Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Simulect (basiliximab) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L04AC02

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSimulect
Kodiċi ATCL04AC02
Sustanzabasiliximab
ManifatturNovartis Europharm Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Simulect 20 mg trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 20 mg basiliximab*.

Millilitru wieħed tas-soluzzjoni rikostitwita fih 4 mg basiliximab.

* antikorp rikombinanti monoklonali kimeriku tal-ġurdien/bniedem immirat kontra l-katina- tar- riċettur ta’ interleukin-2 (antiġen CD25) magħmul minn linja ta’ċelluli tal-majeloma ta’ ġurdien permezz tat-teknoloġija ta’ DNA rikombinat.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni.

Trab abjad.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Simulect indikat għall-profilassi ta’ riġett akut ta’ organu f’trapjant alloġeniku renali de novo, f’pazjenti kemm adulti kif ukoll pedjatriċi (1-17-il sena) (ara sezzjoni 4.2). Għandu jintuża flimkien ma’ ciclosporin għall-immunosupressjoni bbażata fuq mikroemulsjoni u kortikosterojdi, jew f’pazjenti li għandhom anqas minn 80% tal-antikorpi reattivi għall-pannell, jew inkella f’pazjenti fuq kors bi tlett sustanzi għall-manutenzjoni tal-immosuppressjoni, li jkun fiha ciclosporin għal mikroemulsjoni, kortikosterojdi u azathioprine jew mycophenolate mofetil.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Simulect għandu jinkiteb biss minn tobba li għandhom esperjenza b’terapija immunosuppressiva li tingħata wara trapjant ta’ organu. Simulect għandu jingħata taħt superviżjoni ta’ speċjalisti mediċi kwalifikati.

Simulect m’għandux jingħata sakemm ma jkunx aċċertat b’mod assolut li l-pazjent ser jirċievi trapjant u immunosoppressjoni f’daqqa.

Simulect għandu jintuża ma’ ciclosporin għall-immunosupressjoni bbażata fuq mikroemulsjoni jew kortikosterojdi. Jista’ jintuża f’kors bi tlett sustanzi għall-manutenzjoni tal-immosuppressjoni, li jkun fiha ciclosporin għal mikroemulsjoni, kortikosterojdi u azathioprine jew mycophenolate mofetil.

Pożoloġija

Adulti

Id-doża standard totali hija ta’ 40 mg, mogħtija f’żewġ dożi ta’ 20 mg kull waħda.

L-ewwel doża ta’ 20 mg għandha tingħata sagħtejn qabel il-kirurġija tat-trapjant. It-tieni doża ta’ 20 mg għandha tingħata erbat ijiem wara t-trapjant. It-tieni doża m’għandhiex tingħata f’każ ta’ reazzjoni qawwija u sensittività eċċessiva għal Simulect jew komplikazzjonijiet wara l-operazzjoni bħal meta jkun hemm telf tat-trapjant (ara sezzjoni 4.4).

Tfal u adolexxenti (1sa 17-il sena)

F’pazjenti pedjatriċi li jiżnu anqas minn 35 kg, id-doża totali rakkomandata hija ta’ 20 mg, mogħtija f’żewġ dożi ta’ 10 mg kull waħda. F’pazjenti pedjatriċi li jiżnu 35 kg jew aktar, id-doża rakkomandata hija d-doża għall-adulti, jiġifieri doża totali ta’ 40 mg, mogħtija f’żewġ dożi ta’ 20 mg kull waħda.

L-ewwel doża għandha tingħata sa sagħtejn qabel il-kirurġija tat-trapjant. It-tieni doża għandha tingħata erbat ijiem wara t-trapjant. It-tieni doża m’għandhiex tingħata f’każ ta’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva għal Simulect jew komplikazzjonijiet wara l-operazzjoni bħal telf tat-trapjant (ara sezzjoni 4.4).

Anzjani ( 65 sena)

Hemm informazzjoni limitata dwar l-użu ta’ Simulect fl-anzjani, iżda m’hemmx evidenza li pazjenti anzjani għandhom bżonn doża differenti minn pazjenti adulti iżgħar fl-età.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Simulect rikostitwit jista’ jingħata bħala injezzjoni f’daqqa (bolus) fil-vina jew bħala infużjoni intravenuża fuq medda ta’ 20–30 minuta.

Għal istruzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

Tqala u treddigħ (ara sezzjoni 4.6).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Pazjenti li qed jingħataw Simulect għandhom jiġu kkurati f’postijiet li jkunu mgħammra b’riżorsi ta’ laboratorju adattat u riżorsi mediċi ta’ support, li jinkludu mediċini għall-kura ta’ reazzjonijiet qawwija minħabba sensittività eċċessiva.

Korsijiet immunosoppressivi li jinvolvu taħlit ta’ medikazzjonijiet jżidu s-suxxettibilità għall- infezzjonijiet, inklużi infezzjonijiet opportunistiċi, infezzjonijiet fatali u sepsi; ir-riskju żdied mat- tagħbija immunosoppressiva totali.

Simulect m’għandux jingħata sakemm ma jkunx aċċertat b’mod assolut li l-pazjent ser jirċievi trapjant u immunosoppressjoni f’daqqa.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Reazzjonijiet qawwija u akuti (f’anqas minn 24 siegħa) minħabba sensittività eċċessiva ġew osservati kemm fil-bidu tal-użu ta’ Simulect, kif ukoll meta dan reġa’ ntuża għal kors ieħor ta’ terapija. Dawn jinkludu reazzjonijiet simili għal dawk anafilattiċi bħal raxx, urtikarja, ħakk, għatis, tħarħir, pressjoni baxxa, takikardja, qtugħ ta’ nifs, bronkospażmi, ilma fil-pulmun, insuffiċjenza tal-qalb, insuffiċjenza respiratorja u sindrome ta’ tnixxija kapillari. Jekk ikun hemm reazzjoni qawwija minħabba sensittività eċċessiva, it-terapija b’Simulect għandha titwaqqaf b’mod permanenti, u l-ebda doża oħra m’għandha terġa’ tingħata. Għadha ssir kawtela meta pazjenti li qabel kienu ngħataw Simulect jerġgħu jiġu esposti mill-ġdid għal kors ta’ terapija ieħor b’dan il-prodott mediċinali. Aktar evidenza qed turi li sottogrupp ta’ pazjenti għandhom riskju akbar li jiżviluppaw reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva. Dawn huma pazjenti li, wara l-ewwel għoti ta’ Simulect, l-immunosoppressjoni li kienet qed tingħata fl-istess ħin kellha titwaqqaf kmieni minħabba, per eżempju, li t-trapjant ma sarx jew minħabba li t- trapjant intilef minn kmieni. Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva dehru meta Simulect reġa’ ngħata għal trapjant li sar aktar tard f’xi pazjenti.

Neoplażmi u infezzjonijiet

Pazjenti li kellhom trapjant li qed jirċievu kura immunosoppressiva b’korsijiet flimkien ma’ basiliximab jew mingħajru għandhom riskju akbar li jiżviluppaw mard limfoproliferattiv (LPDs) (bħal-limfoma) u infezzjonijiet opportunistiċi (bħal ċitomegalovirus, [CMV], virus BK). Fi provi kliniċi, l-inċidenza ta’ infezzjonijiet opportunistiċi kienet tixxiebah f’pazjenti li kienu qed jużaw skedi immunosoppressivi b’Simulect jew mingħajru. F’analiżi miġbura minn żewġ studji ta’ ħames snin, ma dehru l-edba żiediet fl-inċidenza ta’ tumuri u fl-LPDs bejn korsijiet b’immunosoppressivi flimkien ma’ basiliximab jew mingħajru (ara sezzjoni 4.8).

Tilqim

L-ebda dejta ma hija disponibbli kemm fuq l-effetti ta’ tilqim ħaj u tilqim inattiv kif ukoll dwar it- trasmisssjoni ta’ infezzjoni permezz ta’ tilqim ħaj f’pazjenti li kienu qed jirċievu Simulect. Madankollu, tilqim ħaj mhuwiex irrakkomandat għal pazjenti immunosoppressi. L-użu ta’ tilqim ħaj attenwat għandu għalhekk jiġi evitat f’pazjenti kkurati b’Simulect. Tilqim inattiv jista’ jingħata lill- pazjenti immunosoppressi; madankollu, ir-rispons għat-tilqima jista’ jiddependi mill-grad tal- immunosoppressjoni, għalhekk tilqim waqt kura b’Simulect jista’ ma jkunx daqshekk effettiv.

Użu fi trapjanti tal-qalb

Ma ġewx murija l-effikaċja u s-sigurtà ta’ Simulect għall-profilassi ta’ rifjut akut f’riċevituri ta’ allografts ta’ organi solidi minbarra dawk tal-kliewi. F’diversi provi kliniċi żgħar f’riċevituri ta’ trapjant tal-qalb, avvenimenti avversi kardijaċi serji bħal attakk tal-qalb (2.2%), palpitazzjoni tal-atriju (1.9%) u palpitazzjonijiet (1.4%) kienu rrappurtati aktar ta’ spiss b’Simulect milli b’sustanzi oħra ta’ induzzjoni.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Minħabba li basiliximab huwa immunoglobina, mhux mistenni li jkun hemm ebda interazzjoni metabolika bejn mediċina u oħra.

Minbarra ciclosporin għal mikroemulsjoni, sterojdi, azathioprine u mycophenolate mofetil, medikamenti oħra li s-soltu jingħataw f’każ ta’ trapjant ta’ organu, ġew mogħtija ma’ Simulect waqt provi kliniċi mingħajr ma kien hemm xi reazzjonijiet avversi żejda. Dawn il-medikamenti l-oħra li ngħataw miegħu jinkludu medikamenti kontra l-vajruses, kontra l-batterji u kontra l-moffa, analġeżiċi, mediċini kontra l-pressjoni għolja, bħal aġenti imblukkaturi-beta jew imblukkaturi tal-kanali ta’ calcium, jew dijuretiċi.

Rispons għall-antikorpi antimurini umani (HAMA) kienu rrappurtati waqt prova klinika b’ 172 pazjent li ngħataw basiliximab, mingħajr ma kien imbassar valur għat-tollerabilità klinika. Il-frekwenza kienet ta’ 2/138 f’pazjenti li ma kinux esposti għal muromonab-CD3 (OKT3) u ta’ 4/34 f’pazjenti li kienu ngħataw muromonab-CD3 f’daqqa. L-użu ta’ basiliximab ma jeskludix li wara tingħata kura bi preparazzjonijiet ta’antikorpi ta’ antilimfoċiti tal-ġurdien.

Fl-istudji oriġinali ta’ Fażi III fl-ewwel 3 xhur ta’ wara t-trapjant, 14% tal-pazjenti fil-grupp ta’ basiliximab u 27% fil-grupp tal-plaċebo, kellhom episodju ta’ riġett akut li ġie ikkurat b’terapija tal- antikorpi (OKT3 jew antithymocyte globulin/antilymphocyte globulin (ATG/ALG)), mingħajr ma żdiedu r-reazzjonijiet avversi jew l-infezzjonijiet fil-grupp ta’ basiliximab meta mqabbel mal-grupp tal-plaċebo.

Tlett provi kliniċi investigaw l-użu ta’ basiliximab flimkien ma’ terapija b’kors ta’ tlett sustanzi li kienu jinkludu azathioprine jew mycophenolate mofetil. It-tneħħija totali mill-ġisem ta’ basiliximab naqset b’medja ta’ 22% meta azathioprine ngħata ma’ kors li kien jikkonsisti f’ciclosporin għal mikroemulsjonijiet u kortikosterojdi. It-tneħħija totali mill-ġisem ta’ basiliximab naqset b’medja ta’

51% meta mycophenolate mofetil ingħata mal-kors li kien jikkonsisti f’ciclosporin għal mikroemulsjonijiet u kortikosterojdi. L-użu ta’ basiliximab f’kors bi tlett sustanzi li jinkludi azathioprine jew mycophenolate mofetil, l-effetti avversi ma żdiedux u l-anqas l-infezzjonijiet fil- grupp ta’ Simulect meta mqabbla mal-grupp tal-plaċebo (ara sezzjoni 4.8).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Simulect m’għandux jingħata waqt it-tqala jew treddiegħ (ara sezzjoni 4.3). Basiliximab għandu effetti immunosoppressivi li jistgħu jkunu perikolużi għat-tqala u għat-tarbija tat-twelid li tkun għada qed terda’ meta din tiġi esponuta għal basiliximab mill-ħalib tas-sider. Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt u sa 16-il ġimgħa wara il-kura.

M’hemm l-ebda informazzjoni fuq l-annimali jew il-bnedmin dwar jekk basiliximab joħroġx mal-ħalib tas-sider. Madankollu, minħabba n-natura IgG1 ta’ basiliximab, l-eskrezzjoni fil-ħalib għandha tkun mistennija. Għalhekk omm fuq din il-kura m’għandhiex tredda’.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Basiliximab kien eżaminat f’erba’ studji double blind, randomised, kontrollati bil-plaċebo, fuq pazjenti li kellhom trapjant renali bħala aġent ta’ induzzjoni flimkien mal-korsijiet immunosoppressivi li ġejjin: ciclosporin għal mikroemulsjoni u kortikosterojdi f’żewġ studji (346 u 380 pazjent), ciclosporin għal mikroemulsjoni, azathioprine u kortikosterojdi fi studju wieħed (340 pazjent) u ciclosporin għal mikroemulsjoni, mycophenolate mofetil u kortikosterojdi fi studju ieħor

(123 pazjent). Tagħrif fuq is-sigurtà ta’ pazjenti pedjatriċi nkiseb minn studju farmakokinetiku u farmakodinamiku open label wieħed fuq pazjenti li kellhom trapjant renali (41 pazjent).

L-inċidenza tal-każijiet avversi: Fl-erba’ provi kontrollati bil-plaċebo t’hawn fuq, it-tipi ta’ każijiet avversi li dehru f’590 pazjent li ngħataw id-doża rakkomandata ta’ basiliximab kienu komparabbli ma’ dawk osservati f’ 595 pazjent li ngħataw plaċebo. L-inċidenza globali tal-effetti avversi relatati mal- kura fost il-pazjenti kollha fl-istudji individwali ma kienitx differenti b’mod sinifikanti bejn il-gruppi ta’ kura b’basiliximab (7.1% – 40%) u tal-plaċebo (7.6% – 39%).

Pazjenti adulti

L-effetti l-aktar komuni li dehru (> 20%) wara terapija bi tnejn jew bi tlieta fiż-żewġ gruppi kkurati (basiliximab vs. plaċebo) kienu stitikezza, infezzjonijiet fit-tratt urinarju, uġigħ, dardir, edima periferika, pressjoni għolja, anemija, uġigħ ta’ ras, iperkalimja, iperkolesterolimja, komplikazzjoni tal- ġerħa kirurġika, żieda fil-piż, żieda fil-livell tal-krejatinina fid-demm, ipofosfatimja, dijarea, u infezzjoni fl-apparat respiratorju fin-naħa ta’ fuq.

Pazjenti pedjatriċi

L-aktar effetti komuni (> 20%) li dehru wara terapija bi tnejn fiż-żewġ gruppi (piż ta’ < 35 kg vs.

35 kg) kienu infezzjonijiet fit-tratt urinarju, ipertrikożi, rajnajtis, deni, pressjoni għolja, infezzjoni fl- apparat respiratorju fin-naħa ta’ fuq, infezzjoni b’vajruses, sepsis u stitikezza.

L-inċidenza ta’ neoplażmi malinni: L-inċidenza globali ta’ tumuri fost il-pazjenti kollha fl-istudji individwali kienet simili bejn il-gruppi tal-kura b’basiliximab u dawk għal skop ta’ paragun. Limfoma/mard limfoproliferattiv seħħew f’0.1% (1/701) tal-pazjenti fil-grupp basiliximab, imqabbla ma’ 0.3% (2/595) fost il-pazjenti li kienu qed jirċievu plaċebo, kemm fit-terapija kombinata bi tnejn kif ukoll bi tlieta. Tumuri oħrajn dehru f’1.0% (7/701) tal-pazjenti fil-grupp basiliximab, kontra 1.2% (7/595) tal-pazjenti bil-plaċebo. Analiżi kollettiva ta’ żewġ studji ta’ ħames snin li ġew estiżi, l- inċidenza ta’ LPDs u tumur kienet indaqs f’basiliximab 7% (21/295) u fil-plaċebo 7% (21/291) (ara sezzjoni 4.4).

Inċidenza ta’ episodji ta’ infezzjoni: L-inċidenza u l-profil globali ta’ infezzjonijiet virali, bil-batteri jew tal-fungu fost pazjenti kkurati b’basiliximab jew plaċebo f’kombinazzjoni ma’ terapija immunosoppressiva bi tnejn jew bi tlieta, kienet setgħet titqabbel bejn il-gruppi. L-inċidenza globali ta’ infezzjonijiet kienet 75.9% fil-grupp b’basiliximab u 75.6% fil-grupp bil-plaċebo u l-inċidenza ta’ infezzjonijiet serji kienet ta’ 26.1% u 24.8% rispettivament. L-inċidenza ta’ infezzjonijiet b’CMV kienet simili fiż-żewġ gruppi (14.6% vs. 17.3%), wara kors ta’ terapija bi tnejn jew bi tlieta (ara sezzjoni 4.4).

L-inċidenza u l-kawżi tal-imwiet wara terapija bi tnejn jew bi tlieta kienu simili fil-gruppi basiliximab (2.9%) u f’dawk plaċebo (2.6%), bil-kawża l-aktar komuni tal-imwiet fiż-żewġ gruppi ta’ kura tkun l- infezzjonijiet (basiliximab = 1.3%, plaċebo = 1.4%). F’analiżi kollettiva minn żewġ studji ta’ estensjoni fuq medda ta’ ħames snin, l-inċidenza u l-kawża tal-imwiet baqgħu simili fiż-żewġ gruppi ta’ kura, (basiliximab 15%, plaċebo 11%), bil-kawża primarja tal-imwiet tkun mard assoċjat mal-qalb bħal insuffiċjenza tal-qalb u infart mijokardijaku (basiliximab 5%, plaċebo 4%).

Lista ta’ reazzjonijiet avversi minn rapporti spontanji wara t-tqegħid fis-suq

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin kienu identifikati abbażi ta’ rapporti spontanji wara t-tqegħid fis-suq u huma organizzati skont il-klassi tas-sistemi u tal-organi. Minħabba li dawn ir-reazzjonijiet huma rrappurtati b’mod volontarju minn popolazzjoni ta’ daqs mhux ċert, mhuwiex dejjem possibbli li tistma l-frekwenza tagħhom b’mod li wieħed jista’ joqgħod fuqu.

Disturbi fis-sistema immuni

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva/anafilaktojd bħal raxx, urtikarja, ħakk, għatis, tħarħir, bronkospażmi, qtugħ ta’ nifs, edema fil-pulmun, insuffiċjenza kardijaka, pressjoni baxxa, takikardija, insuffiċjenza respiratorja, sindrome ta’ tnixxija tal-kapillari (ara sezzjoni 4.4). Sindrome ta’ ħelsien ta’ ċitokini.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fi studji kliniċi, basiliximab ingħata lill-bnedmin f’dożi waħidhom li laħqu 60 mg u f’ħafna dożi li laħqu 150 mg fuq perijodu ta’ 24 jum mingħajr ma kien hemm l-ebda effetti akuti mhux mixtieqa.

Għal tagħrif dwar tossikoloġija ta’ qabel l-użu kliniku ara sezzjoni 5.3.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Impedituri ta’ interlukin, Kodiċi ATC: L04ACO2

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Basiliximab huwa antikorp monoklonali kimeriku tal-ġurdien/uman (IgG1 ) li huwa immirat kontra l- katina- tar-riċettur interlukin-2 (antiġen CD25), li hija espressa fuq is-superfiċje tal-limfoċiti-T bħala rispons għall-kuntatt ma’ l-antiġen. Basiliximab speċifikament jintrabat b’affinità qawwija (valur-KD 0.1 nM) ma’ l-antiġen CD25 fuq limfoċiti-T li jkunu attivi, u jikxef ir-riċettur interlukin-2 (IL-2R) li għandu affinità għolja, biex b’hekk iwaqqaf milli jingħaqad l-interlukin-2, sinjal kritiku li jwassal għall-proliferazzjoni taċ-ċelluli-T fir-rispons ċellulari immuni involut fir-riġett tal-allograft. L- imblokkar komplet u konsistenti tar-riċettur interlukin-2 jinżamm kemm-il darba l-livell ta’ basiliximab fis-serum jibqa’ ogħla minn 0.2 g/ml (normalment minn 4 sa 6 ġimgħat wara li jingħata). Meta l-konċentrazzjonijiet jibdew jaqaw taħt dan il-livell, il-preżenza tal-antiġen CD25 terġa’ lura għall-ammonti ta’ qabel it-terapija fi żmien 1–2 ġimgħat. Basiliximab ma jikkawżax majelosuppressjoni.

Studji kliniċi

L-effikaċja ta’ basiliximab biex jilqa’ kontra riġett ta’ organu fi trapjant renali de novo intweriet fi studji double blind kontrollati bil-plaċebo. Riżultati minn żewġ studji multiċentri pivotali ta’

12-il xahar (total ta’ 722 pazjent) li qabblu basiliximab ma’ plaċebo juru li basiliximab, meta jingħata ma’ ciclosporin għal mikroemulsjoni u kortikosterojdi, inaqqas b’mod sinifikanti l-inċidenza ta’ episodji ta’ riġett akut kemm fi żmien 6 xhur (31% vs. 45%, p<0.001) kif ukoll fi żmien 12 (33% vs. 48%, p<0.001)-il xahar wara t-trapjant. Ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti fuq kemm dam ħaj l-organu tat-trapjant bejn pazjenti kkurati b’basiliximab u dawk ikkurati bil-plaċebo wara 6 u

12-il xahar (fi 12-il xahar kien hemm 32 telf ta’ trapjant b’basiliximab (9%) u 37 trapjant kien mitluf bil-plaċebo (10%)). L-inċidenza ta’ episodji ta’ riġett akut kienet sostanzjalment anqas f’pazjenti li ġew mogħtija basiliximab u kors bi tliet mediċini immunosuppressivi.

Ir-riżultati minn żewġ studji multiċentri double blind li qabblu basiliximab ma’ plaċebo (total ta’

463 pazjent) juru li basiliximab inaqqas b’mod sinifikanti l-inċidenza ta’ episodji ta’ riġett akut sa

6 xhur wara t-trapjant, meta dan jiġi wżat flimkien ma’ ciclosporin għal mikroemulsjoni, kortikosterojdi, u jew azathioprine (21% vs. 35%) jew inkella mycophenolate mofetil (15% vs. 27%). It-telf tat-trapjant seħħ f’6% tal-pazjenti ikkurati b’basiliximab u f’10% tal-pazjenti ikkurati bil- plaċebo fi żmien 6 xhur. Il-profil tal-effetti ħżiena baqa’ komparabbli bejn iż-żewġ gruppi li rċevew it- trattament.

F’analiżi kollettiva ta’ żewġ studji ta’ estensjoni open label fuq medda ta’ ħames snin (total ta’

586 pazjent), ir-rati tal-għejxien ta’ pazjenti u trapjant flimkien ma kienx statistikament differenti bejn il-gruppi basiliximab u plaċebo. Studji ta’ estensjoni wrew ukoll li pazjenti li kellhom episodju ta’ riġett akut fl-ewwel sena ta’ wara t-trapjant, tilfu aktar trapjanti u mietu numru akbar fil-perjodu tal- ħames snin ta’ wara, minn pazjenti li ma kellhom l-ebda riġett. Dawn l-eventi ma kinux influwenzati minn basiliximab.

Popolazzjoni pedjatrika

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ basiliximab kienu evalwati f’żewġ studji pedjatriċi.

Basiliximab intuża flimkien ma’ ciclosporin għal mikroemulsjoni u sterojdi fi studju mhux kontrollat f’41 reċipjent ta’ trapjanti tal-kliewi de novo pedjatriċi. Riġett akut seħħ f’14.6% tal-pazjenti fi żmien

6 xhur wara t-trapjant, u f’24.3% fi żmien 12-il xahar. Il-profil globali tal-effetti avversi kien konsistenti ma’ l-esperjenza ġenerali klinika tal-popolazzjoni pedjatrika tat-trapjant tal-kliewi u ma’ dak li ntwera fi studji kkontrollati tat-trapjanti fl-adulti.

Studju randomizzat, ikkontrollat bi plaċebo, double-blind, multiċentriku li dam għaddej 12-il xahar stħarreġ l-għoti flimkien ta’ basiliximab ma’ ciclosporin għall-mikroemulsjoni, mycophenolate mofetil u sterojdi f’pazjenti pedjatriċi b’allograft renali. L-objettiv primarju tal-istudju kien li juri s-superjorità ta’ din it-taħlita meta mqabbla mat-trattament b’ciclosporin għall-mikroemulsjoni, mycophenolate mofetil u sterojdi fil-prevenzjoni ta’ riġetti akuti. Mill-202 pazjenti, 104 ntgħażlu b’mod randomizzat biex jingħataw basiliximab u 98 biex jingħataw plaċebo. L-endpoint primarju dwar l-effikaċja, iż- żmien tal-ewwel episodju ta’ riġett akut ippruvat b’bijopsija (BPAR) jew tal-falliment tat-trattament mogħti ddefinit bħala telfien tat-trapjant, mewt jew riġett preżunt matul l-ewwel 6 xhur wara t- trapjant, seħħ fost 16.7% tal-pazjenti ttrattati b’basiliximab u f’21.7% tal-pazjenti ttrattati bi plaċebo. Meta kienu inklużi r-riġetti fil-linja ta’ demarkazzjoni fejn jidħol l-endpoint primarju dwar l-effikaċja, ir-rati kienu 26.0% u 23.9% rispettivament, bla differenza sinifikanti statistikament bejn gruppi kkurati b’basiliximab u dawk bi plaċebo (HR: 1.04, 90% CI: [0.64; 1.68]). Ir-rati tal-BPAR kienu 9.4% fost il- grupp mogħti basiliximab u 17.4% fost il-grupp mogħti plaċebo (HR: 0.50, 90% CI: [0.25; 0.99]).

Meta kienu inklużi r-riġetti fil-linja ta' demarkazzjoni, ir-rati kienu 20.8% u 19.6% rispettivament (HR: 1.01, 90% CI: [0.59; 1.72]). Il-profili dwar is-sigurtà sħiħa kienu jixxiebhu bejn iż-żewġ gruppi ttrattati u dan kif kien mistenni għat-trattamenti mogħtija u għall-mardiet eżistenti.

Immonoġeniċità

Minn 339 pazjent ta’ trapjanti renali li ngħataw basiliximab u li ġew eżaminati għall-preżenza ta’ antikorpi anti-idiotype, 4 (1.2%) żviluppaw rispons għall-antikorpi anti-idiotype. Fi prova klinika b’172 pazjent li ngħataw basiliximab, l-inċidenza ta’ antikorp antimurin uman (HAMA) f’pazjenti ta’ trapjanti tal-kliewi li ngħataw basiliximab kienet ta’ 2/138 f’pazjenti li ma kinux esponuti għall- muromonab-CD3, kontra 4/34 f’pazjenti li ngħataw muromonab-CD3 fl-istess ħin. L-informazzjoni klinika li hemm dwar l-użu ta’ muromonab-CD3 f’pazjenti li żmien qabel ingħataw basiliximab, jindikaw li l-użu ta’ muromonab-CD3 jew preparazzjonijiet oħra ta’ antikorp antilimfoċitiku tal- ġurdien mhuwiex prekluż f’dawn il-pazjenti.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Adulti

Studji farmakokinetiċi b’doża waħda u b’dożi multipli, saru fuq pazjenti adulti li kien qed ikollhom trapjant tal-kliewi. Dożi kumulattivi varjaw minn 20 mg sa 60 mg. L-ogħla konċentrazzjonijiet fis- serum wara infużjonijiet intravenużi ta’ 20 mg fuq 30 minuta hi ta’ 7.1 5.1 mg/l. Fil-medda tad-dożi b’waħda li ġew eżaminati, minn 20 mg sa 60 mg hemm żieda proporzjonali fis-Cmax u fl-AUC. Il- volum tad-distribuzzjoni fi stat fiss kien ta’ 8.6 4.1 l. Il-punt u l-grad ta’ distribuzzjoni fil- kompartamenti varji tal-ġisem għadhom ma ġewx studjatii b’mod komplet. Studji in vitro fejn intuża tessut uman jindikaw li basiliximab jingħaqad biss ma’ limfoċiti u makrofaġi/monoċiti attivati. Il-half- life terminali kienet ta’ 7.2 3.2 jiem. It-tneħħija totali mill-ġisem kienet ta’ 41 19 ml/siegħa.

F’pazjenti adulti ma jidhirx li l-piż tal-ġisem jew is-sess jaffettwa b’mod klinikament rilevanti l-volum ta’ distribuzzjoni jew it-tneħħija. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma ġietx influwenzata mill-età, sess jew razza.

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetiċi ta’ basiliximab ġew studjati f’39 pazjent pedjatriku bi trapjant renali de novo. Fit- tfal żgħar u t-tfal (età ta’ 1-11-il sena, n=25), il-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fiss kien ta’ 4.8 2.1 l, il-half-life kienet ta’ 9.5 4.5 jiem, u l-tneħħija kienet ta’ 17 6 ml/siegħa. Il-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fiss u t-tneħħija jonqsu b’xi 50% meta mqabbla ma’ pazjenti adulti tat-trapjant tal-kliewi. L-età (1- 11 snin), il-piż (9-37 kg) u l-erja tas-superfiċje tal-ġisem (0.44-1.20 m2) m’affettwawx b’mod klinikament rilevanti l-parametri ta’ dispożizzjoni fil-grupp ta’ dawn l-etajiet. Fl-adolexxenti (età ta’ 12–16-il sena, n=14), il-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fiss kien ta’ 7.8 5.1 l, il-half-life kienet ta’ 9.1 3.9 jiem u t-tneħħija kienet ta’ 31 19 ml/siegħa. Id-dispożizzjoni fl-adolexxenti kienet simili għal dik fil-pazjenti adulti bi trapjant tal-kliewi. Ir-relazzjoni bejn il-konċentrazzjoni fis-serum u s- saturazzjoni tar-riċetturi ġiet studjata f’ 13-il pazjent u nstab li kienet simili għal dik karatterizzata f’pazjenti adulti b’trapjant renali.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità meta xadini rhesus ingħataw dożi intravenużi li waslu sa 5 mg/kg ta’ basiliximab darbtejn fil-ġimgħa għal 4 ġimgħat segwita b’perijodu ta’ twaqqif ta’ 8-ġimgħat jew sa

24 mg/kg ta’ basiliximab darba fil-ġimgħa għal 39 ġimgħa segwit b’13-il ġimgħa perijodu ta’ twaqqif. Fl-istudju ta’ 39-ġimgħa, l-ogħla doża kkawżat esponiment sistemiku (AUC) madwar 1,000 darba dak li nkiseb f’pazjenti li ngħataw id-doża klinika rakkomandata flimkien ma’ terapija immunosoppressiva.

Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità fl-omm, jew fl-embriju, jew teratoġeniċità, f’xadini cynomolgous, wara injezzjonijiet li laħqu 5 mg/kg ta’ basiliximab darbtejn fil-ġimgħa waqt il-perijodu tal-iżvilupp tal-organi fl-embriju.

In vitro, ma ġie osservat l-ebda potenzjal mutaġeniku.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Trab

Potassium dihydrogen phosphate

Disodium phosphate, anhydrous

Sodium chloride

Sucrose

Mannitol (E421)

Glycine

Solvent

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Trab: 3 snin

L-istabilità kimika u fiżika tas-soluzzjoni imħallta intweriet għal 24 siegħa f’2 C - 8 C jew għal

4 sigħat f’temperatura ambjentali (ara sezzjoni 6.6).

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Żomm kiesaħ waqt il-ħażna u l-ġarr (2C - 8 C).

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Trab Simulect

Kunjett tal-ħġieġ tip I bla kulur, tapp tal-lastku butyl miksi b’fluor-resin griż, miżmum f’postu bi strippa ta’ aluminium fil-ġenb, tapp ċelesti ta’ polypropylene li tiftħu b’subgħajk, li jkun fih 20 mg basiliximab bħala trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni.

Solvent

Ampulla tal-ħġieġ bla kulur, ħġieġ tip I, li jkun fih 5 ml ilma għall-injezzjonijiet.

Simulect jista’ jinstab ukoll f’kunjetti b’10 mg basiliximab.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Rikostituzzjoni

Biex tipprepara s-soluzzjoni għall-infużjoni jew għall-injezzjoni, żid 5 ml ilma għall-injezzjonijiet mill-ampulla li tiġi magħha b’mod asettiku ġol-kunjett li fih t-trab ta’ Simulect. Ħawwad il-kunjett bil- mod biex jinħall it-trab, u tevita r-rawgħa. Huwa rakkomandat li wara r-rikostituzzjoni, is-soluzzjoni bla kulur, ċara għal opalexxenti għandha tintuża minnufih. Prodotti rikostitwiti għandhom jiġu miflija għal frak qabel ma jingħataw. Tużax jekk ikun hemm xi frak. Wara r-rikostituzzjoni, l-istabilità kimika u fiżika intweriet għal 24 siegħa f’2C - 8C jew għal 4 sigħat f’temperatura ambjentali. Mil- lat mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża mill-ewwel. Jekk ma jintużax mill-ewwel, il-ħinijiet tal- ħażna u l-kondizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed jużah.

Armi s-soluzzjoni rikostitwita jekk din ma tintużax fi żmien 24 siegħa.

Is-soluzzjoni rikostitwita hija iżotonika u tista’ tingħata bħala injezzjoni bolus jew miżjuda b’salina normali jew b’dextrose 50 mg/ml (5%) għall-infużjoni sa 50 ml jew aktar.

Peress li m’hemm l-ebda informazzjoni jekk Simulect jistax jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn li jingħataw minn ġol-vina, Simulect m’għandux jiġi mħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn u dejjem għandu jingħata permezz ta’ pajp tal-infużjoni separat.

Ġie vverifikat li Simulect huwa kompatibbli ma’ għadd ta’ settijiet tal-infużjoni.

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/98/084/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 09/10/1998

Data tal-aħħar tiġdid: 09/10/2008

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Simulect 10 mg trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 10 mg basiliximab*.

Millilitru wieħed tas-soluzzjoni rikostitwita fih 4 mg basiliximab.

* antikorp rikombinanti monoklonali kimeriku tal-ġurdien/bniedem immirat kontra l-katina- tar- riċettur ta’ interleukin-2 (antiġen CD25) magħmul minn linja ta’ċelluli tal-majeloma ta’ ġurdien permezz tat-teknoloġija ta’ DNA rikombinat.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni.

Trab abjad.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Simulect indikat għall-profilassi ta’ riġett akut ta’ organu f’trapjant alloġeniku renali de novo, f’pazjenti kemm adulti kif ukoll pedjatriċi (1-17-il sena) (ara sezzjoni 4.2). Għandu jintuża flimkien ma’ ciclosporin għall-immunosupressjoni bbażata fuq mikroemulsjoni u kortikosterojdi, jew f’pazjenti li għandhom anqas minn 80% tal-antikorpi reattivi għall-pannell, jew inkella f’pazjenti fuq kors bi tlett sustanzi għall-manutenzjoni tal-immosuppressjoni, li jkun fiha ciclosporin għal mikroemulsjoni, kortikosterojdi u azathioprine jew mycophenolate mofetil.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Simulect għandu jinkiteb biss minn tobba li għandhom esperjenza b’terapija immunosuppressiva li tingħata wara trapjant ta’ organu. Simulect għandu jingħata taħt superviżjoni ta’ speċjalisti mediċi kwalifikati.

Simulect m’għandux jingħata sakemm ma jkunx aċċertat b’mod assolut li l-pazjent ser jirċievi trapjant u immunosoppressjoni f’daqqa.

Simulect għandu jintuża ma’ ciclosporin għall-immunosupressjoni bbażata fuq mikroemulsjoni jew kortikosterojdi. Jista’ jintuża f’kors bi tlett sustanzi għall-manutenzjoni tal-immosuppressjoni, li jkun fiha ciclosporin għal mikroemulsjoni, kortikosterojdi u azathioprine jew mycophenolate mofetil.

Pożoloġija

Tfal u adolexxenti (1sa 17-il sena)

F’pazjenti pedjatriċi li jiżnu anqas minn 35 kg, id-doża totali rakkomandata hija ta’ 20 mg, mogħtija f’żewġ dożi ta’ 10 mg kull waħda. F’pazjenti pedjatriċi li jiżnu 35 kg jew aktar, id-doża rakkomandata hija d-doża għall-adulti, jiġifieri doża totali ta’ 40 mg, mogħtija f’żewġ dożi ta’ 20 mg kull waħda.

L-ewwel doża għandha tingħata sa sagħtejn qabel il-kirurġija tat-trapjant. It-tieni doża għandha tingħata erbat ijiem wara t-trapjant. It-tieni doża m’għandhiex tingħata f’kaz ta’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva għal Simulect jew komplikazzjonijiet wara l-operazzjoni bħal telf tat-trapjant (ara sezzjoni 4.4).

Adulti

Id-doża standard totali hija ta’ 40 mg, mogħtija f’żewġ dożi ta’ 20 mg kull waħda.

L-ewwel doża ta’ 20 mg għandha tingħata sagħtejn qabel il-kirurġija tat-trapjant. It-tieni doża ta’ 20 mg għandha tingħata erbat ijiem wara t-trapjant. It-tieni doża m’għandhiex tingħata f’każ ta’ reazzjoni qawwija u sensittività eċċessiva għal Simulect jew komplikazzjoniiet wara l-operazzjoni bhal meta jkun hemm telf tat-trapjant (ara sezzjoni 4.4).

Anzjani ( 65 sena)

Hemm informazzjoni limitata dwar l-użu ta’ Simulect fl-anzjani, iżda m’hemmx evidenza li pazjenti anzjani għandhom bżonn doża differenti minn pazjenti adulti iżgħar fl-età.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Simulect rikostitwit jista’ jingħata bħala injezzjoni f’daqqa (bolus) fil-vina jew bħala infużjoni intravenuża fuq medda ta’ 20–30 minuta.

Għal istruzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara sezzjoni 6.6.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

Tqala u treddigħ (ara sezzjoni 4.6).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Pazjenti li qed jingħataw Simulect għandhom jiġu kkurati f’postijiet li jkunu mgħammra b’riżorsi ta’ laboratorju adattat u riżorsi mediċi ta’ support, li jinkludu mediċini għall-kura ta’ reazzjonijiet qawwija minħabba sensittività eċċessiva.

Korsijiet immunosoppressivi li jinvolvu taħlit ta’ medikazzjonijiet jżidu s-suxxettibilità għall- infezzjonijiet, inklużi infezzjonijiet opportunistiċi, infezzjonijiet fatali u sepsi; ir-riskju żdied mat- tagħbija immunosoppressiva totali.

Simulect m’għandux jingħata sakemm ma jkunx aċċertat b’mod assolut li l-pazjent ser jirċievi trapjant u immunosoppressjoni f’daqqa.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Reazzjonijiet qawwija u akuti (f’anqas minn 24 siegħa) minħabba sensittività eċċessiva ġew osservati kemm fil-bidu tal-użu ta’ Simulect, kif ukoll meta dan reġa’ ntuża għal kors ieħor ta’ terapija. Dawn jinkludu reazzjonijiet simili għal dawk anafilattiċi bħal raxx, urtikarja, ħakk, għatis, tħarħir, pressjoni baxxa, takikardja, qtugħ ta’ nifs, bronkospażmi, ilma fil-pulmun, insuffiċjenza tal-qalb, insuffiċjenza respiratorja u sindrome ta’ tnixxija kapillari. Jekk ikun hemm reazzjoni qawwija minħabba sensittività eċċessiva, it-terapija b’Simulect għandha titwaqqaf b’mod permanenti, u l-ebda doża oħra m’għandha terġa’ tingħata. Għadha ssir kawtela meta pazjenti li qabel kienu ngħataw Simulect jerġgħu jiġu esposti mill-ġdid għal kors ta’ terapija ieħor b’dan il-prodott mediċinali. Aktar evidenza qed turi li sottogrupp ta’ pazjenti għandhom riskju akbar li jiżviluppaw reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva. Dawn huma pazjenti li, wara l-ewwel għoti ta’ Simulect, l-immunosoppressjoni li kienet qed tingħata fl-istess ħin kellha titwaqqaf kmieni minħabba, per eżempju, li t-trapjant ma sarx jew minħabba li t- trapjant intilef minn kmieni. Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva dehru meta Simulect reġa’ ngħata għal trapjant li sar aktar tard f’xi pazjenti.

Neoplażmi u infezzjonijiet

Pazjenti li kellhom trapjant li qed jirċievu kura immunosoppressiva b’korsijiet flimkien ma’ basiliximab jew mingħajru għandhom riskju akbar li jiżviluppaw mard limfoproliferattiv (LPDs) (bħal-limfoma) u infezzjonijiet opportunistiċi (bħal ċitomegalovirus [CMV], BK virus). Fi provi kliniċi, l-inċidenza ta’ infezzjonijiet opportunistiċi kienet tixxiebah f’pazjenti li kienu qed jużaw skedi immunosoppressivi b’Simulect jew mingħajru. F’analiżi miġbura minn żewġ studji ta’ ħames snin, ma dehru l-edba żiediet fl-inċidenza ta’ tumuri u fl-LPDs bejn korsijiet b’immunosoppressivi flimkien ma’ basiliximab jew mingħajru (ara sezzjoni 4.8).

Tilqim

L-ebda dejta ma hija disponibbli kemm fuq l-effetti ta’ tilqim ħaj u tilqim inattiv kif ukoll dwar it- trasmisssjoni ta’ infezzjoni permezz ta’ tilqim ħaj f’pazjenti li kienu qed jirċievu Simulect. Madankollu, tilqim ħaj mhuwiex irrakkomandat għal pazjenti immunosoppressi. L-użu ta’ tilqim ħaj attenwat għandu għalhekk jiġi evitat f’pazjenti kkurati b’Simulect. Tilqim inattiv jista’ jingħata lill- pazjenti immunosoppressi; madankollu, ir-rispons għat-tilqima jista’ jiddependi mill-grad tal- immunosoppressjoni, għalhekk tilqim waqt kura b’Simulect jista’ ma jkunx daqshekk effettiv.

Użu fi trapjanti tal-qalb

Ma ġewx murija l-effikaċja u s-sigurtà ta’ Simulect għall-profilassi ta’ rifjut akut f’riċevituri ta’ allografts ta’ organi solidi minbarra dawk tal-kliewi. F’diversi provi kliniċi żgħar f’riċevituri ta’ trapjant tal-qalb, avvenimenti avversi kardijaċi serji bħal attakk tal-qalb (2.2%), palpitazzjoni tal-atriju (1.9%) u palpitazzjonijiet (1.4%) kienu rrappurtati aktar ta’ spiss b’Simulect milli b’sustanzi oħra ta’ induzzjoni.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Minħabba li basiliximab huwa immunoglobina, mhux mistenni li jkun hemm ebda interazzjoni metabolika bejn mediċina u oħra.

Minbarra ciclosporin għal mikroemulsjoni, sterojdi, azathioprine u mycophenolate mofetil, medikamenti oħra li s-soltu jingħataw f’każ ta’ trapjant ta’ organu, ġew mogħtija ma’ Simulect waqt provi kliniċi mingħajr ma kien hemm xi reazzjonijiet avversi żejda. Dawn il-medikamenti l-oħra li ngħataw miegħu jinkludu medikamenti kontra l-vajruses, kontra l-batterji u kontra l-moffa, analġeżiċi, mediċini kontra l-pressjoni għolja, bħal aġenti imblukkaturi-beta jew imblukkaturi tal-kanali ta’ calcium, jew dijuretiċi.

Rispons għall-antikorpi antimurini umani (HAMA) kienu rrappurtati waqt prova klinika b’ 172 pazjent li ngħataw basiliximab, mingħajr ma kien imbassar valur għat-tollerabilità klinika. Il-frekwenza kienet ta’ 2/138 f’pazjenti li ma kinux esposti għal muromonab-CD3 (OKT3) u ta’ 4/34 f’pazjenti li kienu ngħataw muromonab-CD3 f’daqqa. L-użu ta’ basiliximab ma jeskludix li wara tingħata kura bi preparazzjonijiet ta’antikorpi ta’ antilimfoċiti tal-ġurdien.

Fl-istudji oriġinali ta’ Fażi III fl-ewwel 3 xhur ta’ wara t-trapjant, 14% tal-pazjenti fil-grupp ta’ basiliximab u 27% fil-grupp tal-plaċebo, kellhom episodju ta’ riġett akut li ġie ikkurat b’terapija tal- antikorpi (OKT3 jew antithymocyte globulin/antilymphocyte globulin (ATG/ALG)), mingħajr ma żdiedu r-reazzjonijiet avversi jew l-infezzjonijiet fil-grupp ta’ basiliximab meta mqabbel mal-grupp tal-plaċebo.

Tlett provi kliniċi investigaw l-użu ta’ basiliximab flimkien ma’ terapija b’kors ta’ tlett sustanzi li kienu jinkludu azathioprine jew mycophenolate mofetil. It-tneħħija totali mill-ġisem ta’ basiliximab naqset b’medja ta’ 22% meta azathioprine ngħata ma’ kors li kien jikkonsisti f’ciclosporin għal mikroemulsjonijiet u kortikosterojdi. It-tneħħija totali mill-ġisem ta’ basiliximab naqset b’medja ta’

51% meta mycophenolate mofetil ingħata mal-kors li kien jikkonsisti f’ciclosporin għal mikroemulsjonijiet u kortikosterojdi. L-użu ta’ basiliximab f’kors bi tlett sustanzi li jinkludi azathioprine jew mycophenolate mofetil, l-effetti avversi ma żdiedux u l-anqas l-infezzjonijiet fil- grupp ta’ Simulect meta mqabbla mal-grupp tal-plaċebo (ara sezzjoni 4.8).

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Simulect m’għandux jingħata waqt it-tqala jew treddiegħ (ara sezzjoni 4.3). Basiliximab għandu effetti immunosoppressivi li jistgħu jkunu perikolużi għat-tqala u għat-tarbija tat-twelid li tkun għada qed terda’ meta din tiġi esponuta għal basiliximab mill-ħalib tas-sider. Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt u sa 16-il ġimgħa wara il-kura.

M’hemm l-ebda informazzjoni fuq l-annimali jew il-bnedmin dwar jekk basiliximab joħroġx mal-ħalib tas-sider. Madankollu, minħabba n-natura IgG1 ta’ basiliximab, l-eskrezzjoni fil-ħalib għandha tkun mistennija. Għalhekk omm fuq din il-kura m’għandhiex tredda’.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Basiliximab kien eżaminat f’erba’ studji double blind, randomised, kontrollati bil-plaċebo, fuq pazjenti li kellhom trapjant renali bħala aġent ta’ induzzjoni flimkien mal-korsijiet immunosoppressivi li ġejjin: ciclosporin għal mikroemulsjoni u kortikosterojdi f’żewġ studji (346 u 380 pazjent), ciclosporin għal mikroemulsjoni, azathioprine u kortikosterojdi fi studju wieħed (340 pazjent) u ciclosporin għal mikroemulsjoni, mycophenolate mofetil u kortikosterojdi fi studju ieħor

(123 pazjent). Tagħrif fuq is-sigurtà ta’ pazjenti pedjatriċi nkiseb minn studju farmakokinetiku u farmakodinamiku open label wieħed fuq pazjenti li kellhom trapjant renali (41 pazjent).

L-inċidenza tal-każijiet avversi: Fl-erba’ provi kontrollati bil-plaċebo t’hawn fuq, it-tipi ta’ każijiet avversi li dehru f’590 pazjent li ngħataw id-doża rakkomandata ta’ basiliximab kienu komparabbli ma’ dawk osservati f’ 595 pazjent li ngħataw plaċebo. L-inċidenza globali tal-effetti avversi relatati mal- kura fost il-pazjenti kollha fl-istudji individwali ma kienitx differenti b’mod sinifikanti bejn il-gruppi ta’ kura b’basiliximab (7.1% – 40%) u tal-plaċebo (7.6% – 39%).

Pazjenti adulti

L-effetti l-aktar komuni li dehru (> 20%) wara terapija bi tnejn jew bi tlieta fiż-żewġ gruppi kkurati (basiliximab vs. plaċebo) kienu stitikezza, infezzjonijiet fit-tratt urinarju, uġigħ, dardir, edima periferika, pressjoni għolja, anemija, uġigħ ta’ ras, iperkalimja, iperkolesterolimja, komplikazzjoni tal- ġerħa kirurġika, żieda fil-piż, żieda fil-livell tal-krejatinina fid-demm, ipofosfatimja, dijarea, u infezzjoni fl-apparat respiratorju fin-naħa ta’ fuq.

Pazjenti pedjatriċi

L-aktar effetti komuni (> 20%) li dehru wara terapija bi tnejn fiż-żewġ gruppi (piż ta’ < 35 kg vs.

35 kg) kienu infezzjonijiet fit-tratt urinarju, ipertrikożi, rajnajtis, deni, pressjoni għolja, infezzjoni fl- apparat respiratorju fin-naħa ta’ fuq, infezzjoni b’vajruses, sepsis u stitikezza.

L-inċidenza ta’ neoplażmi malinni: L-inċidenza globali ta’ tumuri fost il-pazjenti kollha fl-istudji individwali kienet simili bejn il-gruppi tal-kura b’basiliximab u dawk għal skop ta’ paragun. Limfoma/mard limfoproliferattiv seħħew f’0.1% (1/701) tal-pazjenti fil-grupp basiliximab, imqabbla ma’ 0.3% (2/595) fost il-pazjenti li kienu qed jirċievu plaċebo, kemm fit-terapija kombinata bi tnejn kif ukoll bi tlieta. Tumuri oħrajn dehru f’1.0% (7/701) tal-pazjenti fil-grupp basiliximab, kontra 1.2% (7/595) tal-pazjenti bil-plaċebo. Analiżi kollettiva ta’ żewġ studji ta’ ħames snin li ġew estiżi, l- inċidenza ta’ LPDs u tumur kienet indaqs f’basiliximab 7% (21/295) u fil-plaċebo 7% (21/291) (ara sezzjoni 4.4).

Inċidenza ta’ episodji ta’ infezzjoni: L-inċidenza u l-profil globali ta’ infezzjonijiet virali, bil-batteri jew tal-fungu fost pazjenti kkurati b’basiliximab jew plaċebo f’kombinazzjoni ma’ terapija immunosoppressiva bi tnejn jew bi tlieta, kienet setgħet titqabbel bejn il-gruppi. L-inċidenza globali ta’ infezzjonijiet kienet 75.9% fil-grupp b’basiliximab u 75.6% fil-grupp bil-plaċebo u l-inċidenza ta’ infezzjonijiet serji kienet ta’ 26.1% u 24.8% rispettivament. L-inċidenza ta’ infezzjonijiet b’CMV kienet simili fiż-żewġ gruppi (14.6% vs. 17.3%), wara kors ta’ terapija bi tnejn jew bi tlieta (ara sezzjoni 4.4).

L-inċidenza u l-kawżi tal-imwiet wara terapija bi tnejn jew bi tlieta kienu simili fil-gruppi basiliximab (2.9%) u f’dawk plaċebo (2.6%), bil-kawża l-aktar komuni tal-imwiet fiż-żewġ gruppi ta’ kura tkun l- infezzjonijiet (basiliximab = 1.3%, plaċebo = 1.4%). F’analiżi kollettiva minn żewġ studji ta’ estensjoni fuq medda ta’ ħames snin, l-inċidenza u l-kawża tal-imwiet baqgħu simili fiż-żewġ gruppi ta’ kura, (basiliximab 15%, plaċebo 11%), bil-kawża primarja tal-imwiet tkun mard assoċjat mal-qalb bħal insuffiċjenza tal-qalb u infart mijokardijaku (basiliximab 5%, plaċebo 4%).

Lista ta’ reazzjonijiet avversi minn rapporti spontanji wara t-tqegħid fis-suq

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin kienu identifikati abbażi ta’ rapporti spontanji wara t-tqegħid fis-suq u huma organizzati skont il-klassi tas-sistemi u tal-organi. Minħabba li dawn ir-reazzjonijiet huma rrappurtati b’mod volontarju minn popolazzjoni ta’ daqs mhux ċert, mhuwiex dejjem possibbli li tistma l-frekwenza tagħhom b’mod li wieħed jista’ joqgħod fuqu.

Disturbi fis-sistema immuni

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva/anafilaktojd bħal raxx, urtikarja, ħakk, għatis, tħarħir, bronkospażmi, qtugħ ta’ nifs, edema fil-pulmun, insuffiċjenza kardijaka, pressjoni baxxa, takikardija, insuffiċjenza respiratorja, sindrome ta’ tnixxija tal-kapillari (ara sezzjoni 4.4). Sindrome ta’ ħelsien ta’ ċitokini.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Fi studji kliniċi, basiliximab ingħata lill-bnedmin f’dożi waħidhom li laħqu 60 mg u f’ħafna dożi li laħqu 150 mg fuq perijodu ta’ 24 jum mingħajr ma kien hemm l-ebda effetti akuti mhux mixtieqa.

Għal tagħrif dwar tossikoloġija ta’ qabel l-użu kliniku ara sezzjoni 5.3.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Impedituri ta’ interlukin, Kodiċi ATC: L04ACO2

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Basiliximab huwa antikorp monoklonali kimeriku tal-ġurdien/uman (IgG1 ) li huwa immirat kontra l- katina- tar-riċettur interlukin-2 (antiġen CD25), li hija espressa fuq is-superfiċje tal-limfoċiti-T bħala rispons għall-kuntatt ma’ l-antiġen. Basiliximab speċifikament jintrabat b’affinità qawwija (valur-KD 0.1 nM) ma’ l-antiġen CD25 fuq limfoċiti-T li jkunu attivi, u jikxef ir-riċettur interlukin-2 (IL-2R) li għandu affinità għolja, biex b’hekk iwaqqaf milli jingħaqad l-interlukin-2, sinjal kritiku li jwassal għall-proliferazzjoni taċ-ċelluli-T fir-rispons ċellulari immuni involut fir-riġett tal-allograft. L- imblokkar komplet u konsistenti tar-riċettur interlukin-2 jinżamm kemm-il darba l-livell ta’ basiliximab fis-serum jibqa’ ogħla minn 0.2 g/ml (normalment minn 4 sa 6 ġimgħat wara li jingħata). Meta l-konċentrazzjonijiet jibdew jaqaw taħt dan il-livell, il-preżenza tal-antiġen CD25 terġa’ lura għall-ammonti ta’ qabel it-terapija fi żmien 1–2 ġimgħat. Basiliximab ma jikkawżax majelosuppressjoni.

Studji kliniċi

L-effikaċja ta’ basiliximab biex jilqa’ kontra riġett ta’ organu fi trapjant renali de novo intweriet fi studji double blind kontrollati bil-plaċebo. Riżultati minn żewġ studji multiċentri pivotali ta’

12-il xahar (total ta’ 722 pazjent) li qabblu basiliximab ma’ plaċebo juru li basiliximab, meta jingħata ma’ ciclosporin għal mikroemulsjoni u kortikosterojdi, inaqqas b’mod sinifikanti l-inċidenza ta’ episodji ta’ riġett akut kemm fi żmien 6 xhur (31% vs. 45%, p<0.001) kif ukoll fi żmien 12 (33% vs. 48%, p<0.001)-il xahar wara t-trapjant. Ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti fuq kemm dam ħaj l-organu tat-trapjant bejn pazjenti kkurati b’basiliximab u dawk ikkurati bil-plaċebo wara 6 u

12-il xahar (fi 12-il xahar kien hemm 32 telf ta’ trapjant b’basiliximab (9%) u 37 trapjant kien mitluf bil-plaċebo (10%)). L-inċidenza ta’ episodji ta’ riġett akut kienet sostanzjalment anqas f’pazjenti li ġew mogħtija basiliximab u kors bi tliet mediċini immunosuppressivi.

Ir-riżultati minn żewġ studji multiċentri double blind li qabblu basiliximab ma’ plaċebo (total ta’

463 pazjent) juru li basiliximab inaqqas b’mod sinifikanti l-inċidenza ta’ episodji ta’ riġett akut sa

6 xhur wara t-trapjant, meta dan jiġi wżat flimkien ma’ ciclosporin għal mikroemulsjoni, kortikosterojdi, u jew azathioprine (21% vs. 35%) jew inkella mycophenolate mofetil (15% vs. 27%). It-telf tat-trapjant seħħ f’6% tal-pazjenti ikkurati b’basiliximab u f’10% tal-pazjenti ikkurati bil- plaċebo fi żmien 6 xhur. Il-profil tal-effetti ħżiena baqa’ komparabbli bejn iż-żewġ gruppi li rċevew it- trattament.

F’analiżi kollettiva ta’ żewġ studji ta’ estensjoni open label fuq medda ta’ ħames snin (total ta’

586 pazjent), ir-rati tal-għejxien ta’ pazjenti u trapjant flimkien ma kienx statistikament differenti bejn il-gruppi basiliximab u plaċebo. Studji ta’ estensjoni wrew ukoll li pazjenti li kellhom episodju ta’ riġett akut fl-ewwel sena ta’ wara t-trapjant, tilfu aktar trapjanti u mietu numru akbar fil-perjodu tal- ħames snin ta’ wara, minn pazjenti li ma kellhom l-ebda riġett. Dawn l-eventi ma kinux influwenzati minn basiliximab.

Popolazzjoni pedjatrika

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ basiliximab kienu evalwati f’żewġ studji pedjatriċi.

Basiliximab intuża flimkien ma’ ciclosporin għal mikroemulsjoni u sterojdi fi studju mhux kontrollat f’41 reċipjent ta’ trapjanti tal-kliewi de novo pedjatriċi. Riġett akut seħħ f’14.6% tal-pazjenti fi żmien

6 xhur wara t-trapjant, u f’24.3% fi żmien 12-il xahar. Il-profil globali tal-effetti avversi kien konsistenti ma’ l-esperjenza ġenerali klinika tal-popolazzjoni pedjatrika tat-trapjant tal-kliewi u ma’ dak li ntwera fi studji kkontrollati tat-trapjanti fl-adulti.

Studju randomizzat, ikkontrollat bi plaċebo, double-blind, multiċentriku li dam għaddej 12-il xahar stħarreġ l-għoti flimkien ta’ basiliximab ma’ ciclosporin għall-mikroemulsjoni, mycophenolate mofetil u sterojdi f’pazjenti pedjatriċi b’allograft renali. L-objettiv primarju tal-istudju kien li juri s-superjorità ta’ din it-taħlita meta mqabbla mat-trattament b’ciclosporin għall-mikroemulsjoni, mycophenolate mofetil u sterojdi fil-prevenzjoni ta’ riġetti akuti. Mill-202 pazjenti, 104 ntgħażlu b’mod randomizzat biex jingħataw basiliximab u 98 biex jingħataw plaċebo. L-endpoint primarju dwar l-effikaċja, iż- żmien tal-ewwel episodju ta’ riġett akut ippruvat b’bijopsija (BPAR) jew tal-falliment tat-trattament mogħti ddefinit bħala telfien tat-trapjant, mewt jew riġett preżunt matul l-ewwel 6 xhur wara t- trapjant, seħħ fost 16.7% tal-pazjenti ttrattati b’basiliximab u f’21.7% tal-pazjenti ttrattati bi plaċebo. Meta kienu inklużi r-riġetti fil-linja ta’ demarkazzjoni fejn jidħol l-endpoint primarju dwar l-effikaċja, ir-rati kienu 26.0% u 23.9% rispettivament, bla differenza sinifikanti statistikament bejn gruppi kkurati b’basiliximab u dawk bi plaċebo (HR: 1.04, 90% CI: [0.64; 1.68]). Ir-rati tal-BPAR kienu 9.4% fost il- grupp mogħti basiliximab u 17.4% fost il-grupp mogħti plaċebo (HR: 0.50, 90% CI: [0.25; 0.99]).

Meta kienu inklużi r-riġetti fil-linja ta' demarkazzjoni, ir-rati kienu 20.8% u 19.6% rispettivament (HR: 1.01, 90% CI: [0.59; 1.72]). Il-profili dwar is-sigurtà sħiħa kienu jixxiebhu bejn iż-żewġ gruppi ttrattati u dan kif kien mistenni għat-trattamenti mogħtija u għall-mardiet eżistenti.

Immonoġeniċità

Minn 339 pazjent ta’ trapjanti renali li ngħataw basiliximab u li ġew eżaminati għall-preżenza ta’ antikorpi anti-idiotype, 4 (1.2%) żviluppaw rispons għall-antikorpi anti-idiotype. Fi prova klinika b’172 pazjent li ngħataw basiliximab, l-inċidenza ta’ antikorp antimurin uman (HAMA) f’pazjenti ta’ trapjanti tal-kliewi li ngħataw basiliximab kienet ta’ 2/138 f’pazjenti li ma kinux esponuti għall- muromonab-CD3, kontra 4/34 f’pazjenti li ngħataw muromonab-CD3 fl-istess ħin. L-informazzjoni klinika li hemm dwar l-użu ta’ muromonab-CD3 f’pazjenti li żmien qabel ingħataw basiliximab, jindikaw li l-użu ta’ muromonab-CD3 jew preparazzjonijiet oħra ta’ antikorp antilimfoċitiku tal- ġurdien mhuwiex prekluż f’dawn il-pazjenti.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Adulti

Studji farmakokinetiċi b’doża waħda u b’dożi multipli, saru fuq pazjenti adulti li kien qed ikollhom trapjant tal-kliewi. Dożi kumulattivi varjaw minn 20 mg sa 60 mg. L-ogħla konċentrazzjonijiet fis- serum wara infużjonijiet intravenużi ta’ 20 mg fuq 30 minuta hi ta’ 7.1 5.1 mg/l. Fil-medda tad-dożi b’waħda li ġew eżaminati, minn 20 mg sa 60 mg hemm żieda proporzjonali fis-Cmax u fl-AUC. Il- volum tad-distribuzzjoni fi stat fiss kien ta’ 8.6 4.1 l. Il-punt u l-grad ta’ distribuzzjoni fil- kompartamenti varji tal-ġisem għadhom ma ġewx studjatii b’mod komplet. Studji in vitro fejn intuża tessut uman jindikaw li basiliximab jingħaqad biss ma’ limfoċiti u makrofaġi/monoċiti attivati. Il-half- life terminali kienet ta’ 7.2 3.2 jiem. It-tneħħija totali mill-ġisem kienet ta’ 41 19 ml/siegħa.

F’pazjenti adulti ma jidhirx li l-piż tal-ġisem jew is-sess jaffettwa b’mod klinikament rilevanti l-volum ta’ distribuzzjoni jew it-tneħħija. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma ġietx influwenzata mill-età, sess jew razza.

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetiċi ta’ basiliximab ġew studjati f’39 pazjent pedjatriku bi trapjant renali de novo. Fit- tfal żgħar u t-tfal (età ta’ 1-11-il sena, n=25), il-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fiss kien ta’ 4.8 2.1 l, il-half-life kienet ta’ 9.5 4.5 jiem, u l-tneħħija kienet ta’ 17 6 ml/siegħa. Il-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fiss u t-tneħħija jonqsu b’xi 50% meta mqabbla ma’ pazjenti adulti tat-trapjant tal-kliewi. L-età (1- 11 snin), il-piż (9-37 kg) u l-erja tas-superfiċje tal-ġisem (0.44-1.20 m2) m’affettwawx b’mod klinikament rilevanti l-parametri ta’ dispożizzjoni fil-grupp ta’ dawn l-etajiet. Fl-adolexxenti (età ta’ 12–16-il sena, n=14), il-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fiss kien ta’ 7.8 5.1 l, il-half-life kienet ta’ 9.1 3.9 jiem u t-tneħħija kienet ta’ 31 19 ml/siegħa. Id-dispożizzjoni fl-adolexxenti kienet simili għal dik fil-pazjenti adulti bi trapjant tal-kliewi. Ir-relazzjoni bejn il-konċentrazzjoni fis-serum u s- saturazzjoni tar-riċetturi ġiet studjata f’ 13-il pazjent u nstab li kienet simili għal dik karatterizzata f’pazjenti adulti b’trapjant renali.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità meta xadini rhesus ingħataw dożi intravenużi li waslu sa 5 mg/kg ta’ basiliximab darbtejn fil-ġimgħa għal 4 ġimgħat segwita b’perijodu ta’ twaqqif ta’ 8-ġimgħat jew sa

24 mg/kg ta’ basiliximab darba fil-ġimgħa għal 39 ġimgħa segwit b’13-il ġimgħa perijodu ta’ twaqqif. Fl-istudju ta’ 39-ġimgħa, l-ogħla doża kkawżat esponiment sistemiku (AUC) madwar 1,000 darba dak li nkiseb f’pazjenti li ngħataw id-doża klinika rakkomandata flimkien ma’ terapija immunosoppressiva.

Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità fl-omm, jew fl-embriju, jew teratoġeniċità, f’xadini cynomolgous, wara injezzjonijiet li laħqu 5 mg/kg ta’ basiliximab darbtejn fil-ġimgħa waqt il-perijodu tal-iżvilupp tal-organi fl-embriju.

In vitro, ma ġie osservat l-ebda potenzjal mutaġeniku.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Trab

Potassium dihydrogen phosphate

Disodium phosphate, anhydrous

Sodium chloride

Sucrose

Mannitol (E421)

Glycine

Solvent

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2 Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Trab: 3 snin

L-istabilità kimika u fiżika tas-soluzzjoni imħallta intweriet għal 24 siegħa f’2 C - 8 C jew għal

4 sigħat f’temperatura ambjentali (ara sezzjoni 6.6).

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Żomm kiesaħ waqt il-ħażna u l-ġarr (2 C - 8 C).

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Trab Simulect

Kunjett tal-ħġieġ tip I bla kulur tapp tal-lastku butyl miksi b’fluor-resin griż, miżmum f’postu bi strippa ta’ aluminium fil-ġenb, tapp ċelesti ta’ polypropylene li tiftħu b’subgħajk, li jkun fih 10 mg basiliximab bħala trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni.

Solvent

Ampulla tal-ħġieġ bla kulur, ħġieġ tip I, li jkun fih 5 ml ilma għall-injezzjonijiet.

Simulect jista’ jinstab ukoll f’kunjetti b’20 mg basiliximab.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Rikostituzzjoni

Biex tipprepara s-soluzzjoni għall-infużjoni jew għall-injezzjoni, ħu 2.5 ml ilma għall-injezzjonijiet b’mod asettiku mill-ampulla ta’ 5 ml li tiġi magħha u żid dawn iż-2.5 ml, ilma għall-injezzjonijiet b’mod asettiku ġol-kunjett li fih it-trab ta’ Simulect. Ħawwad il-kunjett bil-mod biex jinħall it-trab, tevita r-rawgħa. Huwa rakkomandat li wara r-rikostituzzjoni, is-soluzzjoni bla kulur, ċara għal opalexxenti għandha tintuża minnufih. Prodotti rikostitwiti għandhom jiġu miflija għal frak qabel ma jingħataw. Tużax jekk ikun hemm xi frak. Wara r-rikostituzzjoni, l-istabilità kimika u fiżika intweriet għal 24 siegħa f’2 C - 8 C jew għal 4 sigħat f’temperatura ambjentali. Mil- lat mikrobijoloġiku, il- prodott għandu jintuża mill-ewwel. Jekk ma jintużax mill-ewwel, il-ħinijiet tal-ħażna u l- kondizzjonijiet ta’ qabel l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed jużah.

Armi s-soluzzjoni rikostitwita jekk din ma tintużax fi żmien 24 siegħa.

Is-soluzzjoni rikostitwita hija iżotonika u tista’ tingħata bħala injezzjoni bolus jew miżjuda b’salina normali jew b’dextrose 50 mg/ml (5%) għall-infużjoni sa 25 ml jew aktar.

Peress li m’hemm l-ebda informazzjoni jekk Simulect jistax jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn li jingħataw minn ġol-vina, għaldaqstant Simulect m’għandux jiġi mħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn u dejjem għandu jingħata permezz ta’ pajp tal-infużjoni separat.

Ġie vverifikat li Simulect huwa kompatibbli ma’ għadd ta’ settijiet tal-infużjoni.

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/98/084/002

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 09/10/1998

Data tal-aħħar tiġdid: 09/10/2008

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati