Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Seebri Breezhaler (glycopyrronium bromide) - R03BB06

Updated on site: 19-Sep-2017

Isem tal-MediċinaSeebri Breezhaler
Kodiċi ATCR03BB06
Sustanzaglycopyrronium bromide
ManifatturNovartis Europharm Ltd

Seebri Breezhaler

bromur tal-glikopirronju

Dan huwa sommarju tar-rapport pubbliku Ewropew taʼ valutazzjoni (EPAR) għal Seebri Breezhaler.

Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tiegħu fl-UE u l- kondizzjonijiet ta’ użu tiegħu. Dan mhux intiż biex jipprovdi konsultazzjoni prattika dwar l-użu ta’

Seebri Breezhaler.

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu taʼ Seebri Breezhaler, il-pazjenti għandhom jaqraw il-fuljett taʼ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew lill-ispiżjar tagħhom.

X’inhu Seebri Breezhaler u għal xiex jintuża?

Seebri Breezhaler huwa mediċina użata biex ittaffi s-sintomi tal-marda pulmonari ostruttiva kronika (COPD) fl-adulti. COPD hija marda fit-tul li fiha l-passaġġi tal-arja u l-boroż tal-arja ġewwa l-pulmuni ssirilhom ħsara jew jiġu mblukkati, u dan iwassal għal diffikultà fit-teħid tan-nifs. Seebri Breezhaler jintuża għall-kura taʼ manutenzjoni (regolari).

Seebri Breezhaler fih is-sustanza attiva bromur tal-glikopirronju.

Kif jintuża Seebri Breezhaler?

Il-kapsuli ta' Seebri Breezhaler, li fihom trab għall-inalazzjoni, jintużaw biss mal-inalatur Seebri Breezhaler u mgħandhomx jinbelgħu. Biex jieħu doża, il-pazjent ipoġġi kapsula fl-inalatur u jieħu nifs il ġewwa biex jiġbed it-trab tal-kapsula mill-ħalq. Għal informazzjoni dettaljata dwar kif tuża l- inalatur b’mod korrett, ara l-istruzzjonijiet fil-fuljett ta’ tagħrif.

Id-doża rakkomandata hija kapsula waħda kuljum fl-istess ħin tal-ġurnata. il-pazjenti m’għandhomx jieħdu aktar minn kapsula waħda kuljum.

Seebri Breezhaler jistaʼ jinkiseb biss bʼ riċetta taʼ tabib.

Kif jaħdem Seebri Breezhaler?

Is-sustanza attiva f'Seebri Breezhaler, il-bromur tal-glikopirronju, hija antagonista tar-riċettur muskariniku. Dan ifisser li jwessal-passaġġi tal-arja billi jimblokka riċetturi muskariniċi (miri) fiċ-

ċelloli tal-muskoli fil-pulmun. Ir-riċetturi muskariniċi jikkontrollaw il-kontrazzjoni tal-muskoli u meta l- bromur tal-glikopirronju jkun inalat, dan jirrilassa l-muskoli tal-passaġġi tal-arja. Dan jgħin biex il- passaġġi tal-arja jibqgħu miftuħin u jippermetti lill-pazjent jieħu n-nifs bʼ aktar faċilità.

X’inhuma l-benefiċċji ta’ Seebri Breezhaler li ħarġu mill-istudji?

Seebri Breezhaler instab li kien aktar effettiv mill-plaċebo (kura finta) fit-taffija tas-sintomi taCOPD f'żewġ studji ewlenin li involvew total ta1, 888 pazjent bi COPD. Fiż-żewġ studji, il-kejl ewlieni tal- effikaċja kien it-titjib fil-volumi espiratorji furzati tal-pazjenti (FEV1, il-volum massimu ta’ arja li

b108ml aktar fit-tieni studju.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Seebri Breezhaler?

L-effetti sekondarji l-aktar komuni bSeebri Breezhaler (li dehru faktar minn pazjent 1 minn 100) huma ħalq xott, nasofarinġite (infjammazzjoni tal-imnieħer u tal-gerżuma), insomnja (diffikultà fl- irqad), uġigħ fl-għadam u l-muskoli u gastroenterite (dijarrea u remettar). Għal-lista sħiħa tal-effetti sekondarji u r-restrizzjonijiet kollha b'Seebri Breezhaler, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Għal xiex ġie approvat Seebri Breezhaler?

L-Aġenzija nnotat li Seebri Breezhaler kellu benefiċċju modest iżda rilevanti għall-pazjenti rigward titjib fil-funzjoni tal-pulmun, u tejjeb ukoll is-sintomi taCOPD. L-Aġenzija nnotat ukoll li l-fatt li l-mediċina tintuża darba kuljum tista’ tgħin lil pazjenti biex ikunu konformi mal-kura tagħhom.

Barra minn dan, ma kien hemm ebda tħassib maġġuri dwar is-sigurtà b’Seebri Breezhaler, bl-effetti sekondarji jkunu simili għal mediċini antagonisti tar-riċettur muskariniku. Għaldaqstant, l-Aġenzija ddeċiediet li l-benefiċċji ta’ Seebri Breezhaler huma akbar mir-riskji tiegħu u rrakkomandat li jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

X’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur ta’ Seebri Breezhaler?

Minħabba li l-mediċini antagonisti tar-riċettur muskariniku jista’ jkollhom effett fuq il-qalb u fuq il-vini, il-kumpanija li tqiegħed Seebri Breezhaler fis-suq sejra tkompli timmonitorja mill-qrib l-effetti kardjovaskulari tal-mediċina u sejra twettaq studju ulterjuri f’pazjenti sabiex tidentifika kwalunkwe riskju potenzjali.

Ir-rakkomandazzjonijiet u l-prekawzjonijiet li għandhom jiġu segwiti mill-professjonisti fil-qasam tal- kura tas-saħħa u mill-pazjenti għal użu sigur u effettiv ta' Seebri Breezhaler ġew inklużi wkoll fis- sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u fil-fuljett ta' tagħrif.

Aktar tagħrif dwar Seebri Breezhaler

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Seebri Breezhaler valida fl-Unjoni Ewropea kollha fit-28 ta' Settembru 2012.

L-EPAR sħiħ għal Seebri Breezhaler jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni dwar il-kura bʼ Seebri Breezhaler, aqra l-fuljett taʼ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’06-2017.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati