Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Revatio (sildenafil) – Fuljett ta’ tagħrif - G04BE03

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRevatio
Kodiċi ATCG04BE03
Sustanzasildenafil
ManifatturPfizer Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Revatio 20 mg pilloli miksijin b’rita

Sildenafil

Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Revatio u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel tieħu Revatio

3.Kif għandek tieħu Revatio

4.X’effetti oħra jista’ jkollu

5.Kif taħżen Revatio

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Revatio u gћalxiex jintuża

Revatio fiha s-sustanza attiva sildenafil li tifforma parti minn grupp ta’ mediċinali msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase type 5 (PDE 5).

Revatio ibaxxi il-pressjoni għolja fil-pulmun billi jwessa’ l-kanali tad-demm fil-pulmun. Revatio jintuża fl-adulti, tfal u adoloxxenti ta’ età ta’ bejn sena u 17-il sena għat-trattament ta’ pressjoni għolja fil-kanali tad-demm fil-pulmun (pressjoni arterjali pulmonari għolja).

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Revatio

Tieħux Revatio:

- jekk inti allerġiku/a għal sildenafil jew sustanzi oħra ta’ Revatio.

-jekk inti qed tieħu mediċini li fihom nitrati, jew donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”). Dawn il-mediċini jingħataw spiss biex itaffu l- uġigħ tas-sider (jew “anġina pectoris ”). Revatio jista’ jżied b’mod serju l-effetti ta’ dawn il-mediċini. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini. Jekk inti m’intix ċert, staqsi lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.

-qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’PDE5, bħal Revatio, iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il-mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

-jekk inti dan l-aħħar kellek attakk ta’ puplesija jew attakk tal-qalb jew jekk għandek mard serju fil-fwied jew jekk inti għandek pressjoni baxxa ħafna (<90/50 mmHg).

-jekk qed tieħu xi mediċina biex tittratta infezzjonijiet fungali bħal ketoconazole jew itraconazole jew mediċini li fihom ritonavir (għal HIV).

- jekk qatt tlift il-vista minħabba problema bil-passaġġ tad-demm fin-nerv ta’ l-għajn, msejħa newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika tal-għajn (NAION).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Revatio jekk inti:

-għandek marda li hija kkawżata minn vina imblukkata jew dejqa fil-pulmun aktar milli arterja imblukkata jew dejqa fil-pulmun.

-għandek marda serja tal-qalb.

-għandek problema fil-kompartamenti tal-qalb li jippompjaw id-demm.

-għandek pressjoni għolja fil-vessili tad-demm ġol-pulmun.

-għandek pressjoni baxxa meta tkun mistrieħ.

-tlift ammont kbir ta’ fluwidi tal-ġisem (deidrazzjoni) li tista’ tiġri jekk togħroq ħafna jew ma tixrobx biżżejjed likwidi. Dan jista’ jiġri jekk tkun ma tiflaħx bid-deni, qed tirremetti, jew għandek dijarea.

-għandek marda rari ereditarju fl-għajnejn (retinitis pigmentosa).

-għandek abnormalità fiċ-ċelloli ħomor tad-demm (anemija tas-sickle cell), kanċer taċ-celloli tad-demm (lewkimja), kanċer tal-mudullun (multiple myeloma) jew xi marda jew deformità tal- pene tiegħek.

-fil-preżent inti għandek ulċera fl-istonku, jew mard ta’ tnixxija tad-demm (bħal emofilja) jew problemi ta’ fsada fl-imnieħer.

-qed tieħu mediċini għal problema tal-erezzjoni tal-pene.

Meta kien wżat għat-trattament tal-problema tal-erezzjoni tal-pene (ED), l-effetti sekondarji fuq il- viżta li ġejjin kienu rrapurtati bl-inibituri ta’ PDE5, inkluż sildenafil bi frekwenza mhux magħrufa: tnaqqis jew telf tal-viżta parzjali, f’daqqa, temporanju, jew permanenti f’għajn waħda jew fit-tnejn .

Jekk għall-għarrieda jkollok tnaqqis fil-vista jew titlef il-vista, tieħux iktar Revatio u kellem lit- tabib tiegħek mill-ewwel (ara wkoll sezzjoni 4).

Erezzjonijiet fit-tul u xi drabi bl-uġigħ ġew irrappurtati f’irġiel wara li ħadu sildenafil. Jekk għandek erezzjoni, li tippersisti għal iktar minn 4 sigħat, tieħux iktar Revatio u kellem lit-tabib tiegħek mill- ewwel (ara wkoll sezzjoni 4).

Konsiderazzjoni speċjali għall-pazjenti bi problemi fil-kliewi jew fil-fwied

Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied għax id-doża tiegħek jista’ jkollha bżonn aġġustament.

Tfal

Revatio m’għandux jingħata lil tfal u adolexxenti taħt l-età ta’ sena.

Mediċini oħra u Revatio

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Mediċini li fihom nitrati, jew donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”). Dawn il- mediċini jingħataw spiss biex itaffu l-angina pectoris jew l-uġigħ tas-sider (ara sezzjoni 2. Qabel ma tieħu Revatio) Riociguat

Terapiji oħra għal pressjoni għolja fil-pulmun (e.ż. bosentan, iloprost)

Mediċini li fihom St. John’s Wort (prodott erbali mediċinali), rifampicin (użat għal trattament ta’ infezzjinijiet batteriċi), carbamazepine, phenytoin u phenobarbital (użat, fost oħrajn, għal trattament ta’ epilessija)

Mediċini li jimpedixxu d-demm milli jagħqad (per eżempju warfarin) għalkemm meta mogħtija flimkien ma rriżulta fl-ebda effett sekondarju

Mediċini li fihom erythromycin, clarithromycin, telithromycin (dawn huma antibijotiċi li jintużaw għat-trattament ta’ ċertu infezzjonijiet batterjali), saquinavir (għal HIV) jew nefazodone (għal dipressjoni mentali), għax jista’ jkun li d-doża tiegħek ikollha bżonn xi aġġustament.

 

Alpha-blockers (per eżempju doxazosin) għat-trattament tapressjoni għolja jew problemi fil-

 

prostata, għaliex dawn iż-żewġ mediċini flimkien jistaw jirriżultaw fi tnaqqis tal-pressjoni (e.ż.

 

sturdament, tħossok li se jtik ħass hażin).

Meta tieħu Revatio ma’ l-ikel u max-xorb

Tixrobx meraq tal-grejpfrut waqt li qed tiġi trattat b’Revatio.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, jew qed tredda’, taħseb biex toħroġ tqila, jew qed tippjana li jkollok tarbija, staqsi lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir qabel ma tieħu din il-mediċina. Revatio m'għandux jingħata waqt it-tqala għajr jekk ikun meħtieġ b'mod ċar.

Revatio m’għandux jingħata lil nisa li jista’ jkollhom it-tfal sakemm ma jintużawx metodi xierqa ta’ kontraċezzjoni.

Waqqaf it-treddigħ meta tibda trattament b’Revatio. Revatio m’għandux jingħata lil nisa li jkunu qed jreddgħu għax m’huwiex magħruf jekk il-mediċina tgħaddix fil-ħalib uman.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Revatio jista’ jikkawża sturdament u effetti fuq il-vista. Inti għandek tkun konxju ta’ kif inti tirreaġġixxi għall-mediċina qabel ma ssuq jew tħaddem xi magni.

Revatio fih il-lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, għandek tavża lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif gћandek tieћu Revatio

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżattament skont il-parir tat-tabib. Aċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Fl-adulti, id-doża rrakomandata hija 20 mg tliet darbiet kuljum (meħudin minn 6 sa 8 sigħat ’il bogħod minn xulxin) ma’ l-ikel jew mhux ma’ l-ikel.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Fit-tfal u adoloxxenti ta’ età ta’ bejn sena u 17-il sena, id-doża rakkomandata hija 10 mg tlett darbiet kuljum fit-tfal u adoloxxenti ta’ ≤ 20 kg jew 20 mg tlett darbiet kuljum fit-tfal u adoloxxenti ta’ > 20 kg, ma’ l-ikel jew mhux ma’ l-ikel. Dożi aktar għoljin m’għandhomx jintużaw fit-tfal. Din il- mediċina għandha tintuża biss fil-każ ta’ amministrazzjoni ta’ 20mg tlett darbiet kuljum. Forom farmaċewtiċi oħra jistgħu jkunu aktar xierqa biex jingħataw lill-pazjenti li jiżnu ≤ 20kg u pazjenti oħra iżgħar li mhumiex kapaċi jibilgħu pilloli.

Jekk tieħu Revatio aktar milli suppost

M’għandekx tieħu aktar mediċina milli jgħidlek it-tabib.

Jekk tieħu aktar mediċina milli qalulek tieħu, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament. Jekk tieħu aktar mediċina milli qalulek tieħu, jista’ jżid ir-riskju ta’ effetti sekondarji magħrufa.

Jekk tinsa tieħu Revatio

Jekk tinsa tieħu Revatio, ħu doża malli tiftakar, imbagħad kompli ħu l-mediċina tiegħek fil-ħinijiet normali. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Revatio

Jekk twaqqaf it-trattament tiegħek b’Revatio f’daqqa, dan jista’ jirriżulta f’aggravar tas-sintomi. Ma għandekx tieqaf tieħu Revatio sakemm ma jgħidlekx biex tagħmel hekk it-tabib. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tnaqqas id-doża fuq ftit jiem qabel ma twaqqaf Revatio għal kollox.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il- mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Revatio jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Jekk jkollok xi effett sekondarju minn dawn li ġejjin tieħux aktar Revatio u kkuntattja tabib immedjatament (ara wkoll sezzjoni 2):

-jekk ikollok tnaqqis f’daqqa jew telf tal-vista (frekwenza mhux magħrufa)

-jekk ikollok erezzjoni, kontinwa għal iktar minn 4 sigħat. Erezzjonijiet prolongati u kultant bl-uġigħ kienu rrapurtati fl-irġiel wara li ħadu sildenafil (frekwenza mhux magħrufa).

Adulti

Effetti sekondarji rrapportati komuni ħafna (jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti) kienu uġigħ ta’ ras, ħmurija fil-wiċċ, indiġestjoni, dijarea u wġigħ fl-idejn jew fis-saqajn.

Effetti sekondarji rrapportati b’mod komuni (jistgħu jaffetwaw sa 1 minn 10 pazjenti) inkludew: infezzjoni taħt il-ġilda, sintomi bħal ta’ l-influwenza, infjammazjoni tas-sinus, tnaqqis fiċ-ċelloli ħomor tad-demm (anemija), żamma ta’ fluwidi, diffikultà fl-irqad, ansjetà, emikranja, rogħda qawwija, sensazzjoni ta’ rqad ta’ partijiet tal-ġisem (tingiż), sensazzjoni ta’ ħruq, telf fis-sensibbiltà tal-mess, demm fuq wara ta’ l-għajn, effetti fuq il-vista, vista mċajpra u sensittività għad-dawl, effetti fuq il-vista tal-kuluri, irritazzjoni ta’ l-għajn, għajnejn ħomor, sturdament, bronkite, fsada fl-imnieħer, flisjoni, sogħla, konġestjoni fl-imnieħer, infjammazzjoni ta’ l-istonku, gastro-enterite, ħruq ta’ stonku, murliti, gass fl-istonku, ħalq xott, ħmurija tal-ġilda, għaraq bil-lejl, uġigħ muskolari, uġigħ tad-dahar u temperatura għolja tal-ġisem.

Effetti sekondarji rrapportati b’mod mhux komuni (jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 100 pazjent) inkludew, tnaqqis fl-akutezza fil-vista, vista’ doppja, sensazzjoni mhux normali ta’ l-għajn, fsada mill- pene, preżenza ta’ demm fis-semen u/jew fl-awrina u tkabbir tas-sider fl-irġiel.

Raxx tal-ġilda u tnaqqis f’daqqa jew telf ta’ smigħ u tnaqqis fil-pressjoni tad-demm ġew irrappurtati wkoll bi frekwenza mhux magħrufa (l-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli).

Tfal u adoloxxenti

L-avvenimenti avversi serji li ġejjin kienu rrapurtati b’mod komuni (jistgħu jaffetwaw sa1 minn kull 10 pazjenti): pnewmonja, insuffiċjenza tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb fin-naħa tal-lemin, xokk relatat mal-qalb, pressjoni tad-demm għolja fil-pulmun, uġiħ fis-sider, ħass ħażin, infezzjoni respiratorja, bronkite, infezzjoni virali fl-istonku u fl-imsaren, infezzjonijiet fit-tratt urinarju u tħassir tas-snien.

Kien ikkunsidrat li l-avvenimenti avversi serji li ġejjin kienu relatati mat-trattament u kienu rrapurtati b’mod mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn 100 pazjent), reazzjoni allerġika (bħal raxx fil- ġilda, nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn jew fl-ilsien, tħarħir, diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’), konvulżjoni, taħbit tal-qalb mhux regolari, nuqqas ta’ smigħ, qtugħ ta’ nifs, infjammazzjoni fit-tratt ta’ diġestjoni, tħarħir minħabba distrub fil-fluss tal-arja.

Effetti sekondarji rrappurtati b’mod komuni ħafna (jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti) kienu uġigħ ta’ ras, rimettar, infezzjoni fil-gerżuma, deni, dijarea, influwenza u ħruġ ta’ demm mill-imnieħer.

Effetti sekondarji rrapurtati b’mod komuni (jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti) kienu nawsja, żieda fl-erezzjonijiet, pnewmonja u flissjoni.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Revatio

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-pakkett wara EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30OC. Aħżen fil-pakkett oriġinali, sabiex tilqa’ mill-umidità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Revatio

-Is-sustanza attiva hi s-sildenafil. Kull pillola fiha 20 mg ta’ sildenafil (bħala citrate).

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose, calcium hydrogen phosphate (anhydrous), croscarmellose sodium, magnesium stearate.

Kisja b’rita: hypromellose, titanium dioxide (E171), lactose monohydrate, glycerol triacetate

Id-dehra ta’ Revatio u l-kontenuti tal-pakkett

Revatio pilloli miksijin b’rita huma bojod u tondi. Il-pilloli huma mmarkati bi “PFIZER” fuq naħa u b’“RVT 20” fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli huma pprovduti f’pakketti ta’ folji li fihom 90 pillola, 90 x 1 pillola bħala folji pperforati ta’ doża waħda u f’pakketti ta’ folji li fihom 300 pillola. Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet tal-pakketti kollha huma għal skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni Għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Pfizer Limited , Sandwich, Kent, CT13 9NJ, Ir-Renju Unit.

Manifattur:

Fareva Amboise, Zone Industrielle, 29 route des Industries , 37530 Pocé-sur-Cisse, Franza.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

België /Belgique / Belgien

Pfizer S.A./N.V.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 43 33

Česká republika

Pfizer s r.o.

Tel: +420-283-004-111

Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 20 11 00

Deutschland

Pfizer Pharma PFE GmbH

Tel: +49 (0)800 8535555

Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Ελλάδα

Pfizer Ελλάς A.E. Τηλ: +30 210 6785800

España

Pfizer GEP, S.L.

Tel: +34 91 490 99 00

France

Pfizer PFE France

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o.

Tel: +385 1 3908 777

Ireland

Pfizer Healthcare Ireland Tel: 1800 633 363 (toll free) +44 (0)1304 616161

Ísland

Icepharma hf.

Sími: + 354 540 8000

Italia

Pfizer Italia S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. +3705 2514000

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel.: + 36 1 488 37 00

Malta

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tel : + 356 21 22 01 74

Nederland

Pfizer bv

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00

Österreich

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o.

Tel.: +48 22 335 61 00

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda.

Tel: +351 21 423 5500

România

Pfizer România S.R.L.

Tel: +40 21 207 28 00

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel: + 386 (0)1 52 11 400

Slovenská republika

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka Tel: +421-2-3355 5500

Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 43 00 40

Κύπρος

Sverige

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH)

Pfizer AB

Τηλ: +357 22 817690

Tel: + 46 (0)8 550 520 00

Latvija

United Kingdom

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

Pfizer Limited

Tel: +371 670 35 775

Tel: +44 (0)1304 616161

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi:

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il- Mediċini : http://www.ema.europa.eu. Hemm ukoll links għal websites oħra dwar mard rari u kura.

------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Revatio 0.8mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni

Sildenafil

Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tirċievi din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Revatio u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Revatio

3.Kif għandu jingħata Revatio

4.X’effetti oħra jista’ jkollu

5.Kif taħżen Revatio

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Revatio u gћalxiex jintuża

Revatio fiha s-sustanza attiva sildenafil li tifforma parti minn grupp ta’ mediċinali msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase type 5 (PDE 5).

Revatio ibaxxi il-pressjoni għolja fil-pulmun billi jwessa’ l-kanali tad-demm fil-pulmun. Revatio jintuża għat-trattament ta’ pressjoni għolja fil-kanali tad-demm fil-pulmun (pressjoni arterjali pulmonari għolja).

Revatio soluzzjoni għall-injezzjoni hija formulazzjoni ta’ Revatio alternattiva għal dawk il-pazjenti li temporanjament ma jistgħux jieħdu il-pilloli ta’ Revatio.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Revatio

Ma għandekx tirċievi Revatio:

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittivita eċċessiva) għal sildenafil jew sustanzi oħra ta’ Revatio.

-jekk inti qed tieħu mediċini li fihom nitrati, jew donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”). Dawn il-mediċini jingħataw spiss biex itaffu l-uġigħ tas-sider (jew “anġina pectoris ”). Revatio jista’ jżied b’mod serju l-effetti ta’ dawn il-mediċini. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini. Jekk inti m’intix ċert, staqsi lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.

-qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’PDE5, bħal Revatio, iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il-mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

-jekk inti dan l-aħħar kellek attakk ta’ puplesija jew attakk tal-qalb jew jekk għandek mard serju fil-fwied jew jekk inti għandek pressjoni baxxa ħafna (<90/50 mmHg).

-jekk qed tieħu xi mediċina biex tittratta infezzjonijiet fungali bħal ketoconazole jew itraconazole jew mediċini li fihom ritonavir (għal HIV).

-jekk qatt tlift il-vista minħabba problema bil-passaġġ tad-demm fin-nerv ta’ l-għajn, msejħa newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika tal-għajn (NAION).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Revatio jekk inti:

-għandek marda li hija kkawżata minn vina imblukkata jew dejqa fil-pulmun aktar milli arterja imblukkata jew dejqa fil-pulmun.

-għandek marda serja tal-qalb.

-għandek problema fil-kompartamenti tal-qalb li jippompjaw id-demm.

-għandek pressjoni għolja fil-vessili tad-demm ġol-pulmun

-għandek pressjoni baxxa meta tkun mistrieħ

-tlift ammont kbir ta’ fluwidi tal-ġisem (deidrazzjoni) li tista’ tiġri jekk togħroq ħafna jew ma tixrobx biżżejjed likwidi. Dan jista’ jiġri jekk tkun ma tiflaħx bid-deni, qed tirremetti, jew għandek dijarea.

-għandek marda rari ereditarju fl-għajnejn (retinitis pigmentosa).

-għandek abnormalità fiċ-ċelloli ħomor tad-demm (anemija tas-sickle cell), kanċer taċ-celloli tad-demm (lewkimja), kanċer tal-mudullun (multiple myeloma) jew xi marda jew deformità tal- pene tiegħek.

-fil-preżent inti għandek ulċera fl-istonku, jew mard ta’ tnixxija tad-demm (bħal emofilja) jew problemi ta’ fsada fl-imnieħer.

-qed tieħu mediċini għal problema tal-erezzjoni tal-pene.

Meta kien wżat għat-trattament tal-problema tal-erezzjoni tal-pene (ED), l-effetti sekondarji fuq il- viżta li ġejjin kienu rrapurtati bl-inibituri ta’ PDE5, inkluż sildenafil bi frekwenza mhux magħrufa: tnaqqis jew telf tal-viżta parzjali, f’daqqa, temporanju, jew permanenti f’għajn waħda jew fit-tnejn .

Jekk għall-għarrieda jkollok tnaqqis fil-vista jew titlef il-vista, tieħux iktar Revatio u kellem lit- tabib tiegħek mill-ewwel (ara wkoll sezzjoni 4).

Erezzjonijiet fit-tul u xi drabi bl-uġigħ ġew irrappurtati f’irġiel wara li ħadu sildenafil. Jekk għandek erezzjoni, li tippersisti għal iktar minn 4 sigħat, tieħux iktar Revatio u kellem lit-tabib tiegħek mill- ewwel (ara wkoll sezzjoni 4).

Konsiderazzjoni speċjali għall-pazjenti bi problemi fil-kliewi jew fil-fwied

Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied għax id-doża tiegħek jista’ jkollha bżonn aġġustament.

Tfal u adolexxenti

Revatio m’għandux jingħata lil tfal u adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u Revatio

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra b’mod partikolari dawn li ġejjin:

Mediċini li fihom nitrati, jew donaturi tanitric oxide bħal amyl nitrite (poppers). Dawn il-mediċini jingħataw spiss biex itaffu l-angina pectoris jew l-uġigħ tas-sider (ara sezzjoni 2. Qabel ma tieħu Revatio). Riociguat

Terapiji oħra għal pressjoni għolja fil-pulmun (e.ż. bosentan, iloprost).

Mediċini li fihom St. John’s Wort (prodott erbali mediċinali), rifampicin (użat għal trattament ta’ infezzjinijiet batteriċi), carbamazepine, phenytoin u phenobarbital (użat, fost oħrajn, għal trattament ta’ epilessija).

Mediċini li jimpedixxu d-demm milli jagħqad (per eżempju warfarin) għalkemm meta mogħtija flimkien ma rriżulta fl-ebda effett sekondarju .

Mediċini li fihom erythromycin, clarithromycin, telithromycin (dawn huma antibijotiċi li jintużaw għat-trattament ta’ ċertu infezzjonijiet batterjali), saquinavir (għal HIV) jew

 

nefazodone (għal dipressjoni mentali), għax jistajkun li d-doża tiegħek ikollha bżonn xi

 

aġġustament.

Alpha-blockers (per eżempju doxazosin għat-trattament tapressjoni għolja jew problemi fil-

 

prostata, għaliex dawn iż-żewġ mediċini flimkien jistaw jirriżultaw fi tnaqqis tal-pressjoni (e.ż.

 

sturdament, tħossok li se jtik ħass hażin).

Revatio ma’ l-ikel u max-xorb

M’għandekx tixrob meraq tal-grejpfrut waqt li qed tiġi trattat b’Revatio.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila, jew qed tredda’, taħseb biex toħroġ tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, staqsi lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir qabel ma tirċievi din il-mediċina . Revatio m'għandux jingħata waqt it-tqala għajr jekk ikun meħtieġ b'mod ċar.

Revatio m’għandux jingħata lil nisa li jista’ jkollhom it-tfal sakemm ma jintużawx metodi xierqa ta’ kontraċezzjoni.

Waqqaf it-treddigħ meta tibda trattament b’Revatio. Revatio m’għandux jingħata lil nisa li jkunu qed jreddgħu għax m’huwiex magħruf jekk il-mediċina tgħaddix fil-ħalib uman.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Revatio jista’ jikkawża sturdament u effetti fuq il-vista. Inti għandek tkun konxju ta’ kif inti tirreaġġixxi għall-mediċina qabel ma ssuq jew tħaddem xi magni.

3.Kif gћandu jingћata Revatio

Revatio huwa mogħti bħala injezzjoni fil-vina u għandu dejjem jingħatalek mingħand it-tabib jew infermier. It-tabib ser jiddetermina kemm ser ikun twil it-trattament u kemm ser tirċievi Revatio injezzjoni fil-vina kuljum, u ser ikun it-tabib li jevalwa ir-rispons tiegħek u tal-kundizzjoni. Id-doża tas-soltu hija dik ta’ 10 mg (ti tikkorispondi għal 12.5 ml) tlett darbiet kuljum.

Injezzjoni ta’ Revatio fil-vina ser tingħatalek minflokk il-pilloli tiegħek ta’ Revatio.

Jekk tirċievi Revatio aktar milli suppost

Jekk taħseb li rċevejt Revatio aktar milli suppost, kellem immedjatament lit-tabib tiegħek jew infermier. Jekk tieħu aktar mediċina milli qalulek tieħu, jista’ jżid ir-riskju ta’ effetti sekondarji magħrufa.

Jekk titlef doża ta’ Revatio

Minħabba li ser tingħata din id-doża taħt superviżjoni medika mill-qrib, m’jhuwiex mistenni li ser titlef doża minnhom. Minkejja dan, għandek tinforma immedjatament lit-tabb jew spiżjar tiegħek jekk dan taħseb li tlift doża.

Ma għandiex tingħata doża doppja biex tpatti għad-doża nieqsa.

Jekk tieqaf l-użu ta’ Revatio

Jekk twaqqaf it-trattament tiegħek b’Revatio f’daqqa, dan jista’ jirriżulta f’aggravar tas-sintomi. It- tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża fuq ftit jiem qabel ma twaqqaf Revatio għal kollox.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti Sekondarji Possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Revatio jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Tieħux aktar Revatio jekk inti jkollok xi effett sekondarju minn dawn li ġejjin u kkuntattja tabib immedjatament (ara wkoll sezzjoni 2):

-jekk ikollok tnaqqis f’daqqa jew telf tal-vista (frekwenza mhux magħrufa)

-jekk ikollok erezzjoni, kontinwa għal iktar minn 4 sigħat. Erezzjonijiet prolongati u kultant bl-uġigħ kienu rrapurtati fl-irġiel wara li ħadu sildenafil (frekwenza mhux magħrufa).

Adulti

Effetti sekondarki rrappurtati fi studju kliniku b’Revatio fil-vina kienu simili għal dawk irrappurtati fi studji kliniċi bil-pilloli Revatio. Fi studju kliniċi l-effetti sekondarji rrappurtati komuni (jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti) kienu, fwawar fil-wiċċ, uġigħ ta’ ras, pressjoni tad-demm baxxa u dardir. Fi studji kliniċi effetti sekondarji rappurtati komuni (jaffetwaw sa 1 minn kull 10) f’pazjenti bi pressjoni arterjali għolja kienu fwawar fil-wiċċ u dardir.

Fi provi kliniċi bil-pilloli Revatio, effetti sekondarji rrapportati komuni ħafna (jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti) kienu uġigħ ta’ ras, ħmurija fil-wiċċ, indiġestjoni, dijarea u wġigħ fl-idejn jew fis-saqajn.

Effetti sekondarji rrapportati b’mod komuni (jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti) inkludew: infezzjoni taħt il-ġilda, sintomi bħal ta’ l-influwenza, infjammazjoni tas-sinus, tnaqqis fiċ-ċelloli ħomor tad-demm (anemija), żamma ta’ fluwidi, diffikultà fl-irqad, ansjetà, emikranja, rogħda qawwija, sensazzjoni ta’ irqad ta’ partijiet tal-ġisem (tingiż), sensazzjoni ta’ ħruq, telf fis-sensibbiltà tal-mess, demm fuq wara ta’ l-għajn, effetti fuq il-vista, vista mċajpra u sensittività għad-dawl, effetti fuq il-vista tal-kuluri, irritazzjoni ta’ l-għajn, għajnejn ħomor, sturdament, bronkite, fsada fl-imnieħer, flisjoni, sogħla, konġestjoni fl-imnieħer, infjammazzjoni ta’ l-istonku, gastro-enterite, ħruq ta’ stonku, murliti, gass fl-istonku, ħalq xott, ħmurija tal-ġilda, għaraq bil-lejl, uġigħ muskolari, uġigħ tad-dahar u temperatura għolja tal-ġisem.

Effetti sekondarji rrapportati b’mod mhux komuni (jaffetwaw sa 1 minn kull 100 pazjent) inkludew, tnaqqis fl-akutezza fil-vista, vista’ doppja, sensazzjoni mhux normali ta’ l-għajn, fsada mill-pene, preżenza ta’ demm fis-semen u/jew fl-awrina, u tkabbir tas-sider fl-irġiel.

Raxx tal-ġilda u tnaqqis f’daqqa jew telf ta’ smigħ u tnaqqis fil-pressjoni tad-demm ġew irrappurtati wkoll bi frekwenza mhux magħrufa (l-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Revatio

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta tal-kunjett u il-pakkett wara EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Revatio m’għandux bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Revatio

-Is-sustanza attiva hi s-sildenafil. Kull ml fih 0.8mg ta’ sildenafil (bħala citrate). Kull kunjett ta’ 20 ml fih 20mg sildenafil (bħala citrate).

-Is-sustanzi l-oħra huma glukosju u ilma għall-injezzjonijiet

Id-dehra ta’ Revatio u l-kontenuti tal-pakkett

Kull pakkett ta’ Revatio soluzzjoni għall-injezzjoni fih kunjett ta’ 20 ml, tal-ħġieġ ċar, magħluq b’tapp tal-gomma chlorobutyl u siġill ta’ l-aluminjum.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni Għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Pfizer Limited , Sandwich, Kent, CT13 9NJ, Ir-Renju Unit.

Manifattur:

Fareva Amboise, Zone Industrielle, 29 route des Industries , 37530 Pocé-sur-Cisse, Franza.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

België /Belgique / Belgien

Lietuva

Pfizer S.A./N.V.

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tel. +3705 2514000

България

Luxembourg/Luxemburg

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Pfizer S.A.

Тел.: +359 2 970 43 33

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Česká republika

Magyarország

Pfizer s r.o.

Pfizer Kft.

Tel: +420-283-004-111

Tel.: + 36 1 488 37 00

Danmark

Malta

Pfizer ApS

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tlf: +45 44 20 11 00

Tel : + 356 21 22 01 74

Deutschland

Nederland

Pfizer Pharma PFE GmbH

Pfizer bv

Tel: +49 (0)800 8535555

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Ελλάδα

Pfizer Ελλάς A.E. Τηλ: +30 210 6785800

España

Pfizer GEP, S.L.

Tel: +34 91 490 99 00

France

Pfizer PFE France

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o.

Tel: +385 1 3908 777

Ireland

Pfizer Healthcare Ireland Tel: 1800 633 363 (toll free) +44 (0)1304 616161

Ísland

Icepharma hf.

Sími: + 354 540 8000

Italia

Pfizer Italia S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Κύπρος

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH) Τηλ: +357 22 817690

Latvija

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel: +371 670 35 775

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi:

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00

Österreich

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o.

Tel.: +48 22 335 61 00

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda.

Tel: +351 21 423 5500

România

Pfizer România S.R.L.

Tel: +40 21 207 28 00

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel: + 386 (0)1 52 11 400

Slovenská republika

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka Tel: +421-2-3355 5500

Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 43 00 40

Sverige

Pfizer AB

Tel: + 46 (0)8 550 520 00

United Kingdom

Pfizer Limited

Tel: +44 (0)1304 616161

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il- Mediċini : http://www.ema.europa.eu. Hemm ukoll links għal websites oħra dwar mard rari u kura.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Revatio 10 mg/ml trab għal suspensjoni orali

Sildenafil

Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Revatio u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Revatio

3.Kif għandek tieħu Revatio

4.X’effetti oħra jista’ jkollu

5.Kif taħżen Revatio

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Revatio u gћalxiex jintuża

Revatio fiha s-sustanza attiva sildenafil li tifforma parti minn grupp ta’ mediċinali msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase type 5 (PDE 5).

Revatio ibaxxi il-pressjoni għolja fil-pulmun billi jwessa’ l-kanali tad-demm fil-pulmun. Revatio jintuża fl-adulti, tfal u adoloxxenti ta’ età ta’ bejn sena u 17-il sena għat-trattament ta’ pressjoni arterjali pulmonari għolja (pressjoni għolja fil-kanali tad-demm fil-pulmun).

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Revatio

Tieħux Revatio:

-jekk inti allerġiku/a għal sildenafil jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (mniżżla f’sezzjoni 6).

-jekk inti qed tieħu mediċini li fihom nitrati, jew donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”). Dawn il-mediċini jingħataw spiss biex itaffu l-uġigħ tas-sider (jew “anġina pectoris”). Revatio jista’ jżied b’mod serju l-effetti ta’ dawn il-mediċini. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini. Jekk inti m’intix ċert, staqsi lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.

-qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’PDE5, bħal Revatio, iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il-mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

-jekk inti dan l-aħħar kellek attakk ta’ puplesija jew attakk tal-qalb jew jekk għandek mard serju fil-fwied jew jekk inti għandek pressjoni baxxa ħafna (<90/50 mmHg).

-jekk qed tieħu xi mediċina biex tittratta infezzjonijiet fungali bħal ketoconazole jew itraconazole jew li fiha ritonavir (għal HIV).

- jekk qatt tlift il-vista minħabba problema bil-passaġġ tad-demm fin-nerv ta’ l-għajn, msejħa newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika tal-għajn (NAION).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Revatio jekk inti

-għandek marda li hija kkawżata minn vina imblukkata jew dejqa fil-pulmun aktar milli arterja imblukkata jew dejqa fil-pulmun.

-għandek marda serja tal-qalb

-għandek problema fil-kompartamenti tal-qalb tiegħek li jippompjaw id-demm

-għandek pressjoni għolja fil-vessili tad-demm ġol-pulmun

-għandek pressjoni baxxa meta tkun mistrieħ

-tlift ammont kbir ta’ fluwidi tal-ġisem (deidrazzjoni) li tista’ tiġri jekk togħroq ħafna jew ma tixrobx biżżejjed likwidi. Dan jista’ jiġri jekk tkun ma tiflaħx bid-deni, qed tirremetti, jew għandek dijarea.

-għandek marda rari ereditarju fl-għajnejn (retinitis pigmentosa).

-għandek abnormalità fiċ-ċelloli ħomor tad-demm (anemija tas-sickle cell), kanċer taċ-celloli tad-demm (lewkimja), kanċer tal-mudullun (multiple myeloma) jew xi marda jew deformità tal- pene tiegħek.

-fil-preżent għandek ulċera fl-istonku, jew mard ta’ tnixxija tad-demm (bħal emofilja) jew problemi ta’ fsada fl-imnieħer.

-qed tieħu mediċini għal problema tal-erezzjoni tal-pene.

Meta kien wżat għat-trattament tal-problema tal-erezzjoni tal-pene (ED), l-effetti sekondarji fuq il- viżta li ġejjin kienu rrapurtati bl-inibituri ta’ PDE5, inkluż sildenafil bi frekwenza mhux magħrufa: tnaqqis jew telf tal-viżta parzjali, f’daqqa, temporanju, jew permanenti f’għajn waħda jew fit-tnejn .

Jekk għall-għarrieda jkollok tnaqqis fil-vista jew titlef il-vista, tieħux iktar Revatio u kellem lit- tabib tiegħek mill-ewwel (ara wkoll sezzjoni 4).

Erezzjonijiet fit-tul u xi drabi bl-uġigħ ġew irrappurtati f’irġiel wara li ħadu sildenafil. Jekk għandek erezzjoni, li tippersisti għal iktar minn 4 sigħat, tieħux iktar Revatio u kellem lit-tabib tiegħek mill- ewwel (ara wkoll sezzjoni 4).

Konsiderazzjoni speċjali għall-pazjenti bi problemi fil-kliewi jew fil-fwied

Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied għax id-doża tiegħek jista’ jkollha bżonn aġġustament.

Tfal

Revatio m’għandux jingħata lil tfal u adolexxenti taħt l-età ta’ sena.

Mediċini oħra u Revatio

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra:

Mediċini li fihom nitrati, jew donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”). Dawn il- mediċini jingħataw spiss biex itaffu l-angina pectoris jew l-uġigħ tas-sider (Ara Sezzjoni 2. Qabel ma tieħu Revatio) Riociguat

Terapiji oħra għal pressjoni għolja fil-pulmun (e.ż. bosentan, iloprost)

Mediċini li fihom St. John’s Wort (prodott erbali mediċinali), rifampicin (użat għal trattament ta’ infezzjinijiet batteriċi), carbamazepine, phenytoin u phenobarbital (użat, fost oħrajn, għal trattament ta’ epilessija)

Mediċini li jimpedixxu d-demm milli jagħqad (per eżempju warfarin) għalkemm mogħtija flimkien ma’ ma rriżulta fl-ebda effett sekondarju

Mediċini li fihom erythromycin, clarithromycin, telithromycin (dawn huma antibijotiċi li jintużaw għat-trattament ta’ ċertu infezzjonijiet batterjali), saquinavir (għal HIV) jew nefazodone (għal dipressjoni mentali), għax jista’ jkun li d-doża tiegħek ikollha bżonn xi aġġustament

Alpha-blockers (per eżempju doxazosin) għat-trattament ta’ pressjoni għolja jew problemi fil- prostata, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal-parir qabel ma tieħu Revatio għaliex dawn iż-żewġ mediċini flimkien jistaw jirriżultaw f’sintomi ta’ tnaqqis tal-pressjoni (e.ż. sturdament, tħossok li se jtik ħass hażin).

Meta tieħu Revatio mal-ikel u max-xorb

M’għandekx tixrob meraq tal-grejpfrut waqt li qed tiġi trattat b’Revatio.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila, jew qed tredda’, taħseb biex toħroġ tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, staqsi lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir qabel ma tieħu din il-mediċina. Revatio m'għandux jingħata waqt it-tqala għajr jekk ikun meħtieġ b'mod ċar.

Revatio m’għandux jingħata lil nisa li jista’ jkollhom it-tfal sakemm ma jintużawx metodi xierqa ta’ kontraċezzjoni.

Waqqaf it-treddigħ meta tibda trattament b’Revatio. Revatio m’għandux jingħata lil nisa li jkunu qed jreddgħu għax m’huwiex magħruf jekk il-mediċina tgħaddix fil-ħalib uman.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Revatio jista’ jikkawża sturdament u effetti fuq il-vista. Inti għandek tkun konxju ta’ kif inti tirreaġġixxi għall-mediċina qabel ma ssuq jew tħaddem xi magni.

Revatio fih sorbitol

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, għandek tavża lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3. Kif gћandek tieћu Revatio

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżattament skont il-parir tat-tabib. Aċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Fl-adulti, id-doża rrakomandata hija 20 mg tliet darbiet kuljum (meħudin minn 6 sa 8 sigħat ’il bogħod minn xulxin) ma’ l-ikel jew mhux ma’ l-ikel.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Fit-tfal u adoloxxenti ta’ età ta’ bejn sena u 17-il sena, id-doża rakkomandata hija 10 mg (1 ml ta’ suspensjoni orali) tlett darbiet kuljum fit-tfal u adoloxxenti li jiżnu 20 kg jew anqas, jew 20 mg (2 ml ta’ suspensjoni orali jew pillola waħda) tlett darbiet kuljum fit-tfal u adoloxxenti ta’ > 20 kg, ma’ l- ikel jew mhux ma’ l-ikel. Dożi aktar għoljin mhumiex rakkomandati fit-tfal.

Is-suspensjoni orali għandha titħawwad sew għal mhux inqas minn 10 seconds qabel tintuża.

Istruzzjoni dwar kif titħallat is-suspensjoni orali

Huwa rrakomandat li l-ispiżjar tiegħek iħallatlek (jimlilek) is-suspensjoni orali qabel ma’ jagħtijilek.

Jekk mħallta, is-suspensjoni orali jkun fil-forma likwida, Jekk it-trab mhux mħallat, inti għandek tħallat is-suspensjoni orali skont l-istruzzjonijiet t’hawn taħt.

Nota: Volum totali ta’ 90 ml (3 x 30 ml) ta’ ilma għandu jintuża biex jitħaltu il-kontenuti tal-flixkun irrispettivament mid-doża li ser tieħu.

1.Tektek il-flixkun biex it-trab ma jibqax magħqud.

2.Neħħi l-għatu.

3.Kejjel 30 ml ta’ ilma billi timla t-tazza tal-kejl (inkluża fil-kartuna) sal-linja mmarkata mbagħad ferra ġol-flixkun. Kejjel 30 ml ta’ ilma oħra permezz tat-tazza u żid dan ġol-flixkun. (stampa 1)

stampa 1

1.Erġa’ poġġi l-għatu u ħawwad il-flixkun sew għal mhux anqas minn 30 sekonda (stampa 2).

stampa 2

5.Neħħi l-għatu.

6.Kejjel 30 ml ta’ ilma oħra permezz tat-tazza u żid dan ġol-flixkun. Dejjem għandek iżżid total ta’ 90 ml (3 x 30 ml) ta’ ilma irrispettivament mid-doża li qed tieħu (stampa 3).

stampa 3

1.Erġa’ poġġi l-għatu u ħawwad il-flixkun sew għal mhux anqas minn 30 sekonda (stampa 4).

stampa 4

8.Neħħi l-għatu.

9.Għafas l-adapter tal-flixkun fl-għonq tal-flixkun (kif muri fl-istampa 5 hawn taħt). L-adapter huwa pprovdut sabiex inti tkun tista’ timla s-siringa tad-dożaġġ għall-użu orali bil-mediċina mill-flixkun. Erġa’ poġġi l-għatu tal-flixkun.

stampa 5

10.Meta jkun rikostitwit, it-trab iwassal għal suspensjoni orali bajda bit-togħma tal-għeneb. Ikteb id-data ta’ skadenza tas-suspensjoni orali rikostitwita fuq it-tikketta tal-flixkun (id-data ta’ skadenza tas-suspensjoni oral mħallta hija ta’ 30 ġurnata mid-data ta’ rikostituzzjoni). Kull fdal tas-suspensjoni orali li ma jkunx intuża għandu jintrema jew erġa’ tih lill-ispiżjar tiegħek wara din id-data.

Istruzzjonijiet għall-użu

L-ispiżjar tiegħek għandu jtik parir ta’ kif tkejjel il-mediċina bl-użu tas-siringa tad-dożaġġ għall-użu orali li tinstab fil-pakkett. Meta s-suspensjoni orali tkun riksotitwita, din għandha tkun amministrata biss bl-użu tas-siringa tad-dożaġġ għall-użu orali li tinstab ma’ kull pakkett. Ara l-istruzzjonijiet t’hawn taħt qabel ma tuża s-suspensjoni orali.

1.Ħawwad sew il-flixkun magħluq tas-suspensjoni orali mħallta għal mhux inqas minn 10 sekondi qabel l-użu. Neħħi l-għatu (stampa 6).

stampa 6

2.Waqt li l-flixkun ikun wieqaf, fuq wiċċ ċatt, daħħal il-ponta tas-siringa tad-dożaġġ għall-użu orali ġol-adapter (stampa 7).

stampa 7

3.Aqleb il-flixkun bil-maqlub waqt li żżomm is-siringa tad-dożaġġ għall-użu orali f’postha. Iġbed il-planġer tas-siringa tad-dożaġġ għall-użu orali lura bil-mod sal-marka tal-kejl li turi d-doża li inti trid (tiġbid ta’ 1 ml iwassal għal doża ta’ 10 mg, tiġbid ta’ 2 ml iwassal għal doża ta’

20 mg). Biex tkejjel id-doża eżattament, it-tarf ta’ fuq tal-planġer għandu jkun fil-linja mal- marka tal-kejl xierqa fuq is-siringa tad-dożaġġ għall-użu orali (stampa 8).

stampa 8

4.Jekk tara bżieżaq kbar, mbotta l-planġer bil-mod lura ġos-siringa. Dan ser jerġa’ jitfa’ il- mediċina lura ġol-flixkun. Erġa’ irrepeti punt numru 3.

5.Aqleb il-flixkun lura wieqaf bis-siringa tad-dożaġġ għall-użu orali li għadha f’postha. Neħħi s- siringa tad-dożaġġ għall-użu orali mill-flixkun.

6.Poġġi l-ponta tas-siringa tad-dożaġġ għall-użu orali fil-ħalq. Ipponta l-ponta tas-siringa tad- dożaġġ għall-użu orali lejn 'il ġewwa tal-ħaddejn. Imbotta il-planġer tas- siringa tad-dożaġġ għall-użu orali ‘l isfel BIL-MOD. Titfax il-mediċina ‘l barra f’daqqa. Jekk il-mediċina ser tingħata lil xi tifel jew tifla, kun ċert li t-tifel jew tifla jkunu bilqiegħda, jew jinżammu bil- wieqfa, qabel ma tingħata il-mediċina (stampa 9).

stampa 9

7.Erġa’ poġġi l-għatu tal-flixkun, u ħalli l-adapter tal-flixkun f’postu. Aħsel is-siringa tad-dożaġġ għall-użu orali kif muri hawn taħt.

Tindif u taħżin tas-siringa:

1.Is-siringa għandha titnaddaf wara kull doża. Iġbed il-planġer ‘l barra mis-siringa u aħsel iż- żewġ partijiet bl-ilma.

2.Ixxotta ż-żewġ partijiet. Imbotta l-planġer lura ġos-siringa. Żommha f’post nadif u sigur flimkien mal-mediċina.

Jekk tieħu Revatio aktar milli suppost

M’għandekx tieħu aktar mediċina milli jgħidlek it-tabib.

Jekk tieħu aktar mediċina milli qalulek tieħu, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament. Jekk tieħu aktar mediċina milli qalulek tieħu, jista’ jżid ir-riskju ta’ effetti sekondarji magħrufa.

Jekk tinsa tieħu Revatio

Jekk tinsa tieħu Revatio, ħu doża malli tiftakar, imbagħad kompli ħu l-mediċina tiegħek fil-ħinijiet normali. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Revatio

Jekk twaqqaf it-trattament tiegħek b’Revatio f’daqqa, dan jista’ jirriżulta f’aggravar tas-sintomi. Ma għandekx tieqaf tieħu Revatio sakemm ma jgħidlekx biex tagħmel hekk it-tabib. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tnaqqas id-doża fuq ftit jiem qabel ma twaqqaf Revatio għal kollox.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti Sekondarji Possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Revatio jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Tieħux aktar Revatio jekk inti jkollok xi effett sekondarju minn dawn li ġejjin u kkuntattja tabib immedjatament (ara wkoll sezzjoni 2):

-jekk ikollok tnaqqis f’daqqa jew telf tal-vista (frekwenza mhux magħrufa)

-jekk ikollok erezzjoni, kontinwa għal iktar minn 4 sigħat. Erezzjonijiet prolongati u kultant bl-uġigħ kienu rrapurtati fl-irġiel wara li ħadu sildenafil (frekwenza mhux magħrufa).

Adulti

Effetti sekondarji rrapportati komuni ħafna (jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti) kienu uġigħ ta’ ras, ħmurija fil-wiċċ, indiġestjoni, dijarea u uġigħ fl-idejn jew fis-saqajn.

Effetti sekondarji rrapportati b’mod komuni (jaffettwaw sa 1 minn 10 pazjenti) inkludew: infezzjoni taħt il-ġilda, sintomi bħal ta’ l-influwenza, infjammazjoni tas-sinus, tnaqqis fiċ-ċelloli ħomor tad- demm (anemija), żamma ta’ fluwidi, diffikultà fl-irqad, ansjetà, emikranja, rogħda qawwija, sensazzjoni ta’ rqad ta’ partijiet tal-ġisem (tingiż), sensazzjoni ta’ ħruq, telf fis-sensibbiltà tal-mess, demm fuq wara ta’ l-għajn, effetti fuq il-vista, vista mċajpra u sensittività għad-dawl, effetti fuq il- vista tal-kuluri, irritazzjoni ta’ l-għajn, għajnejn ħomor, sturdament, bronkite, fsada fl-imnieħer, flisjoni, sogħla, konġestjoni fl-imnieħer, infjammazzjoni ta’ l-istonku, gastro-enterite, ħruq ta’ stonku, murliti, gass fl-istonku, ħalq xott, ħmurija tal-ġilda, għaraq bil-lejl, uġigħ muskolari, uġigħ tad-dahar u temperatura għolja tal-ġisem.

Effetti sekondarji rrapportati b’mod mhux komuni (jaffettwaw sa 1 minn kull 100 pazjent) inkludew, tnaqqis fl-akutezza fil-vista, vista’ doppja, sensazzjoni mhux normali ta’ l-għajn, fsada mill-pene, preżenza ta’ demm fis-semen u/jew fl-awrina, u tkabbir tas-sider fl-irġiel.

Raxx tal-ġilda u tnaqqis f’daqqa jew telf ta’ smigħ u tnaqqis fil-pressjoni tad-demm ġew irrappurtati wkoll bi frekwenza mhux magħrufa (l-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli).

Tfal u adoloxxenti

L-avvenimenti avversi serji li ġejjin kienu rrapurtati b’mod komuni (jistgħu jaffetwaw sa1 minn kull 10 pazjenti): pnewmonja, insuffiċjenza tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb fin-naħa tal-lemin, xokk relatat mal-qalb, pressjoni tad-demm għolja fil-pulmun, uġiħ fis-sider, ħass ħażin, infezzjoni respiratorja, bronkite, infezzjoni virali fl-istonku u fl-imsaren, infezzjonijiet fit-tratt urinarju u tħassir tas-snien.

Kien ikkunsidrat li l-avvenimenti avversi serji li ġejjin kienu relatati mat-trattament u kienu rrapurtati b’mod mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn 100 pazjent), reazzjoni allerġika (bħal raxx fil- ġilda, nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn jew fl-ilsien, tħarħir, diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’), konvulżjoni, taħbit tal-qalb mhux regolari, nuqqas ta’ smigħ, qtugħ ta’ nifs, infjammazzjoni fit-tratt ta’ diġestjoni, tħarħir minħabba distrub fil-fluss tal-arja.

Effetti sekondarji rrappurtati b’mod komuni ħafna (jistgħu jaffetwaw aktar minn 1 minn kull 10 pazjenti) kienu uġigħ ta’ ras, rimettar, infezzjoni fil-gerżuma, deni u dijarea, influwenza u ħruġ ta’ demm mill-imnieħer.

Effetti sekondarji rrapportati b’mod komuni (jistgħu jaffetwaw sa 1 minn kull 10 pazjenti) kienu nawsja, żieda fl-erezzjonijiet, pnewmonja u flissjoni.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Revatio

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-pakkett wara ‘EXP’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Trab

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali, sabiex tilqa’ mill-umidità.

Suspensjoni orali rikostitwita

Aħżen f’temperatura inqas minn 30 C jew fil-friġġ f’temperatura ta’ bejn 2 C u 8 C. Armi kull fdal tas-suspensjoni orali li ma jkunx intuża 30 ġurnata wara r-rikostituzzjoni.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Revatio

-Is-sustanza attiva hi s-sildenafil (bħala sildenafil citrate).

Wara ir-rikostituzzjoni, kull ml ta’ suspensjoni orali fih 10 mg ta’ sildenafil (bħala citrate) Flixkun wieħed ta’ suspensjoni orali rikostitwita (112 ml) fih 1.12 g ta’ sildenafil ((bħala citrate)

-Is-sustanzi l-oħra huma: Trab għal suspensjoni orali: sorbitol, citric acid anhydrous, sucralose, sodium citrate, xanthan gum, titanium dioxide (E171), sodium benzoate (E211), silica, colloidal anhydrous; Togħma tal-għeneb: maltodextrin, meraq ikkonċentrat tal-għeneb, gum acacia, meraq ikkonċentrat tal-pineapple, citric acid anhydrous, togħma naturali

Id-dehra ta’ Revatio u l-kontenuti tal-pakkett

Revatio huwa fornut bħala trab abjad għal offwajt għal suspensjoni orali li jagħti suspensjoni orali bajda bit-togħma tal-għeneb meta mħallat mal-ilma.

Flixkun tal-ħġieġ ambra wieħed ta’ 125ml (b’għatu tal-polyethylene bil-kamini biex jingħalaq) fih 32.27g ta’ trab għal suspensjoni orali.

Meta jiġi rikostitwit, il-flixkun ikun fih 112 ml ta’ suspensjoni orali, li minnhom 90 ml huma misjuba li jintużaw għad-dożaġġ u amministrazzjoni.

Daqs tal-pakkett: Flixkun wieħed.

Kull pakkett fih ukoll tazza tal-kejl tal-polypropylene (bil-marki tal-kejl li jindikaw 30 ml), siringa tal- polypropylene tad-dożaġġ għall-użu orali (3 ml) bil-planġer tal-HDPE u adapter press-in għall- flixkun tal-LDPE.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni Għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Pfizer Limited , Sandwich, Kent, CT13 9NJ, Ir-Renju Unit.

Manifattur:

Fareva Amboise, Zone Industrielle, 29 route des Industries , 37530 Pocé-sur-Cisse, Franza.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

België /Belgique / Belgien

Pfizer S.A./N.V.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 43 33

Česká republika

Pfizer s r.o.

Tel: +420-283-004-111

Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 20 11 00

Deutschland

Pfizer Pharma PFE GmbH

Tel: +49 (0)800 8535555

Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Ελλάδα

Pfizer Ελλάς A.E.

Τηλ: +30 210 6785800

España

Pfizer GEP, S.L.

Tel: +34 91 490 99 00

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. +3705 2514000

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel.: + 36 1 488 37 00

Malta

V.J. Salomone Pharma Ltd.

Tel : + 356 21 22 01 74

Nederland

Pfizer bv

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00

Österreich

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o.

Tel.: +48 22 335 61 00

France

Portugal

Pfizer PFE France

Laboratórios Pfizer, Lda.

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Tel: +351 21 423 5500

Hrvatska

România

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer România S.R.L.

Tel: +385 1 3908 777

Tel: +40 21 207 28 00

Ireland

Slovenija

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL

Tel: 1800 633 363 (toll free)

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja

+44 (0)1304 616161

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

 

Tel: + 386 (0)1 52 11 400

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Sími: + 354 540 8000

Tel: +421-2-3355 5500

Italia

Suomi/Finland

Pfizer Italia S.r.l.

Pfizer Oy

Tel: +39 06 33 18 21

Puh/Tel: +358 (0)9 43 00 40

Κύπρος

Sverige

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH)

Pfizer AB

Τηλ: +357 22 817690

Tel: + 46 (0)8 550 520 00

Latvija

United Kingdom

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

Pfizer Limited

Tel: +371 670 35 775

Tel: +44 (0)1304 616161

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi:

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il- Mediċini : http://www.ema.europa.eu. Hemm ukoll links għal websites oħra dwar mard rari u kura.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati