Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Tadalafil Lilly (tadalafil) – Fuljett ta’ tagħrif - G04BE08

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTadalafil Lilly
Kodiċi ATCG04BE08
Sustanzatadalafil
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Tadalafil Lilly 2.5 mg pilloli miksijin b’rita

Tadalafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina għax fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi wieħed mill-effetti sekondarji għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li m’humiex elenkati f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Tadalafil Lilly u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tadalafil Lilly

3.Kif għandek tieħu Tadalafil Lilly

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Tadalafil Lilly

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

Tadalafil Lilly huwa trattament għall-irġiel adulti b’disfunzjoni erettili. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista` jkollu, jew iżomm, pene iebes u erett kif inhu xieraq għall-attività sesswali. Tadalafil Lilly intwera li jtejjeb b’mod sinifikanti l-kapaċità li jinkiseb pene erett u iebes li hu xieraq għall-attività sesswali.

Tadalafil Lilly għandu s-sustanza attiva tadalafil li jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri tal-phosphodiesterase tip 5. Wara l-istimolu sesswali, Tadalafil Lilly jaħdem billi jgħin lill- arterji fil-pene tiegħek jirrilassaw, u b’hekk jippermettu d-dħul tad-demm fil-pene tiegħek. Ir-riżultat ta’ dan huwa funzjoni erettili mtejba. Tadalafil Lilly ma jgħinekx jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.

Huwa importanti li tkun taf li Tadalafil Lilly ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm stimolu sesswali. Hemm bżonn li int u s-sieħba tiegħek tibdew il-logħob ta’ qabel l-kopulazzjoni sesswali, kif kontu tagħmlu kieku ma kontx qiegħed tieħu l-mediċina għad-disfunzjoni erettili.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tadalafil Lilly

Tiħux Tadalafil Lilly jekk inti:

-allerġiku għal tadalafil jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

-qed tieħu xi forma ta’ nitrate organiku jew donaturi ta' nitric oxide bħal amyl nitrite. Dan huwa grupp ta’ mediċini (“nitrati”) li jintużaw fit-trattament ta’ angina pectoris (“uġigħ fis-sider”). Tadalafil Lilly intwera li jżid l-effetti ta’ dawn il-mediċini. Jekk qed tieħu xi forma ta’ nitrate jew m’ intix ċert, għid lit-tabib tiegħek.

-għandek mard serju tal-qalb jew kellek attakk tal-qalb reċenti f’dawn l-aħħar 90 ġurnata.

-reċentement kellek attakk ta’ puplesija f’dawn l-aħħar 6 xhur.

-għandek pressjoni tad-demm baxxa jew pressjoni tad-demm għolja mhux ikkontrollata.

-qatt kellek telf tal-vista minħabba newropatija ottika iskemika anterjuri li m’hijiex arteritika (NAION), kundizzjoni li tiġi deskritta bħal “puplesija tal-għajn”.

-qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’PDE5, bħal Tadalafil Lilly,iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Tkellem mat-tabib tiegħek qabel tieħu Tadalafil Lilly.

Kun af li l-attività sesswali għandha riskju possibbli għal pazjenti li jbatu minn mard tal-qalb għaliex tagħmel sforz żejjed fuq il-qalb. Jekk għandek problema tal-qalb għandek tgħid lit-tabib tiegħek. Jekk waqt is-sess tħoss uġigħ f’sidrek, tkomplix fl-attività sesswali u għid lit-tabib tiegħek.

Qabel ma tieħu l-pilloli, għid lit-tabib tiegħek jekk għandek:

-anemija tat-tipsickle cell’(abnormalita’ taċ-ċelloli ħomor tad-demm)

-majeloma multipla (kanċer tal-mudullun)

-lewkimja (kanċer taċ-ċelloli tad-demm)

-kwalunkwe deformazzjoni tal-pene tiegħek

-problema serji tal-fwied

-problema serja tal-kliewi

M’huwiex magħruf jekk Tadalafil Lilly huwa effettiv f’pazjenti li kellhom:

-kirurġija pelvika

-tneħħija totali jew ta’ parti tal-glandola tal-prostata fejn jiġu mqatta’ n-nervituri tal-prostata (prostatektomija radikali li taffettwa n-nervituri).

Jekk f’daqqa waħda tesperjenza tnaqqis jew telf tal-vista, waqqaf Tadalafil Lilly u kkuntattja t-tabib tiegħek minnufih.

Ġie nnotat tnaqqis jew telf ta’ smigħ f’daqqa f’xi pazjenti li qed jieħdu tadalafil. Għalkemm mhuwiex magħruf jekk l-avveniment hux relatat direttament ma’ tadalafil, jekk ikollok tnaqqis jew telf ta’ smigħ f’daqqa, waqqaf it-teħid ta’ Tadalafil Lilly u kkuntattja minnufih lit-tabib tiegħek.

Tadalafil Lilly m’huwiex intenzjonat biex jiġi użat min-nisa.

Tfal u adolexxenti

Tadalafil Lilly mhux intenzjonat biex jintuża mit-tfal u minn adolexxenti taħt it-tmintax-il sena.

Mediċini oħra u Tadalafil Lilly

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew se tieħu xi mediċini oħra.

Tiħux Tadalafil Lilly jekk diġà qed tieħu n-nitrati.

Xi mediċini jistgħu jiġu affettwati minn Tadalafil Lilly jew jistgħu jaffettwaw kemm Tadalafil Lilly jaħdem tajjeb. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu:

-alpha blocker (użat għal kura ta’ pressjoni għolja tad-demm jew għas-sintomi urinarji assoċjati ma’ iperplażja beninna tal-prostata).

-mediċini oħra għal kura ta’ pressjoni għolja fid-demm.

-riociguat.

-inibitur ta’ 5-alpha reductase (użat fil-kura ta’ iperplażja beninna tal-prostata).

-mediċini bħall-pilloli ketoconazole (biex tikkura infezzjonijiet tal-moffa) u inibituri ta’ protease għall-kura tal-AIDS jew tal-HIV.

-phenobarbital, phenytoin u carbamazepine (mediċini kontra l-aċċessjonijiet).

-rifampicin, erythromycin , clarithromycin jew itraconazole.

-trattamenti oħra għad-disfunzjoni erettili.

Tadalafil Lilly max-xorb u mal-alkoħol

Tagħrif dwar l-effett tal-alkoħol qiegħed f’sezzjoni 3. Il-meraq tal-grapefruit jista’ jaffettwa kemm Tadalafil Lilly jaħdem tajjeb u għandju jittieħed b’kawtela. Tkellem mat-tabib tiegħek għal aktar informazzjoni.

Fertilità

Meta ġew trattati l-klieb kien hemm tnaqqis fl-isperma u dan ġie osservat ukoll f’xi irġiel. Dan mhux probabbli li jwassal għal nuqqas ta’ fertilità.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xi rġiel li ħadu Tadalafil Lilly fl-istudji kliniċi rrapurtaw li kellhom xi sturdament. Oqgħod attent kif tirrejaġixxi għall-pilloli qabel ma ssuq jew tħaddem xi magni.

Tadalafil Lilly fih il-lactose:

Jekk għandek xi intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib qabel ma tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Tadalafil Lilly

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Il-pilloli Tadalafil Lilly huma għall-użu orali u għall-irġiel biss. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ xi ftit ilma. Il- pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Id-doża rrakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ 5 mg darba kuljum li tittieħed bejn wieħed u ieħor dejjem fl-istess ħin. It-tabib tiegħek jista’ jaġġusta d-doża għal 2.5 mg skont ir-rispons tiegħek għal Tadalafil Lilly. Din tingħata bħala pillola ta’ 2.5 mg.

Tiħux Tadalafil Lilly aktar minn darba kuljum.

Doża ta’ Tadalafil Lilly darba kuljum tista’ tkun utili għall-irġiel li jaħsbu li jkollom attività sesswali darbtejn jew iżjed fil-ġimgħa.

Meta jittiehed darba kuljum Tadalafil Lilly iħallik tikseb erezzjoni, meta stimulat sesswalment, f’kull ħun fl-24 siegħa tal-ġurnata.

Huwa importanti li tkun taf li Tadalafil Lilly ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm stimolu sesswali. Ikun hemm bżonn li inti u s-sieħba tiegħek tistimulaw sesswalment lilkom infuskom qabel ma jkollkom x’taqsmu, l-istess kif kont tagħmel jekk ma kontx qiegħed tieħu xi mediċina għad-disfunzjoni erettili.

Ix-xorb ta’ l-alkoħol jista’ jaffettwa l-kapaċita’ li jkollok erezzjoni u jista’ temporanjament ibaxxilek il-pressjoni tad-demm. Jekk ħadt jew taħseb li ser tieħu Tadalafil Lilly, evita li tixrob alkoħol eċċessiv (livell ta’ alkoħol fid-demm ta’ 0.08% jew aktar), minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ sturdament meta tkun bil-wieqfa.

Jekk tieħu Tadalafil Lilly aktar milli suppost

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Jista’ jkollok xi effetti sekondarji kif deskritt f’sezzjoni 4.

Jekk tinsa tieħu Tadalafil Lilly

Ħu d-doża tiegħek hekk kif tiftakar iżda tieħux doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu. M’għandekx tieħu Tadalafil Lilly aktar minn darba kuljum.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Dawn l-effetti normalment ikunu ta’ natura ħafifa jew moderata.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji minn dawn li ġejjin ieqaf milli tuża l-mediċina u fittex l- attenzjoni medika immedjatament:

-reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx (frekwenza mhux komuni).

-uġigħ fis-sider - tużax nitrati iżda fittex għajnuna medika immedjatament (frekwenza mhux komuni).

-prijapiżmu, erezzjoni fit-tul u possibilment bl-uġigħ wara li tieħu Tadalafil Lilly (frekwenza rari). Jekk għandek din it-tip ta’ erezzjoni, li ddum kontinwament għal aktar minn 4 sigħat għandek tikkuntattja lit-tabib immedjatament.

-telf tal-vista f’daqqa waħda (frekwenza rari).

Effetti sekondarji oħra kienu rrapportati.

Komuni (jidhru f’1 sa 10 minn kull 100 pazjent)

-uġigħ ta’ ras, uġigħ tad-dahar. uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dirgħajn u fir-riġlejn, ħmura fil-wiċċ, imnieħer miżdud u indiġestjoni.

Mhux komuni (jidhru f’1 sa 10 minn kull 1,000 pazjent)

-sturdament, uġigħ fl-istonku, tħossok imdardar, tiddardar (rimettar), rifluss, vista mċajpra, uġigħ fl-għajnejn, diffikultà biex tieħu n-nifs, il-presenza ta’ demm fl-awrina, erezzjoni fit-tul, sensazzjoni li l-qalb qed tħabbat ħafna, rata tal-qalb mgħaġġla, pressjoni għolja tad-demm, pressjoni baxxa tad-demm, infriġ, żanżin fil-widnejn, nefħa fl-idejn, fis-saqajn jew fl-għekiesi u tħossok għajjien.

Rari (jidhru f’1 sa 10 minn kull 10,000 pazjent)

-ħass ħażin, konvulżjonijiet u telf temporanju tal-memorja, nefħa fil-kpiepel ta’ l-għajnejn, għajnejn ħomor, nuqqas jew telf tas-smigħ f’daqqa, urtikarja( nfafet ħomor u bil-ħaqq fuq wiċċ il-ġilda), dmija mill-pene, il-presenza ta’ demm fis-semen u żieda fl-għaraq.

B’mod rari ġew ukoll irrapportati attakk tal-qalb u puplesija f’irġiel li ħadu Tadalafil Lilly. Ħafna minn dawn l-irġiel kellhom problemi tal-qalb magħrufa minn qabel ma ħadu din il-mediċina.

B’mod rari, ġew irrappurtati każi ta’ tnaqqis jew telf ta’ vista, parzjali, temporanji jew permanenti f’għajn waħda jew fit-tnejn li huma.

F’irġiel li ħadu Tadalafil Lilly ġew irrapportati xi effetti sekondarji oħra rari, li ma dehrux f’studji kliniċi. Dawn jinkludu:

-l-emikranja, nefħa fil-wiċċ, reazzjonijiet allerġiċi serji li jikkaġunaw nefħa fil-wiċċ jew fil- griżmejn, raxxijiet severi fil-ġilda, xi disturbi li jkollhom effett fuq il-fluss tad-demm fl- għajnejn,taħbit irregolari tal-qalb, anġina u mewta kardijaka għal għarrieda.

L-effett sekondarju ta’ sturdament ġie rrapportat b’mod aktar frekwenti fl-irġiel ’il fuq minn 75 sena li kienu qed jieħdu Tadalafil Lilly. Dijarea ġie rrapportat b’mod aktar frekwenti fl-irġiel ’il fuq minn

65 sena li kienu qed jieħdu Tadalafil Lilly.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla fAppendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Tadalafil Lilly

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara ‘JIS’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tarmix il-mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Tadalafil Lilly

-Is-sustanza attiva hi tadalafil. Kull pillola fiha 2.5 mg ta’ tadalafil.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: lactose monohydrate (ara l-aħħar parti tas-sezzjoni 2) , croscarmellose sodium, hydroxypropylcellulose, microcrystalline cellulose, sodium laurilsulfate, magnesium stearate.

Kisja b’rita: lactose monohydrate, hypromellose, triacetin, titanium dioxide (E171), iron oxide isfar (E172), iron oxide aħmar (172), talc.

Kif jidher Tadalafil Lilly u l-kontenut tal-pakkett

Tadalafil Lilly 2.5 mg hija pillola oranġjo-safra ċara miksija b’rita f’forma ta’ lewża u hija mmarkata b’"C 2½" fuq naħa waħda.

Tadalafil Lilly 2.5 mg issibu f’pakketti b’folji li fihom 28 pillola.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq : Eli Lilly Nederland BV, Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

Manifattur: Lilly S.A., Avda. de la Industria 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 60 00

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6 817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France SAS

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0)1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími: + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited

Eli Lilly and Company Limited

pārstāvniecība Latvijā

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Tel: +371 67364000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/

Fuljett ta’ tagħrif : Informazzjoni għall-utent

Tadalafil Lilly 5 mg pilloli miksijin b’rita

Tadalafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina għax fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali tal-mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi wieħed mill-effetti sekondarji għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li m’humiex elenkati f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Tadalafil Lilly u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tadalafil Lilly

3.Kif għandek tieħu Tadalafil Lilly

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Tadalafil Lilly

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Tadalafil Lilly u għalxiex jintuża

Tadalafil Lilly għandu s-sustanza attiva tadalafil li jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri tal-phosphodiesterase tip 5.

Tadalafil Lilly 5 mg jintuża għall-kura fl-irġiel adult b’:

-disfunzjoni erettili. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista` jkollu, jew iżomm, pene iebes u erett kif inhu xieraq għall-attività sesswali. Tadalafil Lilly intwera li jtejjeb b’mod sinifikanti l-kapaċità li jinkiseb pene erett u iebes li hu xieraq għall-attività sesswali.

Wara l-istimolu sesswali, Tadalafil Lilly jaħdem billi jgħin lill-arterji fil-pene tiegħek jirrilassaw, u b’hekk jippermettu d-dħul tad-demm fil-pene tiegħek. Ir-riżultat ta’ dan huwa funzjoni erettili mtejba. Tadalafil Lilly ma jgħinekx jekk m’ għandekx disfunzjoni erettili. Huwa importanti li tkun taf li Tadalafil Lilly ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm stimolu sesswali. Hemm bżonn li int u s-sieħba tiegħek tibdew il-logħob ta’ qabel l-kopulazzjoni sesswali, kif kontu tagħmlu kieku ma kontx qiegħed tieħu l-mediċina għad-disfunzjoni erettili.

-sintomi urinarju assoċjati ma’ kundizzjoni komuni li tissejjaħ iperplażja beninna tal-prostata.

Din hija meta l-glandola tal-prostata tikber bl-età. Is-sintomi jinkludu d-diffikultà biex tibda tgħaddi l-awrina, is-sensazzjoni li ma tkunx għaddejt l-awrina kollha u bżonn aktar frekwenti li tgħaddi l-awrina anki bil-lejl. Tadalafil Lilly itejjeb il-fluss tad-demm lejn il-prostata u l-bużżieqa tal-awrina kif ukoll jirrilassa l-muskolu ta’ dawn l-organi u b’hekk jistgħu jonqsu s-sintomi tal- iperplażja beninna tal-prostata. Intwera li Tadalafil Lilly jista’ jtejjeb dawn is-sintomi urinarji kmieni mill-1-2 ġimgħa mill-bidu tal-kura.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tadalafil Lilly

Tiħux Tadalafil Lilly jekk inti:

-allerġiku għal tadalafil jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

-qed tieħu xi forma ta’ nitrate organiku jew donaturi ta' nitric oxide bħal amyl nitrite. Dan huwa grupp ta’ mediċini (“nitrati”) li jintużaw fit-trattament ta’ angina pectoris (“uġigħ fis-sider”). Tadalafil Lilly intwera li jżid l-effetti ta’ dawn il-mediċini. Jekk qed tieħu xi forma ta’ nitrate jew m’ intix ċert, għid lit-tabib tiegħek.

-għandek mard serju tal-qalb jew kellek attakk tal-qalb reċenti f’dawn l-aħħar 90 ġurnata.

-reċentement kellek attakk ta’ puplesija f’dawn l-aħħar 6 xhur.

-għandek pressjoni tad-demm baxxa jew pressjoni tad-demm għolja mhux ikkontrollata.

-qatt kellek telf tal-vista minħabba newropatija ottika iskemika anterjuri li m’hijiex arteritika (NAION), kundizzjoni li tiġi deskritta bħal “puplesija tal-għajn”.

-qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’PDE5, bħal Tadalafil Lilly,iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u Prekawzjonijiet

Tkellem mat-tabib tiegħek qabel tieħu Tadalafil Lilly.

Kun af li l-attivita’ sesswali għandha riskju possibbli għal pazjenti li jbatu minn mard tal-qalb għaliex tagħmel sforz żejjed fuq il-qalb. Jekk għandek problema tal-qalb għandek tgħid lit-tabib tiegħek. Jekk waqt is-sess tħoss uġigħ f’sidrek, tkomplix fl-attività sesswali u għid lit-tabib tiegħek.

Peress li l-iperplażja beninna tal-prostata u l-kanċer tal-prostata għandhom l-istess sintomi, it-tabib tiegħek se jeżaminak għall-kanċer tal-prostata qabel ma tibda l-kura b’Tadalafil Lilly għall-iperplażja beninna tal-prostata. Tadalafil Lilly mhijiex kura għall-kanċer tal-prostata.

Qabel ma tieħu l-pilloli, għid lit-tabib tiegħek jekk għandek:

-anemija tat-tipsickle cell’(abnormalita’ taċ-ċelloli ħomor tad-demm).

-majeloma multipla (kanċer tal-mudullun).

-lewkimja (kanċer taċ-ċelloli tad-demm).

-kwalunkwe deformazzjoni tal-pene tiegħek.

-problema serji tal-fwied.

-problema serja tal-kliewi.

M’huwiex magħruf jekk Tadalafil Lilly huwa effettiv f’pazjenti li kellhom:

-kirurġija pelvika.

-tneħħija totali jew ta’ parti tal-glandola tal-prostata fejn jiġu mqatta’ n-nervituri tal-prostata (prostatektomija radikali li taffettwa n-nervituri).

Jekk f’daqqa waħda tesperjenza tnaqqis jew telf tal-vista, waqqaf Tadalafil Lilly u kkuntattja t-tabib tiegħek minnufih.

Ġie nnotat tnaqqis jew telf ta’ smigħ f’daqqa f’xi pazjenti li qed jieħdu tadalafil. Għalkemm mhuwiex magħruf jekk l-avveniment hux relatat direttament ma’ tadalafil, jekk ikollok tnaqqis jew telf ta’ smigħ f’daqqa, waqqaf it-teħid ta’ Tadalafil Lilly u kkuntattja minnufih lit-tabib tiegħek.

Tadalafil Lilly m’huwiex intenzjonat biex jiġi użat min-nisa.

Tfal u adolexxenti

Tadalafil Lilly mhux intenzjonat biex jintuża mit-tfal u minn adolexxenti taħt it-tmintax-il sena.

Mediċini oħra u Tadalafil Lilly

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew se tieħu xi mediċini oħra.

Tiħux Tadalafil Lilly jekk diġà qed tieħu n-nitrati.

Xi mediċini jistgħu jiġu affettwati minn Tadalafil Lilly jew jistgħu jaffettwaw kemm Tadalafil Lilly jaħdem tajjeb. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu:

-alpha blocker (użat għal kura ta’ pressjoni għolja tad-demm jew għas-sintomi urinarji assoċjati ma’ iperplażja beninna tal-prostata).

-mediċini oħra għal kura ta’ pressjoni għolja fid-demm.

-riociguat.

-inibitur ta’ 5-alpha reductase (użat fil-kura ta’ iperplażja beninna tal-prostata).

-mediċini bħall-pilloli ketoconazole (biex tikkura infezzjonijiet tal-moffa) u inibituri ta’ protease għall-kura tal-AIDS u tal-HIV.

-phenobarbital, phenytoin u carbamazepine (mediċini kontra l-aċċessjonijiet).

-rifampicin, erythromycin , clarithromycin jew itraconazole.

-trattamenti oħra għad-disfunzjoni erettili.

Tadalafil Lilly max-xorb u mal-alkoħol

Tagħrif dwar l-effett tal-alkoħol qiegħed f’sezzjoni 3. Il-meraq tal-grapefruit jista’ jaffettwa kemm Tadalafil Lilly jaħdem tajjeb u għandju jittieħed b’kawtela. Tkellem mat-tabib tiegħek għal aktar informazzjoni.

Fertilità

Meta ġew trattati l-klieb kien hemm tnaqqis fl-isperma u dan ġie osservat ukoll f’xi irġiel. Dan mhux probabbli li jwassal għal nuqqas ta’ fertilità.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xi rġiel li ħadu Tadalafil Lilly fl-istudji kliniċi rrapurtaw li kellhom xi sturdament. Oqgħod attent kif tirrejaġixxi għall-pilloli qabel ma ssuq jew tħaddem xi magni.

Tadalafil Lilly fih il-lactose:

Jekk għandek xi intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib qabel ma tieħu din il-mediċina.

3. Kif għandek tieħu Tadalafil Lilly

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Il-pilloli Tadalafil Lilly huma għall-użu orali u għall-irġiel biss. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ xi ftit ilma. Il- pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Ix-xorb tal-alkoħol jista’ temporanjament ibaxxilek il-pressjoni tad-demm. Jekk ħadt jew taħseb li ser tieħu Tadalafil Lilly, evita li tixrob alkoħol eċċessiv (livell ta’ alkoħol fid-demm ta’ 0.08% jew aktar), minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ sturdament meta tkun bil-wieqfa.

Għall-kura tad-disfunjoni erettili

Id-doża rrakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ 5 mg darba kuljum li tittieħed bejn wieħed u ieħor dejjem fl-istess ħin. It-tabib tiegħek jista’ jaġġusta d-doża għal 2.5 mg skont ir-rispons tiegħek għal Tadalafil Lilly. Din se tingħata bħala pillola ta’ 2.5 mg.

Tiħux Tadalafil Lilly aktar minn darba kuljum.

Meta jittiehed darba kuljum Tadalafil Lilly iħallik tikseb erezzjoni, meta stimulat sesswalment, f’kull ħun fl-24 siegħa tal-ġurnata. Doża ta’ Tadalafil Lilly darba kuljum tista’ tkun utili għall-irġiel li jaħsbu li jkollom attività sesswali darbtejn jew iżjed fil-ġimgħa.

Huwa importanti li tkun taf li Tadalafil Lilly ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm stimolu sesswali. Ikun hemm bżonn li inti u s-sieħba tiegħek tistimulaw sesswalment lilkom infuskom qabel ma jkollkom x’taqsmu, l-istess kif kont tagħmel jekk ma kontx qiegħed tieħu xi mediċina għad-disfunzjoni erettili.

Ix-xorb tal-alkoħol jista’ jaffettwa l-kapaċita’ li jkollok erezzjoni.

Għall-kura tal-iperplażja beninna tal-prostata

Id-doża hija ta’ pillola waħda ta’ 5 mg darba kuljum li tittieħed bejn wieħed u ieħor dejjem fl-istess ħin. Jekk għandek iperplażja beninna tal-prostata u disfunjoni erettili, id-doża tibqa’ l-istess ta’ 5 mg li tittieħed darba kuljum.

Tiħux Tadalafil Lilly aktar minn darba kuljum.

Jekk tieħu Tadalafil Lilly aktar milli suppost

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Jista’ jkollok xi effetti sekondarji kif deskritt f’sezzjoni 4.

Jekk tinsa tieħu Tadalafil Lilly

Ħu d-doża tiegħek hekk kif tiftakar iżda tieħux doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu. M’għandekx tieħu Tadalafil Lilly aktar minn darba kuljum.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Dawn l-effetti normalment ikunu ta’ natura ħafifa jew moderata.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji minn dawn li ġejjin ieqaf milli tuża l-mediċina u fittex l- attenzjoni medika immedjatament:

-reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx (frekwenza mhux komuni).

-uġigħ fis-sider - tużax nitrati iżda fittex għajnuna medika immedjatament (frekwenza mhux komuni).

-prijapiżmu, erezzjoni fit-tul u possibilment bl-uġigħ wara li tieħu Tadalafil Lilly (frekwenza rari). Jekk għandek din it-tip ta’ erezzjoni, li ddum kontinwament għal aktar minn 4 sigħat għandek tikkuntattja lit-tabib immedjatament.

-telf tal-vista f’daqqa waħda (frekwenza rari).

Effetti sekondarji oħra kienu rrapportati.

Komuni (jidhru f’1 sa 10 minn kull 100 pazjent)

-uġigħ ta’ ras, uġigħ tad-dahar. uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dirgħajn u fir-riġlejn, ħmura fil-wiċċ, imnieħer miżdud u indiġestjoni.

Mhux komuni (jidhru f’1 sa 10 minn kull 1,000 pazjent)

-sturdament, uġigħ fl-istonku, tħossok imdardar, tiddardar (rimettar), rifluss, vista mċajpra, uġigħ fl-għajnejn, diffikultà biex tieħu n-nifs, il-presenza ta’ demm fl-awrina, erezzjoni fit-tul, sensazzjoni li l-qalb qed tħabbat ħafna, rata tal-qalb mgħaġġla, pressjoni għolja tad-demm, pressjoni baxxa tad-demm, infriġ, żanżin fil-widnejn, nefħa fl-idejn, fis-saqajn jew fl-għekiesi u tħossok għajjien.

Rari (jidhru f’1 sa 10 minn kull 10,000 pazjent)

-ħass ħażin, konvulżjonijiet u telf temporanju tal-memorja, nefħa fil-kpiepel ta’ l-għajnejn, għajnejn ħomor, nuqqas jew telf tas-smigħ f’daqqa, urtikarja( nfafet ħomor u bil-ħaqq fuq wiċċ il-ġilda), dmija mill-pene, il-presenza ta’ demm fis-semen u żieda fl-għaraq.

B’mod rari ġew ukoll irrapportati attakk tal-qalb u puplesija f’irġiel li ħadu Tadalafil Lilly. Ħafna minn dawn l-irġiel kellhom problemi tal-qalb magħrufa minn qabel ma ħadu din il-mediċina.

B’mod rari, ġew irrappurtati każi ta’ tnaqqis jew telf ta’ vista, parzjali, temporanji jew permanenti f’għajn waħda jew fit-tnejn li huma.

F’irġiel li ħadu Tadalafil Lilly ġew irrapportati xi effetti sekondarji oħra rari, li ma dehrux f’studji kliniċi. Dawn jinkludu:

-l-emikranja, nefħa fil-wiċċ, reazzjonijiet allerġiċi serji li jikkaġunaw nefħa fil-wiċċ jew fil- griżmejn, raxxijiet severi fil-ġilda, xi disturbi li jkollhom effett fuq il-fluss tad-demm fl- għajnejn,taħbit irregolari tal-qalb, anġina u mewta kardijaka għal għarrieda.

L-effett sekondarju ta’ sturdament ġie rrapportat b’mod aktar frekwenti fl-irġiel ’il fuq minn 75 sena li kienu qed jieħdu Tadalafil Lilly. Dijarea ġie rrapportat b’mod aktar frekwenti fl-irġiel ’il fuq minn

65 sena li kienu qed jieħdu Tadalafil Lilly.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla fAppendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Tadalafil Lilly

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara ‘JIS’. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Tarmix il-mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Tadalafil Lilly

-Is-sustanza attiva hi tadalafil. Kull pillola fiha 5 mg ta’ tadalafil.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: lactose monohydrate (ara l-aħħar parti ta’ sezzjoni 2), croscarmellose sodium, hydroxypropylcellulose, microcrystalline cellulose, sodium laurilsulfate, magnesium stearate. Kisja b’rita: lactose monohydrate, hypromellose, triacetin, titanium dioxide (E171), iron oxide isfar (E172), talc.

Kif jidher Tadalafil Lilly u l-kontenut tal-pakkett

Tadalafil Lilly 5 mg hija pillola safra ċara miksija b’rita f’forma ta’ lewża, u mmarkata b’"C 5" fuq naħa waħda.

Tadalafil Lilly 5 mg issibu f’pakketti b’folji li fihom 14, 28 jew 84 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq : Eli Lilly Nederland BV, Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

Manifattur: Lilly S.A., Avda. de la Industria 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 60 00

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6 817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France SAS

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0)1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími: + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited

Eli Lilly and Company Limited

pārstāvniecība Latvijā

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Tel: +371 67364000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Tadalafil Lilly 10 mg pilloli miksijin b’rita

Tadalafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina għax fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi wieħed mill-effetti sekondarji għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li mhumiex elenkati f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Tadalafil Lilly u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tadalafil Lilly

3.Kif għandek tieħu Tadalafil Lilly

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Tadalafil Lilly

6.Il-kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Tadalafil Lilly u għalxiex jintuża

Tadalafil Lilly huwa trattament għall-irġiel adulti b’disfunzjoni erettili. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista` jkollu, jew iżomm, pene iebes u erett kif inhu xieraq għall-attività sesswali. Tadalafil Lilly intwera li jtejjeb b’mod sinifikanti l-kapaċità li jinkiseb pene erett u iebes li hu xieraq għall-attività sesswali.

Tadalafil Lilly għandu s-sustanza attiva tadalafil li jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri tal-phosphodiesterase tip 5. Wara l-istimolu sesswali, Tadalafil Lilly jaħdem billi jgħin lill- arterji fil-pene tiegħek jirrilassaw, u b’hekk jippermettu d-dħul tad-demm fil-pene tiegħek. Ir-riżultat ta’ dan huwa funzjoni erettili mtejba. Tadalafil Lilly ma jgħinekx jekk m’ għandekx disfunzjoni erettili.

Huwa importanti li tkun taf li Tadalafil Lilly ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm stimolu sesswali. Hemm bżonn li int u s-sieħba tiegħek tibdew il-logħob ta’ qabel l-kopulazzjoni sesswali, kif kontu tagħmlu kieku ma kontx qiegħed tieħu l-mediċina għad-disfunzjoni erettili.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tadalafil Lilly

Tiħux Tadalafil Lilly jekk inti:

-allerġiku għal tadalafil jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

-qed tieħu xi forma ta’ nitrate organiku jew donaturi ta' nitric oxide bħal amyl nitrite. Dan huwa grupp ta’ mediċini (“nitrati”) li jintużaw fit-trattament ta’ angina pectoris (“uġigħ fis-sider”). Tadalafil Lilly intwera li jżid l-effetti ta’ dawn il-mediċini. Jekk qed tieħu xi forma ta’ nitrate jew m’ intix ċert, għid lit-tabib tiegħek.

-għandek mard serju tal-qalb jew kellek attakk tal-qalb reċenti f’dawn l-aħħar 90 ġurnata.

-reċentement kellek attakk ta’ puplesija f’dawn l-aħħar 6 xhur.

-għandek pressjoni tad-demm baxxa jew pressjoni tad-demm għolja mhux ikkontrollata.

-qatt kellek telf tal-vista minħabba newropatija ottika iskemika anterjuri li m’hijiex arteritika (NAION), kundizzjoni li tiġi deskritta bħal “puplesija tal-għajn”.

-qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’PDE5, bħal Tadalafil Lilly,iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Tkellem mat-tabib tiegħek qabel tieħu Tadalafil Lilly.

Kun af li l-attività sesswali għandha riskju possibbli għal pazjenti li jbatu minn mard tal-qalb għaliex tagħmel sforz żejjed fuq il-qalb. Jekk għandek problema tal-qalb għandek tgħid lit-tabib tiegħek. Jekk waqt is-sess tħoss uġigħ f’sidrek, tkomplix fl-attività sesswali u għid lit-tabib tiegħek.

Qabel ma tieħu l-pilloli, għid lit-tabib tiegħek jekk għandek:

-anemija tat-tipsickle cell’(abnormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm)

-majeloma multipla (kanċer tal-mudullun)

-lewkimja (kanċer taċ-ċelloli tad-demm)

-kwalunkwe deformazzjoni tal-pene tiegħek

-problema serji tal-fwied

-problema serja tal-kliewi

M’huwiex magħruf jekk Tadalafil Lilly huwa effettiv f’pazjenti li kellhom:

-kirurġija pelvika

-tneħħija totali jew ta’ parti tal-glandola tal-prostata fejn jiġu mqatta’ n-nervituri tal-prostata (prostatektomija radikali li taffettwa n-nervituri).

Jekk f’daqqa waħda tesperjenza tnaqqis jew telf tal-vista, waqqaf Tadalafil Lilly u kkuntattja t-tabib tiegħek minnufih.

Ġie nnotat tnaqqis jew telf ta’ smigħ f’daqqa f’xi pazjenti li qed jieħdu tadalafil. Għalkemm mhuwiex magħruf jekk l-avveniment hux relatat direttament ma’ tadalafil, jekk ikollok tnaqqis jew telf ta’ smigħ f’daqqa, waqqaf it-teħid ta’ Tadalafil Lilly u kkuntattja minnufih lit-tabib tiegħek.

Tadalafil Lilly m’huwiex intenzjonat biex jiġi użat min-nisa.

Tfal u adolexxenti

Tadalafil Lilly mhux intenzjonat biex jintuża mit-tfal u minn adolexxenti taħt it-tmintax-il sena.

Mediċini oħra u Tadalafil Lilly

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew se tieħu xi mediċini oħra.

Tiħux Tadalafil Lilly jekk diġà qed tieħu n-nitrati.

Xi mediċini jistgħu jiġu affettwati minn Tadalafil Lilly jew jistgħu jaffettwaw kemm Tadalafil Lilly jaħdem tajjeb. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu:

-alpha blocker (użat għal kura ta’ pressjoni għolja tad-demm jew għas-sintomi urinarji assoċjati ma’ iperplażja beninna tal-prostata).

-mediċini oħra għal kura ta’ pressjoni għolja fid-demm.

-riociguat.

-inibitur ta’ 5-alpha reductase (użat fil-kura ta’ iperplażja beninna tal-prostata).

-mediċini bħall-pilloli ketoconazole (biex tikkura infezzjonijiet tal-moffa) u inibituri ta’ protease għall-kura tal-AIDS jew tal-HIV.

-phenobarbital, phenytoin u carbamazepine (mediċini kontra l-aċċessjonijiet).

-rifampicin, erythromycin , clarithromycin jew itraconazole.

-trattamenti oħra għad-disfunzjoni erettili.

Tadalafil Lilly max-xorb u mal-alkoħol

Tagħrif dwar l-effett tal-alkoħol qiegħed f’sezzjoni 3. Il-meraq tal-grapefruit jista’ jaffettwa kemm Tadalafil Lilly jaħdem tajjeb u għandju jittieħed b’kawtela. Tkellem mat-tabib tiegħek għal aktar informazzjoni.

Fertilità

Meta ġew trattati l-klieb kien hemm tnaqqis fl-isperma u dan ġie osservat ukoll f’xi irġiel. Dan mhux probabbli li jwassal għal nuqqas ta’ fertilità.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xi rġiel li ħadu Tadalafil Lilly fl-istudji kliniċi rrapurtaw li kellhom xi sturdament. Oqgħod attent kif tirrejaġixxi għall-pilloli qabel ma ssuq jew tħaddem xi magni.

Tadalafil Lilly fih il-lactose:

Jekk għandek xi intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib qabel ma tieħu din il-mediċina.

3. Kif għandek tieħu Tadalafil Lilly

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Il-pilloli Tadalafil Lilly huma għall-użu orali u għall-irġiel biss. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ xi ftit ilma. Il- pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Id-doża rakkmandata tal-bidu hija pillola ta’ 10 mg qabel l-attivita’ sesswali. Jekk l-effett ta’ din id- doża huwa ħafif wisq, it-tabib tiegħek jista’ jżidlek id-doża sa 20 mg. Il-pilloli ta’ Tadalafil Lilly huma għall-użu orali.

Tista’ tieħu pillola ta’ Tadalafil Lilly mill-inqas 30 minuta qabel l-attivita’ sesswali. Tadalafil Lilly jista’ jibqa’ effettiv sa 36 siegħa wara li tieħu l-pillola.

Tiħux Tadalafil Lilly aktar minn darba kuljum. Tadalafil Lilly 10 mg u 20 mg huwa intenzjonat għall- użu qabel attività sesswali prevista u mhux irrakkomandat għall-użu kontinwu ta’ kuljum.

Huwa importanti li tkun taf li Tadalafil Lilly ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm stimolu sesswali.

Hemm bżonn li int u s-sieħba tiegħek tibdew il-logħob ta’ qabel il-kopulazzjoni sesswali, kif kontu tagħmlu kieku ma kontx qiegħed tieħu mediċina għad-disfunzjoni erettili.

Ix-xorb tal-alkoħol jista’ jaffettwa l-kapaċita’ li jkollok erezzjoni u jista’ temporanjament ibaxxilek il- pressjoni tad-demm. Jekk ħadt jew taħseb li ser tieħu Tadalafil Lilly, evita li tixrob alkoħol eċċessiv (livell ta’ alkoħol fid-demm ta’ 0.08% jew aktar), minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ sturdament meta tkun bil-wieqfa.

Jekk tieħu Tadalafil Lilly aktar milli suppost

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Jista’ jkollok xi effetti sekondarji kif deskritt f’sezzjoni 4.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina , staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Dawn l-effetti normalment ikunu ta’ natura ħafifa jew moderata.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji minn dawn li ġejjin ieqaf milli tuża l-mediċina u fittex l- attenzjoni medika immedjatament:

-reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx (frekwenza mhux komuni).

-uġigħ fis-sider - tużax nitrati iżda fittex għajnuna medika immedjatament (frekwenza mhux komuni).

-prijapiżmu, erezzjoni fit-tul u possibilment bl-uġigħ wara li tieħu Tadalafil Lilly (frekwenza rari). Jekk għandek din it-tip ta’ erezzjoni, li ddum kontinwament għal aktar minn 4 sigħat għandek tikkuntattja lit-tabib immedjatament.

-telf tal-vista f’daqqa waħda (frekwenza rari).

Effetti sekondarji oħra kienu rrapportati.

Komuni (jidhru f’1 sa 10 minn kull 100 pazjent)

-uġigħ ta’ ras, uġigħ tad-dahar. uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dirgħajn u fir-riġlejn, ħmura fil-wiċċ, imnieħer miżdud u indiġestjoni.

Mhux komuni (jidhru f’1 sa 10 minn kull 1,000 pazjent)

-sturdament, uġigħ fl-istonku, tħossok imdardar, tiddardar (rimettar), rifluss, vista mċajpra, uġigħ fl-għajnejn, diffikultà biex tieħu n-nifs, il-presenza ta’ demm fl-awrina, erezzjoni fit-tul, sensazzjoni li l-qalb qed tħabbat ħafna, rata tal-qalb mgħaġġla, pressjoni għolja tad-demm, pressjoni baxxa tad-demm, infriġ, żanżin fil-widnejn, nefħa fl-idejn, fis-saqajn jew fl-għekiesi u tħossok għajjien.

Rari (jidhru f’1 sa 10 minn kull 10,000 pazjent)

-ħass ħażin, konvulżjonijiet u telf temporanju tal-memorja, nefħa fil-kpiepel ta’ l-għajnejn, għajnejn ħomor, nuqqas jew telf tas-smigħ f’daqqa, urtikarja( nfafet ħomor u bil-ħaqq fuq wiċċ il-ġilda), dmija mill-pene, il-presenza ta’ demm fis-semen u żieda fl-għaraq.

B’mod rari ġew ukoll irrapportati attakk tal-qalb u puplesija f’irġiel li ħadu Tadalafil Lilly. Ħafna minn dawn l-irġiel kellhom problemi tal-qalb magħrufa minn qabel ma ħadu din il-mediċina.

B’mod rari, ġew irrappurtati każi ta’ tnaqqis jew telf ta’ vista, parzjali, temporanji jew permanenti f’għajn waħda jew fit-tnejn li huma.

F’irġiel li ħadu Tadalafil Lilly ġew irrapportati xi effetti sekondarji oħra rari, li ma dehrux f’studji kliniċi. Dawn jinkludu:

-l-emikranja, nefħa fil-wiċċ, reazzjonijiet allerġiċi serji li jikkaġunaw nefħa fil-wiċċ jew fil- griżmejn, raxxijiet severi fil-ġilda, xi disturbi li jkollhom effett fuq il-fluss tad-demm fl- għajnejn,taħbit irregolari tal-qalb, anġina u mewta kardijaka għal għarrieda.

L-effett sekondarju ta’ sturdament ġie rrapportat b’mod aktar frekwenti fl-irġiel ’il fuq minn 75 sena li kienu qed jieħdu Tadalafil Lilly. Dijarea ġie rrapportat b’mod aktar frekwenti fl-irġiel ’il fuq minn

65 sena li kienu qed jieħdu Tadalafil Lilly.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla fAppendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Tadalafil Lilly

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data tal-iskadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara ‘JIS’. Id-data tal- iskadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tarmix il-mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Tadalafil Lilly

-Is-sustanza attiva hi tadalafil. Kull pillola fiha 10 mg ta’ tadalafil.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: lactose monohydrate (ara l-aħħar parti tas-sezzjoni 20, croscarmellose sodium, hydroxypropylcellulose, microcrystalline cellulose, sodium laurilsulfate, magnesium stearate.- Kisja b’rita: lactose monohydrate, hypromellose, triacetin, titanium dioxide (E171), iron oxide yellow (E172), talc.

Kif jidher Tadalafil Lilly u l-kontenut tal-pakkett

Tadalafil Lilly 10 mg hija pillola safra ċara miksija b’rita, f’forma ta’ lewża u huma mmarkata b’"C

10" fuq naħa waħda.

Tadalafil Lilly 10 mg issibu f’pakketti b’folji ta’ 4 pilloli.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq : Eli Lilly Nederland BV, Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

Manifattur: Lilly S.A., Avda. de la Industria 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 60 00

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6 817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France SAS

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0)1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími: + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited

Eli Lilly and Company Limited

pārstāvniecība Latvijā

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Tel: +371 67364000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Tadalafil Lilly 20 mg pilloli miksijin b’rita

Tadalafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina għax fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi wieħed mill-effetti sekondarji għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarji li mhumiex elenkati f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Tadalafil Lilly u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tadalafil Lilly

3.Kif għandek tieħu Tadalafil Lilly

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Tadalafil Lilly

6.Il-kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Tadalafil Lilly u għalxiex jintuża

Tadalafil Lilly huwa trattament għall-irġiel adulti b’disfunzjoni erettili. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista` jkollu, jew iżomm, pene iebes u erett kif inhu xieraq għall-attività sesswali. Tadalafil Lilly intwera li jtejjeb b’mod sinifikanti l-kapaċità li jinkiseb pene erett u iebes li hu xieraq għall-attività sesswali.

Tadalafil Lilly għandu s-sustanza attiva tadalafil li jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri tal-phosphodiesterase tip 5. Wara l-istimolu sesswali, Tadalafil Lilly jaħdem billi jgħin lill- arterji fil-pene tiegħek jirrilassaw, u b’hekk jippermettu d-dħul tad-demm fil-pene tiegħek. Ir-riżultat ta’ dan huwa funzjoni erettili mtejba. Tadalafil Lilly ma jgħinekx jekk m’ għandekx disfunzjoni erettili.

Huwa importanti li tkun taf li Tadalafil Lilly ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm stimolu sesswali. Hemm bżonn li int u s-sieħba tiegħek tibdew il-logħob ta’ qabel l-kopulazzjoni sesswali, kif kontu tagħmlu kieku ma kontx qiegħed tieħu l-mediċina għad-disfunzjoni erettili.

2. X‘għandek tkun taf qabel ma tieħu Tadalafil Lilly

Tiħux Tadalafil Lilly jekk inti:

-allerġiku għal tadalafil jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

-qed tieħu xi forma ta’ nitrate organiku jew donaturi ta' nitric oxide bħal amyl nitrite. Dan huwa grupp ta’ mediċini (“nitrati”) li jintużaw fit-trattament ta’ angina pectoris (“uġigħ fis-sider”). Tadalafil Lilly intwera li jżid l-effetti ta’ dawn il-mediċini. Jekk qed tieħu xi forma ta’ nitrate jew m’ intix ċert, għid lit-tabib tiegħek.

-għandek mard serju tal-qalb jew kellek attakk tal-qalb reċenti f’dawn l-aħħar 90 ġurnata.

-reċentement kellek attakk ta’ puplesija f’dawn l-aħħar 6 xhur.

-għandek pressjoni tad-demm baxxa jew pressjoni tad-demm għolja mhux ikkontrollata.

-qatt kellek telf tal-vista minħabba newropatija ottika iskemika anterjuri li m’hijiex arteritika (NAION), kundizzjoni li tiġi deskritta bħal “puplesija tal-għajn”.

-qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’PDE5, bħal Tadalafil Lilly,iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Tkellem mat-tabib tiegħek qabel tieħu Tadalafil Lilly.

Kun af li l-attività sesswali għandha riskju possibbli għal pazjenti li jbatu minn mard tal-qalb għaliex tagħmel sforz żejjed fuq il-qalb. Jekk għandek problema tal-qalb għandek tgħid lit-tabib tiegħek. Jekk waqt is-sess tħoss uġigħ f’sidrek, tkomplix fl-attività sesswali u għid lit-tabib tiegħek.

Qabel ma tieħu l-pilloli, għid lit-tabib tiegħek jekk għandek:

-anemija tat-tipsickle cell’(abnormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm)

-majeloma multipla (kanċer tal-mudullun)

-lewkimja (kanċer taċ-ċelloli tad-demm)

-kwalunkwe deformazzjoni tal-pene tiegħek

-problema serji tal-fwied

-problema serja tal-kliewi

M’huwiex magħruf jekk Tadalafil Lilly huwa effettiv f’pazjenti li kellhom:

-kirurġija pelvika

-tneħħija totali jew ta’ parti tal-glandola tal-prostata fejn jiġu mqatta’ n-nervituri tal-prostata (prostatektomija radikali li taffettwa n-nervituri).

Jekk f’daqqa waħda tesperjenza tnaqqis jew telf tal-vista, waqqaf Tadalafil Lilly u kkuntattja t-tabib tiegħek minnufih.

Ġie nnotat tnaqqis jew telf ta’ smigħ f’daqqa f’xi pazjenti li qed jieħdu tadalafil. Għalkemm mhuwiex magħruf jekk l-avveniment hux relatat direttament ma’ tadalafil, jekk ikollok tnaqqis jew telf ta’ smigħ f’daqqa, waqqaf it-teħid ta’ Tadalafil Lilly u kkuntattja minnufih lit-tabib tiegħek.

Tadalafil Lilly m’huwiex intenzjonat biex jiġi użat min-nisa.

Tfal u adolexxenti

Tadalafil Lilly mhux intenzjonat biex jintuża mit-tfal u minn adolexxenti taħt it-tmintax-il sena.

Mediċini oħra u Tadalafil Lilly

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew se tieħu xi mediċini oħra.

Tiħux Tadalafil Lilly jekk diġà qed tieħu n-nitrati.

Xi mediċini jistgħu jiġu affettwati minn Tadalafil Lilly jew jistgħu jaffettwaw kemm Tadalafil Lilly jaħdem tajjeb. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu:

-alpha blocker (użat għal kura ta’ pressjoni għolja tad-demm jew għas-sintomi urinarji assoċjati ma’ iperplażja beninna tal-prostata).

-mediċini oħra għal kura ta’ pressjoni għolja fid-demm.

-riociguat.

-inibitur ta’ 5-alpha reductase (użat fil-kura ta’ iperplażja beninna tal-prostata).

-mediċini bħall-pilloli ketoconazole (biex tikkura infezzjonijiet tal-moffa) u inibituri ta’ protease għall-kura tal-AIDS jew tal-HIV.

-phenobarbital, phenytoin u carbamazepine (mediċini kontra l-aċċessjonijiet).

-rifampicin, erythromycin , clarithromycin jew itraconazole.

-trattamenti oħra għad-disfunzjoni erettili.

Tadalafil Lilly max-xorb u mal-alkoħol

Tagħrif dwar l-effett tal-alkoħol qiegħed f’sezzjoni 3. Il-meraq tal-grapefruit jista’ jaffettwa kemm Tadalafil Lilly jaħdem tajjeb u għandju jittieħed b’kawtela. Tkellem mat-tabib tiegħek għal aktar informazzjoni.

Fertilità

Meta ġew trattati l-klieb kien hemm tnaqqis fl-isperma u dan ġie osservat ukoll f’xi irġiel. Dan mhux probabbli li jwassal għal nuqqas ta’ fertilità.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xi rġiel li ħadu Tadalafil Lilly fl-istudji kliniċi rrapurtaw li kellhom xi sturdament. Oqgħod attent kif tirrejaġixxi għall-pilloli qabel ma ssuq jew tħaddem xi magni.

Tadalafil Lilly fih il-lactose:

Jekk għandek xi intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib qabel ma tieħu din il-mediċina.

3. Kif għandek tieħu Tadalafil Lilly

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Il-pilloli ta’ Tadalafil Lilly huma għall-użu orali fl-irġiel biss. Ibla’ l-pillola sħiħa bi ftit ilma. Il-pilloli jistgħu jittieħdu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Id-doża rakkmandata tal-bidu hija ta’ pillola waħda ta’ 10 mg qabel l-attivita’ sesswali. Madankollu, inti ġejt mogħti d-doża ta’ pillola waħda ta’ 20 mg minħabba li t-tabib iddeċieda li d-doża rrakkomandata ta’ 10mg hija ħafifa wisq.

Tista’ tieħu pillola ta’ Tadalafil Lilly mill-inqas 30 minuta qabel l-attivita’ sesswali. Tadalafil Lilly jista’ jibqa’ effettiv sa 36 siegħa wara li tieħu l-pillola.

Tiħux Tadalafil Lilly aktar minn darba kuljum. Tadalafil Lilly 10 mg u 20 mg huwa intenzjonat għall- użu qabel attività sesswali prevista u mhux irrakkomandat għall-użu kontinwu ta’ kuljum.

Huwa importanti li tkun taf li Tadalafil Lilly ma jaħdimx jekk ma jkunx hemm stimolu sesswali. Hemm bżonn li int u s-sieħba tiegħek tibdew il-logħob ta’ qabel il-kopulazzjoni sesswali, kif kontu tagħmlu kieku ma kontx qiegħed tieħu mediċina għad-disfunzjoni erettili.

Ix-xorb ta’ l-alkoħol jista’ jaffettwa l-kapaċita’ li jkollok erezzjoni u jista’ temporanjament ibaxxilek il-pressjoni tad-demm. Jekk ħadt jew ser tieħu Tadalafil Lilly, evita li tixrob alkoħol eċċessiv (livell ta’ alkoħol fid-demm ta’ 0.08% jew aktar), minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ sturdament meta tkun bil-wieqfa.

Jekk tieħu Tadalafil Lilly aktar milli suppost

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Jista’ jkollok xi effetti sekondarji kif deskritt f’sezzjoni 4.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Dawn l-effetti normalment ikunu ta’ natura ħafifa jew moderata.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji minn dawn li ġejjin ieqaf milli tuża l-mediċina u fittex l- attenzjoni medika immedjatament:

-reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu raxx (frekwenza mhux komuni).

-uġigħ fis-sider - tużax nitrati iżda fittex għajnuna medika immedjatament (frekwenza mhux komuni).

-prijapiżmu, erezzjoni fit-tul u possibilment bl-uġigħ wara li tieħu Tadalafil Lilly (frekwenza rari). Jekk għandek din it-tip ta’ erezzjoni, li ddum kontinwament għal aktar minn 4 sigħat għandek tikkuntattja lit-tabib immedjatament.

-telf tal-vista f’daqqa waħda (frekwenza rari).

Effetti sekondarji oħra kienu rrapportati.

Komuni (jidhru f’1 sa 10 minn kull 100 pazjent)

-uġigħ ta’ ras, uġigħ tad-dahar. uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dirgħajn u fir-riġlejn, ħmura fil-wiċċ, imnieħer miżdud u indiġestjoni.

Mhux komuni (jidhru f’1 sa 10 minn kull 1,000 pazjent)

-sturdament, uġigħ fl-istonku, tħossok imdardar, tiddardar (rimettar), rifluss, vista mċajpra, uġigħ fl-għajnejn, diffikultà biex tieħu n-nifs, il-presenza ta’ demm fl-awrina, erezzjoni fit-tul, sensazzjoni li l-qalb qed tħabbat ħafna, rata tal-qalb mgħaġġla, pressjoni għolja tad-demm, pressjoni baxxa tad-demm, infriġ, żanżin fil-widnejn, nefħa fl-idejn, fis-saqajn jew fl-għekiesi u tħossok għajjien.

Rari (jidhru f’1 sa 10 minn kull 10,000 pazjent)

-ħass ħażin, konvulżjonijiet u telf temporanju tal-memorja, nefħa fil-kpiepel ta’ l-għajnejn, għajnejn ħomor, nuqqas jew telf tas-smigħ f’daqqa, urtikarja( nfafet ħomor u bil-ħaqq fuq wiċċ il-ġilda), dmija mill-pene, il-presenza ta’ demm fis-semen u żieda fl-għaraq.

B’mod rari ġew ukoll irrapportati attakk tal-qalb u puplesija f’irġiel li ħadu Tadalafil Lilly. Ħafna minn dawn l-irġiel kellhom problemi tal-qalb magħrufa minn qabel ma ħadu din il-mediċina.

B’mod rari, ġew irrappurtati każi ta’ tnaqqis jew telf ta’ vista, parzjali, temporanji jew permanenti f’għajn waħda jew fit-tnejn li huma.

F’irġiel li ħadu Tadalafil Lilly ġew irrapportati xi effetti sekondarji oħra rari, li ma dehrux f’studji kliniċi. Dawn jinkludu:

-l-emikranja, nefħa fil-wiċċ, reazzjonijiet allerġiċi serji li jikkaġunaw nefħa fil-wiċċ jew fil- griżmejn, raxxijiet severi fil-ġilda, xi disturbi li jkollhom effett fuq il-fluss tad-demm fl- għajnejn,taħbit irregolari tal-qalb, anġina u mewta kardijaka għal għarrieda.

L-effett sekondarju ta’ sturdament ġie rrapportat b’mod aktar frekwenti fl-irġiel ’il fuq minn 75 sena li kienu qed jieħdu Tadalafil Lilly. Dijarea ġie rrapportat b’mod aktar frekwenti fl-irġiel ’il fuq minn

65 sena li kienu qed jieħdu Tadalafil Lilly.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla fAppendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Tadalafil Lilly

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data tal-iskadenza li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara ‘JIS’. Id-data tal- iskadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tarmix il-mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakket u informazzjoni oħra

X’fih Tadalafil Lilly

-Is-sustanza attiva hi tadalafil. Kull pillola fiha 20 mg ta’ tadalafil.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: lactose monohydrate (ara l-aħħar parti tas-sezzjoni 2), croscarmellose sodium, hydroxypropylcellulose, microcrystalline cellulose, sodium laurilsulfate, magnesium stearate. Kisja b’rita: lactose monohydrate, hypromellose, triacetin, titanium dioxide (E171), iron oxide yellow (E172), talc.

Kif jidher Tadalafil Lilly u l-kontenut tal-pakkett

Tadalafil Lilly 20 mg hija pillola safra miksija b’rita,f’forma ta’ lewża u mmarkata b’"C 20" fuq naħa waħda.

Tadalafil Lilly 20 mg issibu f’pakketti b’folji ta’ 2, 4, 8, 10 jew 12-il pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq : Eli Lilly Nederland BV, Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

Manifattur: Lilly S.A., Avda. de la Industria 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina , jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 60 00

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6 817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France SAS

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0)1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími: + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited

Eli Lilly and Company Limited

pārstāvniecība Latvijā

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Tel: +371 67364000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati