Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Tadalafil Generics (tadalafil) – Fuljett ta’ tagħrif - G04BE08

Updated on site: 12-Jul-2017

Isem tal-MediċinaTadalafil Generics
Kodiċi ATCG04BE08
Sustanzatadalafil
ManifatturMYLAN S.A.S

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Tadalafil Generics 20 mg pilloli miksijin b’rita tadalafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Tadalafil Generics u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tadalafil Generics

3.Kif għandek tieħu Tadalafil Generics

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Tadalafil Generics

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Tadalafil Generics u għalxiex jintuża

Tadalafil Generics fih is-sustanza attiva tadalafil.

Tadalafil Generics huwa trattament għall-pressjoni għolja fl-arterji pulmonari fl-adulti.

Jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase tip 5 (PDE5) li jaħdmu billi jgħinu lill-arterji madwar il-pulmun tiegħek jirrilassaw, u b’hekk jitjieb il-fluss tad-demm għal ġol-pulmun tiegħek. B’riżultat ta’ dan il-kapaċità tiegħek li tagħmel l-attività fiżika titjieb.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Tadalafil Generics

Tiħux Tadalafil Generics:

-jekk inti allerġiku għal tadalafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

-jekk qed tieħu xi forma ta’ nitrati bħal amyl nitrite li jintuża fit-trattament tal-uġigħ fis-sider. Tadalafil intwera li jżid l-effetti ta’ dawn il-mediċini. Jekk qed tieħu xi forma ta’ nitrate jew m’ intix ċert, għid lit-tabib tiegħek.

-jekk qatt kellek telf tal-vista – kundizzjoni deskritta bħal “puplesija tal-għajn” (newropatija ottika iskemika anterjuri li m’hijiex arteritika – NAION).

-jekk kellek attakk tal-qalb fl-aħħar 3 xhur.

-jekk għandek pressjoni baxxa.

-jekk qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’ PDE5, bħal Tadalafil Generics, iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il-mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina jekk għandek:

-xi problemi tal-qalb oħra minbarra l-pressjoni għolja fl-arterji pulmonari

-problemi bil-pressjoni

-xi mard tal-għajnejn ereditarju

-anormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm (anemija b’ċelloli forma ta’ minġel)

-kanser tal-mudullun tal-għadam (mijeloma multipla)

-kanser taċ-ċelloli tad-demm (lewkimja)

-xi deformazzjoni fil-pene, jew erezzjonijiet mhux mixtieqa jew persistenti li jdumu aktar minn 4 sigħat

-problema serja fil-fwied

-problema serja fil-kliewi

Jekk f’daqqa waħda tesperjenza tnaqqis jew telf tal-vista, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina mhux indikata għall-użu mit-tfal u minn adolexxenti taħt it-tmintax-il sena.

Mediċini oħra u Tadalafil Generics

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew se tieħu xi mediċini oħra.

TIĦUX dawn il-pilloli jekk diġà qiegħed tieħu n-nitrati.

Xi mediċini jistgħu jiġu affettwati b’Tadalafil Generics jew jistgħu jaffettwaw kemm jaħdem tajjeb Tadalafil Generics. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu:

-bosentan (kura oħra għall-pressjoni għolja fl-arterji pulmonari)

-nitrati (għall-uġigħ fis-sider)

-imblokkatur tar-riċetturi alfa li jintużaw għall-pressjoni għolja jew għall-problemi fil-prostata

-riociguat

-rifampicin (għall-kura ta’ infezzjonijiet tal-batteri)

-pilloli ta’ ketoconazole (għall-kura ta’ infezzjonjiet tal-fungi)

-ritonavir (għall-kura tal-HIV)

-pilloli għad-disfunzjoni erettili (inibituri ta’ PDE5)

Tadalafil Generics mal-alkoħol

Ix-xorb alkoħoliku jista’ jbaxxilek il-pressjoni temporanjament. Jekk ħadt jew qed tippjana li tieħu

Tadalafil Generics, evita x-xorb eċċessiv (aktar minn 5 unitajiet ta’ alkoħol), billi dan jista’ jżid ir- riskju ta’ sturdament meta tqum bilwieqfa.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Tiħux din il-mediċina meta tkun tqila, sakemm mhux assolutament neċessarju u ddiskutejtha mat-tabib tiegħek.

Treddax waqt li tkun qegħda tieħu dawn il-pilloli għaliex mhux magħruf jekk il-mediċina tgħaddix fil- ħalib tas-sider uman. Ħu parir mingħand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina waqt li tkun tqila jew qegħda tredda’.

Meta kienu ttrattati l-klieb, kien hemm tnaqqis fl-iżvilupp ta’ sperma fit-testikoli. Ġie osservat li kien hemm xi tnaqqis ta’ sperma f’xi irġiel. Mhuwiex probabbli li dawn l-effetti jwasslu għal xi nuqqas fil- fertilità.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Ġie rrapportat l-isturdament. Oqgħod attent kif tirrejaġixxi għal mediċini qabel ma ssuq jew tħaddem xi magni.

Tadalafil Generics fih il-lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek xi intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib qabel ma tieħu din il-mediċina.

3.Kif gћandek tieћu Tadalafil Generics

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skond il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Tadalafil Generics jiġi bħala pillola ta’ 20 mg. Id-doża normali hi ta’ żewġ pilloli ta’ 20 mg darba kuljum. Għandek tieħu ż-żewġ pilloli fl-istess ħin, waħda wara l-oħra. Jekk għandek problema ħafifa jew moderata fil-fwied jew kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek tieħu pillola waħda biss ta’ 20 mg kuljum.

Ibla’ l-pilloli sħaħ bi ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Jekk tieħu Tadalafil Generics aktar milli suppost

Jekk inti jew xi ħadd ieħor jieħu aktar pilloli milli suppost, għid lit-tabib tiegħek jew mur l-isptar minnufih, u ħu miegħek il-mediċina jew il-pakkett. Jista’ jkollok kwalunkwe wieħed mill-effetti sekondarji deskritti f’sezzjoni 4.

Jekk tinsa tieħu Tadalafil Generics

Ħu d-doża malli tiftakar jekk ma jkunux għaddew aktar minn 8 sigħat minn meta tkun suppost ħadt id- doża. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Tadalafil Generics

Tiqafx tieħu l-pilloli, sakemm ma jkunx qallek it-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti normalment ikunu ta’ natura ħafifa jew moderata.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji minn dawn li ġejjin ieqaf uża l-mediċina u fittex l-attenzjoni medika immedjatament:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)

-reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx.

-uġigħ fis-sider - tużax nitrati iżda fittex għajnuna medika immedjatament.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna)

-erezzjoni fit-tul u possibilment bl-uġigħ wara li tieħu din il-mediċina. Jekk għandek din it-tip ta’ erezzjoni, li ddum kontinwament għal aktar minn 4 sigħat għandek tikkuntattja lit-tabib immedjatament.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna)

-telf f’daqqa tal-vista.

Ġew irrappurtati effetti sekondarji oħra:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iżjed minn 1 minn kull 10 persuni)

-uġigħ ta’ ras.

-fwawar, konġestjoni nasali u tas-sinus (imnieħer imblukkat).

-dardir, indiġestjoni (li tinkludi wġigħ jew skonfort fiż-żaqq).

-uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dahar u wġigħ fl-estremitajiet (li jinkludi skonfort fid-dirgħajn jew fir-riġlejn).

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

-vista mċajpra.

-pressjoni baxxa tad-demm.

-farġa.

-rimettar.

-żieda fid-demm mill-utru jew li mhuwiex normali.

-nefħa fil-wiċċ.

-rifluss tal-aċidu mill-istonku.

-emigranja.

-qalb li tħabbat b’mod irregolari.

-ħass ħażin.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

-konvulżjonijiet.

-telf temporanju tal-memorja.

-ħorriqija.

-tegħreq ħafna.

-dmija mill-pene.

-il-presenza ta’ demm fis-semen u/jew fl-awrina.

-pressjoni għolja tad-demm.

-il-qalb tibda tħabbat b’rata mgħaġġla.

-mewta kardijaka għal għarrieda.

-żanżin fil-widnejn.

L-inibituri ta’ PDE5 huma wkoll użati fil-kura ta’ disfunzjoni erettili fl-irġiel. Ġew irrappurtati b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna) xi effetti sekondarji:

-tnaqqis jew telf tal-vista, parzjali, temporanju jew permanenti f’għajn waħda jew fit-tnejn, u reazzjoni allerġika serja li tikkawża nefħa fil-wiċċ jew fil-gerżuma. Ġie rrappurtat ukoll tnaqqis jew telf ta’ smigħ b’mod għal għarrieda.

Ġew irrappurtati xi effetti sekondarji f’irġiel li ħadu tadalafil għall-kura ta’ disfunzjoni erettili. Dawn l-avvenimenti ma dehrux fl-istudji kliniċi għall-ipertensjoni arterjali pulmonarja u għalhekk il- frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli):

-nefħa tal-kpiepel tal-għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, għajnejn ħomor, attakk tal-qalb u attakk ta’ puplesija.

Ħafna iżda mhux dawk l-irġiel kollha li rrapportaw rata mgħaġġla tal-qalb, qalb li tħabbat b’mod irregolari, attakk tal-qalb, puplesija u mewta kardijaka għal għarrieda kellhom problemi tal-qalb magħrufa minn qabel ma ħadu tadalafil. Mhux possibbli li jkun determinat jekk dawn l-avvenimenti kinux relatati direttament ma’ tadalafil.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Tadalafil Generics

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Tadalafil Generics

-Is-sustanza attiva hi tadalafil. Kull pillola fiha 20 mg ta’ tadalafil.

-Is-sustanzi l-oħra fil-qalba tal-pillola huma povidone, sodium laurilsulfate, poloxamer 188, anhydrous lactose (ara sezzjoni 2 ‘Tadalafil Generics fih il-lactose’), microcrystalline cellulose (PH 101), croscarmellose sodium, colloidal anhydrous silica u magnesium stearate. Il-kisja tar- rita fiha lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 ‘Tadalafil Generics fih lactose’), hypromellose (E464), titanium dioxide (E171) u triacetin.

Kif jidher Tadalafil Generics u l-kontenut tal-pakkett

Din il-mediċina hi pillola miksija b’rita, bajda, tonda, bikonvessa, bit-tarf iċċanfrat, immarkata b’‘M’ fuq naħa waħda tal-pillola u ‘TA20’ fuq in-naħa l-oħra.

Din il-mediċina hi disponibbli f’pakketti bil-folji li jkun fihom 28 jew 56 pillola u f’pakketti ta’ folji ta 'doża waħda perforati li jkun fihom 28 x 1 jew 56 x 1 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Mylan S.A.S.

117 Allée des Parcs

69800 Saint-Priest Franza

Manifatturi

McDermott Laboratories Limited t/a Gerard Laboratories t/a Mylan Dublin 35/36 Baldoyle Industrial Estate

Grange Road, Dublin 13 L-Irlanda

Mylan Hungary Kft

Mylan utca 1

Komárom, 2900

L-Ungerija

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Mylan bvba/sprl

Mylan S.A.S.

Tél/Tel: + 32 02 658 61 00

Tel: +33 4 37 25 75 00

 

(Prancuzija)

България

Luxembourg/Luxemburg

Майлан ЕООД

Mylan bvba/sprl

Teл.: +359 2 44 55 400

Tel: + 32 02 658 61 00

 

(Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

Mylan Pharmaceuticals s.r.o.

Mylan EPD Kft

Tel: +420 274 770 201

Tel: + 36 1 465 2100

 

Danmark

Malta

Mylan AB

V.J. Salomone Pharma Ltd

Tlf: + 46 855 522 750

Tel: + 356 21 22 01 74

(Sverige)

 

Deutschland

Nederland

Mylan dura GmbH

Mylan BV

Tel: + 49-(0) 6151 9512 0

Tel: + 31 33 299 7080

Eesti

Norge

Mylan S.A.S.

Mylan AB

Tel: +33 4 37 25 75 00

Tel: + 46 855 522 750

(Prantsusmaa)

(Sverige)

Ελλάδα

Österreich

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ

Arcana Arzneimittel GmbH

Τηλ: +30 210 993 6410

Tel: +43 1 416 2418

España

Polska

Mylan Pharmaceuticals, S.L

Mylan Sp. z.o.o.

Tel: + 34 900 102 712

Tel: + 48 22 546 64 00

France

Portugal

Mylan S.A.S.

Mylan, Lda.

Tel: +33 4 37 25 75 00

Tel: + 351 21 412 72 56

Hrvatska

România

Mylan EPD d.o.o.

A&G Med Trading SRL

Tel: +385 1 23 50 599

Tel: + 4021 332 49 91

Ireland

Slovenija

Generics [UK] Ltd

GSP Proizvodi d.o.o.

Tel: + 44 1707 853000

Tel: + 386 1 236 31 85

(United Kingdom)

 

Ísland

Slovenská republika

Mylan AB

Mylan s.r.o.

Tel: + 46 855 522 750

Tel: +421 2 326 04 910 / +421 917 206 274

(Svíþjóð)

 

Italia

Suomi/Finland

Mylan S.p.A

Mylan OY

Tel: + 39 02 612 46921

Puh/Tel: + 358 9-46 60 03

Κύπρος

Sverige

Pharmaceutical Trading Co. Ltd.

Mylan AB

Τηλ: + 357 99403969

Tel: + 46 855 522 750

Latvija

United Kingdom

Mylan S.A.S.

Generics [UK] Ltd

Tel: +33 4 37 25 75 00

Tel: +44 1707 853000

(Francija)

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati