Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Tandemact (pioglitazone / glimepiride) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BD06

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTandemact
Kodiċi ATCA10BD06
Sustanzapioglitazone / glimepiride
ManifatturTakeda Pharma A/S

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Pilloli Tandemact 30 mg/2 mg Pilloli Tandemact 30 mg/4 mg Pilloli Tandemact 45 mg/4 mg pioglitazone/glimepiride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. Mgħandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’

 

tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Tandemact u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tandemact

3.Kif għandek tieħu Tandemact

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Tandemact

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Tandemact u għalxiex jintuża

Tandemact fih pioglitazone u glimepiride li huma medicini anti-dijabetiċi, li jintużaw biex iniżżlu il-livell taz-zokkor fid-demm.

Hu jintuza meta metformin mhux adattat ghall-kura ta’ dijabete mellitus tat-tip 2 (mhux dipendenti mill-insulina), Din d-dijabete tat-tip 2 ġeneralment tiżviluppa fi stat adult fejn il-ġisem jew ma jipproduċiex insulina biżżejjed (ormon li jikkontrolla li-livelli taz-zokkor fid-demm), jew ma jistax jagħmel użu effettiv mill-insulina li jipproduċi.

Tandemact jgħin jikkontrolla l-livell ta’ żokkor fid-demm tiegħek meta jkollok dijabete tat-tip 2 billi jżid l-ammont ta’ l-insulina disponibbli u jgħin lill-ġismek jagħmel użu aħjar minnha. It-tabib tiegħek ser jiċċekkja jekk Tandemact qed jaħdem 3 sa 6 xhur wara li tibda tieħdu.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tandemact

Tiħux Tandemact

-jekk inti allerġiku għal pioglitazone, glimepiride, sulphonylureas jew sulphonamides oħra, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

-jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb jew qatt kellek attakk tal-qalb fil-passat

-jekk għandek mard tal-fwied

-jekk għandek ketoaċidożi dijabetika (kumplikazzjoni tad-dijabete b’telf ta’ piż, dardir jew remettar)

-jekk għandek problema serji bil-kliewi tiegħek

-jekk għandek jew qatt kellek kanċer tal-bużżieqa

-jekk għandek demm fl-awrina tiegħek li t-tabib tiegħek ma vverifikax

-jekk għandek dijabete dipendenti mill-insulina (Tip I)

-jekk qiegħed f’koma dijabetika

-jekk inti tqila

-jekk qed tredda’

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Tandemact (ara wkoll sezzjoni 4)

-jekk għandek problema bil-qalb tiegħek. Xi pazjenti li kien ilhom b’dijabete mellitus tat-tip 2 u b’marda tal-qalb jew puplesija minn qabel, li kienu kkurati b’pioglitazone u insulina kellhom esperjenza ta’ żvilupp ta’ insuffiċjenza tal-qalb. Għid lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun jekk ikollok esperjenza ta’ sinjali ta’ insuffiċjenza tal-qalb bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda f’daqqa fil-piż jew nefħa lokalizzata (edima).

-jekk inti żżomm l-ilma (żamma ta’fluwidu) jew ikollok problemi ta’ insuffiċjenza tal-qalb, b’mod partikulari jekk għandek’ l fuq minn 75 sena. Jekk tieħu mediċini anti-infjammatorji li jistgħu wkoll jikkawżaw retenzjoni ta’ fluwidu u nefħa, inti trid ukoll tgħid lit-tabib tiegħek.

-jekk għandek tip speċjali ta’ marda dijabetika tal-għajn msejjħa edema makulari (nefħa tal-parti ta’ wara tal-għajn), kellem lit-tabib tiegħek jekk tinnota kwalunkwe tibdil fil-vista tiegħek.

-jekk għandek problema bil-fwie ghad tiegħek. Qabel ma tibda tieħu Tandemact kampjun tad-demm jiġi meħud biex jiġi iċċekkjat il-funzjoni tal-fwied tiegħek. Dan il-kontroll jista’ jkun ripetut f'intervalli. Ghid lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok sinjali li juru li jista jkun hemm problema bil-fwied tieghek (bħal ħass ħażin mingħajr raġuni, rimettar, uġigħ fl-istonku, għeja, nuqqas ta’ aptit, u/jew awrina skura) għax il-funzjoni tal-fwied tkun trid tiġi iċċekkjata.

-jekk għandek ċesti fl-ovarji (sindromu tal-ovarji poliċistiċi). Jista’ jkun hemm possibilità akbar li inti toħroġ tqila minħabba li jista jerġa jkollok ovulazzjoni meta tieħu Tandemact.Jekk dan japplika għalik, uża kontraċezzjoni xierqa biex tevita il-possibbiltà ta’ tqala mhux ippjanata.

-jekk qed tieħu diġà pilloli oħra biex tikkura d-dijabete.

-jekk għandek problemi bl-enżima Glucose-6-phosphodehydrogenase għax jista jnaqqas iċ-ċelluli l-ħomor tad-demm

Jista’ jkollok ukoll tnaqqis fl-għadd tad-demm (anemija). It-tabib tiegħek jista’ jagħmel testijiet tad-demm biex jiċċekkja l-livell taċ-ċelluli tad-demm u l-funzjoni tal-fwied.

Ipogliċemija

Meta tieħu Tandemact, il-livell taz-zokkor fid-demm jista jinzel inqas mill-livell normali (ipogliċemija). Jekk ikollok sintomi ta’ ipogliċemija bħal għaraq kiesaħ, għeja, uġigħ ta’ ras, taħbit mgħaġġel tal-qalb, uġigħ fl-istonku minħabba ġuħ, irritabilità, nervożità jew dardir, għandek tieħu ftit zokkor biex iżżid il-livell ta’ zokkor fid-demm mill-ġdid. Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal aktar informazzjoni jekk mintix ċert/a kif tagħraf dan. Huwa rakkomandat li inti ġġorr miegħek xi kubi taz-zokkor, ħelu, gallettini jew meraq tal-frott biz-zokkor.

Ksur fl-għadam

Kien osservat numru akbar ta’ fratturi fl-għadam f’pazjenti, partikolarment fin-nisa li kienu qed jieħu pioglitazone. It-tabib tiegħek se jikkunsidra dan waqt li jikkura d-dijabete tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Użu fit-tfal u adolexxenti taħt 18-il sena mhux rakkomandat.

Mediċini oħra u Tandemact

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Dan minħabba li ċertu mediċini jistgħu jdgħajjfu jew isaħħu l-effett ta’ Tandemact fuq il-livell ta’ żokkor fid-demm tiegħek.

Il-medicini li jmiss jistgħu jgħollu l-effett ta’ Tandemact li jnaqqas il-livell taz-zokkor fid-demm. Dan jista jwassal ghar-riskju ta’ ipogliċemija (livell baxx taz-zokkor fid-demm):

-gemfibrozil u fibrates (użati biex ibaxxu l-kolesterol)

-insulina, metformin jew mediċini ohra biex jittrattaw id-dijabete mellitus

-phenylbutazone, azopropazone, oxyphenbutazone, mediċini bħall-aspirina (biex jittrattaw uġigħ jew infjammazzjoni)

-sulfonamides li jaġixxu fit-tul, tetracyclines, chloramphenicol, fluconazole, miconazole, quinolones, clarithromycin (biex jittrattaw infezzjonijiet batterjali jew fungali)

-steroids anaboliċi (għall-appogg fil-build up tal-muskoli) jew terapija ormonali biex tisostitwixxi l-ormoni maskili

-fluoxetine, inibituri tal-MAO (biex jittrattaw id-dipressjoni)

-inibituri tal-ACE, sympatholytics, disopyramide, pentoxifylline, derivativi tal-coumarin bħal warfarina (biex jittrattaw problemi tal-qalb jew fid-demm)

-allopurinol, probenecid, sulfinpyrazone (biex jittrattaw il-gotta)

-cyclophosphamide, ifosfamide, trofosfamide (biex jittrattaw il-kanċer)

-fenfluramine (biex tnaqqas il-piż)

-tritoqualine (biex tittratta l-allerġiji)

Il-medicini li jmiss jistgħu jnaqqsu l-effett ta’ Tandemact li jnaqqas il-livell taz-zokkor tad-demm. Dan jista jirriżulta f’riskju ta’ ipergliċemija (livell għoli taz-zokkor fid-demm):

-oestrogens, progestogens, (ormoni sesswali femminili)

-thiazide diuretics u saluretics jissejħu wkoll pilloli tal-ilma (biex jittrattaw il-pressjoni għolja fid-demm)

-levothyroxine (biex jistimulaw il-glandola tat-thyroid)

-glucocorticoids (biex jittrattaw allerġiji u infjammazzjonijiet)

-chlorpromazine u derivitivi tal-phenothiazine (biex jittrattaw disturbi mentali serji)

-adrenalina u simpatomimetiċi (biex izidu t-tahbit tal-qalb, biex jittrattaw l-asthma jew konġestjoni nasali, sogħla u riħ jew emerġenzi tal-periklu għall-ħajja)

-nicotinic acid (biex jittrattaw livell għoli tal-kolesterol)

-uzu fit-tul ta’ lassttivi (biex jittrattaw stitikezza)

-phenytoin (biex jittrattaw aċċessjonijiet)

-barbiturates (biex jittrattaw nervi u problemi fl-irqad)

-azetazolamide (biex jittrattaw pressjoni għolja fl-għajnejn li tissejjaħ ukoll glawkoma)

-diazoxide (biex jittrattaw pressjoni gholja fid-demm jew livell baxx taz-zokkor fid-demm)

-rifampicin (biex jittrattaw infezzjonijiet u tuberkolosi)

-glucagon (biex jittrattaw livell baxx taz-zokkor fid-demm)

Il-medicini li jmiss jistghu jghollu jew inaqqsu l-effett ta’ Tandemact li jnaqqas il-livell taz-zokkor fid-demm:

-antagonisti H2 (biex jittrattaw l-ulceri fl-istonku)

-imblokkaturi tar-ricetturi beta, clonidine, guanethidine u reserpine (biex jittrattaw pressjoni gholja fid-demm jew insufficjenza tal-qalb). Dawn jistgħu jwasslu biex jaħbu is-sinjali ta’ ipogliċemija, allura hemm bzonn attenzjoni speċjali meta tieħu dawn il-mediċini.

Tandemact jistgħu jew iżidu jew inaqqsu l-effetti ta’dawn il-mediċini li jmiss:

-derivativi tal-coumarin bħal warfarina (biex tnaqqas jew twaqqaf il-kont tad-demm)

Għid li-tabib jew l-iżpiżjar tieghek jekk hekk tieħu xi waħda min dawn. Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista jiġi iċċekkjat, u d-doża ta’ Tandemact tista tinbidel.

Tandemact ma’ alkoħol

Evita l-alkoħol waqt li qed tieħu Tandemact peress li l-alkoħol jista jżid jew inaqqas l-effett ta’ Tandemact li jnaqqas il-livell taz-zokkor fid-demm b’mod imprevedibbli.

Tqala u treddigħ

Tiħux Tandemact jekk inti tqila.Għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija. It-tabib tiegħek se jagħtik parir biex twaqqaf din il-mediċina. Tiħux Tandemact jekk qed tredda’ jew jekk qed tippjana li tredda’ t-tarbija tiegħek (ara “Tiħux Tandemact”).

Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-viġilanza u l-ħin ta’ reazzjoni jistgħu jiġu mnaqqsa minħabba zokkor fid-demm baxx jew għoli minħabba glimepiride, speċjalment fil-bidu jew wara tibdil tal-kura, jew meta Tandemact ma jitteħidx regolarment. Dan jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni.

Hu ħsib jekk t’esperjenza visjoni anormali.

Tandemact fih lattosju monohydrate

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi żokkrijiet, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Tandemact.

3.Kif ghandek tieħu Tandemact

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija pillola kuljum ftit qabel jew ma’ l-ewwel ikla prinċipali. It tabib tiegħek jgħidlek id-doża biex tieħu jew jekk hemm bżonn biex tieħu doża differenti. Il-pilloli għandhom jinbelgħu sħaħ ma’ tazza ilma.

Jekk għandek l-impressjoni li l-effett ta’ Tandemact huwa dgħajjef wisq, kellem lit-tabib tiegħek.

Jekk qed issegwi dieta speċjali għad-dijabete, għandek tkompli biha waqt li qed tieħu Tandemact.

Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat f’intervalli regolari; jekk il-piż tiegħek jiżdied, għid lit-tabib tiegħek.

It-tabib tiegħek se jitolbok tagħmel testijiet tad-demm kull tant żmien waqt il-kura b’Tandemact.

Jekk tieħu Tandemact aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu wisq pilloli, jew jekk xi ħadd ieħor jew tifel/tifla jieħdu l-mediċina tiegħek, kellem minnufiħ lill-tabib jew spiżjar. Il-livell taz-zokkor fid-demm tieghek jista jinzel taht in-normal. Is-sintomi jistgħu jinkludu ixoqq għaraq kiesaħ għalik, għejja, uġigħ ta’ ras, qalb tħabbat b’rata mgħaġġla, attakki ta’ ġuħ, irritabilità, tħossok nervuż, tqalliħ, koma jew konvulżjoni. Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista jiżdied billi tieħu z-zokkor. Huwa rrakkomandat li ġġorr miegħek ftit ċapep taz-zokkor, ħelu, gallettini jew meraq tal-frott biz-zokkor.

Jekk tinsa tieħu Tandemact

Hu Tandemact kuljum kif preskritt. Iżda jekk tinsa tieħu doża, aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu u kompli bid-doża li jmiss kif suppost. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Tandemact

Tandemact għandu jittieħed kuljum biex jaħdem kif suppost. Jekk tieqaf tieħu Tandemact, iz-zokkor fid-demm tiegħek jista jitla’. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma twaqqaf dan it-trattament.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Partikolarrment, xi pazjenti esperjenzaw l-effetti sekondarji li jmiss:

Kanċer tal-bużżieqa ta’ l-awrina ġie esperjenzat b'mod mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 100) f’pazjenti li qed jieħdu Tandemact. Sinjali u sintomi jinkludu demm fl-awrina, uġigħ meta tgħaddi l-awrina tiegħek jew ħtieġa f'daqqa li tgħaddi l-awrina. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista 'jkun.

Ipogliċemija (żokkor fid-demm baxx) ġiet irrapurtata b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 100) f’pazjenti li hadu Tandemact. Is-sintomi jistgħu jinkludu ixoqq għaraq kiesaħ

għalik, għejja, uġigħ ta’ ras, qalb tħabbat b’rata mgħaġġla, attakki ta’ ġuħ, irritabilità, tħossok nervuż jew tqalliħ. Huwa mportanti li tkun taf x’sintomi għandek tistenna meta jkun hemm ipogliċemija (żokkor fid-demm baxx). Saqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal aktar informazzjoni jekk mintix ċert/a kif tagħraf dan u x’għandek tagħmel jekk t’esperjenza dawn is-sintomi.

Tnaqqis fl-għadd ta 'plejtlets tad-demm (li jżidu r-riskju ta’ fsada u tbenġil), ċelluli ħomor tad-demm (li jagħmlu il-ġilda ċassa u jistgħu jkawżaw għejja u qtugħ ta’ nifs) u ċelluli tad-demm bojod (li jistgħu jżidu ċ-ċans ta’ infezzjonijiet) kienu rrapurtati b’mod rari f’pazjenti waqt li kienu qed jieħdu Tandemact (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 1,000). Jekk t’esperjenza dan l-effett sekondarju, kellem lit-tabib tieghek malajr kemm jista’ jkun. Generalment, dawn il-problemi jsiru aħjar meta tieqaf tieħu Tandemact..

Nefħa lokalizzata (edima) kienet esperjenzata wkoll b’mod komuni (tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 10) f’pazjenti li ħadu Tandemact flimkien ma’ l-insulina. Jekk t’esperjenza dan l-effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun.

Ksur tal-għadam kien irrapurtat b’mod komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 10) f’pazjenti nisa li hadu Tandemact u ġie rrappurtat ukoll f’pazjenti rġiel (ma tistax tittieħed stima tal- frekwenza mid-data disponibbli) waqt li kienu qed jieħdu Tandemact. Jekk t’esperjenza dan l-effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Vista mċajpra minħabba nefħa (jew fluwidu) fil-parti ta’ wara tal-għajn (edema makulari) ġiet irrappurtata (ma tistax tittieħed stima tal- frekwenza mid-data disponibbli) f’pazjenti li hadu Tandemact. Jekk tesperjenza dawn is-sintomi għal l-ewwel darba kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun. Jekk diġa għandek vista mċajpra u s-sintomu mar għall-għar kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun.

Reazzjonijiet allerġiċi kienu rrappurtati (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli) f'pazjenti li ħadu Tandemact. Jekk ikollok xi reazzjoni allerġika serja, inkluż urtikarja u nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien, jew gerżuma li tista’ tikawża diffikultà fin-nifs jew biex tibla tibqax tieħu din il- mediċina u kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Xi pazjenti esperjenzaw l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qed jieħdu pioglitazone u sulphonylureas, inkluż glimepiride:

Komuni

-żieda fil-piż

-sturdament

-gass

-infezzjoni respiratorja

-tnemnim

Mhux komuni

-uġigħ ta’ ras

-infjammazzjoni tas-sinosi (sinożite)

-vertigo

-vista mhux normali

-għaraq

-ghejja

-nuqqas ta’ rqad (insomnja)

-tnaqqis taż-żokkor fid-demm

-żokkor fl-awrina

-proteini fl-awrina

-żieda fl-aptit

-żieda fl-enżima lactic dehydrogenase (LDH)

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)

-tibdil notevoli fid-demm

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000)

-mard tal-fwied

-reazzjonijiet allerġiċi inkluż xokk allerġiku

-tħossok ma’ tiflaħx (tqalliħ), remettar u dijarrea.

-ugigħ fl-istonku

-pressjoni fl-addominali

-sensazzjoni ta’ stonku mimli

-sensittività għad-dawl

-tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta’ melħ (sodju) fid-demm

Mhux magħrufa ( ma tistax tittieħed stima tal- frekwenza id-data disponibbli)

-żidiet fl-enżimi tal-fwied

-ħakk fil-ġilda

-raxx imqajma u bil- ħakk (ħorriqija)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Tandemact

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Tandemact

-Is-sustanzi attivi huma pioglitazone u glimepiride.

Kull pillola Tandemact 30 mg/2 mg fiha 30 mg pioglitazone (bħala hydrochloride) u 2 mg glimepiride.

Kull pillola Tandemact 30 mg/4 mg fiha 30 mg pioglitazone (bħala hydrochloride) u 4 mg glimepiride.

Kull pillola Tandemact 45 mg/4 mg fiha 45 mg pioglitazone (bħala hydrochloride) u 4 mg glimepiride.

-Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline, croscarmellose sodium, hydroxypropylcellulose, lattosju monohydrate (ara sezzjoni 2 ‘Tandemact fih lattosju monohydrate’), magnesium stearate u polysorbate 80.

Kif jidher Tandemact u l-kontenut tal-pakkett

-Tandemact 30 mg/2 mg huma pilloli bojod għal abjad maħmuġ, tondi, konvessi u mmarkati b’‘4833 G’ fuq naħa u b’‘30/2’ fuq in-naħa l-oħra.

-Tandemact 30 mg/4 mg huma pilloli bojod għal abjad maħmuġ, tondi, konvessi u mmarkati b’‘4833 G’ fuq naħa u b’‘30/4’ fuq in-naħa l-oħra.

-Tandemact 45 mg/4 mg huma pilloli bojod għal abjad maħmuġ, tondi, ċatti u mmarkati b’‘4833 G’ fuq naħa u b’‘45/4’ fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli huma disponibbli f’alluminju u f’pakketti tal-folja ta’ l-alluminju li fihom 14, 28, 30, 50, 90 jew 98 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

Takeda Pharma A/S, Dybendal Alle 10, 2630 Taastrup, Id-Danimarka.

Manifattur:

Takeda Ireland Limited, Bray Business Park, Kilruddery, County Wicklow, L-Irlanda Delpharm Novara S.r.l., Via Crosa, 86, 28065 Cerano (NO), L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Takeda Belgium

Takeda UAB

Tél/Tel: +32 2 464 06 11

Tel: +370 521 09 070

takeda-belgium@takeda.com

lt-info@takeda.com

България

Luxembourg/Luxemburg

Такеда България

Takeda Belgium

Тел.: + 359 2 958 27 36; + 359 2 958 15 29

Tél/Tel: +32 2 464 06 11

 

takeda-belgium@takeda.com

Česká republika

Magyarország

Takeda Pharmaceuticals Czech Republic s.r.o.

Takeda Pharma Kft.

Tel: + 420 234 722 722

Tel: +361 2707030

Danmark

Malta

Takeda Pharma A/S

Takeda Italia S.p.A.

Tlf: +45 46 77 11 11

Tel: +39 06 502601

Deutschland

Nederland

Takeda GmbH

Takeda Nederland bv

Tel: 0800 825 3325

Tel: +31 23 56 68 777

medinfo@takeda.de

 

Eesti

Norge

Takeda Pharma AS

Takeda AS

Tel: +372 6177 669

Tlf: +47 6676 3030

info@takeda.ee

infonorge@takeda.com

Ελλάδα

Österreich

TAKEDA ΕΛΛΑΣ Α.Ε

Takeda Pharma Ges.m.b.H

Τηλ: +30 210 6387800

Tel: +43(0)800 20 80 50

gr.info@takeda.com

 

España

Polska

Takeda Farmacéutica España S.A.

Takeda Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 917 14 99 00

Tel.: +48 22 608 13 00

spain@takeda.com

 

France

Portugal

Takeda France

Takeda - Farmacêuticos Portugal, Lda.

Tél: +33 1 46 25 16 16

Tel: + 351 21 120 1457

Hrvatska

România

Takeda Pharmaceuticals Croatia d.o.o

Takeda Pharmaceuticals SRL

Tel: +385 1 377 88 96

Tel: +40 21 335 03 91

Ireland

Slovenija

Takeda Products Ireland Limited

Takeda GmbH, Podružnica Slovenija

Tel: +353 (0) 1 6420021

Tel: + 386 (0) 59 082 480

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Takeda Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 (2) 20 602 600

vistor@vistor.is

 

Italia

Suomi/Finland

Takeda Italia S.p.A.

Takeda Oy

Tel: +39 06 502601

Puh/Tel: +358 20 746 5000

Κύπρος

Sverige

Takeda Pharma A/S

Takeda Pharma AB

Τηλ: +45 46 77 11 11

Tel: +46 8 731 28 00

 

infosweden@takeda.com

Latvija

United Kingdom

Takeda Latvia SIA

Takeda UK Ltd

Tel: +371 67840082

Tel: +44 (0)1628 537 900

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati