Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Rolufta (umeclidinium bromide) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - R03BB07

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRolufta
Kodiċi ATCR03BB07
Sustanzaumeclidinium bromide
ManifatturGlaxoSmithKline Trading Services Limited

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Rolufta 55 mikrogramma ta’ trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull inalazzjoni waħdanija tipprovdi doża mogħtija (id-doża li toħroġ mill-biċċa tal-ħalq tal-inalatur) ta’ 55 mikrogramma ta’ umeclidinium (ekwivalenti għal 65 mikrogramma ta’ umeclidinium bromide). Din tikkorrispondi għal doża lesta minn qabel ta’ 62.5 mikrogramma ta’ umeclidinium ekwivalenti għal

74.2 mikrogramma ta’ umeclidinium bromide.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull doża mogħtija fiha madwar 12.5 mg ta’ lattosju (bħala monoidrat).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel (trab li jittieħed man-nifs).

Trab abjad f’inalatur griż (Ellipta) b’għatu aħdar ċar tal-biċċa tal-ħalq u counter tad-doża.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Rolufta huwa indikat bħala kura ta’ manteniment bi bronkodilatur biex itaffi s-sintomi f’pazjenti adulti b’mard kroniku ostruttiv tal-pulmun (COPD).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Adulti

Id-doża rakkomandata hija inalazzjoni waħda ta’ umeclidinium bromide darba kuljum.

Incurse għandu jingħata darba kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata kuljum sabiex tinżamm il-bronkodilatazzjoni. Id-doża massima hija inalazzjoni waħda ta’ umeclidinium bromide darba kuljum.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa meħtieġ f’pazjenti ta’ aktar minn 65 sena (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment renali

L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa meħtieġ f’pazjenti b’indeboliment renali (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment epatiku

L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa meħtieġ f’pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif jew moderat. Rolufta

ma ġiex studjat f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever u għandu jintuża b’kawtela (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Rolufta fil-popolazzjoni pedjatrika (taħt it-18-il sena) fl-indikazzjoni għal

COPD.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Rolufta huwa intenzjonat biex jittieħed biss man-nifs.

Struzzjonijiet għall-użu:

L-istruzzjonijiet li ġejjin għall-inalatur ta’ 30 doża japplikaw ukoll għall-inalatur ta’ 7 dożi.

L-inalatur Ellipta fih dożi lesti minn qabel u huwa lest biex jintuża.

L-inalatur jiġi ppakkjat fi trej li fih pakkett ta’ dessikant, biex inaqqas l-umdità. Il-pakkett ta’ dessikant għandu jintrema u m’għandux jittiekel jew jinġibed man-nifs.

Il-pazjent għandu jingħata parir biex ma jiftaħx it-trej sakemm ikun lest biex jieħu doża.

L-ewwel darba li jinħareġ mit-trej issiġillat tiegħu l-inalatur se jkun fil-pożizzjoni ‘magħluqa’. Id-data “Armi sa” għandha tinkiteb fuq it-tikketta tal-inalatur fl-ispazju pprovdut. Id-data “Armi sa” hija 6 ġimgħat mid- data tal-ftuħ tat-trej. Wara din id-data, l-inalatur ma għandux jintuża aktar. It-trej jista’ jintrema wara li jinfetaħ l-ewwel darba.

Jekk l-għatu jinfetaħ u jingħalaq mingħajr mal-prodott mediċinali jinġibed man-nifs, id-doża tintilef. Id-doża mitlufa tinżamm b’mod sigur fl-inalatur, iżda ma tkunx aktar disponibbli biex tinġibed man-nifs.

Mhuwiex possibbli li b’mod aċċidentali tieħu mediċina żejda jew doża doppja f’inalazzjoni waħda.

a) Kif tipprepara doża

Iftaħ l-għatu meta tkun lest/a biex tieħu doża. L-inalatur m’għandux jitħawwad.

Żerżaq l-għatu ’l isfel sakemm jinstema “klikk”. Il-prodott mediċinali issa huwa lest biex jinġibed man-nifs.

Il-counter tad-dożi jonqos b’1 biex jikkonferma. Jekk il-counter tad-dożi ma jonqosx ’l isfel malli tinstema’ l-“klikk”, l-inalatur ma jagħtix id-doża u għandek tieħdu lura għand spiżjar għal parir.

b) Kif tiġbed il-prodott mediċinali man-nifs

L-inalatur għandu jinżamm ’il bogħod mill-ħalq u għandek tieħu nifs ’il barra sakemm ikun komdu. Iżda ma għandekx tieħu nifs ’il barra fl-inalatur.

Il-biċċa tal-ħalq għandha titpoġġa bejn ix-xofftejn, u mbagħad ix-xofftejn għandhom jingħalqu sew madwarha. Il-ventijiet tal-arja ma għandhomx jiġu mblukkati bis-swaba’ matul l-użu.

Iġbed b’nifs twil u sod fil-fond. Dan in-nifs għandu jinżamm kemm jista' jkun (mill-inqas 3- 4 sekondi).

Neħħi l-inalatur minn ħalqek.

Ħu nifs ’il barra bil-mod.

Għandek mnejn ma tkunx tista’ ttiegħem jew tħoss il-mediċina, anki meta tkun qed tuża l-inalatur sew. c) Agħlaq l-inalatur

Il-biċċa tal-ħalq tal-inalatur tista' titnaddaf permezz ta’ tissue xotta qabel mal-għatu jingħalaq.

Żerżaq l-għatu ’l fuq safejn jasal, biex tagħlaq il-biċċa tal-ħalq.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza(i) attiva(i) jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ażżma

Umeclidinium bromide m’għandux jintuża f’pazjenti bl-ażżma peress li ma ġiex studjat f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti.

Bronkospażmu paradossali

L-għoti ta’ umeclidinium bromide jista’ jipproduċi bronkospażmu paradossali li jista’ jkun ta’ periklu għall- ħajja. F’każ ta’ bronkospażmu paradossali, il-kura għandha titwaqqaf minnufih u għandha tinbeda terapija alternattiva jekk ikun meħtieġ.

Deterjorazzjoni tal-marda

Umeclidinium bromide huwa maħsub għall-kura ta’ manteniment ta’ COPD. M’għandux jintuża għas-solliev ta’ sintomi akuti, jiġifieri bħala terapija ta’ salvataġġ għall-kura ta’ episodji akuti ta’ bronkospażmu. Sintomi akuti għandhom jiġu ttrattati bi bronkodilatur li jittieħed man-nifs li jaħdem malajr. Iż-żieda fl-użu ta’ bronkodilaturi li jaħdmu malajr biex itaffu s-sintomi tindika deterjorazzjoni tal-kontroll. F’każ ta’ deterjorament ta’ COPD waqt il-kura b’umeclidinium bromide, għandha ssir valutazzjoni mill-ġdid tal- pazjent u tal-iskeda ta’ kura għal COPD.

Effetti kardjovaskulari

Effetti kardjovaskulari, bħal arritmiji kardijaċi eż. fibrillazzjoni atrijali u takikardja, jistgħu jidhru wara l- għoti ta’ antagonisti tar-riċettur muskariniku inkluż umeclidinium bromide. Barra minn hekk, pazjenti b’mard kardjovaskulari klinikament sinifikanti li mhux ikkontrollat kienu esklużi mill-istudji kliniċi. Għalhekk, umeclidinium bromide għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’disturbi kardjovaskulari severi, partikularment arritmiji kardijaċi.

Attività antimuskarinika

Konsistenti mal-attività antimuskarinika tiegħu, umeclidinium bromide għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’żamma tal-awrina jew bi glawkoma b’angolu dejjaq.

Eċċipjenti

Dan il-prodott mediċinali fih il-lattosju. Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-galattosju, defiċjenza ta’ Lapp lactase jew malassorbiment tal-glukosju-galattosju m’għandhomx jieħdu dan il-prodott mediċinali.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Interazzjonijiet klinikament sinifikanti medjati b’umeclidinium bromide f’dożi kliniċi huma meqjusin improbabbli minħabba l-konċentrazzjonijiet baxxi fil-plasma miksubin wara dożi li jittieħdu man-nifs.

Antimuskariniċi oħra

L-għoti ta’ umeclidinium bromide flimkien ma’ antagonisti muskariniċi oħra li jaġixxu fit-tul jew ma’ prodotti mediċinali li jkun fihom dan l-aġent ma ġiex studjat u mhuwiex rakkomandat minħabba l-potenzjal għal reazzjonijiet avversi antagonisti muskariniċi inalati magħrufa.

Interazzjonijiet metaboliċi u bbażati fuq it-trasportaturi

Umeclidinium bromide huwa substrat taċ-ċitokromju P450 2D6 (CYP2D6). Il-farmakokinetika ta’ umeclidinium bromide fi stat stabbli ġiet evalwata f’voluntiera b’saħħithom nieqsa minn CYP2D6

(metabolizzaturi dgħajfa). F’doża 4 darbiet ogħla mid-doża terapewtika ma kien osservat l-ebda effett fuq l- AUC jew fuq is-Cmax ta’ umeclidinium. F’doża 8 darbiet ogħla, kienet osservata żieda ta’ madwar 1.3 darbiet fl-AUC ta’ umeclidinium bromide bl-ebda effett fuq is-Cmax ta’ umeclidinium bromide. Fuq il-bażi tad-daqs ta’ dawn il-bidliet, l-ebda interazzjoni klinikament rilevanti ma hija mistennija bejn il-mediċini meta umeclidinium jingħata flimkien ma’ inibituri ta’ CYP2D6 jew meta jingħata lil individwi b’defiċjenza ġenetika fl-attività ta’ CYP2D6 (metabolizzaturi dgħajfa).

Umeclidinium bromide huwa substrat tat-trasportatur ta’ P-glycoprotein (P-gp). L-effett tal-inibitur moderat ta’ P-gp verapamil (240 mg darba kuljum) fuq il-farmakokinetika ta’ umeclidinium bromide fi stat stabbli kien evalwat f’voluntiera b’saħħithom. L-ebda effett ta’ verapamil ma kien osservat fuq is-Cmax ta’ umeclidinium bromide. Ġiet osservata żieda ta’ madwar 1.4 darbiet fl-AUC ta’ umeclidinium bromide. Fuq il-bażi tad-daqs ta’ dawn il-bidliet, l-ebda interazzjoni klinikament rilevanti ma hija mistennija bejn il- mediċini meta umeclidinium bromide jingħata flimkien ma’ inibituri ta’ P-gp.

Prodotti mediċinali oħra għal COPD

Għalkemm ma sar l-ebda studju formali in vivo dwar l-interazzjoni, umeclidinium bromide li jittieħed man- nifs intuża flimkien ma’ prodotti mediċinali oħra għal COPD inklużi bronkodilaturi simpatomimetiċi li jaġixxu malajr u fuq żmien twil u kortikosterojdi li jittieħdu man-nifs mingħajr evidenza klinika ta’ interazzjonijiet.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ umeclidinium bromide f’nisa tqal. Studji f’annimali ma jurux effetti ħżiena diretti jew indiretti fuq is-sistema riproduttiva (ara 5.3).

Umeclidinium bromide għandu jintuża biss waqt it-tqala jekk il-benefiċċju mistenni għall-omm jiġġustifika r-riskju potenzjali għall-fetu.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk umeclidinium bromide jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir-riskju gћat-trabi tat-twelid mhux eskluż.

Gћandha tittieћed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigћ jew twaqqafx it-trattament b’Rolufta wara li jiġi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigћ gћat-tarbija u l-benefiċċju tat-trattament gћall-mara.

Fertilità

M’hemmx tagħrif dwar l-effetti ta’ umeclidinium bromide fuq il-fertilità tal-bniedem. Studji f’annimali ma urewx effett tossiku ta’ umeclidinium bromide fuq il-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Umeclidinium bromide m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-aktar reazzjonijiet avversi li ġew irrapportati b’mod frekwenti b’Rolufta kienu nasofarinġite u infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-passaġġ respiratorju.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Il-profil tas-sigurtà ta’ umeclidinium bromide ġie vvalutat minn 1663 pazjent b’COPD li rċevew dożi ta’ 55 mikrogramma jew aktar sa sena. Dan kien jinkludi 576 pazjent li rċevew id-doża rakkomandata ta’ 55 mikrogramma darba kuljum.

Il-frekwenzi assenjati lir-reazzjonijiet avversi identifikati fit-tabella hawn taħt jinkludu rati approssimattivi ta’ inċidenza osservati mill-erba’ studji dwar l-effikaċja u l-istudju fit-tul dwar is-sigurtà (li fih ħadu sehem

1,412 pazjent li rċevew umeclidinium bromide).

Il-frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi hija definita permezz tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli).

Sistema tal-Klassifika tal-

Reazzjonijiet avversi

Frekwenza

Organi

 

 

Infezzjonijiet u

Nasofarinġite

Komuni

infestazzjonijiet

Infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-passaġġ

 

 

respiratorju

Komuni

 

Infezzjoni fl-apparat urinarju

Komuni

 

Sinusite

Komuni

 

Farinġite

Mhux komuni

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Uġigħ ta’ ras

Komuni

 

Dysguesia

Mhux Komuni

Disturbi fl-għajnejn

Glawkoma

Mhux magħrufa

 

Vista mċajpra

Mhux magħrufa

Disturbi fil-qalb

Fibrillazzjoni atrijali

Mhux komuni

 

Ritmu idjoventrikulari

Mhux komuni

 

Takikardja supraventrikulari

Mhux komuni

 

Extrasistoli supraventrikulari

Mhux komuni

 

Takikardja

Komuni

 

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi

Sogħla

Komuni

u medjastinali

 

 

Disturbi gastrointestinali

Stitikezza

Mhux komuni

 

Ħalq xott

Mhux komuni

Disturbi fil-ġilda u fit-tessut

Raxx

Mhux komuni

ta’ taħt il-ġilda

 

 

Disturbi fil-kliewi u fis-

Ma tkunx tista' tgħaddi l-awrina

Mhux magħrufa

sistema urinarja

Disurja

Mhux magħrufa

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Doża eċċessiva ta’ umeclidinium bromide x’aktarx tipproduċi sinjali u sintomi konsistenti mal-effetti avversi magħrufa ta’ antagonisti muskariniċi li jittieħdu man-nifs (eż. ħalq xott, disturbi fl-akkomodazzjoni viżwali u takikardja).

Jekk tittieħed doża eċċessiva, il-pazjent għandu jingħata kura ta’ appoġġ b’sorveljanza xierqa kif meħtieġ.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini għal mard ostruttiv tal-passaġġi tal-arja; Kodiċi ATC: R03BB07

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Umeclidinium bromide huwa antagonist tar-riċettur muskariniku li jaġixxi fit-tul (imsejjaħ ukoll bħala antikolinerġiku). Huwa derivattiv ta’ quinuclidine li huwa antagonista tar-riċettur muskariniku b’attività fuq bosta sottotipi ta’ riċetturi kolinerġiċi muskariniċi. Umeclidinium bromide jeżerċita l-attività bronkodilatorja tiegħu billi b’mod kompetittiv jinibixxi l-irbit ta’ acetylcholine ma’ riċetturi kolinerġiċi muskariniċi fuq il- muskoli lixxi tal-passaġġi tal-arja. In vitro juri riversibbiltà gradwali fis-sottotip tar-riċettur muskariniku M3 fil-bniedem u żmien twil ta’ azzjoni in vivo meta jingħata direttament lill-pulmuni f’mudelli prekliniċi.

Effetti farmakodinamiċi

Fi studju tal-Fażi III, li dam għaddej 6 xhur (DB2113373), Incurse ipprovda titjib klinikament sinifikanti fuq plaċebo fil-funzjoni tal-pulmun (kif imkejjel bil-volum tal-arja sfurzat ’l barra f’sekonda 1 [FEV1]) fuq

24 siegħa wara l-għoti darba kuljum, li kien evidenti wara nofs siegħa wara l-għoti tal-ewwel doża (titjib fuq plaċebo b’102 mL, p<0.001*). It-titjib massimu medju fl-FEV1 fl-ewwel 6 sigħat wara l-għoti ta’ doża meta mqabbel ma’ plaċebo kien ta’ 130 ml (p<0.001*) fil-Ġimgħa 24. Ma kien hemm ebda evidenza ta’ takifilassi fl-effett ta’ Rolufta maż-żmien.

Elettrofiżjoloġija kardijaka

L-effett ta’ umeclidinium 500 mikrogramma (imqassma minn qabel) fuq l-intervall QT kien evalwat fi prova

QT ikkontrollata bi plaċebo u b’moxifloxacin ta’ 103 voluntiera b’saħħithom. Wara dożi ripetuti ta’ umeclidinium 500 mikrogramma darba kuljum għal 10 ijiem, ma kien osservat l-ebda effett klinikament rilevanti fuq it-titwil tal-intervall QT (ikkorreġut bl-użu tal-metodu Fridericia) jew effetti fuq ir-rata tal-qalb.

Effikaċja klinika

L-effikaċja klinika ta’ Rolufta mogħti darba kuljum ġiet evalwata f’żewġ studji kliniċi pivotali tal-Fażi III fuq 904 pazjenti adulti b’dijanjosi klinika ta’ COPD li rċevew umeclidinium bromide jew plaċebo; studju fuq 12-il ġimgħa (AC4115408) u studju fuq 24-ġimgħa (DB2113373).

Studji Pivotali tal-Effikaċja:

Effetti fuq il-funzjoni tal-pulmun

Kemm fl-istudju pivotali fuq 12-il ġimgħa kif ukoll f’dak fuq 24 ġimgħa, Rolufta wera titjib statistikament sinifikanti u klinikament sinifikanti fil-funzjoni tal-pulmun (kif definit mill-bidla mil-linja bażi fl-inqas livell tal-FEV1 fil-Ġimgħa 12 u l-Ġimgħa 24 rispettivament, li kien l-endpoint primarju tal-effikaċja f’kull studju) meta mqabbel ma’ plaċebo (ara Tabella 1). L-effetti bronkodilatorji b’Rolufta meta mqabbla ma’ plaċebo kienu evidenti wara l-ewwel jum ta’ kura fiż-żewġ studji u nżammu matul il-perjodi ta’ kura ta’ 12-il ġimgħa u 24-ġimgħa.

Ma kien hemm ebda attenwazzjoni tal-effett bronkodilatatorju maż-żmien.

Tabella 1: Il-livell minimu tal-FEV1 (ml) fil-Ġimgħa 12 u fil-Ġimgħa 24 (endpoint primarju)

Kura b’Rolufta

Studju fuq 12-il Ġimgħa

Studju fuq 24-Ġimgħa

Differenza fil-kura1

Differenza fil-kura1

55 mcg

Intervall ta’ fiduċja ta’ 95%

Intervall ta’ fiduċja ta’ 95%

 

 

Valur-p

Valur-p

Kontra

Plaċebo

(52, 202)

(76, 155)

 

<0.001

<0.001

mcg = mikrogramma

 

 

1. least squares mean (intervall ta’ kunfidenza ta’ 95%)

 

Rolufta wera titjib statistikament sinifikanti akbar mil-linja bażi fl-FEV1 medju peżat wara 0-6 sigħat wara d- doża fil-Ġimgħa 12 meta mqabbel ma’ plaċebo (166 ml (p<0.001)) fl-istudju pivotali fuq 12-il ġimgħa. Rolufta wera titjib akbar mil-linja bażi fl-FEV1 medju peżat wara 0-6 sigħat wara d-doża fil-Ġimgħa 24 meta mqabbel ma’ plaċebo (150 ml; p<0.001*) fl-istudju pivotali fuq 24 ġimgħa.

Eżiti sintomatiċi

Qtugħ ta’ nifs:

Fl-istudju fuq 12-il ġimgħa, ma ntweriex titjib statistikament sinifikanti meta mqabbel ma’ plaċebo fil- punteġġ fokali tat-TDI fil-Ġimgħa 12 għal Rolufta (1.0 unità, p=0.05). Titjib statistikament sinifikanti meta mqabbel ma’ plaċebo fil-punteġġ fokali tat-TDI fil-Ġimgħa 24 intwera għal Rolufta (1.0 unità, p<0.001) fl- istudju fuq 24-ġimgħa.

Il-proporzjon ta’ pazjenti li rrispondew b’mill-inqas id-differenza minima klinikament importanti (MCID) ta’ unità 1 fil-punteġġ fokali tad-TDI fil-Ġimgħa 12 kien akbar għal Rolufta (38%) meta mqabbel ma’

plaċebo (15%) fl-istudju fuq 12-il ġimgħa. Bl-istess mod, kien hemm proporzjon akbar ta’ pazjenti li kisbu unità 1 fil-punteġġ fokali tad-TDI għal Rolufta (53%) meta mqabbla ma’ plaċebo (41%) fil-

Ġimgħa 24 fl-istudju fuq 24-ġimgħa.

Kwalità tal-ħajja relatata mas-saħħa:

Rolufta wera wkoll titjib statistikament sinifikanti fil-kwalità tal-ħajja relatata mas-saħħa kif imkejla permezz tal-Kwestjonarju Respiratorju ta’ St. George’s (SGRQ) kif indikat bi tnaqqis fil-punteġġ totali ta’ SGRQ fil-Ġimgħa 12 meta mqabbla ma’ plaċebo (-7.90 unità, p0.001) fl-istudju fuq 12-il ġimgħa. Titjib akbar meta mqabbel ma’ plaċebo fil-bidla mil-linja bażi fil-punteġġ totali ta’ SGRQ fil-Ġimgħa 24 intwera għal Rolufta 55 mikrogramma (-4.69 unità p<0.001*1) fl-istudju fuq 24-ġimgħa.

Il-proporzjon ta’ pazjenti li rrispondew b’mill-inqas l-MCID fil-punteġġ SGRQ (definit bħala tnaqqis ta’

4 unitajiet mil-linja bażi) fil-Ġimgħa 12 kien akbar għal Rolufta (44%) meta mqabbla ma’ plaċebo (26%) fl- istudju fuq 12-il ġimgħa. Bl-istess mod, kien hemm proporzjon akbar ta’ pazjenti li kisbu mill-inqas l-MCID għal Rolufta 55 mikrogramma fil-Ġimgħa 24 (44%) meta mqabbla ma’ plaċebo (34%) fl-istudju fuq 24-

ġimgħa.

Aggravar ta’ COPD

Fl-istudju fuq 24-ġimgħa, Rolufta naqqas ir-riskju ta’ aggravar ta’ COPD meta mqabbel ma’ plaċebo (analiżi taż-żmien għall-ewwel aggravar; Proporzjoni tal-Periklu ta’ 0.6 p=0.035*)).Il-probabbiltà ta’ aggravar f’pazjenti li kienu qed jirċievu Rolufta fil-ġimgħa 24 kienet ta’ 8.9% meta mqabbla ma’ 13.7% għall- plaċebo. Dawn l-istudji ma kinux iddisinjati b’mod speċifiku sabiex jevalwaw l-effetti tal-kuri ta’ taħrix tas- COPD u l-pazjenti ġew irtirati mill-istudju jekk seħħ taħrix.

* F'dan l-istudju intużat proċedura ta’ ttestjar statistiku step-down u dan it-tqabbil kien anqas minn tqabbil li ma kisibx sinifikanza statistika. Għalhekk, ma tistax tiġi konkluża sinifikanza statistika fuq dan it-tqabbil.

Użu tal-prodott mediċinali ta’ salvataġġ

Fl-istudju fuq 12-il ġimgħa, Rolufta naqqas b’mod statistikament sinifikanti l-użu ta’ mediċina ta’ salvataġġ b’salbutamol meta mqabbel ma’ plaċebo (tnaqqis b’medja ta’ 0.7 puffs kuljum matul il-Ġimgħat 1-12, p=0.025) u wera perċentwal ogħla ta’ ġranet meta ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ xi mediċina ta’ salvataġġ (medja ta’ 46.3%) meta mqabbel ma’ plaċebo (medja ta’ 35.2%; l-ebda analiżi statistika formali ma twettqet fuq dan l-endpoint). Fl-istudju fuq 24 ġimgħa dwar kura b’Rolufta, il-bidla medja (SD) mil-linja bażi fl- għadd ta’ puffs ta’ salvataġġ b’salbutamol matul il-perjodu ta’ kura ta’ 24 ġimgħa kienet ta’ -1.4 (0.20) għal plaċebo u ta’ -1.7 (0.16) għal Rolufta (Differenza = -0.3; 95%CI: -0.8, 0.2; p=0.276). Il-pazjenti li kienu qed jirċievu Rolufta kellhom perċentwal ogħla ta’ ġranet fejn ma kienx hemm il-ħtieġa li jieħdu mediċina ta’ salvataġġ (medja ta’ 31.1%) meta mqabbla ma’ plaċebo (medja ta’ 21.7%). L-ebda ttestjar statistiku formali ma twettaq fuq dan l-endpoint.

Studji ta’ appoġġ dwar l-effikaċja

F’żewġ studji fuq 12-il ġimgħa, ikkontrollati bi plaċebo (200109 u 200110), iż-żieda ta’ Rolufta ma’ fluticasone furoate/vilanterol (FF/VI) (92/22 mikrogramma) darba kuljum f’pazjenti adulti b’dijanjożi klinika ta’ COPD, irriżultat f’titjib statistikament u klinikament sinifikanti fil-punt ta’ tmiem primarju l-aktar baxx ta’ FEV1 fil-Jum 85 meta mqabbel mal-plaċebo flimkien ma’ FF/VI (124 mL (95% CI 93, 154, p<0.001) u 122 mL (95%CI 91, 152, p<0.001)).

It-titjib fil-funzjoni tal-pulmun kien appoġġjat minn tnaqqis fl-użu ta’ salbutamol fil-Ġimgħat 1-12 (-0.4 puffs kuljum (95% CI -0.7, -0.2, p<0.001) u -0.3 puffs kuljum (95% CI -0.5, -0.1, p=0.003)) meta mqabbel ma’ plaċebo flimkien ma’ FF/VI, iżda t-titjib fl-SGRQ fil-ġimgħa 12 ma kienx statistikament sinifikanti (200109) jew klinikament rilevanti (200109 u 200110). Il-perjodu qasir tal-istudji u n-numru limitat ta’ avvenimenti ta’ aggravar, jipprekludi kwalunkwe konklużjoni dwar l-effett addizzjonali ta’ Rolufta fuq ir- rata ta’ aggravar ta’ COPD.

Ma ġiet identifikata ebda reazzjoni avversa ġdida għall-mediċina biż-żieda ta’ Rolufta ma’ FF/VI f’dawn l- istudji.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Rolufta f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika f’COPD (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara l-għoti ta’ umeclidinium bromide man-nifs lil voluntiera b’saħħithom, is-Cmax seħħ wara 5 sa 15-il minuta. Il-bijodisponibilità assoluta ta’ umeclidinium bromide man-nifs kienet bħala medja 13% tad-doża, b’kontribuzzjoni negliġibbli minn assorbiment orali. Wara dożi ripetuti ta’ umeclidinium bromide man-nifs, l-istat stabbli nkiseb wara 7 sa 10 ijiem b’akkumulazzjoni ta’ 1.5 sa 1.8 darbiet

Distribuzzjoni

Wara l-għoti ġol-vina lil individwi b’saħħithom, il-volum medju ta’ distribuzzjoni kien ta’ 86 litru. In vitro, l-irbit mal-proteina tal-plasma fil-plasma tal-bniedem kien medja ta’ 89%.

Bijotrasformazzjoni

Studji in vitro wrew li prinċipalment umeclidinium bromide jiġi metabolizzat miċ-

ċikotromju P450 2D6 (CYP2D6) u huwa substrat għat-trasportatur ta’ P-glycoprotein (P-gp). Ir-rotot metaboliċi prinċipali għal umeclidinium bromide huma ossidattivi (idroksilazzjoni, O-dealkylation) segwiti minn konjugazzjoni (glukuronidazzjoni, eċċ), li jwasslu għal firxa ta’ metaboliti li jew għandhom attività farmakoloġika mnaqqsa jew li l-attività farmakoloġika tagħhom ma ġietx stabbilita. L-espożizzjoni sistemika għall-metaboliti hija baxxa.

Eliminazzjoni

It-tneħħija mill-plażma wara l-għoti ġol-vina kienet ta’ 151 litru/siegħa. Wara l-għoti ġol-vina, madwar 58% tad-doża radjuttikkettata mogħtija (jew 73% tar-radjuattività rkuprata) ġiet eliminata fl-ippurgar 192 siegħa wara d-doża. L-eliminazzjoni mill-awrina kienet tammonta għal 22% tad-doża radjuttikkettata mogħtija sa

168 siegħa (27% tar-radjuattività rkuprata). L-eliminazzjoni tal-materjal relatat mal-mediċina fl-ippurgar wara l-għoti tad-doża ġol-vina indikat sekrezzjoni fil-bili. Wara l-għoti orali lil individwi maskili b’saħħithom, ir-radjuattività totali kienet primarjament eliminata fl-ippurgar (92% tad-doża radjuttikkettata mogħtija jew 99% tar-radjuattività rkuprata) 168 siegħa wara d-doża. Inqas minn 1% tad-doża mogħtija b’mod orali (1% tar-radjuattività rkuprata) kienet eliminata fl-awrina, li tissuġġerixxi assorbiment negliġibbli wara l-għoti orali. Il-half life tal-eliminazzjoni ta’ umeclidinium bromide mill-plasma wara doża man-nifs għal 10 ijiem kellha medja ta’ 19-il siegħa, b’3% sa 4% tas-sustanza attiva eliminata mhux mibdula fl-awrina fi stat stabbli.

Karatteristiċi fi gruppi speċifiċi ta’ individwi jew pazjenti

Anzjani

Analiżi tal-farmakokinetika tal-popolazzjoni wriet li l-farmakokinetiċi ta’ umeclidinium bromide huma simili bejn pazjenti b’COPD ta’ aktar minn 65 sena u dawk ta’ anqas minn 65 sena.

Indeboliment renali

Individwi b’indeboliment renali sever (tneħħija tal-krejatinina <30ml/min) ma wrew l-ebda evidenza ta’

żieda fl-espożizzjoni sistemika għal umeclidinium bromide (Cmax u AUC), u l-ebda evidenza ta’ tibdil fl-irbit tal-proteini bejn individwi b’indeboliment renali sever u voluntiera b’saħħithom.

Indeboliment epatiku

Individwi b’indeboliment epatiku moderat (Child-Pugh tal-Klassi B) ma wrew l-ebda evidenza ta’ żieda fl- espożizzjoni sistemika għal umeclidinium bromide (Cmax u AUC), u l-ebda evidenza ta’ tibdil fl-irbit tal- proteini bejn individwi b’indeboliment epatiku moderat u voluntiera b’saħħithom. Umeclidinium bromide ma ġiex ivvalutat f’individwi b’indeboliment epatiku sever.

Popolazzjonijiet speċjali oħra

Analiżi tal-farmakokinetika tal-popolazzjoni wriet li ma hemm l-ebda ħtieġa għal aġġustament fid-doża għal umeclidinium abbażi tal-effett tal-età, razza, sess, l-użu ta’ kortikosterojdi li jittieħdu man-nifs jew piż. Studju fuq metabolizzaturi dgħajfa ta’ CYP2D6 ma wera l-ebda evidenza ta’ effett klinikament sinifikanti ta’ polimorfiżmu ġenetiku ta’ CYP2D6 fuq l-espożizzjoni sistemika għal umeclidinium bromide.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni u riskju ta’ kanċer ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Fi studji li mhumiex kliniċi b’umeclidinium bromide, is-sejbiet kienu dawk tipikament assoċjati mal-farmakoloġija primarja ta’ antagonisti tar-riċettur muskariniku u/jew irritanza lokali.

Tossiċità riproduttiva

Umeclidinium bromide ma kienx teratoġeniku fil-firien jew fil-fniek. Fi studju qabel u wara t-twelid, l-għoti ta’ umeclidinium bromide taħt il-ġilda lill-firien wassal għal żieda anqas fil-piż tal-omm u fil-konsum tal-ikel u tnaqqis żgħir fil-piż tal-ġisem tal-frieħ qabel il-ftim f’ommijiet li ngħataw doża ta’

180 mikrogramma/kg/kuljum (madwar 80 darba l-espożizzjoni klinika fil-bniedem ta’ umeclidinium 55 mikrogramma, abbażi tal-AUC).

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Lactose monohydrate,

Magnesium stearate.

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali wara l-ftuħ tat-trej: 6 ġimgħat.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C. Jekk jinħażen fi friġġ, l-inalatur għandu jitħalla jerġa’ lura għat- temperatura ambjentali għal mill-inqas siegħa qabel l-użu.

Żomm l-inalatur ġewwa t-trej issiġillat sabiex tilqa’ mill-umdità u neħħi biss immedjatament qabel ma jintuża għal-ewwel darba.

Għandu jintuża fi żmien 6 ġimgħat wara li t-trej jinfetaħ l-ewwel darba.

Ikteb id-data meta għandu jintrema l-inalatur fuq it-tikketta fl-ispazju pprovdut. Id-data għandha tiżdied malli l-inalatur jitneħħa mit-trej.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

L-inalatur Ellipta jikkonsisti minn korp griż, għatu aħdar ċar tal-biċċa tal-ħalq u counter tad-dożi, ippakkjat fi trej laminat tal-fojl li fih pakkett ta’ dessikant. It-trej huwa ssiġillat b’għatu tal-fojl li jista’ jitneħħa.

L-inalatur fih strixxa waħda ta’ laminat tal-fojl tal-aluminju ta’ 7 jew 30 doża.

L-inalatur huwa strument magħmul minn diversi komponenti magħmul minn polypropylene, polyethylene ta’ densità għolja, polyoxymethylene, polybutylene terephthalate, acrylonitrile butadiene styrene, polycarbonate u stainless steel.

Daqsijiet ta’ pakketti ta’ inalaturi ta’ 7 jew ta’ 30 doża.

Pakkett multiplu ta’ 3 inalaturi ta’ 30 doża kull wieħed.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Għal struzzjonijiet dwar l-immaniġġjar, ara sezzjoni 4.2.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

GlaxoSmithKline Trading Services Limited

Currabinny

Carrigaline

County Cork

L-Irlanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/17/1174/001

EU/1/17/1174/002

EU/1/17/1174/003

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni:

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati