Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Repaglinide Teva (repaglinide) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A10BX02

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRepaglinide Teva
Kodiċi ATCA10BX02
Sustanzarepaglinide
ManifatturTeva Pharma B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Repaglinide Teva 0.5 mg pilloli

Repaglinide Teva 1 mg pilloli

Repaglinide Teva 2 mg pilloli

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Repaglinide Teva 0.5 mg pilloli

Kull pillola fiha 0.5 mg ta’ repaglinide.

Repaglinide Teva 1 mg pilloli

Kull pillola fiha 1 mg ta’ repaglinide.

Repaglinide Teva 2 mg pilloli

Kull pillola fiha 2 mg ta’ repaglinide.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola.

Repaglinide Teva 0.5 mg pilloli

Pillola f’għamla ta’ kapsula blu ċar għal blu, li fuqha hemm imnaqqxa bil-kodiċi "93" fuq naħa waħda tal-pillola u “210” fuq in-naħa l-oħra.

Repaglinide Teva 1 mg pilloli

Pillola f’għamla ta’ kapsula safra għal safra ċara, imnaqqxa bil-kodiċi "93" fuq naħa waħda tal-pillola u “211” fuq in-naħa l-oħra.

Repaglinide Teva 2 mg pilloli

Pillola f’għamla ta’ kapsula bi dbabar ta’ lewn il-ħawħ, li fuqha hemm imnaqqxa l-kodiċi "93" fuq naħa waħda tal-pillola u “212” fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Repaglinide huwa indikat f’adulti li għandhom dijabete mellitus tat- tip 2 (Dijabete Mellitus Mhux Dipendenti fuq l-Insulina(NIDDM)) meta l-ipergliċemija ma tistax tiġi kkontrollata b’mod sodisfaċenti bid-dieta, tnaqqis fil-piż u eżerċizzju. Repaglinide hu indikat ukoll f’kombinazzjoni ma’ metformin f’adulti li għandhom id-dijabete mellitus tat-tip 2 li ma jiġux ikkontrollati b’metformin biss.

It-trattament għandu jimbeda bħala żieda mad-dieta u l-eżerċizzju sabiex jitbaxxa l-livell ta’ zokkor fid-demm fir-rigward ta’ l-ikel.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Repaglinide jingħata qabel ikla u jiġi ddożat individwalment sabiex jiġi kkontrollat bl-aħjar mod l-ammont ta’ zokkor fid-demm. Minbarra l-monitoraġġ li jagħmel il-pazjent nnifsu għaz-zokkor

fid-demm u/jew fl-awrina, iz-zokkor fid-demm għandu jiġi mmonitorat kull tant żmien mit-tabib sabiex tiġi stabbilita d-doża minima effettiva għall-pazjent. Livelli ta’ emoglobina li jingħaqad maz-zokkor huma wkoll ta’ valur fil-monitoraġġ tal-kura għall-pazjent. Monitoraġġ perijodiku huwa meħtieġ sabiex jiġi magħruf l-ammont inadegwat imnaqqas ta’ zokkor fil-livell massimu ta’ doża rrakkomandata (i.e. insuffiċjenza primarja) u sabiex jiġi mnaqqas ir-rispons għal tnaqqis adegwat ta’ zokkor wara perijodu inizjali ta’ effettività (i.e. insuffiċjenza sekondarja).

L-għoti għal perijodu qasir ta’ żmien ta’ repaglinide jista’ jkun biżżejjed waqt perijodi ta’ tnaqqis temporanju ta’ kontroll f’pazjenti dijabetiċi ta’ tip 2 li ġeneralment huma kkontrollati tajjeb bid-dieta.

Doża inizjali

Id-doża għandha tiġi stabilita mit-tabib, skont il-ħtiġijiet tal-pazjent. Id-doża rrakkomandata li wieħed ġeneralment jibda biha hi ta’ 0.5 mg. Minn ġimgħa għal ġimagħtejn għandhom jgħaddu bejn stadji ta’ tittrazzjoni (kif stabbilit b’rispons għaz-zokkor fid-demm). Jekk pazjenti jiġu ttrasferiti minn prodott mediċinali ipogliċemiku orali ieħor d-doża rrakkomandata tal-bidu għandha tkun ta’ 1 mg.

Manteniment

Id-doża singolari massima rrakkomandata hi ta’ 4 mg li tingħata ma’ l-ikliet prinċipali. Id-doża massima totali ta’ kuljum m’għandhiex taqbeż 16 mg.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Ma sarux studji kliniċi fuq pazjenti > 75 sena speċifiċi

Indeboliment renali

Repaglinide ma jiġix affettwat minn disturbi tal-kliewi (ara sezzjoni 5.2).

Minn doża waħda ta’ repaglinide, tmienja fil-mija biss jiġi eliminat mill-kliewi u t-tneħħija totali tal-prodott mill-plażma tonqos f'pazjenti li għandhom indeboliment renali. Minħabba li s-sensittività għall-insulina togħla f'pazjenti dijabetiċi b’indeboliment renali, huwa importanti li f’dawn il-pazjenti l-aġġustament fid-doża jsir b’attenzjoni.

Indeboliment epatiku

Ma sarux studji kliniċi f'pazjenti b'insuffiċjenza epatika.

Pazjenti indebboliti jew neqsin minn ikel sustanzjuż

F'pazjenti indeboliti jew neqsin minn ikel sustanzjuż, id-doża inizjali u ta' manteniment għandha tkun konservattiva u l-aġġustament fid-doża għandu jsir b'attenzjoni sabiex jiġu evitati reazzjonijiet ipogliċemiċi.

Pazjenti li qed jirċievu prodotti mediċinali ipogliċemiċi orali oħra

Pazjenti jistgħu jiġu trasferiti direttament minn prodotti mediċinali ipogliċemiċi orali oħra għal repaglinide.

Madankollu, ma teżistix relazzjoni eżatta fid-dożaġġ bejn repaglinide u prodotti mediċinali ipogliċemiċi li jittieħdu mill-ħalq. Fil-bidu tal-kura d-doża massima rrakkomandata għall-pazjenti ttrasferiti għal repaglinide hija ta’ 1 mg mogħtija qabel l-ikliet prinċipali.

Repaglinide jista' jingħata flimkien ma' metformin, meta l-glukows fid-demm ma jkunx ikkontrollat b'mod suffiċjenti b’metformin waħdu. F'dan il-każ, id-doża ta' metformin għandha tibqa’ l-istess u repaglinide għandu jittieħed miegħu. Fil-bidu tal-kura d-doża ta’ repaglinide hija ta’ 0.5 mg, meħuda qabel l-ikliet prinċipali; l-aġġustament fid-doża għandu jsir skont ir-rispons gliċemiku bħalma jsir meta repaglinide jingħata waħdu.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ repaglinide fit-tfal taħt it-18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhix disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Repaglinide għandu jittieħed qabel l-ikliet prinċipali.

Normalment id-dożi jittieħdu fiż-żmien 15-il minuta qabel l-ikel iżda l-ħin jista’ jvarja minn eżatt qabel l-ikel sa daqs 30 minuta qabel l-ikel (jiġifieri qabel 2,3 jew 4 ikliet kuljum). Pazjenti li jaqbżu ikla (jew jieħdu ikla żejda) għandhom jiġu mgħarrfa biex jaqbżu (jew jżidu) doża għal dik l-ikla.

F’każ ta’ użu fl-istess ħin ta’ sustanzi attivi oħra irreferi għal sezzjonijiet 4.4 u 4.5 biex tiċċekkja d- dożaġġ.

4.3

Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għal repaglinide jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-

 

sezzjoni 6.1.

Dijabete mellitus ta’ tip 1, C-peptide negattiv.

Ketoaċidożi dijabetika b’koma jew mingħajr koma.

Disturbi severi fil-funzjoni tal-fwied.

Użu konkomitanti ta’ gemfibrozil (ara sezzjoni 4.5).

4.4

Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ġenerali

Repaglinide għandu jingħata b’riċetta biss jekk minkejja tentattivi adegwati ta’ dieta, eżerċizzju u tnaqqis fil-piż jibqa’ jkun hemm kontroll gliċemiku fqir u s-sintomi tad-dijabete jippersistu.

Meta pazjent stabbilizzat b’xi prodott mediċinali ipogliċemiku orali jiġi espost għal xi tip ta’ stress bħal deni, trawma, infezzjoni jew kirurġija, jista' jintilef il-kontroll gliċemiku. Meta jiġri hekk, jista' jkun neċessarju illi jitwaqqaf repaglinide u tingħata kura b'insulina fuq bażi temporanja.

Ipogliċemija

Repaglinide bħal sustanzi oħra li jġegħlu li jkun hemm tnixxija ta’ l-insulina fid-demm, jista’ jikkawża ipogliċemija.

It-teħid flimkien ma’ sustanzi li jikkawża s-sekrezzjoni tal-insulina

L-effett ta' prodotti mediċinali ipogliċemiċi orali, li jbaxxu l-glukows fid-demm maż-żmien, jonqos f'ħafna pazjenti. Dan jista' jigri jew minħabba li d-dijabete issir iżjed gravi jew minħabba tnaqqis fir-rispons għall-prodott mediċinali. Dan il-fenomenu huwa magħruf bħala falliment sekondarju biex jiġi distint minn falliment primarju, fejn il-prodott mediċinali ma jkunx effettiv f'pazjent individwali mill-ewwel darba li jingħata. Qabel ma pazjent jiġi kklassifikat bħala falliment sekondarju, għandha tiġi aġġustata d-doża u wieħed għandu jivverifika li l-pazjent kien qed iżomm id-dieta u jagħmel l-eżerċizzju.

Repaglinide jaġixxi permezz ta’ sit speċifiku ta’ rabta b'azzjoni qasira fuq ċ-ċelloli β. L-użu ta’ repaglinide f'każ ta' falliment sekondarju għal sustanzi li jikkawżaw it-tnixxija ta’ l-insulina ma ġiex investigat fi studji kliniċi. Ma sarux studji kliniċi li jinvestigaw t-teħid tal-prodott flimkien ma' prodotti oħra li jikkawżaw s-sekrezzjoni ta’ l-insulina.

It-teħid flimkien mal-insulina Neutral Protamine Hagedorn (NPH) jew ma’ thiazolidinediones

Saru provi għal terapija ta’ kombinazzjoni b’insulina Neutral Protamine Hagedom jew thiazolidinedones. Madankollu, il-profil ta’ riskju dwar is-siwi għad irid jiġi stabbilit meta jiġu biex jitqabblu terapiji ta’ kombinazzjoni.

It-teħid flimkien ma’ metformin

Trattament bil-prodott flimkien ma' metformin huwa assoċjat ma' żieda fir-riskju ta' ipogliċemija.

Is-sindromu koronarju akut

L-użu ta’ repaglinide jista’ jkun assoċjat ma’ żieda fl-inċidenza tas-sindromu koronarju akut (eż. infart mijokardjali),ara sezzjonijiet 4.8 u 5.1.

Użu konkomitanti

Repaglinide għandu jintuża b’kawtela jew jiġi evitat f’pazjenti li jingħataw prodotti mediċinali li jinfluwenza l-metaboliżmu ta’ repaglinide (ara sezzjoni 4.5). Jekk l-użu fl-istess ħin ikun meħtieġ, għandu jsir monitoraġġ bir-reqqa tal-glukows fid-demm u monitoraġġ kliniku mill-qrib.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Numru ta' prodotti mediċinali huma magħrufin li jinfluwenzaw il-metaboliżmu ta’ repaglinide. Għalhekk, it-tabib għandu jikkunsidra l-interazzjonijiet possibbli:

Informazzjoni in vitro tindika li repaglinide hu mmetabolizzat prinċipalment minn CYP2C8, kif ukoll minn CYP3A4.. Informazzjoni klinika f’voluntiera b’saħħithom tappoġġja l-fatt li CYP2C8 hi l-iktar enzima importanti involuta fil-metaboliżmu ta’ repaglinide, b’CYP3A4 għandha rwol iżgħar, iżda l- kontribuzzjoni relattiva ta’ CYP3A4 tista’ tiżdied jekk CYP2C8 tkun impeduta. Konsegwentement il- metaboliżmu, u minħabba f’hekk it-tneħħija ta’ repaglinide, jista’ jinbidel minn sustanzi li jinfluwenzaw dawn l-enzimi ta’ ċitokrom P-450 permezz ta’ l-impediment jew induzzjoni. Għandha tingħata attenzjoni speċjali meta l-impedituri kemm ta’ CYP2C8 kif ukoll ta’ 3A4 jingħataw fl-istess ħin ma’ repaglinide.

Skont tagħrif miġbur minn testijiet li saru in vitro, repaglinide jidher li hu sottostrat għal teħid mill-fwied (anijon organiku għat-trasport ta’ proteina OATP1B1). Sustanzi li jimpedixxu OATP1B1 probabbilment jistgħu jżidu l-konċentrazzjoni ta’ repaglinide fil-plażma, kif ġara għal ciclosporin (ara isfel).

Is-sustanzi li ġejjin jistgħu jżidu u/jew itawlu l-effett ipogliċemiku ta’ repaglinide:

Gemfibrozil, clarithromycin, itraconazole, ketoconazole, trimethoprim, ciclosporin, deferasirox, clopidogrel, sustanzi oħra kontra d-dijabete, inibituri ta’ monoamine oxidase (MAOIs), sustanzi imblokkaturi beta mhux silettivi, impedituri ta’angiotensin converting enzyme (ACE), saliċilati, mediċini li jaġixxu kontra l-infjammazzjoni u li mhumiex sterojdi (NSAIDs), octreotide, alkoħol, u sterojdi anaboliċi.

Meta repaglinide (doża waħda ta’ 0.25 mg) ingħata flimkien ma’ gemfibrozil (600 mg darbtejn kuljum), li hu impeditur ta’ CYP2C8, kien hemm żieda fl-AUC ta’ repaglinide ta’ 8.1 darbiet u fil-Cmax ta’ 2.4 darbiet f’voluntiera b’saħħithom. Kien hemm żieda fil-half-life minn 1.3 sa 3.7 sigħat, li jirriżulta possibbilment f’effett ipogliċemizzanti ta’ repaglinide aktar qawwi u aktar fit-tul, u l-konċentrazzjoni fil-plażma ta’ repaglinide fis-seba’ siegħa żdiedet b’28.6 darbiet bit-teħid ta’ gemfibrozil. L-użu ta’ gemfibrozil flimkien ma’ repaglinide huwa kontraindikat (ara sezzjoni 4.3).

Meta repaglinide (doża waħda ta’ 0.25 mg) ingħata flimkien ma’ trimethoprim (160 mg darbtejn kuljum), inibitur moderat ta’ CYP2C8, kien hemm żieda fl-AUC, fis-Cmax u fil-t½ ta’ repaglinide (1.6 darbiet, 1.4 darbiet u 1.2 darbiet rispettivament), mingħajr ebda effett statistikament sinifikanti fuq il-livelli tal-glukows fid-demm. Dan in-nuqqas ta’ effett farmakodinamiku kien osservat b’doża ta’ repaglinide li kienet inqas minn doża terapewtika. Minħabba li l-profil tas-sigurtà ta’ din il- kombinazzjoni ma ġiex stabbilit b’doża ogħla minn 0.25 mg għal repaglinide u b’doża ogħla minn 320 mg għal trimethoprim, l-użu fl-istess ħin ta’ trimethoprim ma’ repaglinide għandu jiġi evitat. Jekk l-użu fl-istess ħin ikun meħtieġ, għandu jsir monitoraġġ bir-reqqa tal-glukows fid-demm u monitoraġġ kliniku mill-qrib (ara sezzjoni 4.4).

Rifampicin, li b’mod qawwi jikkawża l-induzzjoni ta’ CYP3A4, kif ukoll ta’ CYP2C8, jaġixxi kemm ta’ induttur u kemm ta’ impeditur fil-metaboliżmu ta’ repaglinide. Trattament minn qabel għal sebat ijiem b’rifampicin (600 mg), segwit b’teħid konkomitanti ta’ repaglinide (doża waħda ta’ 4 mg) fis-seba’ jum, irriżulta fi tnaqqis ta’ 50% fl’AUC (effett kemm ta’ sensitizzazzjoni kif ukoll ta’

impediment). Meta repaglinide ngħata 24 siegħa wara l-aħħar doża ta’ rifampicin, kien osservat tnaqqis ta’ 80% fl-AUC ta’ repaglinide (effett ta’ l-induzzjoni biss). Għalhekk, l-użu fl-istess ħin ta’ rifampicin u repaglinide, jista’ jkun hemm bżonn li d-doża ta’ repaglinide tiġi aġġustata. Dan għandu jkun ibbażat fuq il-konċentrazzjonijiet tal-glukows fid-demm li jkunu mmonitorjati bir-reqqa, kemm fil-bidu tal-kura b’rifampicin (inibizzjoni akuta), kemm fid-dożi suċċessivi (taħlita ta’ impediment u sensitizzazzjoni), kemm meta titwaqqaf il-kura (sensitizzazzjoni waħidha) u kif ukoll sa madwar ġimagħtejn wara li titwaqqaf il-kura b’rifampicin, meta jispiċċa l-effett induttiv ta’ rifampicin . Ma jistax jiġi eskluż li impedituri oħrajn, eż. phenytoin, carbamazepine, phenobarbital, St. John’s wort, jista’ jkollhom effett simili.

L-effett ta’ ketoconazole, prototip ta’ impedituri qawwijin u kompetittivi ta’ CYP3A4, fuq il- farmakokinetika ta’ repaglinide, kien studjat f’pazjenti b’saħħithom. It-teħid flimkien ma’ 200 mg ta’ ketoconazole żied l-AUC u s-Cmax ta’ repaglinide b’1.2 darbiet, bil-profili tal-konċentrazzjonijiet tal- glukows fid-demm li nbidlu b’inqas minn 8% meta ngħataw fl-istess ħin (doża waħda ta’ 4 mg ta’ repaglinide). It-teħid flimkien ma’ 100 mg ta’ itraconazole, inibitur ta’ CYP3A4, kien studjat ukoll f’voluntiera b’saħħithom, u żied l-AUC b’1.4 darbiet. L-ebda effett sinifikanti fuq il-livell tal-glukows f’voluntiera b’saħħithom ma kien osservat. Fi studju dwar l-effetti ta’ mediċini fuq xulxin, li sar

fuq voluntiera b’saħħithom, it-teħid flimkien ma’ 250 mg ta’ clarithromycin, impeditur qawwi ta’ CYP3A4 fuq livell ta’ mekkaniżmu ta’ azzjoni, żied bi ftit l-AUC ta’ repaglinide b’1.4 darbiet u s-Cmax b’1.7 darbiet, u żied il-medja inkrementali ta’ l-AUC ta’ l-insulina fis-serum b’1.5 darbiet u l- konċentrazzjoni massima b’1.6 darbiet. Il-mekkaniżmu preċiż ta’ din l-interazzjoni m’huwiex ċar.

Fi studju li sar fuq voluntiera b’saħħithom, l-għoti fl-istess ħin ta’ repaglinide (doża waħda ta’ 0.25 mg) u ciclosporin (doża ripetuta ta’ 100 mg) żiedu l-AUD u Cmax b’madwar 2.5 u 1.8 darbiet

rispettivament. Peress li l-effetti fuq mediċini oħra ma ġewx stabbilita b’dożi ogħla minn 0.25 mg ta’ repaglinide, l-użu fl-istess ħin ta’ ciclosporin b’repaglinide għandu jiġi evitat. Jekk il-kombinazzjoni tidher meħtieġa, għandu jsir monitoraġġ kliniku bil-galbu kif ukoll taz-zokkor fid-demm (ara sezzjoni 4.4).

F’studju ta’ interazzjoni f’volontiera b’saħħithom, it-teħid flimkien ta’ deferasirox (30 mg/kg/ġurnata, 4 ġranet), inibitur moderat ta’ CYP2C8 u CYP3A4 u repaglinide (doża waħda, 0.5 mg) irriżulta f’żieda fl-espożizzjoni sistemika ta’ repaglinide (AUC) ta’ 2.3 darbiet tal-kontrol (90% CI [2.03- 2.63]) l, żieda fis-Cmax ta’ 1.6 darbiet (90% CI [1.42-1.84])an u tnaqqis żgħir iżda sinifikanti fil-valuri taz-zokkor fid-demm. Peress li l-interazzjoni ma ġietx stabbilita b’dożi ogħla minn 0.5 mg għal repaglinide, l-użu fl-istess ħin ta’ repaglinide u deferasirox għandu jiġi evitat. Jekk jidher li jkun hemm il-bżonn tat-teħid flimkien, għandu jsir monitoraġġ tajjeb tal-aspett kliniku u tal-livell tal- glukożju fid-demm. (ara sezzjoni 4.4).

F’studju ta’ interazzjoni f’volontiera b’saħħithom, it-teħid flimkien ma’ clopidogrel (doża ta’ kkargar ta’ 300 mg), inibitur ta’ CYP2C8, żied l-espożizzjoni sistemika ta’ repaglinide (AUC0–∞)

b’5.1 darbiet u b’teħid kontinwu (doża ta’ 75 mg kuljum) żied l-espożizzjoni sistemika ta’ repaglinide (AUC0–∞) bi 3.9 darbiet. Ġie osservat tnaqqis żgħir sinifikanti fil-livelli tal-glukożju fid-demm.

Prodotti mediċinali β-blokkanti jistgħu jaħbu s-sintomi ta’ l-ipogliċemija.

It-teħid fl-istess ħin ta’ cimetidine, nifedipine, oestrogen, jew simvastatin ma’ repaglinide, kollha sustanzi li fuqhom jaġixxi CYP3A4, ma bidlux b’mod sinifikanti l-parametri farmakokinetiċi ta’ repaglinide.

Repaglinide ma kellu l-ebda effett kliniku relevanti fuq il-karatteristiċi farmakokinetiċi ta' digoxin, theophylline jew warfarin fi stat fiss, meta ngħata lill-voluntiera b'saħħithom. Għalhekk, m’hemmx bżonn ta’ tibdil fid-doża ta' dawn is-sustanzi meta jingħataw flimkien ma’ repaglinide.

Is-sustanzi li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effett ipogliċemiku ta’ repaglinide:

Kontraċettivi orali, rifampicin, barbituriċi, carbamazepine, tijażidi, corticosterojdi, danazol, ormoni tat-tirojde u simpatomimetiċi.

Meta dawn il-medikazzjonijiet jingħataw jew jitneħħew mit-terapija ta’ pazjent li jkun qed jirċievi repaglinide, il-pazjent għandu jiġi osservat mill-qrib għal tibdiliet fil-kontroll gliċemiku.

Meta repaglinide jintuża flimkien ma' prodotti mediċinali oħra li prinċipalment ikollhom tnixxija biljari, bħal repaglinide, wieħed għandu jikkunsidra kull interazzjoni li tista’ sseħħ.

Popolazzjoni pedjatrika

Ma sarux studji ta’ interazzjoni fit-tfal u fl-adolexxenti.

4.6Fertilita’, tqala u treddigħ

Tqala

Ma hemmx studji ta’ repaglinide fuq nisa tqal. Repaglinide għandu jiġi evitat waqt it-tqala.

Treddigħ

Ma sarux studji f’nisa li qed ireddgħu. Repaglinide m'għandux jintuża f'nisa li qed ireddgħu.

Fertilità

Dejta minn studji fl-annimali li investigaw l-effetti fuq l-iżvilupp tal-embriju, tal-fetu u tal-frieħ, kif ukoll it-tneħħija mal-ħalib tas-sider huma deskritti f’sezzjoni 5.3.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Repaglinide m’għandu ebda effett fuq il-kapaċità li ssuq jew tħaddem magni iżda jista’ jikkawża l- ipogliċemija.

Għandu jingħata parir lill-pazjenti biex jittieħdu l-prekawzjonijiet biex tiġi evitata l-ipogliċemija waqt is-sewqan. Dan huwa importanti speċjalment f'dawk li ma jafux jew ma jafux sewwa x’inhuma s-sinjali ta' twissija ta’ l-ipogliċemija jew li spiss ikollhom episodji ta' ipogliċemija. F’dawn iċ-ċirkostanzi għandu jingħata parir li sewqan m’għandux isir.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

L-aktar reazzjonijiet avversi rrapportati b’mod frekwenti huma tibdil fil-livelli tal-glukosju fid-demm, i.e, l-ipogliċemija.Kemm-il darba jseħħu dawn ir-reazzjonijiet jiddependi fuq fatturi individwali, bħal abitudinijiet dijetetiċi, dożaġġ, eżerċizzju u stress.

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi

Skond l-esperjenza b’repaglinide u prodotti mediċinali oħra ipogliċemiċi, ġew osservati r-reazzjonijiet avversi li ġejjin: il-frekwenzi huma mfissra bħala: komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥ 1/10,000 sa 1/1,000); rari ħafna (≤ 1/10,000) u mhux magħruf (ma jistax jiġi stmat mid-dejta disponibbli).

Disturbi fis-sistema immuni

Reazzjonijiet allerġiċi*

Rari ħafna

 

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

Ipogliċemija

Komuni

nutrizzjoni

 

 

Koma ipogliċemika u telf

Mhux magħruf

 

 

tas-sensi ipogliċemika

 

 

 

 

Disturbi fl-għajnejn

Disturbi ta’ rifrazzjoni*

Rari ħafna

 

 

 

Disturbi fil-qalb

Mard kardjovaskulari

Rari

 

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Uġigħ addominali, dijarea

Komuni

 

 

 

 

 

 

Rimettar, stitikezza

Rari ħafna

 

 

 

 

Dardir

Mhux magħruf

 

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Funzjoni epatika mhux

Rari ħafna

 

normali, żieda fil-livelli tal-

 

 

enzimi tal-fwied*

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

Sensittività eċċessiva*

Mhux magħruf

taħt il-ġilda

 

 

* ara s-sezzjoni Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi partikulari aktar ’l isfel

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi partikulari

Reazzjonijiet allerġiċi

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva ġeneralizzati (eż.reazzjoni anafilattika) jew reazzjonijiet immunoloġiċi bħal vaskulite

Disturbi ta’ rifrazzjoni

Tibdiliet fil-livell tal-glucose fid-demm huma magħrufa li jirriżultaw f'disturbi tranżitorji tal-vista, speċjalment fil-bidu tal-kura. Dawn id-disturbi ġew irrappurtati biss fi ftit każijiet wara l-bidu tal-kura b’repaglinide. L-ebda wieħed minn dawn il-każijiet ma wassal biex titwaqqaf il-kura b’repaglinide fi studji kliniċi.

Funzjoni epatika mhux normali, żieda fil-livelli tal-enzimi tal-fwied

Każijiet iżolati ta' żieda fl-enzimi tal-fwied ġew irrappurtati waqt kura b’repaglinide. Il-maġġoranza tal-każijiet kienu ħfief u tranżitorji, u ftit kienu dawk il-pazjenti li ma komplewx il-kura minħabba ż- żieda fl-enzimi tal-fwied. F’każijiet rari ħafna ġiet irrapportata disfunzjoni epatika severa.

Sensittività eċċessiva

Reazzjonijiet ta' sensittività eċċessiva fil-ġilda jistgħu jseħħu bħal eritema, ħakk, raxx u urtikarja. Ma hemm l-ebda raġuni għalxiex għandu jkun hemm xi suspett ta’ allerġija trasversali mal-mediċini tat- tip sulphonylurea peress li għandhom struttura kimika differenti.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Repaglinide ngħata b’doża miżjuda kull ġimgħa minn 4-20 mg erba' darbiet kuljum f'perijodu ta' 6 ġimgħat. Ma ġie rrapurtat l-ebda suspett avvers. F'dan l-istudju l-ipogliċemija kienet evitata permezz ta' żieda fit-teħid ta' kaloriji, iżda doża eċċessiva relattiva tista' tirriżulta f'effett li jbaxxi l-glukows b’mod esaġerat u f’sintomi ipogliċemiċi (sturdament, għaraq, rogħda, uġigħ ta' ras eċc). Jekk ikun hemm dawn is-sintomi, għandha tittieħed azzjoni adegwata biex jiġi floku l-glukows baxx fid-demm (karboidrati mill-ħalq). Ipogliċemija aktar serja assoċjata ma’ konvulżjonijiet, telf tas-sensi jew koma għandha tiġi ttrattata bi glukows mogħti minn ġol-vini.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Grupp farmako-terapewtiku: Mediċini użati fid-dijabete, mediċini oħra li jnaqqsu l-livell taz-zokkor fid-demm, li mhumiex insulini. Kodiċi ATC: A10B X02

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Repaglinide huwa prodott ġdid jittieħed mill-ħalq u jaħdem għal ħin qasir li jħoll l-irbit ta’ l-insulina. Repaglinide inaqqas b'mod akut il-livelli tal-glukows fid-demm billi jistimula l-ħruġ ta'

l-insulina mill-frixa, effett li jiddependi fuq il-funzjoni taċ-ċelloli β fl-islets pankreatiċi.

Repaglinide jagħlaq il-kanali tal-potassju dipendenti fuq l-ATP fil-membrana taċ-ċelloli β permezz ta' proteina partikolari li hija differenti minn prodotti oħra li jikkawżaw tnixxija ta’ l-insulina. Din l-azzjoni tiddepolarizza ċ-ċellola β u twassal għall-ftuħ tal-kanali tal-kalċju. Iż-żieda fid-dħul intraċellulari ta’ kalċju li jirriżulta minn din l-azzjoni jistimula s-sekrezzjoni tal-insulina miċ-ċellula β.

Effetti farmakodinamiċi

F'pazjenti bid-dijabete tat-tip 2, ir-rispons insulinotropiku għall-ikel, seħħ fi żmien 30 minuta wara li ttieħdet doża orali ta’ repaglinide. Dan wassal għal tnaqqis fil-livell tal-glukows fid-demm

matul il-perijodu ta' l-ikla kollha. Il-livelli għolja tal-insulina ma ppersistewx wara l-ħin ta’ l-ikla. Il-livelli ta’ repaglinide fil-plażma naqsu malajr, u l-konċentrazzjonijiet fil-plażma tal-pazjenti li għandhom id-dijabete tat-tip 2 kienu baxxi 4 sigħat wara t-teħid.

Effikaċja klinika u sigurtà

Meta pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 ingħataw dożi minn 0.5 sa 4 mg ta’ repaglinide instab li t-tnaqqis fil-livell tal-glukows fid-demm huwa dipendenti fuq id-doża.

Riżultati ta' studji kliniċi wrew li l-aħjar mod li jittieħed repaglinide huwa li jingħata skont l-ikliet prinċipali (teħid qabel l-ikel).

Normalment, id-dożi jittieħdu 15-il minuta qabel l-ikel, imma l-ħin jista’ jvarja minn eżatt qabel l-ikel sa 30 minuta qabel l-ikla.

Fi studju epidemjoloġiku wieħed kien hemm żieda fir-riskju tas-sindromu koronarju akut f’pazjenti kkurati b’repaglinide meta mqabbla ma’ pazjenti kkurati b’sulfonylureas (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Repaglinide jiġi assorbit malajr mill-passaġġ gastrointestinali, li jwassal għal żieda b’mod mgħaġġel fil-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva fil-plażma. L-ogħla livell fil-plażma jintlaħaq wara siegħa li jkun ittieħed. Wara li jintlaħaq il-livell massimu, il-livell fil-plażma jonqos malajr.

Il-farmakokinetika ta’ repaglinide hija kkaratterizzata minn medja ta’ bijodisponibilita` assoluta ta' 63% (CV 11%).,

Ma deherx li kien hemm xi differenzi klinikament rilevanti fil-farmakokinetika ta’ repaglinide, meta repaglinide ngħata 0, 15 jew 30 minuta qabel ikla jew fi stat ta’ sawm.

Fl-istudji kliniċi, ġiet osservata differenza kbira fil-konċentrazzjonijiet ta’ repaglinide fil-plażma bejn individwu u ieħor (60%). Id-differenza fil-konċentrazzjonijiet ta’ repaglinide fl-istess individwu kienet baxxa għal moderata (35%) u peress illi d-doża ta’ repaglinide għandha tiġi kkalkulata skont ir- rispons kliniku, id-differenzi ta’ bejn individwu u ieħor ma jaffettwawx l-effikaċja.

Distribuzzjoni

Il-farmakokinetika ta’ repaglinide hija kkaratterizzata minn volum baxx ta' distribuzzjoni, 30 L (konsistenti ma’ distribuzzjoni fil-fluwidu intraċellulari) u jintrabat sew ma' proteini tal-plażma fil- bniedem (aktar minn 98%).

Eliminazzjoni

Repaglinide jiġi eliminat malajr mid-demm fi żmien 4-6 sigħat. Il-half-life ta’ eliminazzjoni mill- plażma hi ta’ madwar siegħa.

Repaglinide jiġi mmetabolizzat kważi kollu, u ma ġewx identifikati metaboli b'effett ipogliċemiku ta’ rilevanza klinika.

Il-metaboli ta’ repaglinide jiġu mneħħija primarjament permezz tal-bila mill-marrara. Frazzjoni żgħira (anqas minn 8%) tad-doża mogħtija tidher fl-awrina, primarjament bħala metaboli. Inqas minn 1% ta’ repaglinide joħroġ fl-ippurgar.

Gruppi speċjali ta’ pazjenti

L-espożizzjoni ta’ repaglinide tiżdied f'pazjenti b'insuffiċjenza tal-fwied u f'pazjenti anzjani li għandhom id-dijabete tat-tip 2. L-AUC (SD) wara espożizzjoni ta' doża waħda ta' 2 mg (4 mg f'pazjenti b'insuffiċjenza tal-fwied) kienet ta’ 31.4 ng/ml x siegħa (28.3) f'voluntiera b'saħħithom, 304.9 ng/ml x siegħa (228.0) f'pazjenti b'insuffiċjenza tal-fwied, u 117.9 ng/ml x siegħa (83.8) fil- pazjenti anzjani bid-dijabete tat-tip 2.

Wara kura ta' 5 tijiem b’repaglinide(2 mg x 3/ġurnata) f'pazjenti b’indeboliment renali gravi (tneħħija tal-krejatinina : 20-39 ml/min) ir-riżultati wrew żieda sinifikanti li kienu ta’ darbtejn iżjed fl- espożizzjoni (AUC) u fil-half-life (t½), meta mqabbla ma’ pazjenti b'funzjoni tal-kliewi normali.

Popolazzjoni pedjatrika

Dejta mhix disponibbli

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Informazzjoni li mhix klinika, magħmula fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni u riskju ta’ kanċer, ma turi l-ebda periklu speċjali għall-bniedem.

Intwera li repaglinide ma kienx teratoġeniku f’studji fuq l-annimali. Fil-firien nisa, esposti għal dożi għoljin fl-aħħar stadju ta’ tqala u waqt il-perijodu ta’ treddigħ, ġie osservat effett tossiku fuq l-embriju u żvilupp mhux normali tal-għadam fil-feti ta’ firien u fil-frieħ tat-twelid. Repaglinide instab fil-ħalib tal-annimali.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta' eċċipjenti

Repaglinide Teva 0.5 mg pilloli

Microcrystalline cellulose (E460)

Meglumine

Poloxamer 188

Povidone K-30

Calcium hydrogen phosphate, anidru

Colloidal silicon dioxide, anidru

Polacrilin potassium

Maize starch

Magnesium stearate

Indigo carmine aluminium (E132)

Repaglinide Teva 1 mg pilloli

Microcrystalline cellulose (E460)

Meglumine

Poloxamer 188

Povidone K-30

Calcium hydrogen phosphate, anidru

Colloidal silicon dioxide, anidru

Polacrilin potassium

Maize starch

Magnesium stearate

Iron oxide, isfar (E172)

Repaglinide Teva 2 mg pilloli

Microcrystalline cellulose (E460)

Meglumine

Poloxamer 188

Povidone K-30

Calcium hydrogen phosphate, anidru

Colloidal silicon dioxide, anidru

Polacrilin potassium

Maize starch

Magnesium stearate

Iron oxide, aħmar (E172)

6.2Inkompatibbilitajiet

Mhux applikabbli

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji ta’ alu/alu. Daqsijiet tal-pakketti: 30, 90, 120, 270 u 360 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali..

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Teva B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Repaglinide Teva 0.5 mg pilloli

EU/1/09/530/001-005

Repaglinide Teva 1 mg pilloli

EU/1/09/530/006-010

Repaglinide Teva 2 mg pilloli

EU/1/09/530/011-015

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 29 ta’ Ġunju 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 19 ta’ Ġunju 2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati