Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Savene (dexrazoxane hydrochloride) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - V03AF02

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSavene
Kodiċi ATCV03AF02
Sustanzadexrazoxane hydrochloride
ManifatturClinigen Healthcare Ltd

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Savene 20 mg/ml trab għall-konċentrat u dilwent għal soluzzjoni għall-infużjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 500 mg dexrazoxane (589 mg dexrazoxane hydrochloride).

Kull ml fih 20 mg ta’ dexrazoxane wara rikonstituzzjoni b’25 ml diluwent ta’ Savene.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Flixkun tad-dilwent:

Potassju 98 mg/500 ml jew 5.0 mmol/l

Sodju 1.61 g/500 ml jew 140 mmol/l

Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal konċentrat u dilwent għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Kunjett tat-trab:

Lijofilizzat bajdani għal bajdani fl-isfar.

Flixkun tad-diluwent:

Soluzzjoni isotonika ċara (295 mOsml/l, pH ta’ madwar 7.4).

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Savene huwa indikat għall-kura ta’ ekstravażjoni minn anthracycline fl-adulti.

4.2Pożoloġija u metodu ta' kif għandu jingħata

Savene jrid jingħata taħt is-superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza fl-użu ta’ prodotti mediċinali li jaġixxu kontra l-kanċer.

Pożoloġija

It-trattament għandu jingħata darba kuljum għal tlett ijiem konsekuttivi. Id-doża rakkomandata hija:

Ġurnata 1: 1000 mg/m2 Ġurnata 2: 1000 mg/m2 Ġurnata 3: 500 mg/m2

L-ewwel infużjoni għandha tinbeda kemm jista’ jkun malajr, fi ħdan l-ewwel sitt sigħat wara l- aċċident. Il-Ġurnata ta’ Trattament 2 u Ġurnata 3 għandhom jinbdew fl-istess siegħa (+/- 3 sigħat) f’Ġurnata 1.

M’hemmx esperjenza bit-tnaqqis/żieda fid-doża jew modifikazzjoni ta’ l-iskeda fit-trattament ta’ ekstravażjoni. Fil-każ ta’ pazjenti b’erja tas-superfiċje tal-ġisem ta’ aktar minn 2 m2 id-doża waħdanija m’għandhiex taqbeż 2000 mg.

Indeboliment renali

Ma sarux studji f’pazjenti li għandhom funzjoni renali indebolita u l-użu tiegħumhuwiex rakkomandat f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.4). Funzjoni renali mnaqqsa tista’ twassal għal rata mnaqqsa ta’ eliminazzjoni u espożizzjoni sistemika mtawwla.

Indeboliment epatiku

Dexrazoxane ma ġiex studjat f’pazjenti li għandhom funzjoni epatika indebolita u l-użu tiegħu mhuwiex rakkomandat f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.4).

Persuni akbar fl-età

Is-sigurtà u l-effikaċja ma ġewx evalwati fost il-persuni akbar fl-età u l-użu ta’ dexrazoxane f’dawn il- pazjenti mhux rakkomandat

Pazjenti pedjatriċi

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Savene fuq tfal taħt it-18-il sena ma ġewx determinati s’issa u dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għall-użu ġol-vina wara r-rikostituzzjoni u d-dilwazzjoni.

Għall-istruzzjonijiet dwar ir-rikostituzzjoni u d-dilwazzjoni ta’ Savene qabel ma jingħata, ara sezzjoni 6.6. Id-doża indikata għandha tingħata bħala infużjoni ġol-vina fuq perijodu ta’ siegħa sa sagħtejn ġo vina kbira f’estremità jew żona differenti minn dik affettwata mill-ekstravażjoni. Proċeduri ta’ tkessiħ bħal pakketti tas-silġ għandhom ikunu tneħħew miż-żona mill-anqas 15-il minuta qabel l-għoti ta’ Savene sabiex jippermettu fluss suffiċjenti tad-demm.

4.3

Kontra indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjentielenkati

 

fis-sezzjoni 6.1.

Nisa b’potenzjal li jwelldu li ma jużawx miżuri ta’ kontraċezzjoni (ara sezzjoni 4.4 u 4.6).

Treddigħ (ara sezzjoni 4.6).

Tilqim fl-istess ħin mat-tilqim kontra d-deni isfar (ara sezzjoni 4.5).

4.4

Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Monitoraġġ kontinwu

Għandu jsir eżami lokali fuq bażi regolari wara t-trattament sakemm jgħaddi għal kollox.

Jekk ikun hemm suspett ta’ ekstravażjoni b’sustanzi li jikkawżaw il-bżieżaq għajr anthracyclines mill- istess aċċess IV, eżempju vincristine, mitomycin, u vinorelbine, Savene ma jkunx effettiv kontra l- effetti minn dawn is-sustanzi.

Peress li Savene jingħata lil pazjenti li jkunu qegħdin jieħdu terapija ċitotossika b’anthracyclines il-potenzjal ċitotossiku tiegħu (li jirriżulta speċjalment f’tossiċità ematoloġika riversibbli bl-inqas punt iseħħ fil-jiem 11-12) għalhekk ser jiżdied ma’ dak tal-kimoterapija l-oħra mogħtija. Għalhekk monitoraġġ ematoloġiku għandu jsir regolarment.

Monitoraġġ tal-funzjoni tal-fwied u tal-kliewi

Billi jista’ jkun hemm mard fil-funzjoni tal-fwied (żidiet fit-transaminases u bilirubin) (speċjalment wara dożi ta’ aktar minn 1 000 mg/m2 ta’ dexrazoxane), huwa rakkomandat li jitwettqu testijiet ta’ rutina tal-funzjoni tal-fwied qabel kull għoti ta’ dexrazoxane f’pazjenti b’mard magħruf fil-funzjoni tal-fwied.

Billi mard fil-funzjoni renali jista’ jnaqqas ir-rata ta’ eliminazzjoni ta’ dexrazoxane, pazjenti b’indeboliment inizjali tal-funzjoni renali għandhom jiġu mmonitorjati għal sinjali ta’ tossiċità ematoloġika.

Reazzjoni anafilattika

Reazzjoni anafilattika inkluż anġjoedema, reazzjonijiet tal-ġilda, bronkospażmi, diffikultajiet respiratorji, pressjoni baxxa u telfien tas-sensi ġew osservati f’pazjenti kkurati b’dexrazoxane u b’anthracyclines (ara sezzjoni 4.8). Storja preċedenti ta’ allerġija għal dexrazoxane għandha tiġi kkunsidrata b’attenzjoni qabel l-għoti (ara sezzjoni 4.3).

Il-kontenut tal-potassju u tas-sodju

Id-dilwent ta’ Savene fih il-potassju (98 mg/500 ml). Dan għandu jittieħed inkonsiderazzjoni minn pazjenti li għandhom funzjoni tal-kliewi mnaqqsa jew pazjenti li jinsabu f’dieta kkontrollata ta’ potassju. Il-livell ta’ potassju fil-plażma irid jiġi mmonitorjat bir-reqqa f’pazjenti b’riskju ta’ iperkalemija.

Savene dilwent fih ukoll is-sodju (1.61 g/500 ml) li jista’ jkun ta’ ħsara għal pazjenti fuq dieta ta’ teħid baxx ta’ sodju.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan

il-prodott u affarijiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Użu flimkien ma’ sustanzi oħra huwa kontra-indikat:

Vaċċin kontra d-deni isfar: Riskju ta’ mard vaċċinijali ġeneralizzat fatali (ara sezzjoni 4.3).

Użu flimkien ma’ sustanzi oħra mhuwiex rakkomandat:

Vaċċini attenwati ħajjin oħra: riskju ta’ mard sistemiku, possibbilment fatali. Dan ir-riskju huwa akbar f’pazjenti li diġà huma immunosuppressi mill-marda prinċipali tagħhom. L-użu ta’ vaċċin mhux attivat fejn dan jeżisti (poljomajlite) (ara sezzjoni 4.4)

Dimethylsulfoxide (DMSO) m’għandux jintuża f’pazjenti li ngħataw dexrazoxane sabiex jittrattaw l-ekstravazzazzjoni ta’ anthracycline (ara sezzjoni 5.3)

Phenytoin: sustanzi ċitotossiċi jistgħu jnaqqsu l-assorbiment ta’ phenytoin li jwassal għal taħrix tal-konvulżjonijiet. Dexrazoxane mhux rakkomandat f’kombinazzjoni ma’ phenytoin

Użu flimkien biex tevalwa bir-reqqa:

Ciclosporin, Tacrolimus: Immunosuppressjoni eċċessiva b’riskju ta’ mard limfoproliferattiv.

Interazzjonijiet komuni għaċ-ċitotossini kollha

Minħabba r-riskju trombotiku ogħla f’pazjenti b’mard malinn, l-użu ta’ trattamenti b’antikoagulanti guwa frekwenti. Pazjenti trattati b’antikoagulanti għandhom jiġu monitorati b’mod aktar frekwenti peress li s-sustanzi ċitotossiċi jistgħu jirreaġixxu ma antikoagulanti orali.

Dexrazoxane jista’ jżid mat-tossiċità kkawżata miċ-ċiklu ta’ kimoterapija li matulu seħħ l- inċident, li jitlob monitoraġġ attent tal-parametri ematoloġiċi (ara sezzjoni 4.4)

Interazzjoni speċifika għal dexrazoxane:

Meta ttestjat f’ħames isoenżimi cytochrome P459 prinċipali: CYP1A, CYP2C9, CYP2C19, CYP2D6 u CYP3A4, l-ebda wieħed minnhom ma ġie impedut minn dexrazoxane.

4.6Fertilità, tqala u Treddigħ

Nisa li jistgħu joħorġu tqal/Kontraċezzjoni fl-irġiel u n-nisa

Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw miżuri kontraċettivi waqt it-trattament u għandhom jinformaw it-tabib minnufih jekk jinqabdu tqal (ara sezzjoni 4.3).

Peress li dexrazone għandu attività mutaġenika, irġiel li jkunu qed jiġu trattati b’dexrazoxane huma rakkomandati biex ma jippruvawx isiru missirijiet matul u sa tliet xhur wara t-trattament u/jew għandhom jużaw kontraċettivi għall-istess perijodu ta’ żmien.

Tqala

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ dexrazoxane f’nisa tqal. Dexrazoxane jista’ jikkawża ħsara fil-fetu meta jingħata lil nisa tqal. Teżisti ftit informazzjoni ta’ qabel l-użu kliniku rigward it-tossiċità

riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Dexrazoxane m’għandux jingħata lil nisa tqal sakemm dan ma jkunx meħtieġ b’mod evidenti.

Treddigħ

Mhuwiex magħruf jekk dexrazoxane jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Minħabba l- potenzjal ta’ reazzjonijiet avversi serji fit-treddigħ ta’ trabi esposti għal dexrazoxane, l-ommijiet għandhom iwaqqfu t-treddigħ waqt terapija b’Savene (ara sezzjoni 4.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Sturdamenti, ħedla u sinkope ġew rapportati fi ftit pazjenti li ġew inklużi fl-istudji TT01 u TT02 ta’ Savene (ara sezzjoni 4.8). Dexrazoxane għandu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Numru ta’ rapporti ppubblikati li jinvolvu aktar minn 1000 pazjent urew mudell konsistenti ta’ reazzjonijiet avversi dipendenti fuq id-doża. L-aktar reazzjonijiet avversi komuni huma n- nawseja/rimettar, it-trażżin suppressjoni tal-mudullun (newtropenja, tromboċitopenja), reazzjonijiet marbuta mas-sit tal-injezzjoni, dijarea, stomatite u żieda fit-transaminases tal-fwied (ALT/AST). Ir- reazzjonijiet avversi kollha kienu riversibbli malajr.

L-informazzjoni li ġejja hija bbażata fuq żewġ studji kliniċi, TT01 u TT02, ta’ Savene mogħti lil pazjenti b’ekstravażjoni li diġà kienu qegħdin jirċievu ċikli ta’ aġenti tal-kimoterapija.

Ir-reazzjonijiet avversi kienu dawk li tipikament jidhru b’kimoterapija standard u anki b’dexrazoxane: Nawseja/rimettar f’madwar terz tal-pazjenti, newtropenja u tromboċitopenja f’madwar nofs il-pazjenti, aktar rari konċentrazzjoni akbar ta’ enzimi tal-fwied (ALT/AST).

Reazzjonijiet avversi osservati fiż-żewġ studji huma elenkati hawn taħt.

Inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi (MedDRA) fl-istudji TT01 u TT02 (n=80 pazjent)

(Innota li l-figuri għad-Disturbi tad-Demm u tas-Sistema Limfatika huma deskritti f’tabella separata ta’ eżamijiet tal-laboratorju)

Ir-reazzjonijiet avversi rapportati huma elenkati skont il-frekwenza li ġejja:

Komuni ħafna (≥ 1/10).

Komuni (> 1/100 sa < 1/10)

Mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100)

Rari (≥1/10,000 sa <1/1,000)

Rari ħafna (<1/10,000)

Sistema tal-Klassifika tal-organi (SOC)

Frekwenza

Reazzjonijiet Avversi

 

 

 

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Komuni ħafna

Infezzjoni ta’ wara l-operazzjoni

 

Komuni

Infezzjoni

 

 

Infezzjoni newtropenika

Disturbi fis-sistema immuni

Mhux magħruf

Reazzjonijiet anafilattiċi

 

Mhux magħruf

Sensittività eċċessiva

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni

Aptit imnaqqas

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Nuqqas t’aptit

 

 

Telf sensorjali

 

 

Sinkope

 

 

Rogħda

Disturbi vaskulari

Komuni

Flebite

 

 

Tromboflebite superfiċjali

 

 

Trombożi venuża fir-riġel jew id-

 

 

driegħ

 

 

 

Sistema tal-Klassifika tal-organi (SOC)

Frekwenza

Reazzjonijiet Avversi

 

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Komuni

Dispnea

medjastinali

 

Pnewmonja

Disturbi gastrointestinali

Komuni ħafna

Dardir

 

Komuni

Remettar

 

 

Dijarea

 

 

Stomatite

 

 

Ħalq xott

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-

Komuni

Alopeċja

ġilda

 

 

 

Prurite

 

 

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti

Komuni

Uġigħ fil-muskoli

konnettivi

 

 

Disturbi fis-sistema riproduttiva u fis-

Komuni

Emorraġija vaġinali

sider

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta'

Komuni ħafna

Uġigħ fis-sit tal-injezzjoni

mnejn jingħata

 

 

Komuni

Deni

 

 

 

Flebite fis-sit tal-injezzjoni

 

 

Eritema fis-sit tal-injezzjoni

 

 

Għeja

 

 

Twebbis fis-sit tal-injezzjoni

 

 

Edema periferali

 

 

Ngħas

Investigazzjonijiet

Komuni

Piż jonqos

Korriment, avvelenament u

Komuni

Kumplikazzjonijiet fil-ġrieħi

komplikazzjonijiet ta’ xi proċedura

 

 

 

 

 

Inċidenza ta’ anormalitajiet tal-laboratorju fit-TT01 u TT02 (n=80 pazjent)

 

Nru ta’ pazjenti

 

Test tal-laboratorju

b’valur post baseline

N

 

%

Emoglobina

 

2.5%

WBC

 

45.0%

Newtrofili

 

46.2%

Plejtlits

 

21.3%

Sodium (Aktar baxx)

 

6.3%

Potassium (Aktar baxx)

 

2.5%

Potassium (Aktar għoli)

 

0.0%

Alkaline Phosphatase

 

0.0%

Bilirubin

 

1.3%

AST

 

3.5%

ALT

 

3.9%

Krejatinina

 

2.6%

LDH

 

0.0%

Calcium Totali (Aktar

 

 

 

 

baxx)

 

7.1%

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Is-sinjali u s-sintomi ta’ dożaġġ eċċessiv aktarx li jikkonsistu minn lewkopenja, tromboċitopenja, nawseja, rimettar, dijarea, reazzjonijiet tal-ġilda u alopeċja. It-trattament għandu jkun sintomatiku.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Aġenti ta’ diżintossifikazzjoni għal aġenti antineoplastiċi, Kodiċi ATC: V03AF02

Żewġ kwalitajiet farmakodinamiċi ta’ dexrazoxane huma deskritti fil-letteratura.

1.Il-prevenzjoni ta’ kardjotossiċità minħabba anthracycline, u

2.Azzjoni antineoplastika

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Dexrazoxane għandu żewġ mekkaniżmi prinċipali ta’ azzjoni:

1.Il-kelazzjoni tal-ħadid speċjalment permezz tal-metabolit biċ-ċirku miftuħ li minħabba f’hekk jonqos l-istress ossidattiv dipendenti fuq il-ħadid li jikkawża kardjotossiċità minnħabba anthracycline.

2.Inibizzjoni ta’ topoisomerase II.

Mhux magħruf safejn kull wieħed minn dawn il-mekkaniżmi jikkontribwixxi għall-effett preventiv tal-qerda tat-tessut wara ekstravażjoni minn anthracycline.

Il-karatteristika ta’ kelazzjoni probabbli hija responsabbli wkoll għal tneħħija akbar ta’ ħadid u żingu fl-awrina u konċentrazzjoni anqas ta’ kalċju fis-serum kif deskritt f’xi studji.

Effikaċja klinika u sigurtà

Il-programm kliniku għal Savene (dexrazoxane) kien jinkludi żewġ studji multiċentriċi, miftuħa fuq driegħ wieħed.

L-iskop globali ta’ kull test kien li tiġi investigata l-effikaċja ta’ Savene mogħti ġol-vini fil- prevenzjoni ta’ ħsara fit-tessut mill-ekstravażjoni aċċidentali ta’ anthracycline, u b’hekk tevita milli l- pazjenti jkollhom jgħaddu mit-tneħħija kirurġika użata sikwit tat-tessut affettwat.

Minħabba r-rarità tal-kondizzjoni setgħet tintuża biss data storika għal tqabbil (li turi rati kirurġiċi ta’ 35-50 %, f’pajjiż minnhom 100 % f’każijiet ippruvati b’bijopsija).

Fiż-żewġ studji, ir-reġim tad-dożaġġ kien l-istess. It-trattament b’Savene kellu jinbeda fi żmien 6 sigħat mill-inċident u ġie ripetut wara 24 u 48 siegħa. L-ewwel u t-tieni doża kienu ta’ 1000 mg/m2 u t-tielet waħda kienet ta’ 500 mg/m2.

Rekwiżit għall-inklużjoni fil-parti dwar l-effikaċja ta’ l-istudju kien li l-ekstravażjoni minn anthracycline tkun ippruvata b’mikroskopija fluworexxenti ta’ bijopsija waħda jew aktar.

Għal skopijiet ta’ studju, pazjenti b’ekstravazzazzjonijiet minn tagħmir għall-aċċess venuż ċentrali (CVAD – central venous access device) ma ġewx inklużi fl-evalwazzjoni dwar l-effikaċja.

Pazjenti b’newtropenja u tromboċitopenja > CTC ta’ l-ewwel grad ma ġewx inklużi fl-istudji kliniċi.

Fl-istudju TT01 iddaħħlu u ngħataw trattament b’Savene, 23 pazjent. Tmintax ġew evalwati għall- effikaċja u s-sigurtà u ħamsa oħra ġew evalwati għat-tossiċità biss. L-ebda pazjent ma kien jeħtieġ intervent kirurġiku.

Fl-istudju TT02, daħlu fl-istudju u rċievew l-ewwel doża ta’ Savene, 57 pazjent. 36 pazjent ġew evalwati għall-effikaċja. Pazjent wieħed biss mis-36 kien jeħtieġ kirurġija.

Fiż-żewġ studji, il-pazjenti kollha kienu rċievew anthracycline. Kollox ma’ kollox, l-aktar anthracycline użat b’mod komuni kien epirubicin (56 % tal-pazjenti).

Fiż-żewġ studji t-trattament b’dexrazoxane impedixxa l-iżvilupp ta’ nekrosi, ippermetta li t-trattament kontra l-kanċer jitkompla kif skedat fil-maġġoranza tal-pazjenti, u naqqas kundizzjonijiet ta’ wara l- marda (kienu osservati biss ftit kundizzjonijiet ħfief fuq perijodu fit-tul).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Savene għandu jingħata biss minn ġol-vini.

Distribuzzjoni

Tagħrif biblijografiku juri li l-kinetika fis-serum ta’ dexrazoxane wara għoti ġol-vini issegwi mudell miftuħ ta’ żewġ kompartimenti indipendenti mill-iskeda u d-doża. Il-volumi evidenti tad- distribuzzjoni huma 0.13-1.3 l/kg (punt medjan 0.49 l/kg). Il-volum tad-distribuzzjoni huwa indipendenti mid-doża. L-AUCs kienu proporzjonali mad-doża. Id-distribuzzjoni fit-tessut hija rapida, bl-ogħla livelli ta’ sustanza prinċipali mhux mibdula u prodott idrolizzat jidhru fil-fwied u l-kliewi. Madwar 2 % ta’ dexrazoxane huwa marbut mal-proteini.

Bijotrasformazzjoni

Dexrazoxane jgħaddi minn idrolisi intraċellulari l-ewwel għaż-żewġ intermedji biċ-ċirku miftuħ tiegħu (B u Ċ) u mbagħad għall-forma b’żewġ ċrieki miftuħin (ADR-925) li għandha struttura simili għall- EDTA u hija kelatur qawwi tal-ħadid u ketajins bivalenti bħall-joni tal-kalċju.

Eliminazzjoni

Dexrazoxane jippreżenta kinetika ta’ tneħħija b’żewġ fażijiet. Il-half lives inizjali ta’ l-eliminazzjoni (alfa) huma 0.18-1 siegħa (punt medjan 0.34 siegħa) u l-half lives finali tat-tneħħija 1.9-9.1 sigħat (punt medjan 2.8 sigħat). L-irkupru totali fl-awrina ta’ dexrazoxane mhux mibdul huwa 34-60 %. It- tneħħija sistemika hija indipendenti mid-doża. Il-farmakokinetika tal-metaboliti hija derivata minn studju wieħed b’ħames pazjenti. Il-half lives medji tat-tneħħija tal-metabolit b’ċirku wieħed miftuħ B u tal-metabolit Ċ huma 0.9-3.9 sigħat (n=5) u 0.5-0.8 siegħa (n=3), rispettivament. Il-half life tat- tneħħija tal-metabolit b’żewġ ċrieki miftuħin ADR-925 mhux mogħti fil-letteratura. ADR-925 huwa rrapportat li jiżdied bi tliet darbiet sa 15-il minuta wara infużjoni ta’ 1500 mg/m2 u jibqa’ relattivament stabbli mingħajr ma jinbidel għal 4 sigħat u mbagħad jonqos għal madwar in-nofs wara 24 siegħa. L- eliminazzjoni tista’ tkun anqas f’pazjenti bi tneħħija baxxa ta’ krejatinina.

Studji in vitro dwar dexrazoxane meta ttestjat f’mikrosomi umani wrew stabbiltà għolja ta’ dexrazoxane li tindika li mhuwiex probabbli metaboliżmu maġġuri permezz taċ-ċitokromu P450.

M’hemmx biżżejjed tagħrif disponibbli biex wieħed jiġbed konklużjonijiet preċiżi dwar fatturi farmakokinetiċi bażiċi bħall-età, is-sess, ir-razza u l-piż. Il-varjabilitajiet farmakokinetiċi fl-istess persuna u bejn persuni differenti ma ġewx studjati b’mod sistematiku. Fuq il-bażi ta’ numru limitat ta’ pazjenti, il-varjabilità bejn persuni differenti kkalkulata bħala l-koeffiċjent ta’ varjazzjoni (CV %), kienet stmata li hija madwar 30 % għall-parametri farmakokinetiċi prinċipali.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Dexrazoxane nstab li għandu attività mutaġenika. Il-potenzjal karċinoġenu ta’ dexrazoxane ma ġiex studjat, madankollu, razoxane, (it-taħlita racemic ta’ dexrazoxane u levrazoxane), kien irrapportat li huwa assoċjat ma’ l-iżvilupp ta’ tumuri malinni sekondarji fil-ġrieden (neoplasmi tal-limfa) u l-firien (karċinomi ta’ l-utru) wara għoti għal perijodu ta’ żmien fit-tul. Dawn iż-żewġ effetti huma mistennija għal din il-klassi ta’ taħlita.

Studji tat-tossiċità b’doża ripetuta wrew li l-organi li jintlaqtu l-ewwel kienu t-tessuti li jgħaddu minn qsim rapidu taċ-ċelloli: mudullun, it-tessut tal-limfa, it-testikoli u l-kanal ta’ l-ikel. Il-mjelosuppressjoni hija għalhekk komuni. L-effetti evidenti kienu akbar waqt għoti kroniku milli akuti. It-tossiċità flimkien ma’ doxorubicin kienet additiva u mhux sinerġetika.

Ir-razoxane relatat instab li huwa embrijotossiku fil-ġrieden, firien u fniek u teratoġeniku fil-firien u l- ġrieden.

Meta ġrieden b’ekstravażjoni sperimentali minn daunorubicin ġew ittrattati b’dexrazoxane mħallat sistematikament ma’ trattament topiku b’DMSO fuq iż-żona tal-ġilda affettwata mid-daunorubicin, 67 % tal-ġrieden żviluppaw feriti żgħar tal-ġilda, filwaqt li trattament b’dexrazoxane waħdu evita għal kollox in-nekrosi tal-ġilda kkawżata minn daunorubicin fi grupp ieħor ta’ ġrieden. Għalhekk, dimethylsulfoxide (DMSO) m’għandux jintuża f’pazjenti li qed jingħataw dexrazoxane sabiex tiġi trattata ekstravażjoni minn anthracycline.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Kunjett ta’ trab xejn

Flixkun tad-dilwent:

Sodium chloride

Potassium chloride

Magnesium chloride hexahydrate

Sodium acetate trihydrate

Sodium gluconate

Sodium hydroxide

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibilitajiet

Minħabba li ma sarux studji li juru liema huma l-prodotti li ma jaqblux miegħu, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti medicinali oħra.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Trab u diluwent: 3 snin.

Wara rikonstituzzjoni u dilwizzjoni:

L-istabbilità kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet għal 4 sigħat meta maħżun f’temperatura ta’ bejn 2 °C u 8 °C.

Minn lat mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża minnufih.

Jekk ma jintużax minnufih, il-ħinijiet u l-kondizzjonijiet effettivi ta’ ħażna qabel l-użu jkunu fir- responsabbiltà ta’ l-utent u ma għandux ikun aktar minn 4 sigħat f’temperatura ta’ bejn 2 °C u 8 °C.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura taħt 25 °C.

Żomm il-kunjetti u l-flixken fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kundizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni u d-dilwazzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Savene trab:

Kunjett tal-ħġieġ ta’ tip I ta’ 36 ml ta; kulur ambra b’tapp tal-lastku magħmul minn chlorobutyl u b’kappa tat-tip flip-off jew li tiċċarrat.

Savene dilwent:

Flixken ta’ 500 ml magħmulin minn ħġieġ tat-Tip-I (Ph.Eur).

Daqs tal-pakketti:

Savene huwa disponibbli f’kitt tal-emerġenza li fiha 10 kunjetti ta’ trab ta’ Savene u 3 fliexken ta’ 500 ml Savene dilwent.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Qabel l-infużjoni, it-trab ta’ Savene jrid jiġi rikonstitwit b’25 ml ta’ Savene dilwent biex tinkiseb konċentrazzjoni ta’ 20 mg dexrazoxane għal kull ml. Il-konċentrat jagħti daqsxejn fl-isfar. Il- konċentrat għandu mbagħad jiġi dilwit iżjed fil-kumplamanet tad- diluwent ta’ Savene.

Għandha tingħata attenzjoni waqt ir-rikonstituzzjoniu d-dilwazzjoni u għandhom jiġu adottati l- proċeduri normali għal maniġġ xieraq ta’ prodotti mediċinali ċitotossiċi. Il-preparazzjoni ma għandhiex tintmiss minn nisa li jkunu tqal. Huwa rrakkomandat l-użu ta’ ingwanti u ta’ lbies protettiv ieħor biex jiġi pprevenut kuntatt mal-ġilda. Ġew irrapportati reazzjonijiet tal-ġilda wara kuntatt ma’ dexrazoxane. Jekk it-trab jew is-soluzzjoni tiġi f’kuntatt mal-ġilda jew mal-membrani mukużi, laħlaħ minnufih u sewwa bl-ilma.

Kull fdal tal-prodott li ma jiġix użat jew skart li jibqa' wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.ID-DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Clinigen Healthcare Ltd

Pitcairn House

Crown Square, First Avenue

Burton-on-Trent, Staffordshire

DE14 2WW

Ir-Renju Unit

8.NUMRU TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/06/350/001

9.DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 28 ta’ Lulju 2006

Data tal-aħħar tiġdid: 18 ta’ Lulju 2011

10.DATA TA' META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati