Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Repaglinide Teva (repaglinide) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BX02

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRepaglinide Teva
Kodiċi ATCA10BX02
Sustanzarepaglinide
ManifatturTeva Pharma B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Repaglinide Teva

Repaglinide Teva ta’ 0.5 mg

Pilloli ta’Repaglinide Teva 1 mg

Pilloli ta’Repaglinide Teva 2 mg

Repaglinide

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Repaglinide Teva u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Repaglinide Teva

3.Kif għandek tieħu Repaglinide Teva

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Repaglinide Teva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Repaglinide Teva u gћalxiex jintuża

Repaglinide Teva hu mediċina orali kontra d-dijabete li fih repaglinide li jgħin il-frixa sabiex tipproduċi aktar insulina u b’hekk jonqos il-livell ta’ zokkor fid-demm (glukows) . Hu jappartjeni għal grupp ta’ sustanzi magħrufin bħala mediċini orali ta’ kontra d-dijabete. Dan il-grupp ta’ mediċini jbaxxu l-livell ta’ glukows fid-demm billi jistimulaw ir-ħruġ ta’ l-insulina mill-frixa.

It-Dijabete ta’ Tip 2 hija marda fejn il-frixa ma tagħmilx biżżejjed insulina sabiex jiġi kkontrollat iz- zokkor fid-demm jew meta l-ġisem ma jirrispondix b’mod normali għall-insulina li jipproduċi.

Repaglinide Teva jintuża biex jittratta dijabete ta’ tip 2 fl-adulti bħala aġġunt għad-dieta u l- eżerċizzju: it-trattament ġeneralment jibda meta d-dieta, l-eżerċizzju u t-tnaqqis fil-piż ma kinux biżżejjed biex jikkontrollaw (jew inaqqsu) il-livell ta’ zokkor fid-demm. Repaglinide Teva jista’ jingħata wkoll ma’ metformin, mediċina oħra għad-dijabete.

Ġie muri li Repaglinide Teva jnaqqas iz-zokkor fid-demm, li jgħin biex tippreveni kumplikazzjonijiet mid-dijabete tiegħek.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Repaglinide Teva

Tieħux Repaglinide Teva

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal repaglinide jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-Jekk inti għandek id-dijabete ta’ tip 1.

-jekk għandek livell ta’ aċidu għoli f’demmek (ketoaċidożi dijabetika).

-jekk għandek mard tal-fwied sever.

-jekk qed tieħu gemfibrozil (mediċina użata biex tbaxxi l-livell ta’ xaħam fid-demm).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Repaglinide Teva:

Jekk għandek problemi tal-fwied. Repaglinide Teva mhux irrakkomandat għal pazjenti li għandhom mard tal-fwied moderat. Repaglinide Teva m’għandux jittieħed jekk ikollok mard tal-fwied sever (ara Tieħux Repaglinide Teva).

Jekk għandek problemi tal-kliewi. Repaglinide Teva għandu jittieħed b’attenzjoni.

Jekk ser ikollok intervent kirurġiku maġġuri jew jekk reċentement kellek mard sever jew

infezzjoni.

F’każijiet bħal dawn il-kontroll dijabetiku jista’ jmur żmerċ

Jekk inti taħt it-18-il sena jew għandek aktar minn 75 sena. Repaglinide Teva mhux irrakkomandat. Ma ġiex studjat f’dawn il-gruppi ta’ etajiet.

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk xi wieħed minn dawn japplika għalik. Repaglinide Teva jista’ ma jkunx adattat għalik. It-tabib tiegħek jagħtik parir.

Tfal u adolexxenti

Tiħux din il-mediċina jekk għandek inqas minn 18-il sena.

Jekk ikollok ipo (livell baxx ta’ zokkor fid-demm)

Jista’jkollok ipo (taqsira għal ipogliċemija) jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa ħafna. Dan jista’ jiġri:

Jekk tieħu wisq Repaglimide Teva.

Jekk teżerċita ruħek aktar mis-soltu.

Jekk tieħu mediċini oħra jew tbati minn problemi fil-fwied jew fil-kliewi (ara sezzjonijiet oħra ta’ 2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Repaglinide Teva).

Is-sinjali ta’ twissija ta’ ipo jistgħu jitfaċċew f’salt u jistgħu jinkludu: għaraq kiesaħ, ġilda kiesħa u pallida, uġigħ ta’ ras; qalb tħabbat tgħaġġel; tħossok marid; tħossok bil-ġuħ ħafna; bidla temporanja fil-vista; ngħas; għeja mhux tas-soltu u debbulizza; nervożità jew rogħda; tħossok konfuż; diffikultà biex tikkonċentra.

Jekk iz-zokkor fid-demm huwa baxx jew int qed tħoss reazzjoni li se jitbaxxa z-zokkor (ipo): ħu pillola tal-glukows jew bukkun jew xorb b’ħafna zokkor, u strieħ.

Meta s-sintomi ta’ ipogliċemija jkunu sparixxew jew meta l-livelli taz-zokkor fid-demm ikunu stabilizzaw, issokta bit-trattament b’Rapaglinide Teva.

Għid lin-nies li għandek id-dijabete u jekk tintilef (ma tibqax konxju) minħabba ipo, għandhom idawruk fuq il-ġenb tiegħek u jsejħu għal għajnuna medika minnufih. M’għandhom jagħtuk ebda ikel jew xorb għax tista’ tixraq.

Jekk ipogliċemija severa ma tkunx ittrattata, tista’ tikkawża ħsara fil-moħħ (temporanja jew permanenti) u anke mewt.

Jekk ikollok reazzjoni ipogliċemika li ġġagħlek tintilef, jew ħafna reazzjonijiet bħal dawn, kellem lit-tabib tiegħek. L-ammont ta’ Repaglinide Teva, ikel jew eżerċizzju għandhom mnejn ikunu jridu jiġu aġġustati.

Jekk iz-zokkor tiegħek jogħla ħafna

Iz-zokkor tiegħek jista’ jogħla ħafna (ipergliċemija). Dan jista’ jiġri:

Jekk tieħu ftit wisq Repaglinide Teva.

Jekk għandek infezzjoni jew deni.

Jekk tiekol aktar milli suppost

Jekk tagħmel eżerċizzji anqas mis-soltu.

Is-sinjali ta’ twissija ta’ livell għoli wisq ta’ zokkor fid-demm jibdew jidhru ftit ftit. Dawn jinkludu: żieda fl-ammont ta’ awrina, tħossok bil-għatx; ġilda xotta u ħalq xott. Għarraf lit-tabib tiegħek. L-ammont ta’ Repaglinide, ikel jew eżerċizzju għandu mnejn ikollu bżonn jiġi aġġustat.

Mediċini oħra u Repaglinide Teva

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tista’ tieħu Repaglinide Teva ma’ metformin, mediċina oħra għad-dijabete, jekk it-tabib tiegħek jippreskriviha. Jekk qed tieħu gemfibrozil (sabiex jitnaqqas il-livell ta’ xaħam fid-demm) m’għandekx tieħu Repaglinide Teva.

Ir-rispons tal-ġisem tiegħek għal Repaglinide Teva jista’ jinbidel jekk qed tieħu mediċini oħra, speċjalment dawn:

Impedituri ta’ monoamine oxidase (MAOI) (użati biex jittrattaw id-dipressjoni).

Beta blockers (użati biex jittrattaw il-pressjoni għolja tad-demm jew kundizzjonijiet tal-qalb).

Impedituri ACE (użati biex jittrattaw kundizzjonijiet tal-qalb).

Salicylates (eż. aspirina).

Octreotide (użat biex jittratta l-kanċer).

Mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAID) (tip ta’ mediċina li ttaffi l-uġigħ).

Sterojdi (sterojdi anaboliċi u kortikosterojdi - użati għal anemija jew biex jittrattaw l-infjammazzjoni).

Kontraċettivi orali (pilloli biex ma tinqabadx tqila).

Thiazides (dijuretiċi jew ‘pilloli biex tneħħi l-ilma żejjed’)

Danazol (użat biex jittratta ċisti tas-sider u endometrijosi).

Prodotti għat tirojde (użat biex jittratta livelli baxxi ta’ ormoni tat-tirojde).

Simpatomimetiċi (użati biex tittratta l-ażma).

Clarithromycin, trimethoprim, rifampicin (mediċini antibijotiċi).

Itraconazole, ketokonazole (mediċini kontra l-moffa).

Gemfibrozil (użat kontra l-livell għoli ta’ xaħam fid-demm).

Ċiklosporina (użat biex irażżan is-sistema immuni).

Deferasirox ( użat biex jitnaqqas l-ammont kroniku żejjed ta’ ħadid)

Clopidogrel (jipprevjeni l-formazzjoni ta’ ċapep ta’ demm)

Phenytoin, carbamazepine, phenobarbital (użati biex tittratta l-epilessija).

St. John’s wort (mediċina tal-ħxejjex).

Repaglinide Teva ma’ alkoħol

L-alkoħol jista’ jbiddel il-kapaċità ta’ Repaglinide Teva li jnaqqas iz-zokkor fid-demm. Oqgħod attent għas-sinjali ta’ ipo.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’għandekx tieħu Repaglinide Teva jekk inti tqila jew jekk qed tipprova tinqabad tqila.

M’għandekx tieħu Repaglinide Teva waqt li qed tredda’

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem inġenji jistgħu jkunu affettwati jekk iz-zokkor fid-demm hu baxx jew għoli ħafna. Żomm f’moħħok li tista’ tipperikola lilek innifsek jew lil ħaddieħor. Jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jekk għandekx issuq meta:

ikollok reazzjonijiet ipogliċemiċi ta’ spiss

ikollok ftit jew ma jkollokx sinjali ta’ twissija ta’ reazzjonijiet ipogliċemiċi.

3.Kif gћandek tieћu Repaglinide Teva

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek għandu jikkalkula d-doża li tingħata.

Id-doża tal-bidu hi ta’ 0.5 mg qabel kull ikla prinċipali. Ibla’ l-pilloli ma’ tazza ilma eżatt qabel jew sa 30 minuta wara kull ikla prinċipali.

Id-doża tista’ tiġi aġġustata mit-tabib tiegħek sa 4 mg li jridu jittieħdu immedjatament qabel jew sa 30 minuta wara kull ikla prinċipali. L-ogħla doża rrakkomandata ta’ kuljum hi ta’ 16 mg.

Tiħux Repaglinide Teva aktar milli rrakkomandalek it-tabib tiegħek.

Jekk tieħu aktar Repaglinide Teva milli suppost

Jekk inti tieħu ħafna pilloli, iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jkun baxx wisq, li jwassal għal stat ta’ ipogliċemija. Jekk jogħġbok ara Jekk tkun ipogliċemiku biex tkun taf x’għandek tagħmel.

Jekk tinsa tieħu Repaglinide Teva

F’każ li tinsa tieħu d-doża, ħu d-doża li jmiss bħas-soltu - tieħux doża doppja sabiex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Repaglinide Teva

Kun konxju li jekk tieqaf tieħu Repaglinide Teva l-effett mixtieq ma jintlaħaqx. Id-dijabete tiegħek tista’ tmur għall-agħar. Jekk hemm bżonn ta’ bidla fil-kura, l-ewwel ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il- mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd..

Ipogliċemija

L-aktar effett sekondarju frekwenti hu l-ipogliċemija li tista’ taffettwa sa 1 minn kull 10 pazjenti (ara

Jekk ikollok ipo f’sezzjoni 2). Ħafna drabi r-reazzjonijiet ipogliċemiċi huma ħfief għal moderati iżda xi kultant jistgħu jiżviluppaw f’telf mis-sensi jew koma ipogliċemika. Jekk jiġri hekk, għajnuna medika tkun meħtieġa minnufih.

Allerġija

L-allerġija hija rari (tista’ taffettwa sa 1 minn kull 10,000 pazjent). Sintomi bħal nefħa, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħabbit mgħaġġel tal-qalb, tħossok sturdut/a u għaraq jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni anafilattika. Għamel kuntatt ma’ tabib minnufih.

Effetti sekondarji oħra

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti)

Uġigħ fl-istonku

Dijarea

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 pazjent)

Sindromu koronarju akut (imma jista’ ma jkunx dovut għall-prodott mediċinali)

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 pazjent)

Remettar

Stitikezza

Disturbi viżwali.

Problemi severi tal-fwied, funzjoni mhux normali tal-fwied, żieda fl-enżimi tal-fwied fid-demm tiegħek.

Frekwenza mhux magħrufa

Sensittività eċċessiva (bħal raxx, ħakk fil-ġilda, ħmura tal-ġilda, nefħa tal-ġilda)

Tħossok ma tiflaħx (tqalligħ)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Repaglinide Teva

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja tal-fojl wara JISId- data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Repaglinide Teva

-Is-sustanza attiva hi repaglinide.

-Is-sustanzi l-oħra huma: microcrystalline cellulose (E460), meglumine, poloxamer 188, povidone, K-30, calcium hydrogen phosphate anidru, colloidal silicon dioxide anidru, polacrilin potassium, maize starch, magnesium stearate, indigo carmine aluminium E132 (il-pillola ta’ 0 5 mg biss), iron oxide, yellow (E172) (il-pillola ta’ 1 mg biss), iron oxide, red (E172) (il-pillola ta’ 2 mg biss)

Kif jidher Repaglinide Teva u l-kontenut tal-pakkett

Pillola ta’ Repaglinide Teva ta’ 0.5 mg hija ta’ lewn kaħlani għal blu, pillola f’għamla ta’ kapsula, intaljata bil-kodiċi "93" fuq naħa waħda u “210” fuq in-naħa l-oħra tal-pillola.

Pillola ta’ Repaglinide Teva ta’ 1 mg hi ta’ lewn safrani għal safrani ċar, pillola f’għamla ta’ kapsula, intaljata bil-kodiċi "93" fuq naħa waħda u “211” fuq in-naħa l-oħra tal-pillola.

Pillola ta’ Repaglinide Teva ta’ 2 mg hija għandha dbabar ta’ lewn il-ħawħ, pillola f’għamla ta’ intaljata bil-kodiċi "93" fuq naħa waħda u “212” fuq in-naħa l-oħra tal-pillola.

Il-pilloli ta’ Repaglinide Teva jiġu f’pakketti li d-daqsijiet tagħhom hu ta’ 30, 90, 120, 270 u 360 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tTqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda

Manufattur:

Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company

Pallagi út 13.

Debrecen H-4042

L-Ungerija

Teva Pharmaceuticals Works Private Limited Company

H-2100 Gödöllö, Táncsics Mihåly ut 82

L-Ungerija

Teva UK Ltd

Brampton Road

Hampden Park

Eastbourne, East Sussex

BN22 9AG,

Ir-Renju Unit

Pharmachemie B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda

GALIEN LPS 98 rue Bellocier 89100 Sens Franza

Merckle GmbH Ludwig-Merckle-Straße 3, 89143 Blaubeuren-Weiler Ġermanja

TEVA PHARMA S.L.U

C/ C, n° 4, Polígono Industrial Malpica, 50016 Zaragoza

Spanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

Teл: +359 2 489 95 82

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland, L-Irlanda

Tlf: +45 44 98 55 11

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

Teva GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 08

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filiaal

Tlf: +47 66 77 55 90

Tel: +372 6610801

 

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +33 1 55 91 7800

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy, Finnland

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +358 20 180 5900

Tel: +421 2 5726 7911

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB “Sicor Biotech” filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67 784 980

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati