Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Revinty Ellipta (fluticasone furoate / vilanterol trifenatate) – Fuljett ta’ tagħrif - R03AK10

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRevinty Ellipta
Kodiċi ATCR03AK10
Sustanzafluticasone furoate / vilanterol trifenatate
ManifatturGlaxo Group Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Revinty Ellipta 92 mikrogramma/22 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel Revinty Ellipta 184 mikrogramma/22 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel

Fluticasone furoate/vilanterol

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il- ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Revinty Ellipta u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Revinty Ellipta

3.Kif għandek tuża Revinty Ellipta

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Revinty Ellipta

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra Struzzjonijiet pass pass

1.X’inhu Revinty Ellipta u għalxiex jintuża

Revinty Ellipta fih żewġ sustanzi attivi: fluticasone furoate u vilanterol. Huma disponibbli żewġ qawwiet differenti ta’ Revinty Ellipta: fluticasone furoate 92 mikrogramma/vilanterol 22 mikrogramma u fluticasone furoate 184 mikrogramma/vilanterol 22 mikrogramma.

Il-qawwa ta’ 92/22 mikrogrammi tintuża għall-kura regolari ta’ mard kroniku ostruttiv tal-pulmuni (COPD) fl-adulti, u ażżma f’persuni adulti u tfal ta’ ’l fuq minn 12-il sena.

Il-qawwa ta’ 184/22 mikrogrammi tintuża għall-kura tal-ażżma f’persuni adulti u tfal minn 12-il sena ’l fuq.

Revinty Ellipta għandu jintuża kuljum u mhux biss meta jkollok problemi tan-nifs jew sintomi oħra ta’ COPD u ażżma. M’għandux jintuża biex itaffi attakk f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs u tħarħir. Jekk jagħtik dan it-tip ta’ attakk, inti għandek tuża inalatur li jaħdem malajr (bħal salbutamol).

Fluticasone furoate jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa kortikosterojdi, ħafna drabi msejħa sempliċement sterojdi. Il-kortikosterojdi jnaqqsu l-infjammazzjoni. Huma jnaqqsu n-nefħa u l-irritazzjoni fil- passaġġi żgħar tal-arja fil-pulmuni u b’hekk iħaffu gradwalment il-problemi tan-nifs. Il-kortikosterojdi jgħinu wkoll biex jipprevjenu l-attakki tal-ażżma u l-aggravar ta’ COPD.

Vilanterol jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa bronkodilaturi li jaħdmu fit-tul. Huwa jirrilassa l- muskoli tal-passaġġi ż-żgħar tal-arja fl-pulmuni. Dan jgħin biex jinfetħu l-passaġġi tal-arja u jagħmilha aktar

faċli biex l-arja tidħol u toħroġ mill-pulmuni. Meta jittieħed b’mod regolari, huwa jgħin lill-passaġġi ż-żgħar tal-arja biex jibqgħu miftuħa.

Meta inti tieħu dawn iż-żewġ sustanzi attivi flimkien b’mod regolari, huma jgħinu sabiex jikkontrollaw id- diffikultajiet tiegħek tan-nifs aktar minn xi waħda minn dawn il-mediċini weħidha.

Ażżma hija marda serja, fit-tul tal-pulmun fejn il-muskoli ta’ madwar il-passaġġi ż-żgħar tal-arja jinġibdu (bronkokostrizzjoni) u minfuħa u irritati (infjammazzjoni). Is-sintomi jiġu u jmorru u jinkludu qtugħ ta’ nifs, tħarħir, sider marsus u sogħla.

Il-marda kronika ostruttiva tal-pulmuni (COPD) hija marda serja fit-tul tal-pulmuni fejn il-passaġġi tal- arja jsiru infjammati u jeħxienu. Is-sintomi jinkludu qtugħ ta’ nifs, sogħla, skumdità fis-sider u sogħla bil- mukku. Revinty Ellipta ntwera li jnaqqas it-tifqigħat tas-sintomi ta’ COPD.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Revinty Ellipta

Tużax Revinty Ellipta

- jekk inti allerġiku għal fluticasone furoate, vilanterol jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

jekk taħseb li dan t’hawn fuq japplika għalik, tużax Revinty Ellipta qabel ma tivverifika mat-tabib tiegħek.

Oqgħod attent ħafna b’Revinty Ellipta

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Revinty Ellipta:

-jekk għandek mard tal-fwied, billi jista’ jkun hemm ċans akbar li jkollok effetti sekondarji. Jekk għandek mard moderat jew sever tal-fwied, it-tabib tiegħek ser jillimita d-doża tiegħek għall-qawwa l-baxxa ta’ Revinty Ellipta (92/22 mikrogramma darba kuljum).

-jekk għandek problemi fil-qalb jew pressjoni għolja tad-demm.

-jekk għandek tuberkulożi (TB) tal-pulmun, jew xi infezzjonijiet qodma jew mhux ikkurati.

-jekk għandek storja ta’ dijabete.

-jekk għandek problemi bil-glandola tat-tirojde.

-jekk għandek livell baxx ta’ potassju fid-demm tiegħek.

Iċċekkja mat-tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina jekk taħseb li xi waħda minn dawn tapplika għalik.

Diffikultajiet immedjati biex tieħu n-nifs

Jekk it-teħid tan-nifs jew it-tħarħir tiegħek immorru għall-agħar immedjatament wara li tuża Revinty Ellipta, tkomplix tużah u fittex għajnuna medika immedjatament.

Infezzjoni fil-pulmun

Jekk qed tuża din il-mediċina għal COPD, inti tista’ tkun f’riskju akbar li tiżviluppa infezzjoni fil-pulmuni magħrufa bħala pulmonite. Ara sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’ għal informazzjoni dwar is-sintomi li għandek toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tuża din il-mediċina. Għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk tiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sintomi.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina mhijiex rakkomandata fit-tfal ta’ taħt it-12-il sena għall-kura tal-ażżma, jew fit-tfal u adolexxenti ta’ kull età għall-kura ta’ COPD.

Mediċini oħra u Revinty Ellipta

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-mod kif taħdem din il-mediċina, jew jagħmluha aktar probabbli li jkollok effetti sekondarji. Dawn jinkludu:

-imblokkaturi beta, bħal metoprolol, użati għall-kura tal-pressjoni għolja tad-demm jew ta’ xi kundizzjoni tal-qalb.

-ketoconazole, għall-kura ta’ infezzjonijiet fungali.

-ritonavir, għall-kura ta’ infezzjonijiet tal-HIV.

-agonisti beta2-adrenerġiċi li jaħdmu fit-tul, bħal salmeterol

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini.

Tqala

Revinty Ellipta għandu jiġi kkunsidrat biss għal nisa tqal jekk il-benefiċċji mistennija jisbqu r-riskji. Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk din il-mediċina tistax tgħaddi għal ġol-ħalib tas-sider. Għalhekk ir-riskju għat-trabi li jitreddgħu ma jistax jiġi eskluż.

Jekk qiegħda tredda’, iċċekkja mat-tabib tiegħek qabel tieħu Revinty Ellipta.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina mhijiex probabbli li taffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.

Revinty Ellipta fih il-lactose

Jekk ġejt dijanjostikat li tbati minn intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, jew għall-proteini tal-ħalib, kellem lit- tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina.

3. Kif għandek tuża Revinty Ellipta

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tuża

Ażżma

Id-doża rakkomandata għall-kura tal-ażżma hija inalazzjoni waħda (92 mikrogramma ta’ fluticasone furoate u 22 mikrogramma ta’ vilanterol) darba kuljum fl-istess ħin kull ġurnata.

Jekk għandek ażżma qawwija, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li għandek tuża inalazzjoni waħda tal-inalatur bil-qawwa ogħla (184 mikrogramma fluticasone furoate u 22 mikrogramma ta’ vilanterol). Din id-doża tintuża wkoll darba kuljum fl-istess ħin kull ġurnata.

COPD

Id-doża rakkomandata għall-kura ta’ COPD hija inalazzjoni waħda (92 mikrogramma ta’ fluticasone furoate u 22 mikrogramma ta’ vilanterol) darba kuljum fl-istess ħin kull ġurnata.

Il-qawwa aktar għolja ta’ Revinty Ellipta mhijiex adatta għall-kura ta’ COPD.

Uża Revinty Ellipta fl-istess ħin kuljum peress li huwa effettiv fuq 24 siegħa

Huwa importanti ħafna li tuża din il-mediċina kuljum, kif jgħidlek it-tabib. Dan jgħinek biex tibqa’ ħieles mis-sintomi matul il-ġurnata u billejl.

Revinty Ellipta m’għandux jintuża biex itaffi attakk f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs jew tħarħir. Jekk jagħtik dan it-tip ta’ attakk, inti għandek tuża inalatur li jaħdem malajr (bħal salbutamol).

Jekk tħoss li qiegħed taqta’ nifsek jew tħarħar aktar min-normal, jew jekk qed tuża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr aktar mis-soltu, kellem lit-tabib tiegħek.

Kif tuża Revinty Ellipta

Ara l-‘Istruzzjonijiet pass pass’ wara sezzjoni 6 ta’ dan il-fuljett għal informazzjoni sħiħa.

M’għandekx għalfejn tipprepara Revinty Ellipta b’xi mod speċjali, lanqas l-ewwel darba li tużah.

Jekk is-sintomi tiegħek ma jitjibux

Jekk is-sintomi tiegħek (qtugħ ta’ nifs, tħarħir, sogħla) ma jitjibux jew imorru għall-agħar, jew jekk qed tuża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr aktar ta’ spiss

ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.

Jekk tuża Revinty Ellipta aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu aktar Revinty Ellipta milli qallek it-tabib tiegħek, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Tista’ tinnota li qalbek qiegħda tħabbat aktar mgħaġġel mis-soltu, tħossok instabbli jew ikollok uġigħ ta’ ras.

Jekk użajt aktar milli suppost għal perjodu twil taż-żmien, huwa importanti ħafna li titlob il-parir tat- tabib jew tal-ispiżjar

tiegħek. Dan minħabba li dożi akbar ta’

Revinty Ellipta jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ ormoni steroji li ġismek jipproduċi b’mod naturali.

Jekk tinsa tuża Revinty Ellipta

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Sempliċement ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

Jekk ikollok it-tħarħir jew taqta’ nifsek, jew tiżviluppa xi sintomi oħra ta’ attakk tal-ażżma, uża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr (eż. salbutamol), imbagħad fittex parir mediku.

Tiqafx tuża Revinty Ellipta mingħajr parir

Uża din il-mediċina għal kemm jirrakkomandalek it-tabib tiegħek. Hija se tkun effettiva biss sakemm tużaha. Tiqafx tużaha sakemm it-tabib ma jagħtikx parir biex tagħmel dan, anki jekk tħossok aħjar.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Reazzjonijiet Allerġiċi

Reazzjonijiet allerġiċi għal Revinty Ellipta huma rari (jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn kull 1000). Jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi wara li tieħu Revinty Ellipta ieqaf ħu din il-mediċina u għid lit-tabib tiegħek minnufih.

raxx tal-ġilda (ħorriqija) jew ħmura

nefħa, xi kultant tal-wiċċ jew tal-ħalq (anġjoedema)

issir tħarħar ħafna, tisgħol jew ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs

tħossok dgħajjef/dgħajfa f’daqqa jew stordut/a (u dan jista’ jwassal għal kollass jew li tintilef minn sensik)

Diffkultajiet immedjati biex tieħu n-nifs wara li tuża din il-mediċina huma rari (jaffettwaw inqas minn persuna 1 minn 1000).

Diffikultajiet immedjati biex tieħu n-nifs

Jekk it-teħid tan-nifs jew it-tħarħir tiegħek imorru għall-agħar immedjatament wara li tuża din il-mediċina, tkomplix tużaha u fittex għajnuna medika immedjatament.

Infezzjoni fil-pulmuni (effett sekondarji komuni)

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok xi waħda minn dawn waqt li tkun qed tieħu Revinty Ellipta – dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ infezzjoni fil-pulmun:

deni jew bard

żieda fil-produzzjoni ta’ mukus, tibdil fil-kulur tal-mukus

żieda fis-sogħla jew diffikultajiet akbar biex tieħu n-nifs

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Effetti sekondarji komuni ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 f’kull 10 persuni:

uġigħ ta’ ras

riħ komuni

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni:

ferita, irqajja’ mqabbża fil-ħalq jew fil-gerżuma kkawżati minn infezzjoni fungali (kandidjasi). Li tlaħlaħ ħalqek bl-ilma immedjatament wara li tuża Revinty Ellipta jista’ jgħin biex twaqqaf dan l- effett sekondarju milli jiżviluppa

infjammazzjoni fil-pulmuni (bronkite)

infezzjoni fis-sinusijiet tal-imnieħer jew fil-gerżuma

influwenza

uġigħ u irritazzjoni fuq wara tal-ħalq u fil-gerżuma

infjammazzjoni fis-sinusijiet

imnieħer jieklok, inixxi jew imblukkat

sogħla

disturbi fil-leħen

dgħufija tal-għadam, li twassal għal ksur

uġigħ fl-istonku

uġigħ fid-dahar

temperatura għolja (deni)

uġigħ fil-ġogi

spażmi tal-muskoli

Effett sekondarju mhux komuni

Dan jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 100 persuna:taħbita tal-qalb irregolari

Effetti sekondarji rari

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000:

qalb tħabbat aktar malajr (takikardija)

għarfien dwar it-taħbit tal-qalb (palpitazzjonijiet)

rogħda

ansjetà

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V . Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Revinty Ellipta

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità u tiftaħx it-trej tal-għatu tal-folja qabel ma tkun lest biex tiġbed man-nifs. Ladarba tiftaħ it-trej, l-inalatur jista’ jintuża sa 6 ġimgħat mid-data tal-ftuħ tat-trej. Ikteb id- data li fiha l-inalatur għandu jintrema fuq it-tikketta fl-ispazju pprovdut. Id-data għandha tiġi miżjuda malli l- inalatur jitneħħa mit-trej.

Jekk taħżnu fi friġġ, ħalli l-inalatur jiġi lura għat-temperatura tal-kamra għal mill-anqas siegħa qabel l- użu.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Revinty Ellipta

Is-sustanzi attivi huma fluticasone furoate u vilanterol. Kull inalazzjoni waħdanija tipprovdi doża mogħtija (id-doża li toħroġ mill-biċċa tal-ħalq) ta’ 92 jew 184 mikrogramma ta’ fluticasone furoate u 22 micrograms ta’ vilanterol (bħala trifenatate). Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate u magnesium stearate.

Kif jidher Revinty Ellipta u l-kontenut tal-pakkett

L-istrument ta’ Ellipta nnifsu huwa inalatur griż ċar b’għatu isfar tal-biċċa tal-ħalq u counter tad-dożi. Jiġi ppakkjat fi trej tal-laminat tal-fojl b’għatu tal-fojl li jista’ jitneħħa. It-trej fih qartas b’dessikant, sabiex inaqqas l-umdità fil-pakkett. Malli tiftaħ l-għatu tat-trej, armi d-dessikant – m’għandekx tieklu jew tiġbdu man-nifs. L-istrument m’għandux għalfejn jinħażen fit-trej tal-laminat tal-fojl wara li jinfetaħ.

L-inalatur fih żewġ strixxi ta’ laminat tal-fojl tal-aluminju ta’ 14 jew ta’ 30 doża. Il-pakketti multipli fihom 3 Inalaturi ta’ 30 doża kull wieħed.

Istruzzjonijiet pass

X’inhu l-inalatur ta’ Ellipta?

L-ewwel darba li tuża l-inalatur ta’ Ellipta m’għandekx għalfejn tiċċekkja li qiegħed jaħdem sewwa, u m’għandekx għalfejn tippreparah għall-użu b’xi mod speċjali. Segwi biss dawn l-istruzzjonijiet pass pass.

L-inalatur huwa ppakkjat fi trej li fih qartas b’dessikant, sabiex inaqqas l-umdità. Armi dan id-dessikant – m’għandekx tieklu jew tiġbdu man-nifs.

Meta toħroġ l-inalatur mit-trej tiegħu, dan se jkun fil-pożizzjoni ‘magħluq’. Tiftħux sakemm tkun lest biex tiġbed doża tal-mediċina. Meta tiftaħ it-trej, ikteb id-data “Armi sa” fuq it-tikketta tal-inalatur fl-ispazju pprovdut. Id-data “Armi sa” hija 6 ġimgħat mid-data li fiha tkun ftaħt it-trej. Wara din id-data l-inalatur ma għandux jintuża iżjed. It-trej jista’ jintrema wara l-ewwel ftuħ.

1.Aqra dan qabel tibda

Jekk tiftaħ u tagħlaq l-għatu mingħajr ma tiġbed man-nifs il-mediċina, titlef id-doża.

Id-doża mitlufa tinżamm b’mod sigur fl-inalatur, iżda ma tkunx aktar disponibbli.

Mhuwiex possibbli li b’mod aċċidentali tieħu mediċina żejda jew doża doppja f’inalazzjoni waħda.

Ipprepara doża

Stenna biex tiftaħ l-għatu sakemm tkun lest biex tieħu d-doża tiegħek. Tħawwadx l-inalatur.

Żerżaq l-għatu ’l isfel sakemm tisma’ “klikk”.

Il-mediċina tiegħek issa hija lesta biex tinġibed man-nifs.

Il-counter tad-dożi jnaqqas b’1 biex tikkonferma.

Jekk il-counter tad-dożi ma jnaqqasx b’1 malli tisma’ l-“klikk”, l-inalatur ma jagħtikx il-mediċina. Ħudu lura għand l-ispiżjar għal parir.

2.Iġbed il-mediċina

Waqt li żżomm l-inalatur ’il bogħod minn ħalqek, ħu nifs ’il barra sakemm huwa komdu. Tiħux nifs ’il barra fl-inalatur.

Poġġi l-biċċa tal-ħalq bejn xofftejk, u agħlaq sod xofftejk b’mod madwarha. Timblukkax il-fetħa tal-arja b’subgħajk.

Ħu nifs twil u sod fil-fond ’il ġewwa. Żomm dan in-nifs kemm tista’ (għallinqas 3-4 sekondi).

Neħħi l-inalatur minn ħalqek.

Ħu nifs ’il barra bil-mod u b’ġentilezza.

Għandek mnejn ma tkunx tista’ ttiegħem jew tħoss il-mediċina, anki meta tuża l-inalatur sewwa.

3. Agħlaq l-inalatur u laħlaħ ħalqek jekk possibbli

Jekk trid tnaddaf il-biċċa tal-ħalq, uża tissue niexfa, qabel ma tagħlaq l-għatu.

Żerżaq l-għatu ’l fuq safejn jasal, biex tagħlaq il-biċċa tal-ħalq.

Laħlaħ ħalqek bl-ilma wara li tuża l-inalatur.

Dan inaqqas il-probabbiltà li tiżviluppa mard tal-ħalq jew tal-gerżuma bħala effetti sekondarji.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Glaxo Group Limited,

980 Great West Road,

Brentford,

Middlesex TW8 9GS.

Ir-Renju Unit.

Manifattur:

Glaxo Operations UK Limited (li tinnegozja bħala Glaxo Wellcome Operations), Priory Street,

Ware,

Hertfordshire, SG12 0DJ Ir-Renju Unit

Glaxo Operations UK Limited (li tinnegozja bħala Glaxo Wellcome Operations), Harmire Road,

Barnard Castle,

County Durham DL12 8DT Ir-Renju Unit.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00

Tel: + 370 5 264 90 00

България

info.lt@gsk.com

Luxembourg/Luxemburg

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

Teл.: + 359 2 953 10 34

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline s.r.o.

GlaxoSmithKline Kft.

Tel: + 420 222 001 111

Tel.: + 36 1 225 5300

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Malta

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline Malta

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 356 21 238131

dk-info@gsk.com

 

Deutschland

Nederland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG

GlaxoSmithKline BV

Tel.: + 49 (0)89 36044 8701

Tel: + 31 (0)30 6938100

produkt.info@gsk.com

nlinfo@gsk.com

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline AS

Tel: + 372 6676 900

Tlf: + 47 22 70 20 00

estonia@gsk.com

firmapost@gsk.no

Ελλάδα

Österreich

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

GlaxoSmithKline Pharma GmbH

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Tel: + 43 (0)1 97075 0

 

at.info@gsk.com

España

Polska

GlaxoSmithKline, S.A.

GSK Services Sp. z o.o.

Tel: + 34 902 202 700

Tel.: + 48 (0)22 576 9000

es-ci@gsk.com

 

France

Portugal

Laboratoire GlaxoSmithKline

BIAL, Portela & Ca. SA.

Tél.: + 33 (0)1 39 17 84 44

Tel: + 351 22 986 61 00

diam@gsk.com

info@bial.com

Hrvatska

România

GlaxoSmithKline d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tel: + 385 1 6051 999

Tel: + 4021 3028 208

Ireland

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 4955000

Tel: + 386 (0)1 280 25 00

 

medical.x.si@gsk.com

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o.

Sími: + 354 535 7000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite s.r.l.

GlaxoSmithKline Oy

Tel: +39-055 56801

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

GlaxoSmithKline UK

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)800 221441

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}>

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

<-----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

>

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati