Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Suliqua (insulin glargine / lixisenatide) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A10AE

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSuliqua
Kodiċi ATCA10AE
Sustanzainsulin glargine / lixisenatide
Manifattursanofi-aventis groupe

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Suliqua 100 unità/ml + 50 mikrogramma/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest Suliqua 100 unità/ml + 33 mikrogramma/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Suliqua 100 unità/ml + 50 mikrogramma/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

Kull pinna mimlija għal-lest fiha 300 unità ta’ insulin glargine* u 150 mikrogramma lixisenatide f’soluzzjoni ta’ 3 ml.

Kull ml fih 100 unità ta’ insulin glargine u 50 mikrogramma lixisenatide.

Kull grad fuq l-iskala tad-doża fih unità 1 ta’ insulin glargine u 0.5 mikrogramma ta’ lixisenatide

Suliqua 100 unità/ml + 33 mikrogramma/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

Kull pinna mimlija għal-lest fiha 300 unità ta’ insulin glargine* u 100 mikrogramma lixisenatide f’soluzzjoni ta’ 3 ml.

Kull ml fih 100 unità ta’ insulin glargine u 33 mikrogramma lixisenatide.

Kull grad fuq l-iskala tad-doża fih unità 1 ta’ insulin glargine u 0.33 mikrogramma lixisenatide

*Insulin glargine huwa magħmul bit-teknoloġija rikombinanti tad-DNA ġo Escherichia coli.

It-tieqa tad-doża tal-pinna turi n-numru ta’ gradi fuq l-iskala tad-doża.

Eċċipjent(i) b’effett magħruf:

Kull ml fih 2.7 milligramma ta’ metacresol.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni). SoloStar

Soluzzjoni ċara u bla kulur.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Suliqua hu indikat flimkien ma’ metformin għat-trattament ta’ adulti b’dijabete mellitus tat-tip 2 biex itejjeb il-kontroll gliċemiku meta dan ma jkunx ġie pprovdut minn metformin waħdu jew b’metformin mogħti flimkien ma’ prodott mediċinali ieħor mill-ħalq li jnaqqas il-livell tal-glukożju fid-demm jew ma’ insulina tal-bażi (ara sezzjoni 4.4 u 5.1 għal tagħrif disponibbli dwar it-teħid flimkien ta’ prodotti differenti).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Suliqua huwa disponibbli f’żewġ pinen, li jipprovdu għażla għall-għoti tad-dożi differenti, i.e. pinna ta’ Suliqua (10-40), pinna ta’ Suliqua (30-60) rispettivament. Id-differenza bejn il-qawwiet tal-pinen hija bbażata fuq fil-firxa tad-doża tal-pinna.

Pinna Suliqua 100 unità/ml + 50 mikrogramma/ml mimlija għal-lest tagħti gradi fuq l-iskala ta’ dożi minn 10-40 unità ta’ insulin glargine flimkien ma’ 5-20 mcg lixisenatide (pinna ta’ Suliqua (10-40)).

Pinna Suliqua 100 unità/ml + 33 mikrogramma/ml mimlija għal-lest tagħti gradi fuq l-iskala ta’ dożi minn 30-60 unità ta’ insulin glargine flimkien ma’ 10-20 mcg lixisenatide (pinna ta’ Suliqua (30-60)).

Biex jiġu evitati żbalji ta’ medikazzjoni, il-persuna li tordnahom għandha taċċerta ruħha li fuq ir- riċetta jitniżżlu l-qawwa korretta u n-numru korrett ta’ gradi fuq l-iskala tad-doża (ara sezzjoni 4.4).

Pożoloġija

Id-doża għandha tiġi individwalizzata abbażi tar-rispons kliniku u għandha tiżdied jew titnaqqas bil- mod il-mod abbażi tal-ħtieġa tal-insulina tal-pazjent. Id-doża ta’ lixisenatide tiżdied jew tonqos flimkien mad-doża ta’ insulin glargine u tiddependi wkoll fuq liema pinna tintuża.

Doża tal-bidu

It-terapija b’insulina tal-bażi jew bi prodotti mediċinali mogħtija mill-ħalq li jbaxxu l-livell tal- glukożju ħlief metformin għandha titwaqqaf qabel jinbeda Suliqua.

Id-doża tal-bidu ta’ Suliqua hija bbażata fuq it-trattament preċedenti ta’ kontra d-dijabete, u b’tali mod li ma tinqabiżx id-doża tal-bidu rrakkomandata ta’ 10 mcg lixisenatide:

 

 

 

 

Terapija preċedenti

 

 

 

 

 

Trattament mill-

Insulin glargine

 

Insulin glargine

 

 

 

ħalq kontra d-

(100 unità/ml)**

 

(100 unità/ml)**

 

 

 

dijabete (pazjenti li

≥20 sa <30 unità

 

≥30 sa ≤60 unità

 

 

 

qatt ma ħadu

 

 

 

 

 

 

insulina)

 

 

 

 

Pinna

 

10 gradi fuq l-iskala

20 grad fuq l-iskala

 

 

Id-doża

Suliqua

(10-

tad-doża

tad-doża

 

 

tal-bidu

40)

 

(10 unitajiet/5 mcg)*

(20 unità/10 mcg)*

 

 

u l-pinna

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pinna

 

 

 

 

30 grad fuq l-iskala

 

Suliqua

(30-

 

 

 

tad-doża

 

60)

 

 

 

 

(30 unità/10 mcg)*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

* unitajiet ta’ insulin

glargine (100 unità/ml)

/ mcg lixisenatide

**Jekk intużat insulina tal-bażi differenti:

Għal insulina tal-bażi darbtejn kuljum jew insulin glargine (300 unità/ml), id-doża preċedenti totali ta’ kuljum li ntużat qabel għandha titnaqqas b’20% biex tingħażel id-doża tal-bidu ta’ Suliqua.

Għal kwalunkwe insulina tal-bażi oħra għandha tiġi applikata l-istess regola bħal dik ta’ insulin glargine (100 unità/ml)

Id-doża massima ta’ kuljum hija 60 unità insulin glargine u 20 mcg lixisenatide li huma ekwivalenti għal 60 grad fuq l-iskala tad-doża.

Suliqua għandu jiġi injettat darba kuljum fi żmien siegħa qabel l-ikel. Huwa ppreferut li l-injezzjoni ta’ mal-ikel issir qabel l-istess ikla kuljum, meta tingħażel l-aktar ikla konvenjenti.

Titrazzjoni tad-doża

L-għoti tad-doża ta’ Suliqua għandu jsir skont il-ħtieġa li l-pazjent individwali għandu għall-insulina. Huwa rrakkomandat li wieħed jikseb l-aħjar kontroll gliċemiku permezz ta’ aġġustament tad-doża abbażi tal-glukożju fil-plażma waqt is-sawm (ara sezzjoni 5.1).

Monitoraġġ mill-qrib tal-glukożju huwa rrakkomandat matul il-bidla u fil-ġimgħat ta’ wara.

Jekk il-pazjenti jibdew bil-pinna Suliqua (10-40), b’din il-pinna d-doża tista’ tiżdided bil-mod il-mod sa 40 grad fuq l-iskala tad-doża.

Għal dożi >40 grad fuq l-iskla tad-doża/jum iż-żieda bil-mod il mod għandha titkompla bil-pinna Suliqua (30-60).

Jekk il-pazjent jibda bil-pinna Suliqua (30-60), b’din il-pinna d-doża tista’ tiżdided bil-mod il-mod sa 60 grad fuq l-iskla tad-doża.

Għal dożi totali kuljum ta’ >60 fuq l-iskala tad-doża/jum, m’għandux jintuża Suliqua.

Il-pazjenti li jkunu qed jaġġustaw l-ammont jew il-ħin tal-għoti tad-doża għandhom jagħmlu dan biss taħt superviżjoni medika b’monitoraġġ xieraq tal-glukożju (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni speċjali

Anzjani (għandhom ≥65 sena)

Suliqua jista’ jintuża f’pazjenti anzjani. Id-doża għandha tiġi aġġustata fuq bażi individwali, abbażi tal-monitoraġġ tal-glukożju. Fl-anzjani, id-deterjorament progressiv tal-funzjoni tal-kliewi tista’ twassal għal tnaqqis regolari fil-ħtieġa għall-insulina. Għal lixisenatide ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża abbażi tal-età. L-esperjenza terapewtika ta’ Suliqua f’pazjenti li għandhom ≥75 sena hija limitata.

Indeboliment tal-kliewi

Suliqua mhuwiex irrakkomandat f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi u mard tal-kliewi fl-aħħar stadju minħabba li m’hemmx esperjenza terapewtika biżżejjed bl-użu ta’ lixisenatide.

Ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża ta’ lixisenatide ta’ pazjenti li għandhom indeboliment ħafif jew moderat tal-kliewi.

F’pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi, il-ħtieġa għall-insulina tista’ tonqos minħabba tnaqqis tal-metaboliżmu tal-insulina.

F’pazjenti li għandhom indeboliment minn ħafif sa moderat tal-kliewi li qed jużaw Suliqua, jistgħu jkunu meħtieġa monitoraġġ frekwenti tal-glukożju u aġġustament fid-doża.

Indeboliment tal-fwied

Ma hemm bżonn l-ebda aġġustament fid-doża ta’ lixisenatide f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied (ara sezzjoni 5.2). F’pazjenti li għandhom indeboliment tal-fwied, il-ħtieġa għall-insulina tista’ tonqos minħabba tnaqqis fil-ħila ta’ glukoneoġenesi u tnaqqis fil-metaboliżmu tal-insulina. Jistgħu jkunu meħtieġa monitoraġġ frekwenti tal-glukożju u aġġustament fid-doża f’pazjenti li qed jużaw Suliqua li għandhom indeboliment tal-fwied.

Popolazzjoni pedjatrika

Mhemm l-ebda użu rilevanti ta’ Suliqua fil-popolazzjoni pedjatrika.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Suliqua għandu jiġi injettat taħt il-ġilda fl-addome, fil-muskolu deltojd jew fil-koxxa.

Il-postijiet tal-injezzjoni għandhom jinbidlu minn injezzjoni għal oħra fl-istess żona (fl-addome, fil- muskolu deltojd jew fil-koxxa) biex jitnaqqas ir-riskju ta’ lipodistrofija (ara sezzjoni 4.8).

Il-pazjenti għandhom jiġu mgħallma biex dejjem jużaw labra ġdida. L-użu mill-ġdid ta’ labar tal- pinen tal-insulina jżid ir-riskju ta’ labar misduda, li jistgħu jikkawżaw għoti ta’ doża inqas jew aktar milli suppost. Fil-każ ta’ labar misduda, il-pazjenti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet deskritti fl- Istruzzjonijiet dwar l-Użu li hemm mal-fuljett ta’ tagħrif (ara sezzjoni 6.6).

Suliqua m’għandux jinġibed mill-iskartoċċ tal-pinna mimlija għal-lest għal ġo siringa biex jiġu evitati żbalji fid-doża u l-possibbiltà ta’ doża eċċessiva (ara sezzjoni 4.4).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanzi attivi jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Suliqua m’għandux jintuża f’pazjenti b’dijabete mellitus tat-tip 1 jew għat-trattament ta’ ketoaċidożi tad-dijabete.

Ipogliċemija

L-ipogliċemija kienet l-aktar reazzjoni avversa osservata rrappurtata waqt it-trattament b’Suliqua (ara sezzjoni 4.8). L-ipogliċemija tista’ sseħħ jekk id-doża ta’ Suliqua tkun aktar milli meħtieġ.

Il-fatturi li jżidu s-suxxettibbilità għall-ipogliċemija jeħtieġu monitoraġġ speċjali mill-qrib u jistgħu joħolqu l-ħtieġa ta’ aġġustament fid-doża. Dawn il-fatturi jinkludu:

-bidla fiż-żona tal-injezzjoni

-titjib fis-sensittività għall-insulina (eż. permezz ta’ tneħħija ta’ fatturi li jġibu tensjoni)

-attività fiżika mhux kif wieħed ikun imdorri, żieda fl-attività fiżika, jew dik fit-tul

-mard li meta jseħħ jaffettwa d-dijabete (eż. rimettar, dijarrea)

-ammont inadegwat ta’ ikel

-ikliet maqbuża

-konsum tal-alkoħol

-ċerti disturbi endokrinarji mhux ikkumpensati, (eż. fl-ipotirojdiżmu u fl-insuffiċjenza tal-parti anterjuri tal-glandola pitwitarja jew insuffiċjenza adrenokortikali)

-trattament fl-istess waqt b’ċerti prodotti mediċinali oħra (ara sezzjoni 4.5)

-lixisenatide u/jew insulina flimkien ma’ sulfonylurea jistgħu jwasslu għal żieda fir-riskju ta’ ipogliċemija. Għalhekk Suliqua m’għandux jingħata flimkien ma’ sulfonylurea.

Id-doża ta’ Suliqua għandha tiġi individwalizzata abbażi tar-ripons kliniku u hija titrata abbażi tal- ħtieġa li l-pazjenti ikollu għall-insulina (ara sezzjoni 4.2).

Pankreatite akuta

L-użu ta’ agonisti tar-riċetturi ta’ peptide-1 li tixbah il-glukagon (GLP-1, glucagon-like peptide-1) ġie assoċjat ma’ riskju ta’ żvilupp ta’ pankreatite akuta. Ġew irrappurtati xi ftit avvenimenti ta’ pankreatite akuta b’lixisenatide iżda ma ġiex stabbilit li huwa kien il-kawża ta’ dan. Il-pazjenti għandhom ikunu infurmati bis-sintomi tipiċi ta’ pankreatite akuta: uġigħ addominali persistenti u sever. Jekk ikun hemm suspett ta’ pankreatite, Suliqua għandu jitwaqqaf; jekk pankreatite akuta tiġi kkonfermata, lixisenatide m’għandux jerġa’ jinbeda. Wieħed għandu joqgħod attent f’pazjenti bi storja ta’ pankreatite.

Mard gastrointestinali sever

L-użu ta’ agonisti tar-riċettur GLP-1 jista’ jkun assoċjat ma’ reazzjonijiet gastrointestinali avversi.

Suliqua ma ġiex studjat f’pazjenti b’mard gastrointestinali sever, li jinkludi gastroparesi severa u għalhekk, l-użu ta’ Suliqua mhux rakkomandat f’dawn il-pazjenti.

Indeboliment sever tal-kliewi

Mhemm l-ebda esperjenza terapewtika f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (tneħħija tal- kreatinina inqas minn 30 ml/min) jew b’mard tal-kliewi fl-aħħar stadju. L-użu mhuwiex irrakkomandat f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi jew b’mard tal-kliewi fl-aħħar stadju (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

It-teħid flimkien ma’ prodotti mediċinali oħra

Id-dewmien tat-tbattil gastriku b’lixisenatide jista’ jnaqqas ir-rata ta’ assorbiment ta’ prodotti mediċinali li jingħataw mill-ħalq. Suliqua għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li qed jirċievu prodotti mediċinali mill-ħalq li jkunu jeħtieġu assorbiment gastrointestinali mgħaġġel, li jkunu jeħtieġu monitoraġġ kliniku b’attenzjoni jew li għandhom proporzjon terapewtiku strett. Rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar it-teħid ta’ prodotti mediċinali bħal dawn huma mogħtija f’sezzjoni 4.5.

Deidratazzjoni

Pazjenti ttrattati b’Suliqua għandhom jiġu avżati dwar il-possibbiltà tar-riskju ta’ deidratazzjoni minħabba reazzjonijiet gastrointestinali avversi u għandhom jieħdu prekawzjonijiet biex jevitaw tnaqqis fil-fluwidu.

Formazzjoni ta’ antikorpi

L-għoti ta’ Suliqua jista’ jikkawża l-formazzjoni ta’ antikorpi kontra insulin glargine u/jew lixisenatide. F’każijiet rari, il-preżenza ta’ antikorpi ta’ dan it-tip tista’ tkun teħtieġ aġġustament fid- doża ta’ Suliqua sabiex tirregola tendenza għal ipergliċemija jew ipogliċemija.

Kif tevita żbalji fil-medikazzjoni

Il-pazjenti għandhom jiġu mgħallma biex dejjem jiċċekkjaw it-tikketta tal-pinna qabel kull injezzjoni biex jevitaw li bi żball jużaw qawwa ta’ Suliqua flok oħra jew li bi żball jużaw prodott mediċinali tad- dijabete li jiġi injettat flok ieħor.

Biex jiġu evitati żbalji fil-medikazzjoni u l-possibbiltà ta’ doża eċċessiva, la l-pazjenti u lanqas dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa m’għandhom jużaw siringa biex jiġbdu l-prodott mediċinali mill- iskartoċċ tal-pinna mimlija għal-lest għal ġo siringa.

Popolazzjonijiet li ma ġewx studjati

Il-bidla minn agonist tar-riċettur ta’ GLP-1 ma ġietx studjata.

Suliqua ma ġiex studjat flimkien ma’ inibituri ta’ DPP-4, sulfonylureas, glinides, pioglitazone u inibituri ta’ SGLT-2.

Eċċipjenti

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol (23 mg) ta’ sodium f’kull doża, i.e. huwa essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

Dan il-prodott mediċinali fih metacresol, li jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettqu l-ebda studji ta’ interazzjoni b’Suliqua. L-informazzjoni mogħtija hawn taħt hija bbażata fuq studji bil-komponenti separati tiegħu.

Interazzjonijiet farmakodinamiċi

Numru ta’ sustanzi jaffettwaw il-metaboliżmu tal-glukożju u jistgħu jkunu jeħtieġu aġġustament fid- doża ta’ Suliqua.

Sustanzi li jistgħu jżidu l-effett tat-tnaqqis tal-glukożju fid-demm u jżidu s-suxxettibbiltà għall- ipogliċemija jinkludu prodotti mediċinali kontra l-ipergliċemija, inibituri tal-enzima li tikkonverti angiotensin (ACE - angiotensin converting enzyme), disopyramide, fibrati, fluoxetine, inibituri ta’ monamine oxidase (MAO), pentoxifylline, propoxyphene, salicylates u l-antibijotiċi sulfonamide.

Sustanzi li jistgħu jnaqqsu l-effett tat-tnaqqis tal-glukożju fid-demm jinkludu l-kortikosterojdi, danazol, diazoxide, id-dijuretiċi, glucagon, isoniazid, estroġeni u proġestoġeni, id-derivati ta’ phenothiazine, somatropin, prodotti mediċinali simpatomimetiċi (eż. epinephrine [adrenaline], salbutamol, terbutaline), l-ormoni tat-tirojde, prodotti mediċinali antipsikotiċi atipiċi (eż. clozapine u olanzapine) u inibituri tal-protease.

L-imblokkaturi tar-riċetturi beta, clonidine, is-sustanzi b’lithium jew l-alkoħol jistgħu jqawwu jew idgħajfu l-effett tal-insulina fuq it-tnaqqis tal-glukożju fid-demm. Pentamidine jista’ jikkawża ipogliċemija, li xi drabi tista’ tkun segwita minn ipergliċemija.

Barra minn hekk, is-sinjali adrenerġiċi ta’ kontroregolazzjoni jistgħu jitnaqqsu jew ikunu assenti taħt l-effetti ta’ prodotti mediċinali simpatolitiċi bħall-imblokkaturi tar-riċetturi beta, clonidine, guanethidine u reserpine.

Interazzjonijiet farmakokinetiċi

Lixisenatide huwa peptide u mhuwiex immetabolizzat miċ-ċitokrom P450. Fi studji in vitro, lixisenatide ma affettwax l-attività tal-isoenzimi taċ-ċitokrom P450 jew tat-trasportaturi umani li ġew ittestjati.

Ma huma magħrufa l-ebda interazzjonijiet farmakokinetiċi għal insulin glargine.

L-effett tat-tbattil tal-istonku fuq prodotti mediċinali li jittieħdu mill-ħalq

Id-dewmien biex jitbattal l-istonku b’lixisenatide jista’ jnaqqas ir-rata ta’ assorbiment ta’ prodotti mediċinali mogħtija mill-ħalq. Pazjenti li jew qed jirċievu prodotti mediċinali li għandhom proporzjon terapewtiku strett jew prodotti mediċinali li jeħtieġu monitoraġġ kliniku b’attenzjoni għandhom jiġu segwiti mill-qrib, speċjalment fiż-żmien meta jinbeda t-trattament b’lixisenatide. Dawn il-prodotti mediċinali għandhom jittieħdu b’mod normali fir-rigward ta’ lixisenatide. Jekk dawn il-prodotti mediċinali jridu jingħataw mal-ikel, il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex, jekk possibbli, joħduhom ma’ ikla meta ma jingħatax lixisenatide.

Għal prodotti mediċinali mill-ħalq li b’mod partikolari huma dipendenti fuq limiti ta’ konċentrazzjonijiet li għandhom jintlaħqu għall-effikaċja, bħal antibijotiċi, il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jieħdu dawk il-prodotti mediċinali mill-inqas siegħa qabel jew 4 sigħat wara l- injezzjoni ta’ lixisenatide.

Formulazzjonijiet gastroreżistenti li fihom sustanzi sensittivi għad-degradazzjoni fl-istonku, għandhom jingħataw siegħa qabel jew 4 sigħat wara l-injezzjoni ta’ lixisenatide.

Paracetamol

Paracetamol intuża bħala mudell ta’ prodott mediċinali biex jiġi vvalutat l-effett ta’ lixisenatide fuq it- tbattil tal-istonku. Wara l-għoti ta’ doża waħda ta’ 1000 mg ta’ paracetamol, l-AUC ta’ paracetamol u t-t1/2 ma nbidlux irrispettivament mill-ħin tal-għoti tiegħu (qabel jew wara l-injezzjoni ta’ lixisenatide). Meta ngħata siegħa jew 4 sigħat wara 10 mcg ta’ lixisenatide, is-Cmax ta’ paracetamol tnaqqas b’29% u 31%, rispettivament u l-medjan ta’ tmax kien imdewwem b’2.0 u 1.75 siegħa rispettivament. Ġie

mbassar li jkun hemm aktar dewmien fit-tmax u tnaqqis fis-Cmax ta’ paracetamol bid-doża ta’ manteniment ta’ 20 mcg.

Ma kienu osservati l-ebda effetti fuq is-Cmax u t-tmax ta’ paracetamol meta paracetamol ingħata siegħa qabel lixisenatide.

Abbażi ta’ dawn ir-riżultati, ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament għal paracetamol iżda t-tmax imdewwem li ġie osservat meta paracetamol ingħata minn 1-4 sigħat wara lixisenatide għandu jitqies meta jkun meħtieġ bidu mgħaġġel ta’ azzjoni għall-effikaċja.

Kontraċettivi mill-ħalq

Wara l-għoti ta’ doża waħda ta’ prodott mediċinali kontraċettiv mill-ħalq (ethinylestradiol

0.03 mg/levonorgestrel 0.15 mg) siegħa qabel jew 11-il siegħa wara 10 mcg lixisenatide, is-Cmax, l- AUC, t-t1/2 u t-tmax ta’ ethinylestradiol u levonorgestrel ma nbidlux.

L-għoti tal-kontraċettiv mill-ħalq siegħa jew 4 sigħat wara lixisenatide ma affettwatx l-AUC u t-t1/2 ta’ ethinylestradiol u levonorgestrel, filwaqt li s-Cmax ta’ ethinylestradiol naqas bi 52% u 39%, rispettivament u s-Cmax ta’ levonorgestrel naqas b’46% u 20%, rispettivament u l-medja tat-tmax kellha dewmien minn siegħa sa 3 sigħat.

It-tnaqqis fis-Cmax għandu rilevanza klinika limitata u ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża għal kontraċettivi mill-ħalq.

Atorvastatin

Meta lixisenatide 20 mcg u atorvastatin 40 mg ġew mogħtija flimkien fil-għodu għal 6 ijiem, l- esponiment għal atorvastatin ma kienx affettwat, filwaqt li s-Cmax naqset b’31% u t-tmax ġie mdewwem bi 3.25 siegħa.

Din iż-żieda fit-tmax ma ġietx osservata meta atorvastatin ingħata filgħaxija u lixisenatide filgħodu iżda l-AUC u s-Cmax ta’ atorvastatin żdiedu b’27% u 66% rispettivament.

Dawn il-bidliet mhumiex rilevanti b’mod kliniku u għalhekk, m’hemm bżonn ta’ l-ebda aġġustament fid-doża ta’ atorvastatin meta dan jingħata flimkien ma’ lixisenatide.

Warfarin u derivati oħra ta’ coumarin

Wara li warfarin 25 mg ingħata flimkien ma’ doża ripetuta ta’ lixisenatide 20 mcg, ma kien hemm l- ebda effetti fuq l-AUC jew l-INR (International Normalised Ratio) filwaqt li s-Cmax naqas b’19% u kien hemm dewmien ta’ 7 sigħat għat-tmax.

Abbażi ta’ dawn ir-riżultati, ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża ta’ warfarin meta dan jingħata flimkien ma’ lixisenatide; madankollu, monitoraġġ frekwenti tal-INR f’pazjenti fuq warfarin u/jew derivati ta’ coumarin huwa rakkomandat meta jinbeda t-trattament jew meta jispiċċa t- trattament b’lixisenatide.

Digoxin

Wara l-għoti ta’ lixisenatide 20 mcg flimkien ma’ digoxin 0.25 mg fi stat fiss, l-AUC ta’ digoxin ma kinitx affettwata. It-tmax ta’ digoxin kien imdewwem b’siegħa u nofs u s-Cmax naqas b’26%.

Abbażi ta’ dawn ir-riżultati, ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża ta’ digoxin meta dan jingħata flimkien ma’ lixisenatide

Ramipril

Wara l-għoti ta’ lixisenatide 20 mcg flimkien ma’ ramipril 5 mg għal 6 ijiem, l-AUC ta’ ramipril żdied b’21% filwaqt li s-Cmax naqas bi 63%. L-AUC u s-Cmax tal-metabolit attiv (ramiprilat) ma ġewx affettwati. Għat-tmax ta’ ramipril u ramiprilat kien hemm dewmien ta’ madwar sagħtejn u nofs.

Abbażi ta’ dawn ir-riżultati, ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża ta’ ramipril meta dan jingħata flimkien ma’ lixisenatide.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal

L-użu ta’ Suliqua mhuwiex rrakkomandat f’nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal li mhumiex jużaw kontraċettivi.

Tqala

M’hemm l-ebda dejta klinika dwar tqaliet esposti minn studji kliniċi kkontrollati bl-użu ta’ Suliqua, insulin glargine, jew lixisenatide.

Ammont kbir ta’ dejta dwar l-użu waqt it-tqala (iktar minn 1,000 riżultat ta’ tqala) b’insulin glargine juri li m’hemm l-ebda effetti avversi speċifiċi ta’ insulin glargine fuq it-tqala u l-ebda tossiċità ta’ formazzjoni difettuża jew effetti tossiċi fil-fetu/tarbija tat-twelid ta’ insulin glargine. Dejta fl-annimali ma turix effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva b’insulin glargine.

M’hemmx dejta xierqa dwar l-użu ta’ lixisenatide f’nisa tqal. Studji b’lixisenatide fl-annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Suliqua m’għandux jintuża waqt it-tqala. Jekk il-pazjenta tkun tixtieq toħroġ tqila, jew jekk isseħħ tqala, it-trattament b’Suliqua għandu jitwaqqaf.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk insulin glargine jew lixisenatide jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Suliqua m’għandux jintuża waqt it-treddigħ.

Fertilità

Studji fl-annimali b’lixisenatide jew insulin glargine ma urewx effetti tossiċi diretti rigward il- fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Suliqua m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, l-ħila tal-pazjent biex jikkonċentra u jirreaġixxi tista’ tkun imnaqqsa minħabba l- ipogliċemija jew l-ipergliċemija jew, per eżempju, bħala riżultat tat-tnaqqis fil-vista. Dan jista’ jikkostitwixxi riskju f’sitwazzjonijiet fejn dawn il-ħiliet huma ta’ importanza speċjali (eż. sewqan ta’ karozza jew użu ta’ magni).

Il-pazjenti għandhom ikunu mwissija biex jieħdu prekawzjonijiet biex jevitaw l-ipogliċemija waqt is- sewqan u l-użu ta’ magni. Dan huwa importanti b’mod partikolari f’dawk li għandhom sintomi ta’ twissija ta’ ipogliċemija mnaqqsa, jew ma jistgħux jgħarfu s-sintomi ta’ twissija ta’ ipogliċemija jew għandhom episodji spissi ta’ ipogliċemija. Għandhu jitqies jekk ikunx għaqli li ssuq jew tuża magni f’ċirkostanzi bħal dawn.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

L-aktar reazzjonijet avversi rrappurtati b mod frekwenti waqt trattament b’Suliqua kienu ipogliċemija u reazzjonijiet avversi gastrointestinali (ara s-sezzjoni ‘Deskrizzjoni ta’ għażla ta’ reazzjonijiet avversi hawn taħt).

Lista ta’ reazzjonijiet avversi miġbura f’tabella

Ir-reazzjonijiet avversi relatati li ġejjin minn investigazzjonijiet kliniċi huma elenkati taħt skont il- klassi tas-sistemi u tal-organi u skont il-frekwenza tagħhom b’dawk li għandhom l-ogħla frekwenza mniżżla l-ewwel segwiti minn dawk bi frekwenza inqas (komuni ħafna: ≥1/10; komuni: ≥1/100

sa <1/10; mhux komuni: ≥1/1,000 sa <1/100; rari: ≥1/10,000 sa <1/1,000; rari ħafna: <1/10,000).

Klassi tas-sistemi u tal-

 

 

Frekwenza

organi

 

 

 

 

 

 

Komuni ħafna

 

Komuni

 

Mhux komuni

 

 

 

Infezzjonijiet u

 

 

 

 

Nażofarinġite

infestazzjonijiet

 

 

 

 

Infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-

 

 

 

 

 

apparat tan-nifs

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

 

 

Urtikarja

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

Ipogliċemija

 

 

 

 

nutrizzjoni

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

 

Sturdament

 

Uġigħ ta’ ras

Disturbi gastrointestinali

 

 

Nawsja

 

Dispepsja

 

 

 

Dijarea

 

Uġigħ fl-addome

 

 

 

Rimettar

 

 

Disturbi ġenerali u

 

 

 

 

Għeja

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

 

 

 

Reazzjonijiet fis-sit tal-

jingħata

 

 

 

 

injezzjoni

Deskrizzjoni ta’ għażla ta’ reazzjonijiet avversi

Ipogliċemija

It-tabella li jmiss tiddeskrivi r-rata ta’ ipogliċemija ddokumentata (≤3.9 mmol/L) bis-sintomi u ipogliċemija severa kemm għal Suliqua kif ukoll għall-kumparatur.

Reazzjonijiet avversi ta’ ipogliċemija ddokumentata bis-sintomi jew ipogliċemija severa

 

Pazjenti li qatt ma ħadu insulina qabel

Bidla minn insulina tal-

 

 

 

 

 

bażi

 

Suliqua

Insulin

Lixisenatide

Suliqua

Insulin glargine

 

 

glargine

 

 

 

N

Ipogliċemija ddokumentata

 

 

 

 

 

bis-sintomi*

 

 

 

 

 

Pazjenti b’avveniment, n

120 (25.6%)

110 (23.6%)

15 (6.4%)

146 (40.0)

155 (42.5)

(%)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Avvenimenti f’sena ta’

1.44

1.22

0.34

3.03

4.22

trattament ta’ pazjenti, n

 

 

 

 

 

Ipogliċemija severa**

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Avvenimenti f’sena ta’

<0.01

0.02

<0.01

trattament ta’ pazjenti, n

 

 

 

 

 

*Ipogliċemija ddokumentata bis-sintomi kien avveniment li matulu s-sintomi tipiċi ta’ ipogliċemija kienu akkumpanjati minn kejl ta’ konċentrazzjoni ta’ ≤3.9 mmol/L ta’ glukożju fil-plażma.

** Ipogliċemija severa bis-sintomi kien avveniment li kien jeħtieġ assistenza ta’ persuna oħra biex tagħti karboidrat, glucagon, jew azzjonijiet risuxxitattivi oħra.

Disturbi gastrointestinali

Reazzjonjiet gastrointestinali avversi (dardir, rimettar u dijarea) kienu l-aktar reazzjonijiet avversi li ġew rrapportati b’mod frekwenti matul il-perjodu ta’ trattament. F’pazjenti ttrattati b’Suliqua, l- inċidenza ta’ nawsja, dijarea u rimettar b’rabta mat-trattament kienet 8.4%, 2.2% u 2.2%, rispettivament. Ir-reazzjonijiet gastrointestinali avversi kienu l-biċċa l-kbira ħfief u temporanji.

Disturbi fis-sistema immuni

Reazzjonijiet allerġiċi (urtikarja) possibilment marbuta ma’ Suliqua ġew irrappurtati f’0.3% tal- pazjenti. Każijiet ta’ reazzjoni allerġika mifruxa li jinkludu reazzjoni anafilattika u anġioedima ġew irrappurtati waqt l-użu ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ insulin glargine u lixisenatide.

Immunoġeniċità

L-għoti ta’ Suliqua jista’ jikkawża formazzjoni ta’ antikorpi kontra insulin glargine u/jew lixisenatide.

Wara 30 ġimgħa ta’ trattament b’Suliqua f’żewġ provi ta’ fażi 3, l-inċidenza ta’ formazzjoni ta’ antikorpi kontra insulin glargine kienet 21.0% and 26.2%. F’madwar 93% tal-pazjenti, antikorpi kontra insulin glargine wrew reattivita inkroċjata għall-insulina tal-bniedem. L-inċidenza tal- formazzjoni ta’ antikorpi kontra lixisenatide kienet madwar 43%. L-ebda stat kemm ta’ antikorpi kontra insulin glargine u lanqas ta’ antikorpi kontra lixisenatide ma kellu impatt rilevanti kliniku fuq is-sigurtà jew l-effikaċja.

Reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni

Xi (1.7%) pazjenti li jieħdu terapija li fiha l-insulina, inkluż Suliqua jkollhom eritema, edima lokali, u ħakk fil-post tal-injezzjoni.

Rata ta’ taħbit tal-qalb

Ġiet irrappurtata żieda fir-rata ta’ taħbit tal-qalb bl-użu ta’ GLP1RA u żieda temporanja kienet ukoll osservata f’xi studji b’lixisenatide. Ma dehret l-ebda żieda fil-medja tar-rata ta’ taħbit tal-qalb fl- istudji kollha tal-Fażi 3 b’Suliqua.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Jistgħu jiżviluppaw ipogliċemija u reazzjonijiet gastrointestinali avversi jekk pazjent jingħata aktar dożi ta’ Suliqua milli jkun meħtieġ.

Episodji ħfief ta’ ipogliċemija normalment jistgħu jiġu ttrattati b’karboidrati mill-ħalq. Jista’ jkun meħtieġ aġġustament fid-doża tal-prodott mediċinali, fil-ħinijiet tal-ikliet jew fl-attività fiżika. Episodji aktar qawwija ta’ ipogliċemija b’koma, aċċessjoni, jew indeboliment newroloġiku jistgħu jiġu ttrattati bi glucagon ġol-muskolu/taħt il-ġilda jew bi glukożju kkonċentrat fil-vina. Jista’ jkun meħtieġ li t-teħid tal-karboidrati u l-osservazzjoni jibqgħu għaddejjin għaliex l-ipogliċemija tista’ sseħħ mill-ġdid wara li jkun jidher li kien hemm irkupru kliniku.

F’każ ta’ reazzjonjiet gastrointestinali avversi, għandu jinbeda trattament xieraq ta’ sostenn skont is- sinjali u s-sintomi kliniċi tal-pazjent.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini użati fid-dijabete, insulini u analogi għall-injezzjoni, b’azzjoni fit-tul. Kodiċi ATC: A10AE54.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Suliqua jgħaqqad flimkien żewġ sustanzi attivi b’mekkaniżmi ta’ azzjoni kumplimentari biex itejjeb il-kontroll gliċemiku: insulin glargine, analogu ta’ insulina tal-bażi (li l-mira tiegħu hija l-aktar il- glukożju fil-plażma waqt is-sawm), u lixisenatide, agonist tar-riċettur ta’ GLP-1 (li l-mira tiegħu hija l-aktar il-glukożju ta’ wara l-ikel).

Insulin glargine

L-attività primarja tal-insulina, inkluża dik ta’ insulin glargine, hija li tirregola l-metaboliżmu tal- glukożju. L-insulina u l-analogi tagħha jbaxxu l-livelli tal-glukożju fid-demm billi jistimulaw id-dħul tal-glukożju mill-periferija għal ġot-tessuti, speċjalment ġol-muskoli ta’ mal-iskeletru u x-xaħam, u billi jinibixxu l-produzzjoni tal-glukożju mill-fwied. L-insulina tinibixxi l-lipoliżi u l-proteoliżi, u ttejjeb is-sintesi tal-proteini.

Lixisenatide

Lixisenatide huwa agonist tar-riċettur ta’ peptide-1 li tixbah il-glucagon (GLP1). Ir-riċettur GLP-1 huwa l-mira għal GLP-1 nattiv, ormon incretin endoġenu li jsaħħaħ is-sekrezzjoni tal-insulina li tiddependi fuq il-glukożju miċ-ċelloli beta u jrażżan il-glukagon miċ-ċelluli alfa tal-frixa. Lixisenatide jistimula s-sekrezzjoni tal-insulina meta l-glukożju fid-demm jiżdied iżda mhux f’normogliċemija, li tillimita r-riskju ta’ ipogliċemija. Fl-istess ħin, is-sekrezzjoni ta’ glucagon tiġi mrażżna. Injezzjoni ta’ Lixisenatide wara l-ikel iddewwem ukoll it-tbattil tal-istonku u b’hekk tnaqqas ir-rata li biha l-glukożju derivat mill-ikel jiġi assorbit u jidher fiċ-ċirkolazzjoni.

Effetti farmakodinamiċi

Suliqua

Il-kombinazzjoni ta’ insulin glargine u lixisenatide m’għandha l-ebda impatt fuq il-farmakodinamika ta’ insulin glargine. L-impatt tal-kombinazzjoni ta’ insulin glargine u lixisenatide fuq il- farmakodinamika ta’ lixisenatide ma ġietx studjata fi studji ta’ fażi 1.

B’mod konsistenti mal-profil relattivament kostanti ta’ konċentrazzjoni/ħin ta’ insulin glargine fuq perjodu ta’ 24 siegħa mingħajr l-ebda livelli għoljin li jidhru b’mod ċar meta jingħata waħdu, il-profil tar-rata tal-użu tal-glukożju/ħin kien simili meta ingħata fil-kombinazzjoni ta’ insulin glargine/lixisenatide.

It-tul ta’ ħin ta’ azzjoni tal-insulini, inkluż Suliqua, jista’ jvarja bejn l-individwi u fl-istess individwu.

Insulin glargine

Fi studji kliniċi b’insulin glargine (100 unità/ml) l-effett ta’ tnaqqis fil-livelli tal-glukożju fuq bażi molari (i.e., meta t-tnejn jingħataw bl-istess doża) ta’ insulin glargine minn ġol-vini huwa bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-insulina tal-bniedem.

Lixisenatide

Fi studju ta’ 28 jum ikkontrollat bil-plaċebo f’pazjenti b’dijabete tat-tip 2, 5 sa 20 mcg lixisenatide wassal għal tnaqqis sinifikanti b’mod kliniku fil-glukożju ta’ wara l-ikel fil-plażma wara l-kolazzjon, l-ikla ta’ nofsinhar u l-ikla ta’ filgħaxija.

Tbattil tal-istonku

Wara ikla standardizzata u tikkettata bħala test, fl-istudju li qed issir riferenza għalih hawn fuq, ġie kkonfermat li lixisenatide idewwem it-tbattil tal-istonku, u b’hekk inaqqas ir-rata tal-assorbiment tal- glukożju wara l-ikel. L-effett ta’ tbattil aktar bil-mod tal-istonku inżamm fl-aħħar tal-istudju.

Effikaċja klinika u sigurtà

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Suliqua fuq il-konroll gliċemiku ġew evalwati f’żewġ studji kliniċi arbitrarji f’pazjenti b’dijabete mellitus tat-tip 2:

Terapija miżjuda ma’ metformin [qatt ma ħadu insulina]

Bidla mill-insulina tal-bażi

F’kull wieħed mill-provi kkontrollati b’mod attiv, trattament b’Suliqua pproduċa titjib sinifikanti b’mod kliniku u statistiku fl-emoglobina A1c (HbA1c, hemoglobin A1c).

Il-fatt li jintlaħqu livelli aktar baxxi ta’ HbA1c u jinkiseb tnaqqis akbar fl-HbA1c ma żiedx ir-rati ta’ ipogliċemija bit-trattament ta’ kombinazzjoni versus insulin glargine waħdu (ara sezzjoni 4.8).

Fl-istudju kliniku tat-Terapija miżjuda ma’ metformin it-trattament inbeda b’10 gradi fuq l-iskala tad- doża (10 unitajiet insulin glargine u 5 mcg lixisenatide). Fl-istudju kliniku tal-bidla mill-insulina tal- bażi id-doża tal-bidu kienet 20 grad fuq l-iskala tad-doża (20 unità ta’ insulin glargine u 10 mcg lixisenatide) jew 30 grad ta’ doża, (30 unità ta’ insulin glargine u 10 mcg lixisenatide), ara

sezzjoni 4.2, skont kemm kienet id-doża preċedenti tal-insulina. Fiż-żewġ studji d-doża ġiet titrata darba fil-ġimgħa, abbażi tal-valuri tal-glukożju fil-plażma waqt is-sawm imkejla mill-persuna nnifsiha.

Terapija miżjuda ma’ metformin [qatt ma ħadu insulina]

Studju kliniku f’pazjenti b’dijabete mellitus tat-Tip 2 li mhijiex ikkontrollata biżżejjed bit-trattament OAD

Total ta’ 1170 pazjent b’dijabete tat-tip 2 intgħażlu b’mod arbitrarju għal studju ta’ 30 ġimgħa kkontrollat b’mod attiv fejn kemm l-investigaturi kif ukoll l-individwi kienu jafu liema sustanza qed tintuża biex tiġi evalwata l-effikaċja u s-sigurtà ta’ Suliqua meta mqabbla mal-komponenti individwali, insulin glargine (100 unità/ml) u lixisenatide (20 mcg).

Pazjenti b’dijabete mellitus tat-tip 2, ttrattati b’metformin waħdu jew b’metformin u trattament OAD ieħor li seta’ kien sulfonylurea jew glinide jew inibitur tal-kotrasportatur-2 tas-sodium-glucose (SGLT-2, sodium-glucose co-transporter-2) jew inibitur dipeptidyl ta’ peptidase-4 (DPP-4, dipeptidyl peptidase-4), u li ma kinux ikkontrollati b’mod xieraq b’dan it-trattament (firxa ta’ HbA1c minn 7.5% sa 10% għall-pazjenti li qabel kienu ttrattati b’metformin waħdu u minn 7.0% sa 9% għall-pazjenti li qabel kienu ttrattati b’metformin u trattament ieħor mill-ħalq kontra d-dijabete) iddaħħlu fl-istudju għal perjodu ta’ 4 ġimgħat qabel il-bidu tal-prova klinika. Matul din il-fażi ta’ qabel il-prova klinika, it-trattament b’metformin ġie ottimizzat u kwalunkwe OADs oħra twaqqfu. Fi tmiem il-fażi ta’ qabel il-prova klinika, pazjenti li baqgħu mhux ikkontrollati b’mod sodisfaċenti (HbA1c bejn 7% u 10%) intgħażlu b’mod arbitrarju biex jew jirċievu Suliqua, insulin glargine jew lixisenatide. Mill- 1479 pazjent li bdew il-perjodu ta’ qabel il-prova klinika, 1170 intagħżlu b’mod arbitrarju. Ir- raġunijiet prinċipali għalfejn ma ddaħlux fil-fażi arbitrarja kienu valur ta’ FPG >13.9 mmol/L u valur ta’ HbA1c <7% jew >10% fit-tmiem tal-fażi ta’ qabel il-prova klinika.

Il-popolazjoni bid-dijabete tat-tip 2 li ntagħżlet b’mod arbitrarju kellha l-karatteristiċi li ġejjin: Età medja ta’ 58.4 snin bil-maġġoranza li kellhom (57.1%) minn 50 sa 64 sena, u 50.6 fil-mija kienu rġiel. Il-medja tal-BMI fil-linja bażi kienet 31.7 kg/m2 b’63.4% tal-pazjenti li kellhom BMI ≥30 kg/m2. Il- medja tat-tul ta’ żmien tad-dijabete kienet madwar 9 snin. Metformin kien terapija obbligatorja fl- isfond u 58% tal-pazjenti rċivew OAD ieħor meta ġew eżaminati, li kien sulfonylurea f’54% tal- pazjenti.

F’ġimgħa 30, Suliqua pprovda titjib sinifikanti b’mod statistiku fl-HbA1c (valurp <0.0001) meta mqabbel mal-komponenti individwali. F’analiżi speċifikata minn qabel ta’ dan l-iskop finali primarju, id-differenzi osservati kienu konsistenti rigward HbA1c fil-linja bażi (<8% jew ≥8%) jew l-użu ta’ OAD fil-linja bażi (metformin waħdu jew metformin ma’ OAD ieħor).

Ara t-tabella u l-figura hawn taħt għall-iskopijiet finali l-oħra tal-istudju.

Riżultati fit-30 ġimgħa – Studju kliniku ta’ terapija miżjuda ma’ metformin (popolazzjoni mITT)

 

Suliqua

Insulin glargine

Lixisenatide

 

 

 

 

Numru ta’ individwi (mITT)

 

 

 

 

HbA1c (%)

 

 

 

Linja bażi (medja; fażi wara l-għażla

8.1

8.1

8.1

arbitrarja)

 

 

 

Tmiem tal-istudju (medja)

6.5

6.8

7.3

 

 

 

 

Bidla f’LS mil-linja bażi (medja)

-1.6

-1.3

-0.9

 

 

 

 

Differenza vs. insulin glargine

 

-0.3

 

[95% confidence interval]

 

[-0.4, -0.2]

 

(valur p)

 

(<0.0001)

 

Differenza vs. lixisenatide

 

 

-0.8

[95% confidence interval]

 

 

[-0.9, -0.7]

(valur p)

 

 

(<0.0001)

Numru ta’ Pazjenti (%) li kisbu HbA1c

345 (74%)

277 (59%)

77 (33%)

<7% f’ġimgħa 30*

 

 

 

Glukożju fil-plażma waqt is-sawm

 

 

 

(mmol/L)

 

 

 

Linja bażi (medja)

9.88

9.75

9.79

Tmiem tal-istudju (medja)

6.32

6.53

8.27

Bidla f’LS mil-linja bażi (medja)

-3.46

-3.27

-1.50

Differenza f’LS versus glargine (medja)

 

-0.19

 

[95%CI]

 

[-0.420 sa 0.038]

 

(valur p)

 

(0.1017)

 

Differenza f’LS versus lixisenatide

 

 

-1.96

(medja)

 

 

[-2.246 sa -1.682]

[95%CI]

 

 

(<0.0001)

(valur p)

 

 

 

PPG wara sagħtejn (mmol/L)**

 

 

 

 

 

 

 

Linja bażi (medja)

15.19

14.61

14.72

Tmiem tal-istudju (medja)

9.15

11.35

9.99

Bidla f’LS mil-linja bażi

-5.68

-3.31

-4.58

Differenza f’LS versus glargine (medja)

 

-2.38

 

[95%CI]

 

(-2.79 sa -1.96)

 

Differenza f’LS versus lixisenatide

 

 

-1.10

(medja)

 

 

(-1.63 sa -0.57)

[95%CI]

 

 

 

Medja tal-piż tal-ġisem (kg)

 

 

 

Linja bażi (medja)

89.4

89.8

90.8

Bidla f’LS mil-linja bażi (medja)

-0.3

1.1

-2.3

Tqabbil versus insulin glargine

 

-1.4

 

[95% confidence interval]

 

[-1.9 sa -0.9]

 

(valur p)

 

(<0.0001)

 

Tqabbil versus lixisenatide

 

 

2.01

[95% confidence interval]*

 

 

[1.4 sa 2.6]

Numru (%) ta’ pazjenti li kisbu HbA1c

<7.0% mingħajr l-ebda żieda fil-piż tal-

(43.2%)

(25.1%)

(27.9%)

ġisem f’ġimgħa 30

 

 

 

Differenza fil-proporzjon vs. insulin

 

18.1

 

glargine

 

[12.2 sa 24.0]

 

 

 

 

[95% confidence interval]

 

(<0.0001)

 

(valur p)

 

 

 

Differenza fil-proporzjon vs. lixisenatide

 

 

15.2

[95% confidence interval]*

 

 

[8.1 sa 22.4]

Doża ta’ kuljum ta’ insulin glargine

 

 

 

Doża ta’ insulina LS f’ġimgħa 30 (medja)

39.8

40.5

NA

*Mhux inkluż fil-proċedura ta’ ttestjar step-down speċifikata minn qabel

**PPG wara sagħtejn bil-valur tal-glukożju ta’ qabel l-ikel imnaqqas

Figura: Medja ta’ HbA1c(%) fil-bidu tal-eżami, fil-punt tal-għażla arbitrarja u f’Kull Punt ta’ Ħin (Dawk li temmew l-istudju) u f’Ġimgħa 30 – popolazzjoni mITT

Il-pazjenti fil-grupp ta’ Suliqua rrappurtaw tnaqqis b’mod sinifikanti ikbar fil-profil tal-medja ta’

7 punti ta’ glukożju fil-plażma imkejjel mill-persuna nnifisha (SMPG, self-monitored plasma glucose) mil-linja bażi sa Ġimgħa 30 (-3.35 mmol/L) meta mqabbel ma’ pazjenti fil-grupp ta’ insulin glargine (-2.66 mmol/L; differenza -0.69 mmol/L) u pazjenti fil-grupp ta’ lixisenatide (-1.95 mmol/L; differenza -1.40 mmol/L) (p<0.0001 għaż-żewġ taqbiliet). Fil-punti kollha tal-ħin, il-valuri tal-medja tal-glukożju fil-plażma ta’ ġimgħa 30 kienu aktar baxxi fil-grupp ta’ Suliqua milli fil-gruppi kemm ta’ insulin glargine kif ukoll ta’ lixisenatide, bl-eċċezzjoni biss tal-valur ta’ qabel il-kolazzjon li kien simili bejn il-grupp ta’ Suliqua u l-grupp ta’ insulin glargine.

Bidla mill-insulina tal-bażi

Studju kliniku f’pazjenti b’dijabete tat-Tip 2 li ma kinux ikkontrollati biżżejjed fuq l-insulina tal-bażi

Total ta’ 736 pazjent b’dijabete tat-tip 2 ipparteċipaw fi studju arbitrarju, ta’ 30 ġimgħa, ikkontrollat b’mod attiv, fejn kemm l-investigaturi kif ukoll l-individwi kienu jafu liema sustanza qed tintuża, b’2 fergħat ta’ trattament, bi grupp paralell u b’ħafna ċentri biex jevalwa s-sigurtà u l-effikaċja ta’

Suliqua meta mqabbel ma’ insulin glargine (100 unità/ml).

Il-pazjenti li ġew eżaminati kellhom dijabete tat-tip 2, kienu ttrattati b’insulina tal-bażi għal mill-inqas 6 xhur, jirċievu doża stabbli kuljum bejn 15-il U u 40 U waħedha jew flimkien ma’ OAD wieħed jew żewġ OADs (metformin jew sulfonylurea jew glinide jew inibitur ta’ SGLT-2 jew inibitur ta’ DPP-4), kellhom HbA1c bejn 7.5% u 10% (medja ta’ HbA1c ta’ 8.5% meta ġew eżaminati) u FPG inqas minn jew ta’ 10.0 mmol/L jew 11.1 mmol/L skont it-trattament preċedenti tagħhom ta’ kontra d-dijabete.

Wara li kienu eżaminati, pazjenti eliġibbli (n=1018) daħlu f’fażi ta’ 6 ġimgħat ta’ qabel l-istudju fejn il-pazjenti baqgħu fuq jew qalbu għal insulin glargine, f’każ li kienu jieħdu insulina tal-bażi oħra, u d- doża tagħhom tal-insulina ġiet titrata/stabilizzata filwaqt li komplew jieħdu metformin (jekk dan kien qed jittieħed qabel). Kwalunkwe OADs oħra twaqqfu.

Fl-aħħar tal-perjodu ta’ qabel l-istudju kliniku, pazjenti b’HbA1c bejn 7 u 10% , FPG ≤7.77 mmol/L u doża kuljum ta’ insulin glargine ta’ bejn 20 u 50 unità, intagħżlu b’mod arbitrarju biex jingħataw

Suliqua (n=367) jew insulin glargine (n=369).

Din il-popolazzjoni b’dijabete tat-tip 2 kellha l-karatteristiċi li ġejjin: L-età medja kienet 60.0 sena bil-parti l-kbira (56.3%) li kellhom minn 50 sa 64 sena, u 53.3 fil-mija kienu nisa. Il-medja tal-BMI fil-linja bażi kienet 31.1 kg/m2 b’57.3% tal-pazjenti li kellhom BMI ≥30 kg/m2. It-tul ta’ żmien tad- dijabete kien ta’ madwar 12-il sena u l-medja tat-tul ta’ żmien tat-trattament preċedenti bl-insulina kien ta’ madwar 3 snin. Fiż-żmien tal-eżami 64.4% tal-pazjenti kienu qed jirċievu insulin glargine bħala l-insulina tal-bażi u flimkien magħha 95.0% kienu qed jirċievu mill-inqas OAD wieħed.

F’Ġimgħa 30, Suliqua pprovda titjib sinifikanti b’mod statistiku f’HbA1c (valur p <0.0001) meta mqabbel ma’ insulin glargine.

Ara t-tabella u l-figura hawn taħt għall-iskopijiet finali l-oħra tal-istudju.

Riżultati f’ġimgħa 30 -Studju ta’ poplazzjoni mITT b’Dijabete tat-Tip 2 Mhux Ikkontrollata fuq Insulina tal-Bażi

 

Suliqua

 

Insulin glargine

 

 

 

 

Numru ta’ individwi (mITT)

 

 

 

 

 

HbA1c (%)

 

 

 

 

 

 

 

Linja bażi (medja; fażi wara l-għażla arbitrarja)

8.1

 

8.1

Tmiem tal-istudju (medja)

6.9

 

7.5

 

 

 

 

Bidla f’LS mil-linja bażi (medja)

-1.1

 

-0.6

 

 

 

 

Differenza vs. insulin glargine

 

-0.5

[95% confidence interval]

 

[-0.6, -0.4]

(valur p)

 

(<0.0001)

Pazjenti [n (%)] li kisbu HbA1c <7% f’ġimgħa 30*

201 (54.9%)

 

108 (29.6%)

Glukożju fil-plażma waqt is-sawm (mmol/L)

 

 

 

Linja bażi (medja)

7.33

 

7.32

Tmiem tal-istudju (medja)

6.78

 

6.69

Bidla f’LS mil-linja bażi (medja)

-0.35

 

-0.46

Differenza versus insulin glargine

 

0.11

[95% confidence interval]

 

(-0.21 sa 0.43)

PPG wara sagħtejn (mmol/L)**

 

 

 

 

 

 

 

Linja bażi (medja)

14.85

 

14.97

Tmiem tal-istudju (medja)

9.91

 

13.41

Bidla f’LS mil-linja bażi (medja)

-4.72

 

-1.39

 

 

 

 

Differenza f’LS versus glargine (medja)

 

-3.33

[95%CI]

 

(-3.89 sa -2.77)

Medja tal-piż tal-ġisem (kg)

 

 

 

Linja bażi (medja)

87.8

 

87.1

Bidla f’LS mil-linja bażi (medja)

-0.7

 

0.7

Tqabbil versus insulin glargine

 

-1.4

[95% confidence interval]

 

[-1.8 sa -0.9]

(valur p)

 

(<0.0001)

Numru (%) ta’ pazjenti li kisbu HbA1c <7.0%

 

mingħajr l-ebda żieda fil-piż tal-ġisem f’ġimgħa 30

(34.2%)

 

(13.4%)

 

 

 

 

Differenza fil-proporzjon versus insulin glargine

 

20.8

[95% confidence interval]

 

[15.0 sa 26.7]

(valur p)

 

(<0.0001)

Doża ta’ kuljum ta’ insulin glargine

 

 

Linja bażi (medja)

35.0

35.2

Skop finali (medja)

46.7

46.7

Bidla LS fid-doża tal-insulina f’ġimgħa 30 (medja)

10.6

10.9

*Mhux inkluż fil-proċedura ta’ ttestjar step-down speċifikata minn qabel

**PPG wara sagħtejn bil-valur tal-glukożju ta’ qabel l-ikel imnaqqas

Figura - Medja ta’ HbA1c(%) fil-bidu tal-eżami, fil-punt tal-għażla arbitrarja, f’Kull Punt ta’ Ħin (Dawk li temmew l-istudju) u f’Ġimgħa 30 – popolazzjoni mITT

Studji tar-riżultati kardjovaskulari

Is-sigurtà kardjovaskulari ta’ insulin glargine u lixisenatide ġiet stabbilita fil-provi kliniċi ORIGIN u ELIXA, rispettivament. Ma saret l-ebda prova ddedikata għar-riżultati kardjovaskulari b’Suliqua.

Insulin glargine

Il-prova Tnaqqis fir-Riżultati b’Intervent Inizjali ta’ Glargine (ORIGIN, Outcome Reduction with Initial Glargine Intervention) kien studju fejn kemm l-investigaturi kif ukoll l-individwi li ntagħżlu b’mod arbitrarju kienu jafu liema sustanza qed tintuża f’12,537 pazjent li qabbel LANTUS ma’ kura standard għaż-żmien biex seħħ l-ewwel każ kardjovaskulari maġġuri avvers (MACE, major adverse cardiovascular event). MACE kien iddefinit bħala magħmul mill-elementi ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali. Il-medjan tat-tul ta’ żmien ta’ segwitu tal-istudju kien 6.2 snin. L-inċidenza ta’ MACE kienet simili bejn LANTUS u kura standard f’ORIGIN [Proporzjon ta’ Periklu (95% CI) għal MACE; 1.02 (0.94, 1.11)].

Lixisenatide

L-istudju ELIXA kien studju arbitrarju, ikkontrollat bil-plaċebo, multinazzjonali, fejn la l- investigaturi u lanqas l-individwi ma kienu jafu liema sustanza qed tintuża li evalwa r-riżultati kardjovaskulari (CV, cardiovascular) waqt trattament b’lixisenatide f’pazjenti (n=6068) bid-dijabete mellitus tat-tip 2 wara Sindrom Koronarju Akut reċenti. L-iskop finali primarju kompost ta’ effikaċja kien iż-żmien biex iseħħ kwalunkwe wieħed minn dawn l-avvenimenti li ġejjin: Mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew rikoverar l-isptar minħabba anġina mhux stabbli. Il-medjan tat-tul ta’ żmien ta’ segwitu kien 25.8 u 25.7 xhur fil-grupp ta’ lixisenatide u fil-grupp ta’ plaċebo, rispettivament.

L-inċidenza tal-iskop finali primarju kienet simili fil-gruppi ta’ lixisenatide (13.4%) u tal-plaċebo (13.2%): il-proporzjon ta’ periklu (HR, hazard ratio) għal lixisenatide versus il-plaċebo kien 1.017, b’confidence interval (CI) 95% 2-sided assoċjat ta’ 0.886 sa 1.168.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jigu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Suliqua f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fit-trattament ta’ dijabete mellitus tat-tip 2 (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Il-proporzjon ta’ insulin glargine/lixisenatide m’għandu l-ebda impatt fuq il-PK ta’ insulin glargine u lixisenatide f’Suliqua.

Wara l-għoti taħt il-ġilda tal-kombinazzjonijiet ta’ insulin glargine/lixisenatide lil pazjenti b’dijabete tat-tip 1, insulin glargine ma wriet l-ebda livell prominenti aktar ogħli. Esponiment għal insulin glargine wara l-għoti tal-kombinazzjoni ta’ insulin glargine/lixisenatide kien ta’ 86-88 % meta mqabbel mal-għoti ta’ injezzjonijiet separati ta’ insulin glargine u lixisenatide fl-istess waqt. Din id- differenza ma kinitx meqjusa bħala rilevanti b’mod kliniku.

Wara l-għoti taħt il-ġilda tal-kombinazzjonijiet ta’ insulin glargine/lixisenatide lill-pazjenti b’dijabete

tat-tip 1, il-medjan tat-tmax ta’ lixisenatide kien fil-firxa ta’ 2.5 sa 3.0 sigħat. L-AUC kienet kumparabbli filwaqt li kien hemm tnaqqis żgħir ta’ 22-34% fis-Cmax ta’ lixisenatide meta mqabbel

mal-għoti separat ta’ insulin glargine u lixisenatide fl-istess waqt, li x’aktarx mhuwiex se jkun sisnifikanti b’mod kliniku.

M’hemm l-ebda differenzi rilevanti b’mod kliniku fir-rata ta’ assorbiment meta lixisenatide bħala monoterapija jingħata taħt il-ġilda fl-addome, fil-muskolu deltojd jew fil-koxxa.

Distribuzzjoni

Lixisenatide għandu livell baxx (55%) ta’ rbit mal-proteini tal-bniedem. Il-volum apparenti ta’ distibuzzjoni ta’ lixisenatide wara għoti ta’ kombinazzjonijiet ta’ insulin glargine/lixisenatide (Vz/F) taħt il-ġilda huwa madwar 100 L. Il-volum apparenti ta’ distibuzzjoni ta’ insulin glargine wara għoti ta’ kombinazzjonijiet ta’ insulin glargine/lixisenatide (Vss/F) taħt il-ġilda huwa madwar 1700 L.

Bijotrasformazzjoni u eliminazzjoni

Studju dwar metaboliżmu f’pazjenti dijabetiċi li rċivew insulin glargine waħdu jindika li insulin glargine jiġi mmetabolizzat malajr fit-tarf li fih carboxyl tal-katina B biex jifforma żewġ metaboliti attivi, M1 (21A-Gly-insulin) u M2 (21A-Gly-des-30B-Thr-insulin). Fil-plażma, is-sustanza ewlenija li tiċċirkola hija l-metabolit M1. Is-sejbiet farmakokinetiċi u farmakodinamiċi jindikaw li l-effett tal- injezzjoni mogħtija taħt il-ġilda b’insulin glargine huwa bbażat l-iżjed fuq l-esponiment għal M1.

Bħala peptide, lixisenatide jiġi eliminat permezz ta’ filtrazzjoni mill-glomeruli, segwit minn assorbiment mill-ġdid mit-tubuli u sussegwentement degradazzjoni metabolika, li jwassal għal peptidi u aċidi amminiċi iżgħar, li jiġu introdotti mill-ġdid fil-metaboliżmu tal-proteina.

Wara għoti ta’ ħafna dożi f’pazjenti bid-dijabete tat-tip 2, il-medja tal-half-life terminali kienet ta’ madwar 3 sigħat u l-medja tat-tneħħija apparenti (CL/F) kienet ta’ madwar 35 L/siegħa.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment tal-kliewi

F’individwi b’indeboliment ħafif (it-tneħħija tal-kreatinina kkalkulata bil-formula Cockcroft-Gault 60-90 ml/min), moderat (tneħħija tal-kreatinina 30-60 ml/min) u sever (tneħħija tal-kreatinina ta’ 15-30 ml/min) tal-kliewi l-AUC ta’ lixisenatide żdiedet b’46%, 51% u 87%, rispettivament. Insulin glargine ma ġiex studjat f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi. Madankollu, f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi il-ħtieġa għall-insulina tista’ tonqos minħabba tnaqqis fil-metaboliżmu tal-insulina.

Indeboliment tal-fwied

Billi lixisenatide huwa primarjament mneħħi mill-kliewi, ma sar l-ebda studju farmakokinetiku f’pazjenti b’indeboliment akut jew kroniku tal-fwied. Disfunzjoni tal-fwied mhux mistennija li taffettwa l-farmakokinetika ta’ lixisenatide.

Insulin glargine ma ġiex studjat f’pazjenti bid-dijabete b’indeboliment tal-fwied. F’pazjenti b’indeboliment tal-fwied il-ħtieġa għall-insulina tista’ tonqos minħabba tnaqqis fil-ħila għal glukoneoġenesi u tnaqqis fil-metaboliżmu tal-insulina.

Età, Razza, Sess tal-persuna u Piż tal-ġisem Insulin glargine

L-effett tal-età, tar-razza u tas-sess tal-persuna fuq il-farmakokinetika ta’ insulin glargine ma ġiex ivvalutat. Fi provi kliniċi kkontrollati fl-adulti b’insulin glargine (100 unità/ml), analiżi ta’ sottogruppi abbażi tal-età, r-razza u s-sess tal-persuna ma wrew l-ebda differenzi fis-sigurtà u l-effikaċja.

Lixisenatide

L-età m’għandha l-ebda effett rilevanti b’mod kliniku fuq il-farmakokinetika ta’ lixisenatide. Fi studju farmakokinetiku f’individwi anzjani li ma kellhomx id-dijabete, l-għoti ta’ 20 mcg lixisenatide wassal għal żieda medja fl-AUC ta’ lixisenatide ta’ 29% fil-popolazzjoni anzjana (11-il individwu ta’ etajiet bejn 65 u 74 sena u 7 individwi b’età ≥ 75 sena) meta mqabbla ma’

18-il individwu b’etajiet minn 18 sa 45 sena, li x’aktarx kienet marbuta mat-tnaqqis fil-funzjoni tal- kliewi fil-grupp ta’ età akbar.

L-oriġini etnika ma kellha l-ebda effett rilevanti b’mod kliniku fuq il-farmakokinetika ta’ lixisenatide abbażi tar-riżultati ta’ studji farmakokinetiċi f’individwi Kawkasiċi, Ġappuniżi u Ċiniżi.

Is-sess tal-persuna m’għandu l-ebda effett kliniku rilevanti fuq il-farmakokinetika ta’ lixisenatide.

Il-piż tal-ġisem m’għandu l-ebda effett rilevanti b’mod kliniku fuq l-AUC ta’ lixisenatide.

Immunoġeniċità

Fil-preżenza ta’ antikorpi kontra lixisenatide, l-esponiment għal lixisenatide u l-varjabbiltà fl- esponiment jiżdiedu b’mod ċar irrispettivament mill-livell tad-doża.

Popolazzjoni pedjatrika

Ma saru l-ebda studji b’Suliqua fit-tfal u l-adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ma sarux studji fl-annimali bil-kombinazzjoni ta’ insulin glargine u lixisenatide biex tiġi vvalutata tossiċità minn dożi ripetuti, riskju ta’ kanċer, tossiċità fil-ġeni jew tossiċità fir-riproduzzjoni.

Insulin glargine

Tagħrif mhux kliniku għal insulina glargine ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, riskju ta’ kanċer, effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Lixisenatide

Fi studji dwar karċinoġeniċità minn għoti taħt il-ġilda li damu sejrin sentejn, dehru tumuri taċ-ċellola

C tat-tirojde li ma kinux fatali fil-firien u fil-ġrieden li huma meqjusa li huma kkawżati minn mekkaniżmu li mhux ġenotossiku medjat mir-riċettur GLP-1 u li l-annimali gerriema huma sensittivi b’mod partikuari għalih. Fil-firien, dehru iperplasja u adenoma taċ-ċellola C f’kull doża u ma setax jiġi definit livell fejn mhu osservat ebda effett avvers (NOAEL, no observed adverse effect level). Fil-

ġrieden, dawn l-effetti seħħew f’esponiment bi proporzjon aktar minn 9.3 darbiet meta mqabbel mal- esponiment uman bid-doża terapewtika. Ebda karċinoma taċ-ċellola C ma ġiet osservata fil-ġrieden u karċinoma taċ-ċellola C seħħet fil-firien fi proporzjon ta’ esponiment li kien 900 darba aktar mill- esponiment uman bid-doża terapewtika.

Fi studji dwar karċinoġeniċità minn għoti taħt il-ġilda fil-ġrieden li damu sejrin sentejn, dehru

3 każijiet ta’ adenokarċinoma fl-endometriju fil-grupp li ħadu d-doża tan-nofs b’żieda sinifikanti b’mod statistiku, li tikkorrispondi għal proporzjon ta’ esponiment ta’ 97 darba. Ma ntwera l-ebda effett marbut mat-trattament.

Studji fl-annimali ma jurux effetti diretti ta’ ħsara fuq il-fertilità fil-firien irġiel u nisa. Fil-klieb ittrattati b’lixisenatide dehru feriti testikulari u epididimali li kienu riversibbli. Ma deher l-ebda effett relatat fuq l-ispermatoġenesi f’irġiel f’saħħithom.

Fi studji dwar l-iżvilupp tal-embriju u tal-fetu, formazzjonijiet ħżiena, dewmien fl-iżvilupp fiżiku, dewmien fl-ossifikazzjoni u effetti skeletriċi ġew osservati b’kull doża ta’ lixisenatide fil-firien, (proporzjon ta’ esponiment ta’ 5 darbiet aktar meta mqabbel mal-esponiment uman) u b’dożi għoljin fil-fniek (proporzjon ta’ esponiment ta’ 32 darba aktar meta mqabbel mal-esponiment uman). Fiż- żewġ speċi, kien hemm kemxejn tossiċità fl-omm li kienet tikkonsisti f’konsum baxx ta’ ikel u tnaqqis fil-piż tal-ġisem. It-tkabbir wara t-twelid kien imnaqqas fil-firien irġiel li kienu esposti għal dożi għolja ta’ lixisenatide fl-aħħar parti tat-tqala u waqt it-treddigħ, b’osservazzjoni ta’ żieda żgħira fil- mewt tal-frieħ.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Glycerol 85%

Methionine

Metacresol

Zinc chloride

Concentrated hydrochloric acid (għall-aġġustament tal-pH)

Sodium hydroxide (għall-aġġustament tal-pH)

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

24 xahar.

Żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li l-pinna tintuża għall-ewwel darba: 14-il jum

Għall-pinen waqt l-użu

Aħżen f’temperatura taħt it- 30°C. Tagħmilhomx fil-friġġ. Tagħmilhomx fil-friża. Taħżinhomx bil-labra mwaħħla.

Aħżen il-pinna ’l bogħod minn sħana diretta jew dawl dirett. L-għatu tal-pinna għandu jitpoġġa lura fuq il-pinna wara kull injezzjoni sabiex tipproteġiha mid-dawl.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Pinen li mhux qed jintużaw

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Tagħmilhomx fil-friża u tpoġġihomx ħdejn il-kompartiment tal-friża jew pakkett tal-friża. Żomm il-pinna mimlija għal-lest fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kundizzjonijiet ta’ ħażna waqt l-użu, ara sezzjoni 6.3

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Skartoċċ tal-ħġieġ tat-tip I bla kulur bi planġer iswed (lastku bromobutyl) u għatu flanġ (tal-aluminju) b’diski laminati li jissiġillaw imdaħħlin fih (lastku bromobutyl man-naħa tal-prodott mediċinali u polyisoprene fuq in-naħa ta’ barra) li fih 3 ml ta’ soluzzjoni. Kull skartoċċ huwa mmuntat ġo pinna li tintrema wara li tintuża.

Il-labar mhumiex inklużi fil-pakkett.

Pakketti ta’ 3 pinen u 5 pinen mimlijin għal-lest.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Qabel tintuża l-ewwel darba, il-pinna għandha tinħareġ mill-friġġ u tinħażen f’temperatura taħt 30°C għal bejn siegħa u sagħtejn.

L-iskartoċċ għandu jiġi mifli qabel l-użu. Għandu jintuża biss jekk is-soluzzjoni tkun ċara, bla kulur, mingħajr ma jidher fih ebda frak, u jekk ikollu konsistenza tixbah dik tal-ilma.

Suliqua m’għandux jitħallat ma kwalunkwe insulina oħra u m’għandux jiġi ddilwit. Il-fatt li tħallatu jew tiddilwih jista’ jibdel il-profil ta’ ħin/azzjoni tiegħu u t-taħlit jista’ jikkawża preċipitazzjoni.

Dejjem għandha titwaħħal labra ġdida qabel kull darba li tintuża. Il-labar m’għandhomx jerġgħu jiġu użati mill-ġdid. Il-pazjent għandu jarmi l-labra wara kull injezzjoni.

F’każ ta’ labar misdudin il-pazjenti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet deskritti fl-“Istruzzjonijiet dwar l-Użu” li hemm mal-fujett ta’ tagħrif.

Pinen użati m’għandhom qatt jerġgħu jintużaw mill-ġdid u għandhom jintremew kif suppost. Sabiex jiġi evitat tixrid possibbli ta’ mard, kull pinna għandha tintuża minn pazjent wieħed biss.

Biex jiġu evitati żbalji fil-medikazzjoni bejn Suliqua u prodotti mediċinali oħra kontra d-dijabete li jiġu injettati, inkluż iż-żewġ pinen differenti ta’ Suliqua (ara sezzjoni 4.4), it-tikketta tal-insulina għandha dejjem tiġi ċċekkjata qabel kull injezzjoni.

Qabel tuża Suliqua, għandhom jinqraw b’attenzjoni l-istruzzjonijiet dwar l-użu inklużi fil-fuljett ta’ tagħrif.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

sanofi-aventis groupe 54, rue La Boétie 75008 Paris

Franza

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/16/1157/001

EU/1/16/1157/002

EU/1/16/1157/003

EU/1/16/1157/004

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni:

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati