Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Revestive (teduglutide) - A16AX08

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRevestive
Kodiċi ATCA16AX08
Sustanzateduglutide
ManifatturShire Pharmaceuticals Ireland Ltd

Revestive

teduglutide

Dan huwa sommarju tar-rapport pubbliku Ewropew ta’ valutazzjoni (EPAR) għal Revestive. Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tiegħu fl-UE u l- kondizzjonijiet ta’ użu tiegħu. Dan mhux intiż biex jipprovdi konsultazzjoni prattika dwar l-użu ta’

Revestive.

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu ta’ Revestive, il-pazjenti għandhom jaqraw il-fuljett ta’ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew lill-ispiżjar tagħhom.

X’inhu Revestive u għal xiex jintuża?

Revestive huwa mediċina għall-kura tas-sindromu tal-musrana ż-żgħira (musrana qasira) fl-adulti u t- tfal minn 1 (sena) ᾿l fuq.

Is-sindromu tal-musrana ż-żgħira huwa kondizzjoni li fiha n-nutrijenti u l-fluwidi ma jiġux assorbiti sewwa mill-imsaren, ġeneralment wara t-tneħħija kirurġika ta’ biċċa kbira mill-musrana.

Minħabba li n-numru ta’ pazjenti li għandhom il-kondizzjoni huwa wieħed baxx, il-marda hija kkunsidrata bħala ‘rari’, u Revestive ġie kklassifikat bħala ‘mediċina orfni’ (mediċina li tintuża f’mard rari) fil-11 ta᾿ Diċembru 2011.

Revestive fih is-sustanza attiva teduglutide.

Kif jintuża Revestive?

© European Medicines Agency, 2017. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib, u l-kura għandha tibda taħt is-superviżjoni ta’ tabib li għandu esperjenza fil-kura tas-sindromu tal-musrana ż-żgħira. Il-pazjenti jew dawk li jieħdu ħsiebhom jistgħu jinjettaw il-mediċini ladarba jkunu ngħataw it-taħriġ xieraq.

Għal iktar informazzjoni, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Kif jaħdem Revestive?

Is-sustanza attiva f’Revestive, it-teduglutide, hija simili għall-glucagon bħal peptide-2 (GLP-2) uman,

tad-demm minn u lejn l-imsaren, tnaqqas il-veloċità li biha jgħaddi l-ikel u tnaqqas it-tnixxijiet tal- aċidu fl-istonku li jistgħu jinterferixxu mal-assorbiment fil-musrana. It-teduglutide għandha l-vantaġġ li ddum aktar minn GLP-2 fil-ġisem.

X’inhuma l-benefiċċji ta’ Revestive li ħarġu mill-istudji?

Il-pazjenti bis-sindromu tal-musrana ż-żgħira ġeneralment jingħataw nutrijenti bħala infużjoni direttament fil-vini (nutrizzjoni parenterali). Żewġ studji wrew li Revestive inaqqas l-ammont ta ᾿ nutrizzjoni parenterali li jeħtieġu l-pazjenti.

pazjenti li ngħataw il-kura standard ma kisbu l-istess riżultat.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Revestive?

Il-biċċa l-kbira ta’ dawn ir-reazzjonijiet kienu ħfief jew moderati. Għal-lista sħiħa tal-effetti sekondarji kollha rrappurtati b’Revestive, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Revestive m’għandux jintuża f’pazjenti li jkollhom, jew li jkunu ssuspettati li għandhom il-kanċer. M’għandux jintuża f’pazjenti li kellhom kanċer gastrointestinali (kanċer fl-istonku, fl-imsaren jew fil- fwied) fl-aħħar ħames snin. Għal-lista sħiħa ta’ restrizzjonijiet, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Għaliex ġie approvat Revestive?

jeħtieġu volumi għoljin ta’ nutrizzjoni parenterali jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis sinifikanti, filwaqt li l-pazjenti li jeħtieġu ammonti żgħar jista’ jkollhom iċ-ċans li jinfatmu kompletament. Barra minn hekk,

Is-CHMP għaldaqstant ikkonkluda li l-benefiċċji ta’ Revestive huma akbar mir-riskji tiegħu u rrakkomanda li jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

X’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta’

Revestive?

Informazzjoni oħra dwar Revestive

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Revestive valida fl-Unjoni Ewropea kollha fit-30 ta᾿ Awissu 2012.

L-EPAR sħiħ għal Revestive jista’ jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni dwar kura b’Revestive, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti mill-EPAR ukoll) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Is-sommarju tal-opinjoni tal-Kumitat għal Prodotti Mediċinali Orfni għal Revestive jista’ jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/Rare disease designation.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati