Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Taltz (ixekizumab) – Fuljett ta’ tagħrif - L04

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTaltz
Kodiċi ATCL04
Sustanzaixekizumab
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Taltz 80 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest ixekizumab

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Taltz u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Taltz

3.Kif għandek tuża Taltz

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Taltz

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Taltz u għalxiex jintuża

Taltz fih is-sustanza attiva ixekizumab.

Ixekizumab jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ interleukin (IL). Din il- mediċina taħdem billi tinnewtralizza l-attività ta’ proteina msejħa IL-17A, li tinkoraġġixxi l- psorjasi.

Taltz jintuża għat-trattament ta’ kundizzjoni fil-ġilda msejħa “psorjasi bil-plakka” f’adulti b’mard minn moderat sa sever. Taltz inaqqas is-sinjali u s-sintomi tal-marda.

L-użu ta’ Taltz se jkun ta’ ġid għalik peress li jkun hemm titjib fil-ġilda tiegħek għax din tiċċara u jkun hemm tnaqqis fis-sintomi tiegħek bħal qxur, ħakk u wġigħ.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Taltz

Tużax Taltz

-jekk inti allerġiku għal ixekizumab jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Jekk inti taħseb li tista’ tkun allerġiku/a, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel tuża Taltz.

-jekk inti għandek infezzjoni li t-tabib tiegħek jaħseb li hija important (per eżempju, tuberkulożi attiva).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża Taltz:

-jekk bħalissa inti għandek infezzjoni jew jekk inti għandek infezzjonijiet li jieħdu fit-tul jew ikunu ripetuti.

-jekk għandek il-marda ta’ Crohn.

-jekk għandek kolite li trabbi l-ulċeri.

-jekk inti qed tirċievi xi trattament ieħor għall-psorjasi, bħal immunosoppressant jew fototerapija b’dawl ultravjola.

Jekk m’intix ċert/a jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplikax għalik, kellem lit-tabib jew lill- infermier tiegħek qabel tuża Taltz.

Oqgħod attent għal infezzjonijiet u reazzjonijiet allerġiċi

Taltz għandu l-possibbiltà li jikkawża effetti sekondarji serji, inkluż infezzjonijiet u reazzjonijiet allerġiċi. Inti għandek toqgħod attent/a għal sinjali ta’ dawn il-kondizzjonijiet waqt li inti tkun qed/a tuża Taltz.

Waqqaf l-użu ta’ Taltz u għid lit-tabib tiegħek jew fittex għajnuna medika immedjatament jekk inti tinnota kwalunkwe sinjali ta’ infezzjoni serja jew ta’ reazzjoni allerġika. Sinjali bħal dawn huma elenkati taħt “Effetti sekondarji serji” f’sezzjoni 4.

Tfal u adolexxenti

Taltz mhuwiex irrakkomandat għal tfal u adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena minħabba li ma ġiex studjat f’dan il-grupp ta’ età.

Mediċini oħra u Taltz

Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek

-jekk qed/a tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

-jekk dan l-aħħar inti ħadt jew imissek tieħu tilqima. Inti m’għandekx tingħata ċerti tipi ta’ tilqim waqt li tkun qed/a tuża Taltz.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina. L-aħjar huwa li tevita l-użu ta’ Taltz fit-tqala. L-effetti ta’ din il- mediċina f’nisa tqal mhumiex magħrufa. Jekk inti mara f’età li jista’ jkollok it-tfal, inti rrikkmandata li tevita li tinqabad tqila u għandek tuża kontraċezzjoni xierqa waqt li tkun qed tuża Taltz u għal mill- anqas 10 ġimgħat wara l-aħħar doża ta’ Taltz.

Jekk inti qed tredda’ jew qed tippjana li tredda’, kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina. Inti u t-tabib tiegħek għandkom tiddeċiedu jekk intix se tredda’ jew jekk intix se tuża Taltz. Inti m’għandekx tagħmilhom it-tnejn.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

X’aktarx li Taltz ma jinfluwenzax il-ħila biex inti ssuq u tħaddem magni.

Taltz fih sodium

Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża ta’ 80 mg, i.e., huwa essenzjalment “ħieles mis-sodium”.

3.Kif għandek tuża Taltz

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-infermier tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-infermier jew mal-ispiżjar tiegħek jekk m’intix ċert dwar kif tuża din il-mediċina.

Taltz jingħatalek permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda. Inti u t-tabib jew l-infermier tiegħek għandkom tiddeċiedu jekk inti għandekx tinjetta Taltz lilek innnifsek.

Huwa importanti li ma tippruvax tinjetta lilek innifsek sakemm ma tiġix imħarreġ/ġa mit-tabib jew mill-infermier tiegħek. Persuna li tieħu ħsiebek tista’ wkoll tagħtik l-injezzjoni ta’ Taltz wara taħriġ xieraq.

Kull siringa fiha doża waħda ta’ Taltz (80 mg). Kull siringa tagħti doża waħda biss. Is-siringa ma tridx titħawwad.

Aqra b’attenzjoni l-“Istruzzjonijiet dwar l-Użu” għas-siringa qabel tuża Taltz.

Kemm għandu jingħata Taltz u għal kemm żmien

It-tabib tiegħek se jiddeċiedi kemm u għal kemm żmien għandek bżonn Taltz.

-L-ewwel doża hija 160 mg (żewġ injezzjonijiet ta’ 80 mg) permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda. Din tista’ tingħata mit-tabib jew mill-infermier tiegħek.

-Wara l-ewwel doża, inti se tuża doża ta’ 80 mg (injezzjoni waħda) fil-Ġimgħat 2, 4, 6, 8, 10, u 12. Mill-Ġimgħa 12, inti se tuża doża ta’ 80 mg (injezzjoni waħda) kull 4 ġimgħat.

Uża xi metodu biex ifakkrek bħal nota f’kalendarju jew djarju biex jgħinek tiftakar id-doża li jkun imissek biex tevita li taqbeż jew tirrepeti d-dożi.

Taltz qiegħed għall-użu fit-tul. It-tabib jew l-infermier tiegħek se jimmonitorja l-kundizzjoni tiegħek b’mod regolari biex jiċċekkja li t-trattament qed ikollu l-effett mixtieq.

Jekk tuża Taltz aktar milli suppost

Jekk irċivejt Taltz aktar milli suppost jew jekk id-doża ngħatat qabel ma kien ordnat, informa lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tuża Taltz

Jekk insejt tinjetta doża ta’ Taltz, kellem lit-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tuża Taltz

Inti m’għandekx tieqaf tuża Taltz mingħajr mal-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek. Jekk twaqqaf it- trattament, is-sintomi tal-psorjasi jistgħu jirritornaw.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji

Ieqaf uża Taltz u għid lit-tabib tiegħek jew fittex għajnuna medika immedjatament jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk tkunx tista’ tibda t- trattament mill-ġdid u meta tkun tista’ tagħmel dan:

Possibbiltà ta’ infezzjoni serja (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 100)– is-sinjali jistgħu jinkludu:

-deni, sintomi bħal tal-influwenza, għaraq bil-lejl

-tħossok għajjien jew ikollok qtugħ ta’ nifs, sogħla li ma tiqafx

-ġilda sħuna, ħamra u tuġgħa, jew raxx fil-ġilda bl-uġigħ u bl-infafet

Reazzjoni allerġika serja (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli) – is-sinjali jistgħu jinkludu:

-diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’

-nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien jew fil-gerżuma

-ħakk qawwi fil-ġilda, b’raxx aħmar jew ħotob imqabbża

Effetti sekondarji oħra li ġew irrappurtati

Xi effetti sekondarji huma komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10):

-infezzjonijiet fin-naħa ta’ fuq tal-apparat tan-nifs b’sintomi bħal griżmejn juġgħu u mnieħer misdud (nażofarinġite).

-reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (eż. ġilda ħamra, uġigħ).

Xi effetti sekondarji huma komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

-nawsja (tħossok imdardar).

-infezzjonijiet b’tinea (tal-fungu) bħal infezzjoni li taffettwa l-ġilda ta’ bejn is-swaba’ tas-sieq.

-uġigħ fuq wara tal-gerżuma.

Xi effetti sekondarji mhumiex komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

-ħrar (kandidjasi orali).

-influwenza.

-imnieħer inixxi.

-infezzjoni batterjali tal-ġilda.

-ħorriqija.

-tnixxija mill-għajn b’ħakk, ħmura u nefħa (konġuntivite).

-sinjali ta’ livelli baxxi ta’ ċelluli tad-demm bojod, bħal deni, griżmejn juġgħu jew ulċeri fil-ħalq minħabba infezzjonijiet (newtropenija).

-għadd baxx ta’ plejtlits fid-demm (tromboċitopenija).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Taltz

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tas-siringa u fuq il-kartuna ta’ barra wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Taltz jista’ jitħalla barra mill-friġġ sa 5 ijiem f’tempertura li ma taqbiżx it-30 ºC.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li s-siringa fiha l-ħsara, jew jekk il-mediċina hija mċajpra, tidher sew li hija kannella, jew fiha xi frak.

Din il-mediċina qegħda biex tintuża darba biss.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Taltz

-Is-sustanza attiva hija ixekizumab.

Kull siringa mimlija għal-lest fiha 80 mg ta’ ixekizumab f’1 ml ta’ soluzzjoni.

-Is-sustanzi l-oħra huma sodium citrate; citric acid, anhydrous; sodium chloride; polysorbate 80; ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Taltz u l-kontenut tal-pakkett

Taltz huwa soluzzjoni f’siringa tal-ħġieġ trasparenti. Il-kulur tagħha jista’ jvarja minn bla kulur sa kemxejn safra.

Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1, 2, 3 siringi mimlijin għal-lest. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

Il-Manifattur

Eli Lilly Italia S.p.A.,Via Gramsci 731/733, 50019, Sesto Fiorentino (FI), L-Italja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 60 00

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6 817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France SAS

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0)1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Taltz 80 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest ixekizumab

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Taltz u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Taltz

3.Kif għandek tuża Taltz

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Taltz

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Taltz u għalxiex jintuża

Taltz fih is-sustanza attiva ixekizumab.

Ixekizumab jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ interleukin (IL). Din il- mediċina taħdem billi tinnewtralizza l-attività ta’ proteina msejħa IL-17A, li tinkoraġġixxi l- psorjasi.

Taltz jintuża għat-trattament ta’ kundizzjoni fil-ġilda msejħa “psorjasi bil-plakka” f’adulti b’mard minn moderat sa sever. Taltz inaqqas is-sinjali u s-sintomi tal-marda.

L-użu ta’ Taltz se jkun ta’ ġid għalik peress li jkun hemm titjib fil-ġilda tiegħek għax din tiċċara u jkun hemm tnaqqis fis-sintomi tiegħek bħal qxur, ħakk u wġigħ.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Taltz

Tużax Taltz

-jekk inti allerġiku għal ixekizumab jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Jekk inti taħseb li tista’ tkun allerġiku/a, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel tuża Taltz.

-jekk inti għandek infezzjoni li t-tabib tiegħek jaħseb li hija important (per eżempju, tuberkulożi attiva).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża Taltz:

-jekk bħalissa inti għandek infezzjoni jew jekk inti għandek infezzjonijiet li jieħdu fit-tul jew ikunu ripetuti.

-jekk għandek il-marda ta’ Crohn.

-jekk għandek kolite li trabbi l-ulċeri.

-jekk inti qed tirċievi xi trattament ieħor għall-psorjasi, bħal immunosoppressant jew fototerapija b’dawl ultravjola.

Jekk m’intix ċert/a jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplikax għalik, kellem lit-tabib jew lill- infermier tiegħek qabel tuża Taltz.

Oqgħod attent għal infezzjonijiet u reazzjonijiet allerġiċi

Taltz għandu l-possibbiltà li jikkawża effetti sekondarji serji, inkluż infezzjonijiet u reazzjonijiet allerġiċi. Inti għandek toqgħod attent/a għal sinjali ta’ dawn il-kondizzjonijiet waqt li inti tkun qed/a tuża Taltz.

Waqqaf l-użu ta’ Taltz u għid lit-tabib tiegħek jew fittex għajnuna medika immedjatament jekk inti tinnota kwalunkwe sinjali ta’ infezzjoni serja jew ta’ reazzjoni allerġika. Sinjali bħal dawn huma elenkati taħt “Effetti sekondarji serji” f’sezzjoni 4.

Tfal u adolexxenti

Taltz mhuwiex irrakkomandat għal tfal u adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena minħabba li ma ġiex studjat f’dan il-grupp ta’ età.

Mediċini oħra u Taltz

Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek

-jekk qed/a tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

-jekk dan l-aħħar inti ħadt jew imissek tieħu tilqima. Inti m’għandekx tingħata ċerti tipi ta’ tilqim waqt li tkun qed/a tuża Taltz.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina. L-aħjar huwa li tevita l-użu ta’ Taltz fit-tqala. L-effetti ta’ din il- mediċina f’nisa tqal mhumiex magħrufa. Jekk inti mara f’età li jista’ jkollok it-tfal, inti rrikkmandata li tevita li tinqabad tqila u għandek tuża kontraċezzjoni xierqa waqt li tkun qed tuża Taltz u għal mill- anqas 10 ġimgħat wara l-aħħar doża ta’ Taltz.

Jekk inti qed tredda’ jew qed tippjana li tredda’, kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina.

Inti u t-tabib tiegħek għandkom tiddeċiedu jekk intix se tredda’ jew jekk intix se tuża Taltz. Inti m’għandekx tagħmilhom it-tnejn.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

X’aktarx li Taltz ma jinfluwenzax il-ħila biex inti ssuq u tħaddem magni.

Taltz fih sodium

Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża ta’ 80 mg, i.e., huwa essenzjalment “ħieles mis-sodium”.

3. Kif għandek tuża Taltz

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-infermier tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-infermier jew mal-ispiżjar tiegħek jekk m’intix ċert dwar kif tuża din il-mediċina.

Taltz jingħatalek permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda. Inti u t-tabib jew l-infermier tiegħek għandkom tiddeċiedu jekk inti għandekx tinjetta Taltz lilek innnifsek.

Huwa importanti li ma tippruvax tinjetta lilek innifsek sakemm ma tiġix imħarreġ/ġa mit-tabib jew mill-infermier tiegħek. Persuna li tieħu ħsiebek tista’ wkoll tagħtik l-injezzjoni ta’ Taltz wara taħriġ xieraq.

Kull pinna fiha doża waħda ta’ Taltz (80 mg). Kull pinna tagħti doża waħda biss. Il-pinna ma tridx titħawwad.

Aqra b’attenzjoni l-“Istruzzjonijiet dwar l-Użu” għall-pinna qabel tuża Taltz.

Kemm għandu jingħata Taltz u għal kemm żmien

It-tabib tiegħek se jiddeċiedi kemm u għal kemm żmien għandek bżonn Taltz.

-L-ewwel doża hija 160 mg (żewġ injezzjonijiet ta’ 80 mg) permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda. Din tista’ tingħata mit-tabib jew mill-infermier tiegħek.

-Wara l-ewwel doża, inti se tuża doża ta’ 80 mg (injezzjoni waħda) fil-Ġimgħat 2, 4, 6, 8, 10, u 12. Mill-Ġimgħa 12, inti se tuża doża ta’ 80 mg (injezzjoni waħda) kull 4 ġimgħat.

Uża xi metodu biex ifakkrek bħal nota f’kalendarju jew djarju biex jgħinek tiftakar id-doża li jkun imissek biex tevita li taqbeż jew tirrepeti d-dożi.

Taltz qiegħed għall-użu fit-tul. It-tabib jew l-infermier tiegħek se jimmonitorja l-kundizzjoni tiegħek b’mod regolari biex jiċċekkja li t-trattament qed ikollu l-effett mixtieq.

Jekk tuża Taltz aktar milli suppost

Jekk irċivejt Taltz aktar milli suppost jew jekk id-doża ngħatat qabel ma kien ordnat, informa lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tuża Taltz

Jekk insejt tinjetta doża ta’ Taltz, kellem lit-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tuża Taltz

Inti m’għandekx tieqaf tuża Taltz mingħajr mal-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek. Jekk twaqqaf it- trattament, is-sintomi tal-psorjasi jistgħu jirritornaw.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji

Ieqaf uża Taltz u għid lit-tabib tiegħek jew fittex għajnuna medika immedjatament jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk tkunx tista’ tibda t- trattament mill-ġdid u meta tkun tista’ tagħmel dan:

Possibbiltà ta’ infezzjoni serja (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 100)– is-sinjali jistgħu jinkludu:

-deni, sintomi bħal tal-influwenza, għaraq bil-lejl

-tħossok għajjien jew ikollok qtugħ ta’ nifs, sogħla li ma tiqafx

-ġilda sħuna, ħamra u tuġgħa, jew raxx fil-ġilda bl-uġigħ u bl-infafet

Reazzjoni allerġika serja (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli) – is-sinjali jistgħu jinkludu:

-diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’

-nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien jew fil-gerżuma

-ħakk qawwi fil-ġilda, b’raxx aħmar jew ħotob imqabbża

Effetti sekondarji oħra li ġew irrappurtati

Xi effetti sekondarji huma komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10):

-infezzjonijiet fin-naħa ta’ fuq tal-apparat tan-nifs b’sintomi bħal griżmejn juġgħu u mnieħer misdud (nażofarinġite).

-reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (eż. ġilda ħamra, uġigħ).

Xi effetti sekondarji huma komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

-nawsja (tħossok imdardar).

-infezzjonijiet b’tinea (tal-fungu) bħal infezzjoni li taffettwa l-ġilda ta’ bejn is-swaba’ tas-sieq.

-uġigħ fuq wara tal-gerżuma.

Xi effetti sekondarji mhumiex komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

-ħrar (kandidjasi orali).

-influwenza.

-imnieħer inixxi.

-infezzjoni batterjali tal-ġilda.

-ħorriqija.

-tnixxija mill-għajn b’ħakk, ħmura u nefħa (konġuntivite).

-sinjali ta’ livelli baxxi ta’ ċelluli tad-demm bojod, bħal deni, griżmejn juġgħu jew ulċeri fil-ħalq minħabba infezzjonijiet (newtropenija).

-għadd baxx ta’ plejtlits fid-demm (tromboċitopenija).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Taltz

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-pinna u fuq il-kartuna ta’ barra wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Taltz jista’ jitħalla barra mill-friġġ sa 5 ijiem f’tempertura li ma taqbiżx it-30 ºC.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pinna fiha l-ħsara, jew jekk il-mediċina hija mċajpra, tidher sew li hija kannella, jew fiha xi frak.

Din il-mediċina qegħda biex tintuża darba biss.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Taltz

-Is-sustanza attiva hija ixekizumab.

Kull pinna mimlija għal-lest fiha 80 mg ta’ ixekizumab f’1 ml ta’ soluzzjoni.

-Is-sustanzi l-oħra huma sodium citrate; citric acid, anhydrous; sodium chloride; polysorbate 80; ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Taltz u l-kontenut tal-pakkett

Taltz huwa soluzzjoni f’siringa tal-ħġieġ trasparenti. Il-kulur tagħha jista’ jvarja minn bla kulur sa kemxejn safra.

Is-siringa qegħda magħluqa ġo pinna li tagħti doża waħda u tintrema wara li tintuża.

Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1, 2, 3 pinen mimlijin għal-lest. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

Il-Manifattur

Eli Lilly Italia S.p.A.,Via Gramsci 731/733, 50019, Sesto Fiorentino (FI), L-Italja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 60 00

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6 817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges.m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France SAS

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0)1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Istruzzjonijiet dwar l-użu

Taltz 80 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Ixekizumab

Qabel ma tuża s-siringa mimlija għal-lest tiegħek:

Punti importanti li għandek tkun taf

Qabel ma tuża s-siringa mimlija għal-lest Taltz, aqra u segwi b’attenzjoni l-istruzzjonijiet kollha pass b’pass. Żomm l-Istruzzjonijiet dwar l-Użu u rreferi għalihom skont il-ħtieġa.

Is-siringa mimlija għal lest fiha doża 1 ta’ Taltz. Is-siringa qegħda biex TINTUŻA DARBA

BISS.

Is-siringa ma tridx titħawwad.

It-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jistgħu jgħinuk tiddeċiedi fejn fil-ġisem għandek tinjetta d-doża.

Aqra l-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ Taltz li hemm ġewwa din il-kaxxa biex titgħallem aktar dwar il- mediċina tiegħek.

ISTRUZZJONIJIET DWAR L-UŻU

Qabel ma tuża s-siringa mimlija għal-lest TALTZ, aqra u segwi b’attenzjoni l-istruzjonijiet kollha pass b’pass.

Gwida għall-partijiet

Il-parti prinċipali tas-siringa bil- mediċina

Labra

1 BIEX TIBDA

1a Ħu s-siringa mill-friġġ. Stenna 30 minuta temperatura tal-kamra qabel ma tużaha.

Parti ċatta għall- behem (is-saba’ l- kbir)

Virga ħadra tal-planġer

Fejn tqabbad is-swaba’

Planġer griż tas-siringa

Tapp tal-labra

biex tħalli s-siringa tilħaq it-

minuta

TUŻAX xi sorsi ta’ sħana biex issaħħan il-mediċina, per eżempju: xi microwave, misħun, jew xemx diretta.

1b Iġbor dak li għandek bżonn għall-injezzjoni tiegħek:

imselħa waħda bl-alkoħol

tajjara waħda jew biċċa garża

kontenitur wieħed għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta biex tarmi s-siringi

1c

Data ta’ skadenza

Data ta’ skadenza

1d Aħsel idejk qabel tinjetta l-mediċina.

1e

Wara tad- driegħ

Addome

Koxxa

Ifli s-siringa mimlija għal-lest għal ħsara fuq barra.

Tneħħix it-tapp tas-siringa sakemm tkun lest/a biex tinjetta. Iċċekkja t-tikketta. Aċċerta ruħek li l-isem Taltz jidher fuq it-tikketta.

Il-mediċina li qegħda ġewwa għandha tkun ċara. Il- kulur tagħha jista’ jvarja minn bla kulur sa kemxejn isfar.

Jekk tara xi waħda minn dawn li ġejjin, TUŻAX is- siringa, u armiha skont kif qalulek:

Qabżet id-data ta’ skadenza.

Tidher li fiha l-ħsara.

Il-mediċina hija mċajpra, tidher kannella skur, jew fiha frak irqiq.

Agħżel il-post tal-injezzjoni tiegħek.

Inti tista’ tinjetta fl-addome (parti tal-istonku), fil- koxxa, jew fuq wara tad-driegħ. Biex tinjetta fid-driegħ, inti se jkollok bżonn min jgħinek.

TINJETTAX f’partijiet fejn il-ġilda hija sensittiva, imbenġla, ħamra jew iebsa jew fejn inti għandek marki minn ġrieħi mfejqa jew minn ħxuna jew tqala. TINJETTAX mad-dawra ta’ 2.5 ċentimetri miż-żokra.

Ibdel il-postijiet tal-injezzjoni. TINJETTAX eżatt fl- istess post kull darba. Per eżempju, jekk l-aħħar injezzjoni tiegħek kienet fil-koxxa tan-naħa tax-xellug, l-injezzjoni li jmiss għandha tkun fil-koxxa tal-lemin, fl- addome, jew fil-parti ta’ wara ta’ driegħ minnhom.

1f Ipprepara l-ġilda tiegħek. Naddaf il-ġilda b’imselħa bl-alkoħol. Ħalli l-post tal-injezzjoni jinxef b’mod naturali qabel tinjetta l-mediċina tiegħek.

INJETTA

2a

Iġbed ’il barra it-tapp tas-siringa u armih.

 

TPOĠĠIX it-tapp tal-labra lura f’postu—tista’

 

tagħmel ħsara lil-labra jew bi żball tweġġa’ lilek

 

innifsek.

TMISSX il-labra.

2b

Oqros bil-mod il-ġilda u żomm il-ġilda fejn se

 

tinjetta mqabbża ’l fuq.

2cDaħħal il-labra f’angolu ta’ 45 grad. Imbagħad erħi l-ġilda bil-mod. Aċċerta ruħek li żżomm il-labra f’postha.

2d

Virga ħadra tal-planġer

Planġer griż tas-siringa

3 META TLESTI

3a

Agħfas il-planġer ’il ġewwa.

Imbotta l-planġer bil-mod sa ġewwa nett sakemm il- mediċina kollha tiġi injettata. Il-planġer il-griż tas- siringa għandu jiġi imbuttat sat-tarf l-ieħor tas-siringa. Neħħi bil-mod il-labra minn ġol-ġilda.

Agħfas ftit tajjar jew garża fuq il-post tal-injezzjoni. TOGĦROKX il-post tal-injezzjoni, minħabba li dan jista jikkawża tbenġil. Jista’ joħroġlok ftit demm. Dan huwa normali.

Meta l-injezzjoni titlesta inti għandek tara l-virga l-

ħadra tal-planġer minn ġol-parti prinċipali tas- siringa.

Armi s-siringa mimlija għal-lest.

TPOĠĠIX it-tapp tas-siringa lura fuq is-siringa. Armi s-siringa fil-kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil- ponta jew kif ikunu qalulek it-tabib, l-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

Meta tarmi s-siringi u l-kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta:

Armi s-siringa fil-kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta jew kif ikun qallek it-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Tirriċiklax il-kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta meta jimtela.

Staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża.

Pariri prattiċi ta’ sigurtà

Jekk għandek mistoqsijiet jew għandek bżonn għajnuna bis-siringa mimlija għal-lest, ċempel lit-tabib, lill ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Jekk għandek problemi bil-vista, TUŻAX is-siringa mimlija għal-lest mingħajr għajnuna minn persuna mħarrġa biex tużaha.

ISSELLIFX jew TUŻAX MILL-ĠDID is-siringa mimlija għal-lest ta’ Taltz tiegħek. Inti tista’ tagħti jew tieħu infezzjoni.

Żomm is-siringa fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Jekk m’għandekx kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek dwar minn fejn tista’ ġġib wieħed.

Mistoqsijiet komuni

Q.X’nagħmel jekk nara bżieżaq tal-arja fis-siringa tiegħi?

A. Huwa normali li xi drabi jkollok bżieżaq

tal-arja fis-siringa. Taltz jiġi injettat taħt il-ġilda

(injezzjoni subkutaneja). Il-bżieżaq tal-arja mhumiex problema f’din it-tip ta’ injezzjoni. Huma ma jagħmlulekx ħsara u ma jaffettwawlekx id-doża.

Q.X’nagħmel jekk ikun hemm qatra likwidu fit-tarf tal-labra meta nneħħi t-tapp tal-labra?

A. Li tara qatra likwidu

fit-tarf tal-labra mhijiex problema. Mhijiex se tgħammillek ħsara jew taffettwalek id-doża.

Q.X’nagħmel jekk ma nkunx nista’ nimbotta l-planġer ’il ġewwa?

A.Jekk il-planġer imwaħħal jew għandu l-ħsara:

TKOMPLIX tuża s-siringa.

Neħħi l-labra minn ġol-ġilda.

Q.Kif nista’ ngħid jekk l-injezzjoni tiegħi hijiex lesta?

A.Meta l-injezzjoni tiegħek titlesta:

Il-virga l-ħadra tal-planġer għandha tiġi tidher mill-parti prinċipali tas-siringa.

Il-planġer il-griż tas-siringa għandhu jiġi imbuttat kollu kemm hu sat-tarf tas-siringa.

Aqra sew l-Istruzzjonijiet dwar l-Użu u l-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ Taltz li hawn ġo din il-kaxxa biex titghallem aktar dwar il-mediċina tiegħek.

Istruzzjonijiet dwar l-użu

Taltz 80 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

Ixekizumab

Qabel ma tuża l-pinna mimlija għal-lest tiegħek:

Punti importanti li għandek tkun taf

Qabel ma tuża l-pinna mimlija għal-lest Taltz, aqra u segwi b’attenzjoni l-istruzzjonijiet kollha pass b’pass. Żomm l-Istruzzjonijiet dwar l-Użu u rreferi għalihom skont il-ħtieġa.

Il-pinna mimlija għal-lest fiha doża 1 ta’ Taltz. Il-pinna mimlija għal-lest qegħda biex

TINTUŻA DARBA BISS.

Il-pinna mimlija għal-lest ma tridx titħawwad.

Il-pinna mimlija għal-lest fiha partijiet tal-ħġieġ. Ġorrha b’attenzjoni. Jekk twaqqagħha fuq wiċċ iebes, tużahiex. Uża pinna mimlija għal-lest ġdida għall-injezzjoni tiegħek.

It-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jistgħu jgħinuk tiddeċiedi fejn fil-ġisem għandek tinjetta d-doża.

Aqra l-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ Taltz li hemm ġewwa din il-kaxxa biex titgħallem aktar dwar il- mediċina tiegħek.

ISTRUZZJONIJIET DWAR L-UŻU

Qabel ma tuża l-pinna mimlija għal-lest TALTZ, aqra u segwi b’attenzjoni l-istruzjonijiet kollha pass b’pass.

Gwida għall-partijiet

Fuq

Labra

Qiegħ

1 BIEX TIBDA

Buttuna għall- injezzjoni

Ċirku li jaqfel

Simboli maqfula/mhux maqfula

Mediċina

Parti ta’ taħt trasparenti

Tapp tal-parti ta’ taħt li ddawru biex jinqala’

1a Ħu l-pinna mimlija għal-lest mill-friġġ. Stenna 30 minuta biex tħalli l-pinna mimlija għal-lest tilħaq it-temperatura tal-kamra qabel ma tużaha.

TUŻAX xi sorsi ta’ sħana biex issaħħan il-mediċina, per eżempju: xi microwave, misħun, jew xemx diretta.

1b Iġbor dak li għandek bżonn għall-injezzjoni tiegħek:

imselħa waħda bl-alkoħol

tajjara waħda jew biċċa garża

kontenitur wieħed għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta biex tarmi l-pinna mimlija għal-lest

minuta

1c

Data ta’ skadenza

1d Aħsel idejk qabel tinjetta l-mediċina.

1e

Wara tad- driegħ

Addome

Koxxa

Ifli l-pinna mimlija għal-lest. Iċċekkja t-tikketta. Aċċerta ruħek li l-isem Taltz jidher fuq it-tikketta.

Il-mediċina li qegħda ġewwa għandha tkun ċara. Il-kulur tagħha jista’ jvarja minn bla kulur sa kemxejn isfar.

Jekk tara xi waħda minn dawn li ġejjin, TUŻAX il-pinna mimlija għal-lest, u armiha skont kif kont ġejt ordnat:

Qabżet id-data ta’ skadenza.

Tidher li fiha l-ħsara.

Il-mediċina hija mċajpra, tidher kannella skur, jew fiha frak irqiq.

Agħżel il-post tal-injezzjoni tiegħek.

Inti tista’ tinjetta fl-addome tiegħek (parti tal-istonku), fil-koxxa, jew fuq wara tad-driegħ. Biex tinjetta fid- driegħ, inti se jkollok bżonn min jgħinek.

TINJETTAX f’partijiet fejn il-ġilda hija sensittiva, imbenġla, ħamra jew iebsa jew fejn inti għandek marki minn ġrieħi mfejqa jew minn ħxuna jew tqala. TINJETTAX mad-dawra ta’ 2.5 ċentimetri miż-żokra.

Ibdel il-postijiet tal-injezzjoni. TINJETTAX eżatt fl- istess post kull darba. Per eżempju, jekk l-aħħar injezzjoni tiegħek kienet fil-koxxa tan-naħa tax-xellug, l- injezzjoni li jmiss għandha tkun fil-koxxa tal-lemin, fl- addome, jew fil-parti ta’ wara ta’ driegħ minnhom.

1f Ipprepara l-ġilda tiegħek. Naddaf il-ġilda b’imselħa bl-alkoħol. Ħalli l-post tal-injezzjoni jinxef b’mod naturali qabel tinjetta l-mediċina tiegħek.

INJETTA

2a

Aċċerta tuħek li ċ-ċirku li jagħlaq qiegħed fil-

 

pożizzjoni l-magħluqa.

TNEĦĦIX it-tapp mill-parti ta’ taħt sakemm tkun lest biex tinjetta. TMISSX il-labra.

Aqla’ t-tapp ta’ taħt billi ddawru.

Armi t-tapp ta’ taħt fil-kontenitur tal-iskart. Mhux se jkollok bżonn terġa’ tpoġġi t-tapp ta’ taħt lura fejn kien—jekk tagħmel dan tista’ tagħmel ħsara lil-labra jew bi żball tweġġa’ lilek innifsek.

2b

Poġġi l-parti trasparenti ta’ taħt ċatta u soda mal-

 

ġilda.

Injezzjoni fil-koxxa

2cŻomm il-parti ta’ taħt mal-ġilda, imbagħad dawwar iċ-ċirku li jagħlaq fil-pożizzjoni l-miftuħa. Inti issa lest/a biex tinjetta.

2d

Klikk sekondi

Il- planġer il-griż

3 META TLESTI

3a

Agħfas il-buttuna l-ħadra għall-injezzjoni. Se jkun hemm klikk qawwija.

Ibqa’ żomm il-parti trasparenti ta’ taħt b’mod sod mal-ġilda. Inti se tisma’ t-tieni klikk qawwija f’madwar 10 sekondi mill-ewwel waħda. It-tieni klikk qawwija tgħidlek li l-injezzzjoni tiegħek hija lesta.

Inti se tara wkoll il-planġer il-griż fuq nett fil-parti trasparenti ta’ taħt.

Neħħi l-pinna mimlija għal-lest minn mal-ġilda.

Agħfas ftit tajjar jew garża fuq il-post tal-injezzjoni.

TOGĦROKX il-post tal-injezzjoni, minħabba li dan jista jikkawża tbenġil. Jista’ joħroġlok ftit demm. Dan huwa normali.

Armi l-pinna mimlija għal-lest.

TPOĠĠIX it-tapp ta’ taħt lura fuq il-pinna. Armi l- pinna mimlija għal-lest fil-kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta jew kif ikunu qalulek it-tabib, l- ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Meta tarmi l-pinna mimlija għal-lest u l-kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta:

Armi l-pinna fil-kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta jew kif ikun qallek it-tabib, l- ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Tirriċiklax il-kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta meta jimtela.

Staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża.

Pariri prattiċi ta’ sigurtà

Jekk għandek mistoqsijiet jew għandek bżonn għajnuna bil-pinna mimlija għal-lest tiegħek,

ċempel lit-tabib, lill ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Jekk għandek problemi bil-vista, TUŻAX il-pinna mimlija għal-lest mingħajr għajnuna minn persuna mħarrġa biex tużaha.

Żomm il-pinna mimlija għal-lest fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Jekk m’għandekx kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek dwar minn fejn tista’ ġġib wieħed.

Mistoqsijiet frekwenti

Q.X’nagħmel jekk nara bżieżaq tal-arja fil-pinna mimlija għal-lest?

A. Huwa normali li xi drabi jkollok bżieżaq tal-arja fil-pinna mimlija għal-lest. Taltz jiġi injettat taħt il-ġilda (injezzjoni subkutaneja). Il-bżieżaq tal-arja mhumiex problema f’din it-tip ta’ injezzjoni.

Huma ma jagħmlulekx ħsara u ma jaffetwawlekx id-doża.

Q.X’nagħmel jekk ikun hemm qatra likwidu fit-tarf tal-labra meta nneħħi t-tapp ta’ taħt?

A. Li tara qatra likwidu fit-tarf tal-labra mhijiex problema. Mhijiex se tgħammillek ħsara jew taffettwalek id-doża.

Q.X’nagħmel jekk inkun neħħejt il-qafla tal-pinna mimlija għal-lest u għafast il-buttuna l-

ħadra għall-injezzjoni qabel ma nkun neħħejt it-tapp ta’ taħt?

A. Tneħħix

it-tapp ta’ taħt. Ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Q.Għandi bżonn inżomm il-buttuna għall-injezzjoni ’l isfel sakemm l-injezzjoni titlesta?

A. Dan mhuwiex meħtieġ, iżda dan jista’ jgħinek iżżomm

il-pinna mimlija għal-lest milli tiċċaqlaq u tibqa’ soda mal-ġilda tiegħek.

Q.X’nagħmel jekk il-labra ma tidħolx lura wara l-injezzjoni?

A. Tmissx

il-labra u tpoġġix it-tapp ta’ taħt lura f’postu. Armi l-pinna mimlija għal-lest f’kontenitur għall-oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta li ma jistax jittaqqab u li jista’ jingħalaq. Ikkuntattja lit- tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

Q. X’nagħmel jekk nisma’ aktar minn żewġ klikks waqt

l-injezzjoni tiegħi—2 klikks qawwijin u waħda b’ħoss baxx. Inkun ħadt l-injezzjoni kollha?

A. Xi pazjenti jistgħu jisimgħu klikk b’ħoss baxx qabel

it-tieni klikk qawwija. Dak huwa normali.

Tneħħix il-pinna mimlija għal-lest mill-ġilda sakemm tisma’ it-tieni klikk qawwija.

Q.Kif nista’ ngħid li l-injezzjoni tiegħi lesta?

A. Wara li tagħfas

il-buttuna l-ħadra għall-injezzjoni, inti se tisma 2 klikks qawwijin. It-tieni klikk tgħidlek li l-injezzjoni tiegħek lesta. Inti tara wkoll il-planġer il-griż fuq nett fil-parti ta’ taħt trasparenti.

Aqra sew il-Fuljett ta’ Tagħrif ta’ Taltz li hawn ġo din il-kaxxa biex titgħallem aktar dwar il- mediċina tiegħek.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati