, poloxamer 188, povidone, glycerin, magnesium stearate, iron oxide isfar (E172) fil-pilloli ta’ 1 mg biss u iron oxide aħmar (E172) fil-pilloli ta’ 2 mg biss.

Kif jidher Repaglinide Accord u l-kontenut tal-pakkett

Il-pillola Repaglinide Accord 0.5 mg hija bajda għal offwajt, tonda, bikonvessa bit-tarf imċanfar, bl- iskrizzjoni "R” mnaqqxa fuq naħa waħda u ċatta fuq in-naħa l-oħra.

Il-pillola Repaglinide Accord 1 mg hija safra ċara għal safra tonda, bikonvessa, bit-tarf imċanfar, bl- iskrizzjoni "R” mnaqqxa fuq naħa waħda u ċatta fuq in-naħa l-oħra, jista’ jkollha dehra mtebba’.

Il-pillola Repaglinide Accord 2 mg hija lewn il-ħawħ, tonda, bikonvessa, bit-tarf imċanfar, bl- iskrizzjoni "R” mnaqqxa fuq naħa waħda u ċatta fuq in-naħa l-oħra, jista’ jkollha dehra mtebba’

Repaglinide Accord huwa disponibbli fid-daqsijiet tal-pakkett li ġejjin: 30, 90, 120, 180 jew 270 pillola f’folji

100 pillola fi flixkun tal-HDPE.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Accord Healthcare Limited,

Sage house, 319 Pinner road, Harrow, HA1 4HF

Ir-Renju Unit

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati