Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Simbrinza (brinzolamide / brimonidine tartrate) – Fuljett ta’ tagħrif - S01EC54

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSimbrinza
Kodiċi ATCS01EC54
Sustanzabrinzolamide / brimonidine tartrate
ManifatturNovartis Europharm Limited

Fuljett tatagħrif: Informazzjoni għall-utent

SIMBRINZA 10 mg/ml + 2 mg/ml qtar għall-għajnejn, suspensjoni

Brinzolamide/brimonidine tartrate

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, l-ottometrista (tabib tal-għajnejn) jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il- ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, l-ottometrista (tabib tal-għajnejn) jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

Fdan il-fuljett:

1.Xinhu SIMBRINZA u għalxiex jintuża

2.Xgħandek tkun taf qabel ma tuża SIMBRINZA

3.Kif għandek tuża SIMBRINZA

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen SIMBRINZA

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.Xinhu SIMBRINZA u għalxiex jintuża

SIMBRINZA fih żewġ sustanzi attivi, brinzolamide u brimonidine tartrate. Brinzolamide jagħmel parti minn grupp tamediċini msejħa ‘inibituri tacarbonic anhydrase’ u brimonidine tartrate jagħmel parti minn grupp tamediċini msejħa ‘agonisti tar-riċetturi alpha-2 adrenerġiċi’. Iż-żewġ sustanzi jaħdmu flimkien biex inaqqsu l-pressjoni ġewwa l-għajn.

SIMBRINZA jintuża biex ibaxxi l-pressjoni fl-għajnejn fpazjenti adulti (b’età ta’ aktar minn 18-il sena) li għandhom kondizzjonijiet fl-għajnejn magħrufa bħala glawkoma jew pressjoni għolja fl-għajn u li l-pressjoni għolja fl-għajnejhom ma tistax tiġi kkontrollata bmod effettiv minn mediċina waħda waħedha.

2. Xgħandek tkun taf qabel ma tuża SIMBRINZA

Tużax SIMBRINZA:

-jekk inti allerġiku għal brinzolamide jew għal brimonidine tartrate jew għal xi sustanza oħra tadin il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

-jekk inti allerġiku għal sulphonamides (eżempji jinkludu mediċini użati biex jikkuraw id-dijabete u l- infezzjonijiet kif ukoll dijuretiċi (pilloli tal-awrina))

-jekk qed tieħu inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO) (eżempji jinkludu mediċini biex jikkuraw id- depressjoni jew il-marda taParkinson) jew ċerti antidepressanti. Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi mediċina kontra d-depressjoni

-jekk għandek problemi severi tal-kliewi

-jekk għandek aċidità żejda fid-demm tiegħek (kondizzjoni li tissejjaħ aċidożi iperklorimika)

-fi trabi u tfal b’età inqas minn sentejn.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ottometrista (tabib tal-għajnejn) jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża SIMBRINZA jekk għandek jew jekk kellek fil-passat:

-problemi tal-fwied

-tip tapressjoni għolja fl-għajnejn imsejħa glawkoma tat-tip “narrow angle”

-għajnejn xotti jew problemi fil-kornea

-mard tal-koronarja tal-qalb (sintomi jistgħu jinkludu uġigħ jew għafis fis-sider, qtugħ tanifs jew tifga), insuffiċjenza tal-qalb, pressjoni għolja jew baxxa

-depressjoni

-disturbi fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm jew ċirkolazzjoni tad-demm batuta (bħall-marda taRaynaud jew sindrome taRaynaud jew insuffiċjenza ċerebrali)

Jekk tilbes lentijiet tal-kuntatt rotob, tużax il-qtar waqt li tkun liebes il-lentijiet tiegħek. Ara s-sezzjoni Użu ta’ lentijiet tal-kuntatt - SIMBRINZA fih benzalkonium chloridetaħt).

Tfal u adolexxenti

SIMBRINZA mhux rakkomandat għal tfal u adolexxenti b’età inqas minn 18-il sena. Huwa importanti ħafna li din il-mediċina ma tintużax fi tfal b’età inqas minn sentejn (ara s-sezzjoni Tużax SIMBRINZAhawn fuq). SIMBRINZA mgħandux jintuża fit-tfal minħabba l-potenzjal ta’ effetti sekondarji serji (ara s- sezzjoni 3).

Mediċini oħra u SIMBRINZA

Għid lit-tabib, lill-ottometrista (tabib tal-għajnejn) jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tuża, użajt dan l- aħħar, jew tistatuża xi mediċina oħra.

SIMBRINZA jistajaffettwa jew jiġi affettwat minn mediċini oħra li qed tuża, inkluż qtar għall-għajnejn oħra għall-kura tal-glawkoma.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu jew għandek intenzjoni li tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:

-mediċini biex ibaxxu l-pressjoni

-mediċini tal-qalb inkluż digoxin (użati biex jikkuraw kondizzjonijiet tal-qalb)

-mediċini oħra għall-glawkoma li jikkuraw ukoll il-marda tal-altitudni magħrufa bħala acetazolamide, methazolamide u dorzolamide

-mediċini li jistgħu jaffettwaw il-metaboliżmu bħal chlorpromazine, methylphenidate u reserpine

-mediċini antivirali, antiretrovirali (tip ta’ mediċini użati biex jikkuraw il-Virus Uman tal- Immunodefiċjenza (HIV - Human Immunodeficiency Virus)) jew antibijotiċi

-mediċini kontra l-ħmira jew kontra l-moffa

-inibituri ta’ monoamine oxidase (MAO), jew antidepressanti inkluż amitriptyline, nortriptyline, clomipramine, mianserin, venlafaxine u duloxetine

-anestetiċi

-sedattivi, opiates, jew barbiturates

-jew jekk id-doża taxi mediċini kurrenti tiegħek tigi mibdula.

Simbrinza mal-alkoħol

Jekk tikkonsma l-alkoħol b’mod regolari, staqsi lit-tabib, lill-ottometrista (tabib tal-għajnejn) jew lill-ispiżjar tiegħek għall-parir qabel tieħu din il-mediċina. Simbrinza jista’ jiġi affettwat mill-alkoħol.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, taħseb li tistatkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib, tal- ottometrista (tabib tal-għajnejn) jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Nisa li jistgħu joħorġu tqal huma avżati biex jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt il-kura b’SIMBRINZA. L-użu ta’ SIMBRINZA mhux rakkomandat waqt it-tqala. Tużax SIMBRINZA sakemm ma jkunx indikat b’mod ċar mit-tabib tiegħek.

Jekk qed tredda, SIMBRINZA jista’ jgħaddi fil-ħalib tiegħek. L-użu ta’ SIMBRINZA mhux rakkomandat waqt it-treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Għandek mnejn tinnota li l-vista tiegħek tkun imċajpra jew ma tkunx normali għal xi żmien eżatt wara li tuża SIMBRINZA. SIMBRINZA jistajikkawża wkoll sturdament, ħedla jew għeja f’xi pazjenti.

M’għandekx issuq jew tħaddem magni qabel ma jgħaddu dawn is-sintomi.

Użu ta’ lentijiet tal-kuntatt - SIMBRINZA fih benzalkonium chloride

Hemm preservattiv f’SIMBRINZA (imsejjaħ benzalkonium chloride) li jistajikkawża irritazzjoni fl-għajn u huwa magħruf li jbiddel il-kulur ta’ lentijiet tal-kuntatt rotob. Evita kuntatt malentijiet tal-kuntatt rotob. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt qabel l-applikazzjoni u stenna mill-inqas15-il minuti wara li tuża SIMBRINZA qabel ma terġa’ tilbes il-lentijiet tal-kuntatt tiegħek.

3.Kif għandek tuża SIMBRINZA

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib, l-ottometrista (tabib tal-għajnejn) jew l- ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib, mal-ottometrista (tabib tal-għajnejn) jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Uża SIMBRINZA għall-għajnejk biss. Tiblax u tinjettax.

Id-doża rakkomandata hija qatra waħda fl-għajn jew għajnejn affettwata(i) darbtejn kuljum. Uża fl-istess ħin kuljum.

Kif tużah

Aħsel idejk qabel tibda.

Ħawwad sew qabel l-użu.

Neħħi l-għatu tal-flixkun billi ddawwar. Wara li jitneħħa l-għatu, jekk iċ-ċirku li juri li għadu ssiġillat u li jinqata’ jkun maħlul, neħħieħ qabel tuża l-mediċina.

Tmissx il-qattara b’subgħajk meta tiftaħ jew tagħlaq il-flixkun. Dan jista’ jinfetta l-qtar. Żomm il-flixkun, wiċċu l isfel, bejn subgħajk il-kbir u s-swaba l-oħra.

Itfa’ rasek lura.

B’saba’ nadif, niżżel il-kappell t’isfel ta’ għajnejk l-isfel sakemm ikun hemm ‘spazju’ bejn il-kappell t’għajnejk u l-għajn tiegħek. Il-qatra se tmur hawn (stampa 1).

Ġib it-tarf tal-flixkun viċin l-għajn. Jekk jgħin għamel dan quddiem mera.

Tmissx għajnejk jew il-kappell tal-għajn, il-postijiet tal-madwar jew superfiċji oħra bil-qattara tal-flixkun.

Dan jista’ jinfetta l-qtar

Agħfas il-qiegħ tal-flixkun bil-mod biex tinżel qatra waħda ta’ SIMBRANZA kull darba.

Tagħfasx il-flixkun. Huwa magħmul biex kull m’għandu bżonn huma għafsa bil-mod fil-qiegħ (stampa 2).

Biex jitnaqqas l-ammont ta’ mediċina li jista’ jmur fil-bqija tal-ġisem wara l-applikazzjoni tal-qtar tal- għajnejn għalaq għajnek u għafas bil-mod il-kantuniera ta’ għajnek, in-naħħa tal-imnieħer b’subgħajk għal mill-inqas żewġ minuti.

Jekk qed tuża qtar f’għajnejk it-tnejn, erġa’ rrepeti l-passi għall-għajnek l-oħra. Mhux meħtieġ li tagħlaq u tħawwad il-flixkun qabel ma tuża l-qtar f’għajnek l-oħra. Agħlaq sew l-għatu tal-flixkun immedjatament wara l-użu.

Jekk qed tuża qtar tal-għajnejn oħra, stenna mill-inqas ħames minuti bejn l-użu ta’ SIMBRINZA u tal- qtar l-oħra.

Jekk qatra ma tidħolx f’għajnejk, erġapprova.

Jekk tuża SIMBRINZA aktar milli suppost

Laħlaħ għajnek b’ilma fietel. Tużax aktar qtar qabel isir il-ħin għad-doża tas-soltu li jmiss.

Adulti li bi żball belgħu mediċini li fihom brimonidine kellhom rata tal-qalb aktar baxxa, tnaqqis fil- pressjoni tad-demm li jista’ jiġi segwit minn żieda fil-pressjoni tad-demm, insuffiċjenza tal-qalb, diffikultà biex tieħu n-nifs u effetti fis-sistema nervuża. Jekk iseħħ dan, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Effetti sekondarji serji ġew irrappurtati fi tfal li bi żball belgħu mediċini li fihom brimonidine. Sinjali jinkludu ngħas, telqa, temperatura tal-ġisem baxxa, dehra pallida u diffikultajiet fit-teħid tan-nifs. Jekk dan iseħħ, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Jekk SIMBRINZA inbela bi żball għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Jekk tinsa tuża SIMBRINZA

Kompli bid-doża li jmiss kif ippjanat. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Tużax aktar minn qatra waħda fl-għajn(ejn) affettwata(i) darbtejn kuljum.

Jekk tieqaf tuża SIMBRINZA

M’għandekx tieqaf tuża SIMBRINZA qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek. Jekk tieqaf tuża SIMBRINZA il- pressjoni f’għajnejk mhux se tiġi kkontrollata u dan jista’ jwassal għal telf tal-vista.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ottometrista (tabib tal- għajnejn) jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tistatikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk ikollok xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin, jekk jogħġbok waqqaf l-użu ta’ din il-mediċina u fittex attenzjoni medika immedjata għax dawn jistgħu jkunu sinjali tareazzjoni għall-mediċina. Il-frekwenza ta’ reazzjoni allerġika għall-mediċina mhix magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli).

Reazzjonijiet severi tal-ġilda, inkluż raxx jew ħmura jew ħakk f’ġismek jew għajnejk

Problemi biex tieħu n-nifs

Uġigħ fis-sider, taħbit tal-qalb irregolari

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa għeja estrema jew sturdament.

L-effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati b’SIMBRINZA u b’mediċini oħra li fihom brinzolamide jew brimonidine waħedhom.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

-Effetti fl-għajn: konġuntivite allerġika (allerġija fl-għajn), infjammazzjoni fis-superfiċje tal-għajn, uġigħ fl-għajn, skonfort fl-għajn, vista mċajpra jew mhux normali, ħmura fl-għajn

-Effetti sekondarji ġenerali: ngħas, sturdament, togħma ħażina fil-ħalq, ħalq xott

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

-Effetti fl-għajn: ħsara fis-superfiċje tal-għajn b’telf ta’ ċelluli, infjammazzjoni tal-kappell tal-għajn, depożiti fis-superfiċje tal-għajn, sensittività għad-dawl, nefħa fl-għajn (li taffettwa l-kornea jew il- kappell tal-għajn), għajn tinħass xotta, nixxija mill-għajn, għajn iddemmgħa, ħmura fil-kappell tal-għajn, sensazzjoni mhux normali jew imnaqqsa fl-għajn, għajn tinħass għajjiena, vista mnaqqsa, vista doppja, frak tal-prodott fl-għajnejn.

-Effetti sekondarji ġenerali: tnaqqis fil-pressjoni tad-demm, uġigħ fis-sider, taħbit tal-qalb irregolari, rata tal-qalb baxxa jew mgħaġġla, palpitazzjonijiet, diffikultà biex torqod (insomnja), inkubi, depressjoni, dgħufija ġeneralizzata, uġigħ taras, sturdament, nervi, irritabilità, sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx, telf tamemorja, qtugħ ta’ nifs, ażżma, tinfaraġ, sintomi tariħ, imnieħer jew griżmejn xotti, uġigħ fil- griżmejn, irritazzjoni fil-griżmejn, sogħla, imnieħer inixxi, imnieħer misdud, għatis, infezzjoni fis-sinus, konġestjoni fis-sider, tisfir fil-widnejn, indiġestjoni, gass fl-imsaren jew uġigħ fl-istonku, dardir, dijarea, rimettar, sensazzjoni mhux normali fil-ħalq, żieda fis-sintomi allerġiċi tal-ġilda, raxx, sensazzjoni mhux normali tal-ġilda, telf taxagħar, ħakk ġeneralizzat, żieda fil-livelli ta’ chlorine fid-demm, jew tnaqqis fl- għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm kif osservat f’test tad-demm, uġigħ, uġigħ fid-dahar, uġigħ fil-muskoli jew spażmu, uġigħ fil-kliewi bħal uġigħ fil-parti t’isfel tad-dahar, tnaqqis fil-libido, diffikultà sesswali fl- irġiel.

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000)

-Effetti fl-għajn: tnaqqis fid-daqs tal-pupilla

-Effetti sekondarji ġenerali: ħass ħażin, żieda fil-pressjoni tad-demm

Mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata minn dejta disponibbli)

-Effetti fl-għajn: tkabbir imnaqqas tax-xagħar tal-għajnejn

-Effetti sekondarji ġenerali: rogħda, sensazzjoni mnaqqsa, telf tat-togħma, il-valuri tal-funzjoni tal-fwied mhux normali kif osservat f’test tad-demm, nefħa fil-wiċċ, uġigħ fil-ġogi, awrina frekwenti, uġigħ fis- sider, nefħa fl-estremitajiet.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ottometrista (tabib tal-għajnejn) jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen SIMBRINZA

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Armi l-flixkun 4 ġimgħat wara li jinfetaħ għall-ewwel darba biex tevita infezzjonijiet u uża flixkun ġdid.

Ikteb id-data tal-ftuħ fuq it-tikketta tal-kartuna fl-ispazju pprovdut.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ottometrista (tabib tal-għajnejn) jew lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih SIMBRINZA

-Is-sustanzi attivi huma brinzolamide u brimonidine tartrate. Millilitru wieħed tasuspensjoni fih 10 mg tabrinzolamide u 2 mg tabrimonidine tartrate ekwivalenti għal 1.3 mg brimonidine.

-Is-sustanzi l-oħra huma benzalkonium chloride (ara sezzjoni 2 ‘Użu ta’ lentijiet tal-kuntatt -

SIMBRINZA fih benzalkonium chloride’), propylene glycol, carbomer 974P, boric acid, mannitol, sodium chloride, tyloxapol, hydrochloric acid u/jew sodium hydroxide u ilma ppurifikat.

Ammonti żgħar tahydrochloric acid u/jew sodium hydroxide huma miżjuda biex iżommu l-livelli tal-aċidità

(livelli tal-pH) normali.

Kif jidher SIMBRINZA u l-kontenut tal-pakkett

SIMBRINZA qtar għall-għajnejn, suspensjoni, huwa likwidu (suspensjoni bajda sa abjad maħmuġ) disponibbli f’pakkett li fih flixkun tal-plastik wieħed jew tliet fliexken tal-plastik ta’ 5 mL b’tapp bil-kamin. Jistajkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Manifattur

 

 

 

 

Manifattur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Novartis Europharm Limited

Alcon-Couvreur NV

 

Alcon Cusí, S.A.,

 

Frimley Business Park

Rijksweg 14

 

 

Camil Fabra 58

 

Camberley GU16 7SR

Puurs B-2870

 

08320 El Masnou,

Ir-Renju Unit

Il-Belġju

 

Spanja

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft.

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f

 

Sorsi oħra tainformazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati