Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Taltz (ixekizumab) - L04

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTaltz
Kodiċi ATCL04
Sustanzaixekizumab
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

Taltz

ixekizumab

Dan huwa sommarju tar-rapport pubbliku Ewropew ta' valutazzjoni (EPAR) għal Taltz. Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tagħha fl-UE u l-kundizzjonijiet tal- użu tagħha. Dan mhux intiż biex jipprovdi konsultazzjoni prattika dwar l-użu ta’ Taltz.

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu ta’ Taltz, il-pazjenti għandhom jaqraw il-fuljett ta’ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew lill-ispiżjar tagħhom.

X’inhu Taltz u għal xiex jintuża?

Taltz huwa mediċina użata biex tikkura psorjasi bil-qoxra moderata sa severa, marda li tikkawża rqajja’ ħomor bil-qxur fuq il-ġilda. Jintuża f'adulti li jeħtieġu kura sistemika (kura b'mediċini li jaffettwaw il- ġisem kollu).

Taltz fih is-sustanza attiva ixekizumab.

Kif jintuża Taltz?

Taltz jista’ jinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib u għandu jintuża taħt is-superviżjoni ta’ tabib esperjenzat fid- dijanjosi u fil-kura ta’ psorjasi.

Taltz jiġi bħala injezzjoni f'siringi mimlijin minn qabel u f'pinen li jinjettaw. Jingħata b’injezzjoni taħt il-

ġilda. L-ewwel doża ta' 160 mg (żewġ injezzjonijiet) hija segwita minn injezzjoni ta' 80mg kull

ġimagħtejn għall-ewwel 12-il ġimgħa u kull 4 ġimgħat wara dan. It-tabib jista' jiddeċiedi li jwaqqaf il- kura jekk il-kondizzjoni ma titjiebx wara 16 sa 20 ġimgħa. Wara li jkunu ngħataw taħriġ, il-pazjenti jistgħu jinjettaw lilhom infushom b’Taltz jekk it-tabib jaqbel. Għal aktar informazzjoni, ara s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott (parti wkoll mill-EPAR).

Kif jaħdem Taltz?

Is-sustanza attiva f'Talz, l-ixekizumab, hija antikorp monoklonali, proteina mfassla biex teħel ma' interleukin 17A, molekula messaġġiera fis-sistema immunitarja tal-ġisem (id-difiża naturali tal-ġisem). Interleukin 17A hija involuta fl-effetti tas-sistema immunitarja, inkluża l-infjammazzjoni, li jikkawżaw il-psorjasi. Billi teħel ma' interleukin 17A, l-ixekizumab timblokka l-azzjoni tagħha u tnaqqas l-attività tas-sistema immunitarja u b'hekk tnaqqas is-sintomi ta' psorjasi.

X’benefiċċji wera Taltz f’dawn l-istudji?

L-istudji wrew li Taltz huwa effettiv biex jikkura psorjasi bil-qoxra f'pazjenti li kienu jeħtieġu kura sistemika. Il-psorjasi bil-qoxra tjiebet b'mod iktar estensiv f'pazjenti kkurati b'Taltz milli bil-plaċebo (kura finta) jew b'etanercept, mediċina oħra użata biex tikkura l-psorjasi.

Fi 3 studji ewlenin li involvew 'il fuq minn 3,800 pazjent bi psorjasi, 89% minn dawk ikkurati kull

ġimagħtejn b'Talz kisbu tnaqqis ta' 75% fil-punteġġi PASI (kejl tas-severità tal-marda u ż-żona tal- ġilda affettwata) wara 12-il ġimgħa. Dan jitqabbel mal-4% ta' dawk li ngħataw plaċebo u mal-48% tal- pazjenti li ngħataw etanercept fi 2 mill-istudji ewlenin. Barra minn hekk, 82% tal-pazjenti li ngħataw Taltz kellhom ukoll ġilda ċara jew kważi ċara wara 12-il ġimgħa, meta mqabbla mal-4% tal-pazjenti li ngħataw il-plaċebo u mad-39% tal-pazjenti li ngħataw etanercept

F'2 studji, il-kura tkompliet f'pazjenti li l-psorjasi tagħhom tjiebet b'Taltz mogħti kull ġimagħtejn għal 12-il ġimgħa. Wara aktar kura b'Taltz kull 4 ġimgħat għal 48 ġimgħa, 78% tal-pazjenti kellhom ġilda ċara jew kważi ċara.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Taltz?

L-effetti sekondarji l-aktar komuni b’Taltz (li jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10) huma wġigħ u ħmura fis-sit tal-injezzjoni, u infezzjonijiet fl-imnieħer fil-griżmejn jew fis-sider. Taltz m'għandux jingħata lil pazjenti li għandhom infezzjonijiet potenzjalment serji bħal tuberkulożi. Għal- lista sħiħa tal-effetti sekondarji u r-restrizzjonijiet kollha b’Taltz, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

Għaliex ġie approvat Taltz?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) tal-Aġenzija ddeċieda li l-benefiċċji ta’ Taltz huma akbar mir-riskji tiegħu u rrakkomanda li jkun approvat għall-użu fl-UE. Din il-mediċina wriet li hija effettiva fi psorjasi bil-qoxra moderata għal severa u l-effetti sekondarji tagħha huma f'konformità ma' mediċini tal-psorjasi simili oħrajn.

X’miżuri qegħdin jitteħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta' Taltz?

Ġie żviluppat pjan ta’ ġestjoni tar-riskju biex jiġi żgurat li Taltz jintuża bl-aktar mod sigur possibbli. Abbażi ta’ dan il-pjan, fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u l-fuljett ta’ tagħrif ġiet inkluża informazzjoni rigward is-sigurtà ta’ Taltz, inklużi l-prekawzjonijiet xierqa li għandhom jiġu segwiti mill- professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti.

Informazzjoni oħra dwar Taltz

L-EPAR sħiħ u s-sommarju tal-pjan tal-ġestjoni tar-riskju għal Taltz jinstabu fis-sit web tal-

Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il-kura b’Taltz, aqra l-fuljett ta' tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati