Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Sancuso (granisetron) – Fuljett ta’ tagħrif - A04AA02

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSancuso
Kodiċi ATCA04AA02
Sustanzagranisetron
ManifatturKyowa Kirin Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

SANCUSO 3.1 mg /24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Granisetron

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu SANCUSO u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża SANCUSO

3Kif għandek tuża SANCUSO

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen SANCUSO

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu SANCUSO u għalxiex jintuża

Is-sustanza attiva f’SANCUSO hi granisetron. SANCUSO li jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini msejħa antiemetiċi u antinawsejanti.

SANCUSO hi garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda li tintuża għal prevenzjoni tad- dardir u rimettar f’persuni adulti li jkunu qed jirċievu kura bil-kimoterapija (mediċini għall-kura tal- kanċer) li ddum minn 3 sa 5 ijiem u li jkollhom diffikultà biex jibilgħu il-pilloli (pereżempju minħabba uġigħ, nixfa jew infjammazzjoni tal-ħalq jew tal-gerżuma).

Għandek tkellem tabib jekk ma tħossokx aħjar jew jekk tħossok agħar wara l-ewwel jum tal- kimoterapija.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża SANCUSO

Tużax SANCUSO:

-jekk inti allerġiku għal granisetron jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-jekk inti allerġiku għal kwalunkwe sustanzi oħra kontra d-dardir li l-isem tagħhom jispiċċa b“setron”, eż. ondansetron.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel ma tuża din il-kura jekk kwalunkwe minn dawn li ġejjin japplikaw għalik:

-jekk ġejt infurmat li għandek disturbi jew mard tal-qalb

-jekk għandek uġigħ fl-istonku jew jekk l-istonku jkun minfuħ

-jekk għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied.

Din il-mediċina tista’ ma taħdimx daqshekk tajjeb u/jew tista’ taffettwa l-ġilda tiegħek jekk tiġi esposta għal xemx diretta jew dawl minn sunlamps jew tanning beds. Hu importanti li tagħmel dan li

ġej:

-waqt li jkollok il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda fuqek, żommha mgħottija bl-ilbies jekk tkun se tmur fix-xemx jew qrib ta’ sunlamp, li tinkludi tanning beds.

-fejn din il-mediċina tkun ġiet applikata żomm il-ġilda mgħottija għal 10 ijiem oħra wara li l- garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda tkun tneħħiet, biex tipproteġi lilek innifsek minn espożizzjoni għal xemx diretta.

Mhux magħruf kif attivitajiet, bħal għawm, eżerċizzju fiżiku qawwi jew li tuża sauna jew whirlpool, jistgħu jaffettwaw lil din il-mediċina. Evita dawn l-attivitajiet waqt li tkun qed tuża din il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Tista’ tkompli tieħu doċċa u tinħasel bħas-soltu waqt li jkollok il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda b’SANCUSO mwaħħla fuqek.

Sħana esterna, bħal pereżempju hot water bottles jew heat pads, għandha tiġi evitata fuq iż-żona tal- garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tintuża minn tfal jew adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u SANCUSO

Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. SANCUSO jista’ jaffettwa l-mod li bih jaħdmu xi mediċini oħra. Barra dan, xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw il-mod kif jaħdem SANCUSO. B’mod partikulari, għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin:

-Paracetamol, li jintuża biex jikkura l-uġigħ.

-Phenobarbital, li jintuża biex jikkura l-epilessija.

-Ketoconazole, li jintuża biex jikkura l-infezzjonijiet.

-SSRIs (inibituri tar-riassorbiment selettiv ta’ serotonin) użati biex jikkuraw id-dipressjoni u/jew ansjetà inkluż fluoxetine, paroxetine, sertraline, fluvoxamine, citalopram, escitalopram.

-SNRIs (inibituri tar-riassorbiment ta’ noranderaline ta’ serotonin) użati biex jikkuraw id- dipressjoni u/jew ansjetà inkluż venlafaxine, duloxetine.

Tqala u treddigħ

Tużax din il-mediċina jekk tkun tqila ħlief jekk it-tabib tiegħek ikun speċifikament irrakkomandaha.

Waqqaf it-treddigħ waqt li l-garża tkun imwaħħla fuqek.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

SANCUSO m’għandu l-ebda effett, jew effett negliġibbli, fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

3.Kif għandek tuża SANCUSO

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija ta’ garża waħda li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Il- mediċina fil-garża li tipprovdiha li tgħaddi minn ġol-ġilda tgħaddi gradwalment minn ġol-ġilda għal ġo ġismek u, għalhekk, il-garża tiġi applikata minn jum sa jumejn (24 sa 48 siegħa) qabel il-bidu tal-kura bil-kimoterapija.

Din il-mediċina hi għall-użu minn fuq il-ġilda. Din il-mediċina tforni s-sustanza attiva bil-mod u l-ħin kollu minn ġol-ġilda tiegħek u tgħaddi fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm matul il-ħin li inti jkollok il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda mwaħħla fuqek.

Affarijiet li għandek tiftakar meta tuża l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda.

-Iżżomx u taħżinx il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda barra mill-qartas issiġillat.

-Tqattax il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda f’biċċiet żgħar.

-Uża garża waħda biss li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda f’ħin wieħed.

-Meta tneħħi l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda, iċċekkja l-ġilda u għid lit-tabib tiegħek jekk tinnota reazzjoni serja tal-ġilda (jekk il-ġilda tiegħek tkun ħamra ħafna, tieklok jew jekk tinnota kwalunkwe nfafet).

-Il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda tista’ tiġi affettwata minn xemx diretta jew espożizzjoni għal-lampi tax-xemx. Waqt li l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn

ġol-ġilda tkun imwaħħla fuqek, trid iżżommha mgħottija, eż. taħt l-ilbies, jekk ikun hemm riskju ta’ espożizzjoni għal dawl tax-xemx jew lampi tax-xemx. Kompli żomm is-sit tal- applikazzjoni mgħotti għal 10 ijiem oħra wara li tneħħi l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda.

-Il-kuntatt mal-ilma waqt li tkun qed tieħu banju jew doċċa, mhux se jibdel il-mod li bih jaħdem SANCUSO. Madankollu, il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda tista’ tinqala’ parzjalment. Ipprova evita li żżomm il-garża fuqek meta tkun fl-ilma għal perijodi twal ta’ ħin.

-M’hemm l-ebda informazzjoni fuq l-effett fuq il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol- ġilda ta’ attivitajiet oħrajn bħal eżerċizzju fiżiku qawwi jew l-użu ta’ sawna jew whirlpools; għalhekk, għandek tevita dawn l-attivitajiet waqt li jkollok il-garża li tgħaddi l-mediċina minn ġo fiha fuqek.

-Għandek tevita sħana esterna (pereżempju hot water bottles jew heat pads) fuq iż-żona tal-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda.

Meta għandek tapplika u tneħħi l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Tneħħix il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda minn ġol-qartas sakemm tkun lest biex tużaha. Aapplika garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda mill-inqas jum (24 siegħa) qabel tkun skedat li jkollok kura permezz tal-kimoterapija. Il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda tista’ tiġi applikata sa massimu ta’ jumejn (48 siegħa) qabel il-kimoterapija. Kun żgur li l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda tkun imwaħħla fuqek il-ħin kollu waqt il- kimoterapija tiegħek. Il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda tista’ tintlibes sa sebat ijiem skont it-tul ta’ żmien tal-kimoterapija tiegħek. Neħħi l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda mill-inqas jum (24 siegħa) wara li tlesti l-kimoterapija tiegħek.

Fejn għandek tapplika l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

Poġġi l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda fuq żona tal-ġilda li tkun nadifa, xotta u b’saħħitha, li tkun fuq il-parti ta’ barra fuq in-naħa ta’ fuq tad-driegħ tiegħek. Jekk dirgħajk mhumiex żoni adattati biex tapplika l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda, it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek tpoġġiha fuq żaqqek. Iż-żona li tagħżel m’għandhiex tkun żejtnija, tkun qaxxartha dan l- aħħar, jew ikollha kwalunkwe problemi tal-ġilda, pereżempju xi ferita (qtugħ jew brix) jew tkun irritata (ħmura jew raxx). Tpoġġix SANCUSO fuq żoni li jkunu ġew ikkurati bi kremi, żjut, lotions, terra jew prodotti oħrajn tal-ġilda li jistgħu ma jħallux il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda teħel tajjeb mal-ġilda tiegħek.

Kif tapplika l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

1.Neħħi qartas mill-kaxxa u iftħu billi tuża s-slit ipprovduta. Kull qartas fih garża waħda ta’ SANCUSO li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda, imwaħħla fuq rita iebsa tal-plastik.

2.Neħħi l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda mill-qartas.

3.In-naħa li teħel tal-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda hi miksija b’rita riġida tal-plastik li fiha żewġ biċċiet. Ilwi l-garża fin-nofs u neħħi nofs ir-rita iebsa tal-plastik. Oqgħod attent li ma twaħħalx il-garża magħha nfisha u evita li tmiss in-naħa tal-garża li teħel .

4.Waqt li żżomm in-nofs l-ieħor tar-rita iebsa tal-plastik, applika l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda fuq il-parti ta’ barra fuq in-naħa ta’ fuq tad-driegħ tiegħek.

5.Neħħi t-tieni nofs tar-rita iebsa tal-plastik u agħfas il-garża kollha li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda b’mod sod fil-post b’subgħajk u llixxaha. Agħfas b’mod sod u aċċerta ruħek li jkun hemm kuntatt tajjeb mal-ġilda, speċjalment madwar it-truf tal-garża.

6.Aħsel idejk wara li tkun applikajt il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda.

7.Żomm il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda fil-post għall-ħin kollu li matulu tkun qed tingħata l-kimoterapija.

8.Tużax mill-ġdid il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda wara li tneħħiha; ara hawn taħt għal istruzzjonijiet dwar il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda t- tneħħija u kif tarmiha (ara sezzjoni 5).

Wara li tneħħi l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

1.Il-garża użata li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda xorta waħda se jibqa’ fiha ammont żgħir ta’ granisetron u għandha tintrema immedjatament kif deskritt f’sezzjoni 5.

2.Wara li tneħħi l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda, tista’ ssib xi materjal li jwaħħal li jkun baqa’ fuq il-ġilda tiegħek. Aħsel bil-mod iż-żona affettwata bis-sapun u bl-ilma biex tneħħi l-materjal li jwaħħal. L-alkohol jew likwidi oħra bħal nail polish remover jistgħu jikkawżaw irritazzjoni tal-ġilda u m’għandhomx jintużaw.

3.Aħsel idejk.

4.Tista’ tara ħmura ħafifa fuq il-ġilda fejn tkun tneħħiet il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda. Din il-ħmura normalment tgħib maż-żmien. Jekk tibqa’ hemm, għid lit-tabib tiegħek.

Jekk il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda tinqala’.

Jekk il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda tibda tinqala’, l-istess garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda tista’ terġa’ titwaħħal fl-istess żona tal-ġilda. Jekk ikun hemm bżonn, uża faxex kirurġiċi jew adhesive tape biex iżżomm il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda f’postha. Jekk il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda tintilef jew ikollha l-ħsara, mur lura għand it-tabib tiegħek.

Jekk tuża SANCUSO aktar milli suppost

Jekk tuża SANCUSO aktar milli suppost, sempliċiment neħħi l-garza(i) żejda u kkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tuża SANCUSO

Hu importanti li tuża dan il-prodott mediċinali kif irrakkomandat mit-tabib tiegħek biex tevita li tħossok imdardar jew li tirremetti wara l-kimoterapija. Jekk tkun insejt tapplika l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda fil-ħin li suppost, applikaha hekk kif tiftakar, u għid lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr qabel il-kura bil-kimoterapija.

Jekk tieqaf tuża SANCUSO

Hu importanti li tuża din il-mediċina matul il-perjodu kollu tal-kimoterapija tiegħek (sa 7 ijiem) biex tippreveni milli tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx wara l-kimoterapija tiegħek. Kellem lit-tabib tiegħek jekk trid tneħħi l-garża qabel it-tmiem tal-kors tal-kura tal-kimoterapija tiegħek (sa 7 ijiem).

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk inti qed tieħu kura b’kimoterapija li kapaċi b’mod moderat jew qawwi li tagħmlek tħossok ma tiflaħx, xorta tista’ tkun ma tiflaħx minkejja l-kura b’mediċina kontra l-mard, inkluż din il-mediċina.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tiżviluppa stitikezza jew jekk ikollok uġigħ fl-istonku jew żaqqek minfuħa. L-istitikezza hi effett sekondarju komuni u tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 10),

Neħħi l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda u għid lit-tabib tiegħek jekk tinnota reazzjoni serja tal-ġilda (jekk il-ġilda tiegħek tkun ħamra ħafna, bil-ħakk jew jekk tinnota kwalunkwe nfafet). Reazzjonijiet tal-ġilda fis-sit tal-applikazzjoni, bħal irritazzjoni, ħakk jew ħmura, mhumiex komuni u jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100.

Effetti sekondarji oħra possibbli:

Effetti sekondarji mhux komuni huma:

-uġigħ ta’ ras, tħoss kollox “idur bik” anki meta tkun wieqaf (sturdament)

-nuqqas ta’ aptit, telf ta’ piż

-fwawar (jew ħmura)

-tħossok imdardar (nawseja), dardir, ħalq xott

-uġigħ fil-ġogi

-nefħa minħabba żamma tal-ilma (edema)

-tibdil fir-riżultati tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied (jekk ikunu se jsirulek testijiet tad-demm, għid lit-tabib jew lill-infermier li ngħatajt SANCUSO).

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000) huma:

-movimenti anormali tal-muskoli (bħal rogħda, ebusija tal-muskoli u kontrazzjonijiet tal- muskoli).

Effetti sekondarji bi frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli) huma:

-reazzjonijiet allerġiċi tal-ġilda. Is-sinjali jistgħu jinkludu nefħiet ħomor, imtellgħin, bil-ħakk

Effetti sekondarji possibbli oħrajn assoċjati ma’ prodotti bi granisetron (bi frekwenza mhux magħrufa):

-Reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu urtikarja (raxx tal-ġilda mtella’, ħamra u bil-ħakk) u anafalassi (reazzjoni allerġika serja li tista’ tinkludi tħarħir f’daqqa, diffikultà fit-teħid tan-nifs, nefħa tal- kpiepel tal-għajn, tal-wiċċ jew tax-xufftejn, raxx jew ħakk)

-Diffikultà fl-irqad/disturbi fl-irqad

-Ngħas eċċessiv

-Intervall QT imtawwal fl-ECG (bidliet fit-traċċa tar-rata tal-qalb (ECG) li jindikaw disturb fir- ritmu tal-qalb)

-Stitikezza

-Dijarea

-Nuqqas ta’ enerġija/dgħufija /Telf ta’ saħħa

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen SANCUSO

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u l-qartas wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Garżi użati li jipprovdu mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda xorta jibqa’ fihom sustanzi attivi, li jistgħu jagħmlu ħsara lil ħaddieħor. Itwi l-garża użata li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda min- nofs, bin-naħa li twaħħal tħares ’il ġewwa, u mbagħad armiha fejn ma tintlaħaqx mit-tfal. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih SANCUSO

-Is-sustanza attiva hi granisetron. Kull garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda ta’ 52 ċm2 fiha 34.3 mg ta’ granisetron, li terħi 3.1 mg ta’ granisetron kull 24 siegħa.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

-Sustanza li twaħħal il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda: acrylate- vinylacetate copolymer

-Saff ta’ wara: polyester

-Rita riġida tal-plastik: siliconised polyester

Kif jidher SANCUSO u l-kontenut tal-pakkett

SANCUSO hi garża rqiqa, u ċara li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda, b’forma rettangolari u b’kantunieri jagħtu fit-tond, imwaħħla fuq rita iebsa tal-plastik. Il-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda tinsab f’qartas. Kull kartuna jkun fiha garża waħdali tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda .

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Kyowa Kirin Ltd

Galabank Business Park

Galashiels

TD1 1QH

Ir-Renju Unit

Tel: +44 (0)1896 664000

Fax: +44 (0)1896 664001

Manifattur

Pharbil Waltrop GmbH (kumpanija sussidjarja ta’ NextPharma) Im Wirrigen 25

45731 Waltrop Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Kyowa Kirin Ltd

Tél/Tel: +44 (0)1896 664000

България

Kyowa Kirin Ltd

Teл.: + 44 (0)1896 664000

Česká republika

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +44 (0)1896 664000

Danmark

Kyowa Kirin filial af Kyowa Kirin AB Tlf: + 46 8 50 90 74 10

Deutschland

Kyowa Kirin GmbH

Eesti

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +44 (0)1896 664000

Ελλάδα

ΑΝΑΒΙΩΣΙΣ ΙΚΕ Τηλ. + 30 2102711020

España

Kyowa Kirin Farmacéutica, S.L.U.

Tel: +34 91 534 37 10

France

Kyowa Kirin Pharma SAS

Tél: +33 (0)1 55 39 14 30

Hrvatska

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +44 (0)1896 664000

Ireland

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +44 (0)1896 664000

Ísland

Kyowa Kirin Ltd

Sími: +44 (0)1896 664000

Italia

Kyowa Kirin S.r.l.,

Tel: +39 02 92169424

Lietuva

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +44 (0)1896 66400

Luxembourg/Luxemburg

Kyowa Kirin Ltd

Tél/Tel: +44 (0)1896 664000

Magyarország

Kyowa Kirin Ltd

Tel.: +44 (0)1896 664000

Malta

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +44 (0)1896 664000

Nederland

Kyowa Kirin Pharma BV

Tel: +31 (0)900 1231236

Norge

Kyowa Kirin filial av Kyowa Kirin AB Tlf: + 46 8 50 90 74 10

Österreich

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +44 (0)1896 664000

Polska

Molteni Farmaceutici Polska Sp. z o.o. Tel.: + 48 (012) 653 15 71

Portugal

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +44 (0)1896 664000

România

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +44 (0)1896 664000

Slovenija

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +44 (0)1896 664000

Slovenská republika

Kyowa Kirin Ltd

Tel: +44 (0)1896 664000

Suomi/Finland

Kyowa Kirin Ab filial i Finland Puh/Tel: + 358 10 23 55 560

Κύπρος

Sverige

CENTROM PHARMA LIMITED

Kyowa Kirin AB

Τηλ: +357 22 283565

Tel: + 46 8 50 90 74 10

Latvija

United Kingdom

Kyowa Kirin Ltd

Kyowa Kirin Ltd

Tel: + 44 (0)1896 664000

Tel: + 44 (0)1896 664000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati