Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Resolor (prucalopride succinate) – Fuljett ta’ tagħrif - A06AX05

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaResolor
Kodiċi ATCA06AX05
Sustanzaprucalopride succinate
ManifatturShire Pharmaceuticals Ireland Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Resolor 1 mg pilloli miksijin b’rita Resolor 2 mg pilloli miksijin b’rita prucalopride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Resolor u għal xiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Resolor

3.Kif għandek tieħu Resolor

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Resolor

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Resolor u gћalxiex jintuża

Resolor fih is-sustanza attiva prucalopride.

Resolor jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jżidu l-movimenti tal-imsaren (prokinetiċi gastrointestinali). Hu jaħdem fuq il-membrana tal-muskoli tal-imsaren, u jgħin biex ireġġa’ lura l- funzjonament normali tal-musrana. Il-pilloli jintużaw għall-kura ta’ stitikezza kronika f’adulti li l- lassattivi fihom ma jaħdmux tajjeb biżżejjed.

Mhuwiex għall-użu fit-tfal u fl-adolexxenti iżgħar minn 18-il sena.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Resolor

Tiħux Resolor:

-jekk int allerġika (tbati minn sensittività eċċessiva) għal prucalopride jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-jekk qiegħda fuq dijaliżi tal-kliewi,

-jekk tbati minn perforazzjoni jew ostruzzjoni fil-membrana tal-imsaren, infjammazzjoni severa tal-apparat intestinali, bħall-marda ta’ Crohn, kolite ulċerattiva jew megakolon/megarektum tossiku.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Resolor.

Oqgħod attent ħafna b’Resolor u kellem lit-tabib tiegħek:

-jekk tbati minn mard tal-kliewi sever,

-jekk tbati minn mard tal-fwied sever,

-jekk qiegħda taħt superviżjoni minn tabib għal problema medika severa bħal mard tal-qalb jew tal-pulmun, problemi fis-sistema nervuża jew mentali, kanċer, AIDS jew disturb ormonali.

Jekk taqbdek dijarea qawwija ħafna, il-pillola kontraċettiva tista’ ma taħdimx sewwa u għalhekk hu rakkomandat li jintuża metodu addizzjonali ta’ kontraċezzjoni. Ara l-istruzzjonijiet fil-fuljett ta’ tagħrif tal-pillola kontraċettiva li qiegħda tieħu.

Mediċini oħra u Resolor

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħda tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Meta tieħu Resolor ma’ l-ikel u max-xorb

Resolor jista’ jittieħed mal-ikel u max-xorb jew fuq stonku vojt, fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata.

Tqala u treddigħ

Resolor mhuwiex rakkomandat għall-użu waqt it-tqala.

-Għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew jekk qed tippjana li jkollok tarbija.

-Uża metodu affidabbli ta' kontraċezzjoni waqt li tkun qed tieħu Resolor, biex tevita li toħroġ tqila.

-Jekk toħroġ tqila waqt il-kura b’Resolor, għid lit-tabib tiegħek.

Meta tredda’, prucalopride jista’ jgħaddi għal ġol-ħalib tas-sider. It-treddigħ mhuwiex rakkomandat waqt il-kura b’Resolor. Kellem lit-tabib tiegħek dwar dan.

Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhux probabbli li Resolor jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, xi kultant, Resolor jista’ jikkaġuna sturdament u għeja, speċjalment fl-ewwel jum tal-kura, u dan jista’ jkollu effett fuq is-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

Resolor fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattjah qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif gћandek tieћu Resolor

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew skont il-parir tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Ħu Resolor kuljum għaż-żmien kollu li jordnalek it-tabib tiegħek.

It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jerġa’ jevalwa l-kundizzjoni tiegħek u l-benefiċċju tal-kura kontinwa wara l-ewwel 4 ġimgħat u mbagħad f’intervalli regolari.

Id-doża ta’ Resolor li ssoltu tingħata lill-biċċa l-kbira tal-pazjenti hija pillola waħda ta’ 2 mg darba kuljum.

Jekk għandek iżjed minn 65 sena jew għandek mard sever tal-fwied, id-doża tal-bidu hi pillola waħda ta’ 1 mg darba kuljum, li t-tabib tiegħek jista’ jżid għal 2 mg darba kuljum jekk ikun hemm bżonn.

It-tabib tiegħek jista’ jirrakkomanda wkoll doża aktar baxxa minn pillola ta’ 1 mg kuljum jekk ikollok mard sever tal-kliewi.

Li tieħu doża ogħla milli rakkomandat mhix se tagħmel il-prodott jaħdem aħjar.

Resolor qiegħed biss għall- adulti u m’għandux jittieħed minn tfal u adolexxenti sa 18-il sena.

Jekk tieħu Resolor aktar milli suppost

Importanti li tieħu d-doża li jordnalek it-tabib tiegħek. Jekk tkun ħadt Resolor aktar milli suppost, hu possibbli li jaqbduk dijarea, uġigħ ta’ ras u/jew dardir. F’każ ta’ dijarea, aċċerta ruħek li tixrob biżżejjed ilma.

Jekk tinsa tieħu Resolor

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal pillola li tkun insejt tieħu. Sempliċiment ħu d-doża li jkun imiss fil-ħin tas-soltu.

Jekk tieqaf tieħu Resolor

Jekk tieqaf tieħu Resolor, is-sintomi tal-istitikezza jistgħu jerġgħu jitfaċċaw.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-effetti sekondarji jseħħu l-aktar fil-bidu tal-kura u ġeneralment jgħibu fi ftit ġranet b’kura li tkompli.

L-effetti sekondarji li ġejjin ġew irrappurtati b’mod komuni ħafna (jistgħu jafettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10): uġigħ ta’ ras, tħossok ma tiflaħx, dijarrea u wġigħ addominali.

L-effetti sekondarji li ġejjin ġew irrappurtati b’mod komuni (jistgħu jafettwaw sa persuna 1 minn kull 10): tnaqqis tal-aptit, sturdament, remettar, disturb fid-diġestjoni (dispepsija), gass, ħsejjes mhux normali mill-imsaren, għeja.

Dehru wkoll l-effetti sekondarji mhux komuni li ġejjin (jistgħu jafettwaw sa persuna 1 minn kull 100): rogħda, qalb tħabbat bil-qawwi, fsada rektali, żieda fil-frekwenza li tgħaddi l-awrina (pollakjurja), deni u ma tħossokx tajjeb. Jekk qalbek tibda tħabbat bil-qawwi, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Resolor

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett tal-folja oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Resolor

Is-sustanza attiva hi prucalopride.

Pillola waħda miksija b’rita ta’ Resolor 1 mg fiha 1 mg ta’ prucalopride (bħala succinate). Pillola waħda miksija b’rita ta’ Resolor 2 mg fiha 2 mg ta’ prucalopride (bħala succinate).

Is-sustanzi l-oħra huma:

Lactose monohydrate (ara sezzjoni 2), microcrystalline cellulose, colloidal silicon dioxide, magnesium stearate, hypromellose, triacetin, titanium dioxide (E171), macrogol. Il-pillola ta’ 2 mg fiha wkoll iron oxide red (E172), iron oxide yellow (E172), indigo carmine aluminium lake (E132).

Id-Dehra ta’ Resolor u l-kontenuti tal-pakkett

Resolor 1 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli bejn bojod għal abjad jagħti fil-griż, tondi u mmarkati “PRU 1” fuq naħa waħda.

Resolor 2 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli roża, tondi u mmarkati bi “PRU 2” fuq naħa waħda.

Resolor jiġi f’folja tal-aluminju/folja perforata tal-aluminju ta’ doża waħda (immarkata bil-kalendarju) li fiha 7 pilloli. Kull pakkett fih 7 x 1, 14 x 1, 28 x 1 jew 84 x 1 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali fil-pajjiż tiegħek.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Shire Pharmaceuticals Ireland Limited 5 Riverwalk

Citywest Business Campus Dublin 24

Irlanda

Il-Manifattur

Sanico NV

Veedijk 59

B-2300 Turnhout

Il-Belġju

Janssen Cilag S.P.A.

Via C. Janssen

I-04010 Borgo San Michele (Latina)

L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Κύπρος

Luxembourg/Luxemburg

Shire Hellas S.A

Nederland

Ελλάδα

Shire Belgium BVBA

Τηλ.: +30 21 69 00 40 00

België/Belgique/Belgien

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

Tél/Tel: +32 2 711 02 30

 

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

 

България, Česká republika, Eesti, Hrvatska,

Malta

Latvija, Lietuva, Magyarország, Polska,

Vivian Corporation

Slovenská republika

Tel: +356 21320338

Shire Pharmaceuticals Ireland

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

Ирландия, Irsko, Iirimaa, Irska, Īrija,

 

Airija, Írország, Irlandia, Írsko

 

Teл/Tel/Τηλ: 008006683 8470

 

e-mail: : medinfoeuceemea@shire.com

 

Danmark

Norge

Shire Sweden AB

Shire Sweden AB

Sverige

Sverige

Tlf: 8088 6962

Tlf: +46 8 544 964 00

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

Deutschland

Österreich

Shire Deutschland GmbH

Shire Austria GmbH

Tel: 0800 180 1627

Tel: +43 1 2051160 – 1051

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

Ελλάδα

Portugal

Shire Hellas S.A

Shire Pharmaceuticals Portugal Lda

Τηλ.: +30 21 69 00 40 00

Tel.: + 351 213502130

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

España

România

Shire Pharmaceuticals Ibérica, S.L.

Shire Pharmaceuticals Ireland Limited

Tel: +34 91 550 06 91

Irlanda

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

Tel: 08008 95231

 

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

France

Slovenija

Shire France S.A.

Shire Pharmaceuticals Ireland Limited

Tél: +33 1 46 10 90 00

Irska

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

Tel: 0800 80607

 

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

Ireland

Suomi/Finland

Shire Pharmaceuticals Ltd

Shire Sweden AB

United Kingdom

Ruotsi

Tel: 1800 818 016

Puh/Tel: +46 8 544 964 00

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

Ísland

Sverige

Shire Sweden AB

Shire Sweden AB

Svíþjóð

Tel: +46 8 544 964 00

Sími: +46 8 544 964 00

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

 

Italia

United Kingdom

Shire Italia S.p.A

Shire Pharmaceuticals Ltd

Tel: +39 02655 35001

Tel: 0800 055 6614

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

e-mail: medinfoeuceemea@shire.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati