Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Targretin (bexarotene) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01XX25

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTargretin
Kodiċi ATCL01XX25
Sustanzabexarotene
ManifatturEisai Ltd

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Targretin 75 mg kapsuli rotob

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kapsula fiha 75 mg ta’ bexarotene.

Eċċipjent(i) b’effett magħruf: sorbitol

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Kapsula ratba.

Kapsula bajda tagħti fil-griż, li fiha suspensjoni likwida u stampata bil-kliem“Targretin” fuqha.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Targretin hu indikat għall-kura ta’ manifestazzjonijiet fil-ġilda f’pazjenti adulti li qegħdin fi stadju avvanzat ta’ cutaneous T-cell lymphoma (CTCL) li mhux qed jirrispondu għal mill-anqas kura sistemika waħda.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-terapija b’bexarotene trid tinbeda u titkompla biss minn tobba li għandhom esperjenza fil-kura ta’ pazjenti bis-CTCL.

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata tal-bidu hi ta’ 300 mg/m2/kuljum. Il-kalkolazzjonijiet tad-doża tal-bidu skond l- erja tas-superfiċje tal-ġisem huma kif ġej:

Livell tad-doza tal-bidu (300

 

mg/m2/kuljum)

 

Numru ta’ kapsuli

Erja tas-superfiċje

Doża totali ta’

Targretin ta’ 75 mg

tal-ġisem (m2)

kuljum (mg/kuljum)

 

0.88 – 1.12

1.13 - 1.37

1.38 - 1.62

1.63 - 1.87

1.88 - 2.12

2.13 - 2.37

2.38 - 2.62

 

 

 

Linji gwida għat-tibdil fid-doża: Il-livell tad-doża ta’ 300 mg/m2/kuljum jista’ jkun aġġustat għal 200 mg/m2/kuljum u mbagħad għal 100 mg/m2/kuljum, jew ikun sospiż temporanjament jekk ikun meħtieġ minħabba t-tossiċità. Meta t-tossiċità tkun ikkontrollata, id-dożi jistgħu jerġgħu jkunu

aġġustati mill-ġdid ’il fuq b’attenzjoni. B’monitoraġġ kliniku adattat, il-pazjenti individwali jistgħu jibbenefikaw minn dożi ta’ aktar minn 300 mg/m2/kuljum. Dożi ta’ aktar minn 650 mg/m2/kuljum ma kinux evalwati f’pazjenti bis-CTCL. Fi provi kliniċi, bexarotene ingħata sa 118-il ġimgħa lill-pazjenti bis-CTCL. Il-kura għandha titkompla sakemm il-pazjent ikun qed jibbenefika minnha.

Popolazzjoni pedjatrika:

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ bexarotene fit-tfal (ta’ età taħt it-18-il sena) ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Pazjenti anzjani:

Min-numru totali ta’ pazjenti bis-CTCL fl-istudji kliniċi, 61% kienu ta’ 60 sena jew aktar, filwaqt li 30% kienu ta’ 70 sena jew aktar. L-ebda differenzi globali fis-sigurtà ma kienu osservati bejn il- pazjenti ta’ 70 sena jew aktar, u pazjenti iżgħar, iżda wieħed ma jistax jeskludi s-sensittività akbar għal bexarotene ta’ xi individwi li jkunu aktar anzjani. Id-doża standard għandha tintuża fl-anzjani.

Pazjenti b’insuffiċjenza renali:

Ma saru l-ebda studji formali fuq pazjenti b’insuffiċjenza renali. Informazzjoni klinika farmakokinetika tindika li t-tneħħija ta’ bexarotene fl-awrina u tal-metaboliti tiegħu, hi passaġġ sekondarju tat-tneħħija għal bexarotene. Fil-pazjenti kollha li kienu evalwati, it-tneħħija renali ta’ bexarotene kienet ta’ inqas minn 1 ml/minuta. Minħabba li l-informazzjoni hi limitata, il-pazjenti b’insuffiċjenza renali għandhom ikunu mmonitorati b’attenzjoni waqt li jkunu qegħdin fuq it-terapija ta’ bexarotene.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal użu orali.

Il-kapsuli Targretin għandhom jittieħdu bħala doża waħda orali kuljum flimkien ma’ l-ikel. Il-kapsula m’għandhiex tintmagħad.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Tqala u treddigħ.

Nisa li jistgħu jkollhom it-tfal li mhux qed jużaw miżuri effettivi ta’ kontraċezzjoni. Storja ta’ pankreatite.

Iperkolesterolemija mhux ikkontrollata. Ipertrigliċeridemija mhux ikkontrollata. Ipervitaminosi A.

Mard mhux ikkontrollat fit-tirojde. Insuffiċjenza epatika.

Infezzjoni sistemika li ghadha għaddejja.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ġenerali: Il-kapsuli targretin għandhom jintużaw bl-attenzjoni f’pazjenti li hu magħruf li għandhom sensittività eċċessiva għar-retinojdi. Ma kienu osservati l-ebda każijiet ta’ reattività inkroċjata. Pazjenti li jkunu qed jieħdu bexarotene, m’għandhomx jagħtu d-demm għat-trasfużjoni. Butylated hydroxyanisole, sustanza f’Targretin, tista’ tikkawża irritazzjoni lill-membrani mukużi; għalhekk il- kapsuli jridu jinbelgħu intatti, u m’għandekx tomgħodhom.

Lipidi: Fi studji kliniċi, l-iperlipidimja kienet identifikata bħala effett marbut ma’ l-użu ta’ bexarotene. Id-determinazzjonijiet tal-lipidi fid-demm (triglycerides u kolesterol) fl-istat sajjem għandhom jitwettqu qabel ma tinbeda t-terapija b’bexarotene, u f’intervalli ta’ kull ġimgħa sakemm ir-rispons tal- lipidi għal bexarotene ikun stabbilit, li normalment iseħħ fi żmien minn ġimagħtejn sa erba’ ġimgħat, u mbagħad f’intervalli ta’ mhux inqas minn darba f’xahar wara dak il-perjodu. Il-livelli tat-

triglycerides fl-istat sajjem għandhom ikunu normali jew normalizzati b’intervent adattat qabel ma tinbeda t-terapija b’bexarotene. Għandu jsir kull sforz biex il-livelli tat-triglycerides jinżammu taħt 4.52 mmol/l biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kundizzjonijiet jew mard kliniku b’konsegwenza ta’ dan. Jekk, fl-istat sajjem, il-livelli tat-triglycerides huma għoljin jew jogħlew matul il-kura, hu rakkomandat li tinbeda terapija antilipemika, u jekk ikun meħtieġ, tnaqqis fid-doża (minn 300 mg/m2/kuljum ta’ bexarotene għal 200 mg/m2/kuljum, u jekk meħtieġ għal 100 mg/m2/kuljum) jew it-twaqqif tal-kura. Informazzjoni minn studji kliniċi tindika li l-konċentrazzjonijiet ta’ bexarotene ma kinux affettwati mill-għoti fl-istess ħin ta’ atorvastatin. Madankollu, l-għoti fl-istess ħin ta’ gemfibrozil irriżulta f’żidiet sostanzjali fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ bexarotene, u għalhekk, l-għoti fl-istess ħin ta’ gemfibrozil ma’ bexarotene mhuwiex rakkomandat (ara sezzjoni 4.5). Żidiet tal-kolesterol fis-serum għandhom ikunu mmaniġġjati skond il-prattika medika kurrenti.

Pankreatite: fi studji kliniċi, il-pankreatite akuta marbuta ma’ żidiet ta’ triglycerides fis-serum fl-istat sajjem, kienet irrappurtata. Pazjenti bis-CTCL li jkollhom fatturi ta’ riskju għall-pankreatite (eż. episodji ta’ pankreatite fil-passat, iperlipidimja mhux ikkontrollata, konsum żejjed ta’ alkoħol, dijabete mellitus mhux ikkontrollata, mard ta’ l-apparat biljari, u li qed jieħdu mediċini li huma magħrufin li jżidu l-livelli tat-triglycerides jew li huma marbuta ma’ tossiċità pankreatika), m’għandhomx ikunu kkurati b’bexarotene, ħlief jekk il-benefiċċju potenzjali jegħleb ir-riskju.

Anormalitajiet tat-Test tal-Funzjoni tal-Fwied (Liver Function Test - LFT): Kienu rrappurtati żidiet tal-LFT marbuta ma’ l-użu ta’ bexarotene. Ibbażat fuq informazzjoni mill-provi kliniċi li għadhom għaddejjin, iż-żieda ta’ LFTs għabet fi żmien xahar fi 80% tal-pazjenti wara tnaqqis fid-doża jew it- twaqqif tat-terapija. L-LFTs fil-linja bażi għandhom jinkisbu, u l-LFTs għandhom ikunu mmonitorjati bl-attenzjoni kull ġimgħa matul l-ewwel xahar, u mbagħad kull xahar wara dak il-perjodu. Għandha tingħata konsiderazzjoni lis-sospensjoni jew it-twaqqif ta’ bexarotene jekk ir-riżultati tat-test ikunu ta’ aktar minn tliet darbiet tal-Limitu ta’ Fuq tan-Normal għal SGOT/AST, SGPT/ALT, jew il-bilirubina.

Bidliet fit-test tal-funzjoni tat-tirojde: bidliet fit-testijiet tal-funzjoni tat-tirojde kienu osservati f’pazjenti li kienu qed jirċievu bexarotene, u fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu osservati bħala tnaqqis riversibbli fil-livelli ta’ l-ormon tat-tirojde (total ta’ thyroxine ta’ T4]) u fil-livelli ta’ l-ormon li jistimula t-tirojde (thyroid-stimulating hormone - TSH). It-testijiet tal-funzjoni tat-tirojde fil-linja bażi għandhom jinkisbu u mbagħad ikunu mmonitorati mill-anqas kull xahar matul il-kura u kif indikat mill-iżvilupp ta’ sintomi li huma konsistenti ma’ l-ipotirojdiżmu. Pazjenti b’ipotirojdiżmu sintomatiku li jkunu fuq terapija b’bexarotene, kienu kkurati b’supplimenti ta’ l-ormon tat-tirojde, bil-fejqan tas- sintomi.

Lewkopenja: lewkopenja marbuta mat-terapija b’bexarotene kienet irrappurtata fl-istudji kliniċi. Il- maġġoranza tal-każijiet fiequ wara tnaqqis fid-doża jew it-twaqqif tal-kura. Id-determinazzjoni ta’ l- għadd taċ-ċelluli tad-demm bojod flimkien ma’ l-għadd differenzjali għandhom jinkisbu fil-linja bażi, darba f’ġimgħa matul l-ewwel xahar u mbagħad kull xahar wara dak il-perjodu.

Anemija: anemija marbuta mat-terapija b’bexarotene kienet irrappurtata fl-istudji kliniċi. Id- determinazzjoni ta’ l-emoglobina għandha tinkiseb fil-linja bażi, darba f’ġimgħa matul l-ewwel xahar u mbagħad kull xahar wara dak il-perjodu. It-tnaqqis ta’ l-emoglobina għandu jkun immaniġġjat skond il-prattika medika kurrenti.

Opaċitajiet tal-lenti: wara l-kura b’bexarotene, kien osservat li xi pazjenti kellhom opaċitajiet tal-lenti fil-passat li ma kinux ġew innutati, jew bidla fl-opaċitajiet tal-lenti li kienu jeżistu minn qabel, li ma kinux marbuta mat-tul tal-kura jew mal-livell tad-doża ta’ l-espożizzjoni. Minħabba l-prevalenza għolja u r-rata naturali tal-formazzjoni ta’ katarretti fil-popolazzjoni tal-pazjenti aktar anzjani li kienu rrappreżentati fl-istudji kliniċi, ma kien hemm l-ebda rabta apparenti bejn l-inċidenza tal-formazzjoni ta’ l-opaċità tal-lenti u l-għoti ta’ bexarotene. Madankollu, ma kienx eskluż effett avvers tal-kura fit-tul ta’ bexarotene fuq l-opaċità tal-lenti fil-bnedmin. Kwalunkwe pazjent ikkurat b’bexarotene li jkollu diffikultajiet fil-vista, għandu jkollu eżami oftalmoloġiku adattat.

Supplimentazzjoni ta’ vitamina A: minħabba r-relazzjoni ta’ bexarotene ma’ vitamina A, il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jillimitaw is-supplimenti ta’ vitamina A għal 15,000 IU/kuljum biex jevitaw effetti tossiċi addittivi potenzjali.

Pazjenti li għandhom dijabete mellitus: għandha tingħata attenzjoni meta bexarotene jingħata lil pazjenti li jkunu qed jużaw l-insulina, mediċini li jtejbu t-tnixxija ta’ l-insulina (eż. sulfonylureas), jew sensitisers ta’ l-insulina (eż. thiazolidinediones). Ibbażat fuq il-mekkaniżmu magħruf ta’ l-azzjoni, bexarotene jista’ potenzjalment isaħħaħ l-azzjoni ta’ dawn il-mediċini, li tirriżulta f’ipogliċemija. Ma kienu rrappurtati l-ebda każijiet ta’ ipogliċemija marbuta ma’ l-użu ta bexarotene bħala monoterapija.

Fotosensittività: L-użu ta’ xi retinojdi kien marbut ma’ sensittività għad-dawl. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jimminimizzaw l-espożizzjoni għad-dawl tax-xemx u biex jevitaw lampi li jintużaw sabiex wieħed jismar matul it-terapija b’bexarotene, għax informazzjoni in vitro tindika li bexarotene jista’ potenzjalment ikollu effett ta’ fotosensittività.

Kontraċettivi orali: bexarotene jista’ potenzjalment jikkaġuna enzimi metaboliċi u għalhekk, teoretikament inaqqas l-effikaċja tal-kontraċettivi oestroprogestative. Għaldaqstant, jekk il-kura b’bexarotene hi intenzjonata għal mara li jista’ jkollha t-tfal, metodu kontraċettiv affidabbli u mhux ormonali hu rakkomandat ukoll, minħabba li bexarotene jappartjeni għal klassi terapewtika li għaliha, ir-riskju ta’ malformazzjonijiet umani hu għoli.

Popolazzjoni pedjatrika:

Targretin mhuwiex rakkomandat fit-tfal (taħt l-età ta’ 18-il sena)

Targretin fih ammont żgħir ta’ sorbitol, għalhekk pazjenti li għandhom problem ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Effetti ta’ sustanzi oħrajn fuq bexarotene: Ma saru l-ebda studji biex jevalwaw l-interazzjonijiet ma’ bexarotene. Fuq il-bażi tal-metaboliżmu li jossida ta’ bexarotene minn ċitokrom P450 3A4 (CYP3A4), l-għoti flimkien ma’ sotto-strati oħrajn ta’ CYP3A4, bħal ketoconazole, itraconazole, inibituri tal- protease, clarithromycin u erythromycin, jista’ teoretikament iwassal għal żieda fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ bexarotene. Flimkien ma’ dan, l-għoti flimkien ma’ inducers ta’ CYP3A4 bħal rifampicin, phenytoin, dexamethasone jew phenobarbital, jista’ teoretikament jikkawża tnaqqis fil- konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ bexarotene.

L-attenzjoni hi rakkomandata f’każ li jingħata ma’ substrati ta’ CYP3A4 li jkollhom marġni terapewtika dejqa, i.e. sustanzi immunosuppressivi (cyclosporine, tacrolimus, sirolimus) kif ukoll ċitotossi metabolati minn CYP3A4, i.e. cyclophosphamide, etoposide, finasteride, ifosfamide, tamoxifen, vinca-alcaloids.

Analiżi tal-popolazzjoni tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ bexarotene f’pazjenti bis-CTCL indikat li l-għoti fl-istess ħin ta’ gemfibrozil irriżulta f’żidiet sostanzjali tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ bexarotene. Il-mekkaniżmu ta’ din l-interazzjoni mhuwiex magħruf. Taħt kundizzjonijiet simili, il- konċentrazzjonijiet ta’ bexarotene ma kinux affettwati mill-għoti fl-istess ħin ta’ atorvastatin jew levothyroxine. L-għoti fl-istess ħin ta’ gemfibrozil flimkien ma’ bexarotene mhuwiex rakkomandat.

L-effetti ta’ bexarotene fuq sustanzi oħrajn: hemm indikazzjonijiet li bexarotene jista’ jirriżulta f’induzzjoni ta’ CYP3A4. Għalhekk, l-għoti ripetut ta’ bexarotene jista’ jirriżulta f’awto-induzzjoni tal-metaboliżmu tiegħu stess u, partikularment, f’livelli tad-doża li jkunu ta’ aktar minn 300 mg/m2/kuljum, jista’ jżid ir-rata tal-metaboliżmu u jnaqqas il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ sustanzi oħrajn li jkunu metabolat minn ċitokrom P450 3A4, bħal tamoxifen. Pereżempju, bexarotene jista’ jnaqqas l-effikaċja tal-kontraċettivi orali (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6).

Bexarotene jista’ potenzjalment isaħħaħ l-azzjoni tal-insulina, ta’ sustanzi li jsaħħu s-sekrezzjoni tal- insulina (eż. sulfonylureas), jew ta’ sensitizzaturi tal-insulina (eż. thiazolidinediones), li jirriżultaw f’ipogliċemija (ara sezzjoni 4.4).

Interazzjonijiet tat-testijiet tal-laboratorju: Il-valuri ta’ l-assaġġ CA125 f’pazjenti b’kanċer ta’ l-ovarji jistgħu jiżdiedu bit-terapija b’bexarotene.

Interazzjonijiet ma’ l-ikel: fil-provi kliniċi kollha, il-pazjenti ngħataw parir biex jieħdu l-kapsuli Targretin kapsuli ma’ l-ikel, jew immedjatament wara l-ikel. Fi studju kliniku wieħed, il-valuri ta’ l- AUC u tas-Cmax ta’ bexarotene fil-plażma kienu ogħla b’mod sostanzjali wara l-għoti ta’ ikla li kien fiha x-xaħam meta mqabbla mal-valuri wara l-għoti ta’ soluzzjoni tal-glucose. Billi l-informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja mill-provi kliniċi hi bbażata fuq l-għoti ma’ l-ikel, hu rakkomandat li l- kapsuli Targretin jittieħdu ma’ l-ikel.

Fuq il-bażi tal-metaboliżmu li jossida ta’ bexarotene minn ċitokrom P450 3A4, il-meraq tal-grejpfrut teoretikament jista’ jwassal għal żieda fil-konċentrazzjonijiet ta’ bexarotene fil-plażma.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala: m’hemmx informazzjoni biżżejjed mill-użu ta’ bexarotene f’nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva. Fuq bażi tal-paragun ta’ espożizzjonijiet ta’ bexarotene fuq l- annimali u fuq il-pazjenti, ma ntweriex marġni ta’ sigurtà għat-teratoġeniċità fil-bniedem (ara sezzjoni 5.3). Bexarotene m’għandux jingħata waqt it-tqala (ara sezzjoni 4.3).

Jekk dan il-prodott mediċinali jintuża bi żball matul it-tqala, jew jekk il-pazjenta toħroġ tqila meta tkun qed tieħu dan il-prodott mediċinali, il-pazjenta għandha tkun infurmata dwar il-periklu potenzjali lill-fetu.

Kontraċezzjoni fl-irġiel u fin-nisa: nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċettiv effettiv meta jużaw bexarotene. Test tat-tqala negattiv, sensittiv, (eż. serum beta-human chorionic gonadotropin, beta-HCG) għandu jinkiseb fi żmien ġimgħa qabel ma tinbeda t-terapija b’bexarotene. Għandu jintuża kontraċettiv effettiv minn meta jsir magħruf li t-test tat-tqala hu negattiv sal-bidu tat- terapija, matul it-terapija, u għall mill-anqas xahar wara t-twaqqif tat-terapija. Fejn il-kontraċezzjoni tkun meħtieġa, hu rakkomandat li żewġ forom affidabbli ta’ kontraċezzjoni jintużaw flimkien. Bexarotene jista’ potenzjalment jikkaġuna enzimi metaboliċi, u għalhekk, teoretikament, inaqqas l- effikaċja tal-kontraċettivi oestroprogestative (ara sezzjoni 4.5). Għaldaqstant, jekk il-kura b’bexarotene hi intenzjonata għal mara li jista’ jkollha t-tfal, metodu kontraċettiv affidabbli u mhux ormonali hu rakkomandat ukoll. Pazjenti rġiel b’sieħba sesswali li huma tqal, possibbilment tqal, jew li potenzjalment jistgħu joħorġu tqal, għandhom jużaw il-kondoms waqt il-kopulazzjoni sesswali meta jkunu qed jieħdu bexarotene, u għal mill-anqas xahar wara l-aħħar doża.

Treddigħ: Mhux magħruf jekk bexarotene jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Bexarotene m’għandux jintuża fuq ommijiet li jkunu qed ireddgħu.

Fertilità: m’hemmx dejta fuq il-bniedem dwar l-effett ta’ bexarotene fuq il-fertilità. Fi klieb irġiel, xi effetti ġew dokumentati (ara sezzjoni 5.3). Effetti fuq il-fertilità ma jistgħux jiġu esklużi.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. Madankollu, l-isturdament u diffikultajiet fil-vista kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jieħdu Targretin. Pazjenti li jkollhom sturdament jew diffikultajiet fil-vista matul it-terapija, m’għandhomx isuqu jew iħaddmu xi makkinarju.

4.8Effetti mhux mixtieqa

a. Sommarju tal-profil tas-sigurtà:

Is-sigurtà ta’ bexarotene kien eżaminata fi studji kliniċi fuq 193 pazjent li kellhom CTCL li rċivew bexarotene sa 118-il ġimgħa, u f’420 pazjent li ma kellhomx kanċer tas-CTCL fi studji oħrajn.

F’109 pazjent bis-CTCL li kienu kkurati fid-doża rakkomandata tal-bidu ta’ 300 mg/m2/kuljum, l-aktar reazzjonijiet avversi għal Targretin li kienu rrappurtati b’mod komuni kienu iperlipemija ((primarjament livell għoli ta’ triglycerides) 74%), ipotirojdiżmu (29%), iperkolesterolemija (28%), uġigħ ta’ ras (27%), lewkopenja (20%), ħakk (20%), astenja (19%), raxx (16%), dermatite bil-qxur (15%), u uġigħ (12%).

b. Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi:

Dawn ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin, marbuta ma’ Tagretin, kienu rrappurtati matul studji kliniċi f’pazjenti bis-CTCL (N=109) li kienu kkurati fid-doża rakkomandata tal-bidu ta’ 300 mg/m2/kuljum. Il-frekwenzi tar-reazzjonijiet avversi huma kklassifikati bħala komuni ħafna (>1/10), komuni (>1/100, <1/10), mhux komuni (>1/1,000, <1/100), rari (>1/10,000, <1/1,000), u rari ħafna (<1/10,000).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L- effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Komuni ħafna:

Lewkopenja

Komuni:

Reazzjoni Qisha Limfoma, Limfadenopatija, Anemija Ipokromika1,2,3,

Mhux komuni:

Diskrasija tad-Demm, Purpura, Disturbi tal-Koagulazzjoni, Żieda fil-Ħin tal-

 

Koagulazzjoni2,3, Anemija1, Tromboċitopenja3, Tromboċitemija, Eosinofilja1,

 

Lewkoċitosi2, Limfoċitosi

Disturbi fis-sistema endokrinarja

Komuni ħafna:

Ipotirojdiżmu

Komuni:

Disturbi tat-Tirojde

Mhux komuni:

Ipertirojdiżmu

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni ħafna:

Iperlipemija, Iperkolesterolemija

Komuni:

Żieda fil-Piż, Żieda fis-SGOT, Żieda fis-SGPT, Żieda fil-Lactic Dehydrogenase,

 

Żieda fil-Krejatinina, Ipoproteinemija,

Mhux komuni:

Gotta, Bilirubinemija1,3, Żieda fil-BUN1, Tnaqqis fil-Lipoproteina b’Densità

 

Għolja

Disturbi fis-sistema nervuża:

Komuni:

Sturdament, Ipestesija, Nuqqas ta’ Rqad

Mhux komuni:

Atassja, Newropatija, Sturdament, Iperestesija, Dipressjoni1,2,3, Aġitazzjoni

Disturbi fl-għajnejn

 

Komuni:

Għajnejn Xotti, Disturbi fl-Għajnejn

Mhux komuni:

Katarretti Speċifikati1,2,3, Amblijopija3, Difett fil-Kamp Viżiv, Leżjoni tal-

 

Kornea, Vista Anormali1,2,3, Blefarite, Konġuntivite3

Disturbi fil-widnejn u fis-sistema labirintika

Komuni:

Tittarrax

Mhux komuni:

Disturbi tal-Widnejn

Disturbi fil-qalb

 

Mhux komuni:

Takikardija

Disturbi vaskulari

 

Komuni:

Edema Periferali

Mhux komuni:

Emorraġija, Pressjoni tad-Demm Għolja, Edema3, Vażodilatazzjoni1,2,3, Vini

 

Varikużi

Disturbi gastro-intestinali

Komuni:

Rimettar, Dijarea1,3, Nawseja3, Anoreksja1, Testijiet tal-Funzjoni tal-Kliewi

 

b’Riżultat Anormali, Cheilitis2, Ħalq Xott2,3, Stitikezza, Gass,

Mhux komuni:

Pankreatite1,3, Insuffiċjenza Epatika, Disturbi Gastrointestinali1

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Komuni ħafna:

Dermatite bil-Qxur, Ħakk, Raxx

Komuni:

Ulċera fil-Ġilda, Alopeċja1, Ipertrofija tal-Ġilda, Għoqod fil-Ġilda, Akne,

 

Għaraq, Ġilda Xotta2,3, Disturbi fil-Ġilda

Mhux komuni:

Ħruġ ta’ Likwidu Qisu Serum1, Herpes Simplex, Raxx bil-Ponot, Tibdil fil-

 

Kulur tal-Ġilda3 Disturbi fix-Xagħar1, Disturbi fid-Dwiefer1,3

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Komuni:

Uġigħ fl-Għadam, Artralġja, Mijalġja

Mhux komuni:

Mijastenja1

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Mhux komuni:

Albuminuria1,3, Funzjoni Anormali tal-Kliewi

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Komuni ħafna:

Uġigħ, Uġigħ ta’ ras, Astenja

Komuni:

Reazzjoni Allerġika, Infezzjoni, Tertir ta’ Bard1, Uġigħ ta’ Żaqq, Livelli

 

Mibdula ta’ l-Ormoni1

Mhux komuni:

Neoplażma, Deni1,2,3, Ċellulite, Infezzjoni Parassitika, Disturbi fil-Membrana

 

Mukuża3, Uġigħ fid-Dahar1,2,3, Test tal-Laboratorju Anormali

1:reazzjonijiet avversi osservati flimkien ma’ żieda fil-frekwenza meta bexarotene ingħata f’doża ta’ >300mg/m2/kuljum.

2:reazzjonijiet avversi osservati flimkien ma’ żieda fil-frekwenza meta bexarotene ingħata f’doża ta’ 300 mg/m2/kuljum f’pazjenti li m’għandhomx kanċer tas-CTCL.

3:reazzjonijiet avversi osservati flimkien ma’ żieda fil-frekwenza meta bexarotene ingħata f’doża ta’ >300 mg/m2/kuljum (meta mqabbel ma’ l-għoti lil pazjenti bis-CTCL f’doża ta’ 300 mg/m2/kuljum) f’pazjenti li m’għandhomx kanċer tas-CTCL.

Reazzjonijiet avversi addizzjonali osservati meta l-mediċina tintuża ’il barra mid-doża rakkomandata u l-indikazzjoni (i.e. tintuża fis-CTCL f’doża tal-bidu ta’ >300mg/m2/kuljum jew f’indikazzjonijiet ta’ kanċer li mhux tas-CTCL):

Reazzjonijiet avversi ġodda li kienu osservati: ekkimożi, tbenġil, ċelluli bojod tad-demm anormali, tnaqqis fit-thromboplastin, eritroċiti anormali, deidrazzjoni, żieda fl-ormon gonadotrofiku luteinizing, telf ta’ piż, żieda fl-alkaline phosphatase, żieda fil-krejatinina phosphokinase, żieda fil-lipase, iperkalċemija, emigranja, nevrite periferali, parestesija, ipertonija, konfużjoni, ansjetà, nuqqas ta’ stabbilità emozzjonali, ngħas, tnaqqis fil-libido, nervożità, ma tibqax tara bil-lejl, nystagmus, disturbi fil-lakrimazzjoni, żanżin fil-widnejn, tibdil fit-togħma, uġigħ fis-sider, arritmija, disturbi vaskulari periferali, edema ġeneralizzata, emoptisi, qtugħ ta’ nifs, żieda fis-sogħla, sinusite, farinġite, disfaġja, ulċerazzjoni tal-ħalq, moniliasi orali, stomatite, dispepsja, għatx, ippurgar anormali, titfewwaq, raxx vesikobulluż, raxx makulopapulari, bugħawwieġ fir-riġlejn, ematurja, sindrome ta’ l-influwenza, uġigħ pelviku, u riħa tal-ġisem.

Osservazzjonijiet waħidhom ta’ dawn li ġejjin kienu rrappurtati wkoll: nuqqas fil-funzjoni tal- mudullun, tnaqqis fil-prothrombin, tnaqqis fl-ormon gonadotrofiku luteinizing, żieda fl-amylase, iponatremija, ipokalemija, iperurikemija, ipokolesterolemija, ipolipemija, ipomanjesemija, timxi b’mod anormali, sturdament, parestesija ċirkumorali, ħsibijiet anormali, uġigħ fl-għajnejn, ipovolemija, ematoma subdurali, insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, palpitazzjoni, tinfaraġ, anomalija vaskulari, disturbi vaskulari, sfurija, pnewmonja, disturbi respiratorji, disturbi tal-pulmun, disturbi tal- plewra, koleċistite, ħsara fil-fwied, suffejra, suffejra kolestatika, melaena, rimettar, larinġiżmu, tenesmus, rinite, żieda fl-aptit, ġinġivite, herpes zoster, psorjasi, furunkolosi, dermatite tal-kuntatt, seborrea, dermatite lichenoid, artrite, disturbi tal-ġogi, żamma ta’ l-awrina, indeboliment meta tagħmel l-awrina, tagħmel ammont eċċessiv ta’ awrina, notturnja, impotenza, anormalità fl-awrina, tkabbir tas- sider, karċinoma, reazzjoni tas-sensittività għad-dawl, edema tal-wiċċ, telqa, infezzjoni virali, tkabbir fid-daqs taż-żaqq.

Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet avversi kienu osservati f’inċidenza ogħla f’dożi akbar minn

300 mg/m2/kuljum. Ġeneralment, dawn fiequ mingħajr ma kien hemm l-ebda kundizzjonijiet jew mard b’konsegwenza ta’ dan, malli tnaqqset id-doża jew twaqqfet il-kura. Madankollu, fost total ta’ 810 pazjenti, li jinkludi dawk mingħajr malinn, li kienu kkurati b’bexarotene, kien hemm tliet reazzjonijiet avversi serji b’riżultat fatali (pankreatite akuta, ematoma subdurali u insuffiċjenza tal-fwied). Minn dawn, l-insuffiċjenza tal-fwied, li sussegwentement kien stabbilit li ma kinitx marbuta ma’ bexarotene, kienet l-unika waħda li seħħet f’pazjent li kellu CTCL.

L-ipotirojdiżmu ġeneralment iseħħ 4-8 ġimgħat wara l-bidu tat-terapija. Dan jista’ jkun asintomatiku u jirrispondi għall-kura b’thyroxine u jfieq malli titwaqqaf il-kura.

Bexarotene għandu profil differenti għar-reazzjonijiet avversi għal retinojdi selettivi non-retinoid X receptor (RXR) orali oħrajn. Minħabba l-attività primarja tiegħu tat-twaħħil ma’ RXR, bexarotene hu inqas probabbli li jikkawża tossiċitajiet fil-ġilda u fil-membrani mukużi, fid-dwiefer u fix-xagħar; artralġja; u mijalġja; li huma b’mod frekwenti rrappurtati ma’ sustanzi li jeħlu tar-retinoic acid receptor (RAR).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-ebda esperjenza klinika b’doża eċċessiva ta’ Targretin ma kienet irrappurtata. Kwalunkwe doża eċċessiva għandha tkun ikkurata b’kura ta’ appoġġ għas-sinjali u s-sintomi li jintwerew mill-pazjent.

Dożi ta’ bexarotene sa 1000 mg/m2/kuljum ingħataw fi studji kliniċi mingħajr l-ebda effetti tossiċi akuti. Dożi waħidhom ta’ 1500 mg/kg (9000 mg/m2) u ta’ 720 mg/kg (14,400 mg/m2) kienu ttollerati mingħajr tossiċità sinifikanti fil-firien u l-klieb, rispettivament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: sustanzi antineoplastiċi oħrajn, Kodiċi ATC: L01XX25

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Bexarotene hu kompost sintetiku li jeżercita l-azzjoni bijoloġika tiegħu permezz ta’ twaħħil selettiv u l-attivazzjoni tal-tliet RXRs: , , u . Ġaladarba attivati, dawn ir-riċetturi jiffunzjonaw bħala l-fatturi

tat-traskrizzjoni li jirregolaw proċessi bħad-differenzazzjoni u l-proliferazzjoni ċellulari, l-apoptosi, u s-sensibilizzazzjoni ta’ l-insulina. Il-ħila tal-RXRs li jiffurmaw heterodimers ma’ l-imsieħba varji tar- riċetturi li huma importanti fil-funzjoni ċellulari u fil-fiżjoloġija tindika li l-attivitajiet bijoloġiċi ta’ bexarotene huma aktar diversi milli minn dawk tal-komposti li jattivaw l-RARs.

In vitro, bexarotene jinibixxi t-tkabbir ta’ razza ta’ ċelluli tat-tumur, ta’ oriġini ematopojetika u taċ- ċelluli skwamużi. In vivo, bexarotene jikkawża rigressjoni tat-tumur f’xi mudelli ta’ l-annimali, u jevita l-induzzjoni tat-tumur f’oħrajn. Madankollu, il-mekkaniżmu eżatt ta’ l-azzjoni ta’ bexarotene fil-kura ta’ cutaneous T-cell lymphoma (CTCL) mhuwiex magħruf.

Riżultati kliniċi

Il-kapsuli bexarotene kienu evalwati fi provi kliniċi fuq 193 pazjent li kellhom CTCL, li minnhom 93 kellhom il-marda li kienet fi stadju avvanzat u li kienet refrattarja għal terapija sistemika li saret qabel. Fost il-61 pazjent li kienu kkurati b’doża tal-bidu ta’ 300 mg/m2/kuljum, ir-rata tar-rispons totali, skond evalwazzjoni globali mit-tabib, kienet ta’ 51% (31/61) b’rata ta’ rispons sħiħ kliniku ta’ 3%. Ir- risponsi kienu stabbiliti wkoll minn punteġġ kompost ta’ ħames sinjali kliniċi (superfiċje tal-wiċċ, eritema, elevazzjoni tal-plakka, qoxra u ipo/iperpigmentazzjoni) li kkunsidraw ukoll il- manifestazzjonijiet kollha tas-CTCL ’il barra mill-ġilda. Ir-rata totali tar-rispons skond din l- evalwazzjoni komposta kienet ta’ 31% (19/61) flimkien ma’ rata ta’ rispons sħiħ kliniku ta’ 7% (4/61).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Proporzjonalità ta’ l-assorbiment/doża: Il-farmakokinetiċi kienu lineari sa doża ta’ 650 mg/m2. Il- valuri tal-half-life ta’ l-eliminazzjoni terminali kienu ġeneralment bejn siegħa u tliet sigħat. Wara l- għoti ta’ dożi ripetuti darba kuljum f’livelli tad-doża ta’ 230 mg/m2, is-Cmax u l-AUC f’xi pazjenti kienu anqas mill-valuri rispettivi għal doża waħda. Ma kienet osservata l-ebda evidenza ta’ akkumulazzjoni fit-tul. Fil-livell tad-doża rakkomandata tal-bidu ta’ kuljum (300 mg/m2), il-parametri farmakokinetiċi ta’ dożi waħidhom u ta’ dożi ripetuti ta’ kuljum ta’ bexarotene kienu simili.

Distribuzzjoni

Twaħħil/distribuzzjoni tal-proteina: Bexarotene jeħel ħafna (>99%) mal-proteini tal-plażma. It-teħid ta’ bexarotene minn organi jew tessuti ma kienx evalwat.

Bijotrasformazzjoni

Metaboliżmu: Il-metaboliti ta’ bexarotene fil-plażma jinkludu 6- u 7-hydroxy-bexarotene u 6- u 7-oxo- bexarotene. In vitro, l-istudji jissuġġerixxu l-glukoronidazzjoni bħala l-passaġġ metaboliku, u li ċitokrom P450 3A4 hu ċ-ċitokrom maġġuri ta’ l-isożima P450 responsabbli għall-formazzjoni tal- metaboliti li jossidaw. Ibbażat fuq it-twaħħil in vitro u l-profil ta’ l-attivazzjoni tar-riċettur retinojdi tal-metaboliti, u fuq l-ammonti relattivi tal-metaboliti individwali fil-plażma, il-metaboliti għandhom impatt żgħir fuq il-profil farmakoloġiku ta’ l-attivazzjoni tar-riċettur retinojdi minn bexarotene.

Eliminazzjoni

Tneħħija: La bexarotene u lanqas il-metaboliti tiegħu ma jitneħħew fl-awrina f’xi ammonti apprezzabbli. It-tneħħija stmata renali ta’ bexarotene hi anqas minn 1 ml/minuta. It-tneħħija renali mhijiex passaġġ sinifikanti ta’ l-eliminazzjoni għal bexarotene.

Farmokinetika f’Popolazzjonijiet Speċjali

Età: Ibbażat fuq l-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni ta’ dejta għal 232 pazjent li kellhom

≥ 65 sena u 343 pazjent li kellhom < 65 sena, l-età ma kellha l-ebda effett statistikament sinifikanti fuq il-farmakokinetika ta’ bexarotene.

Piż tal-Ġisem u Sess: Ibbażat fuq l-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni ta’ dejta għal 614-il pazjent b’medda ta’ piż ta’ 26 sa 145 kg, it-tneħħija apparenti ta’ bexarotene tiżdied ma’ żieda fil-piż tal-ġisem. Is-sess tal-persuna ma kellu l-ebda effett statistikament sinifikanti fuq il-farmakokinetika ta’ bexarotene.

Razza: Ibbażat fuq l-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni ta’ dejta għal 540 pazjent Kawkasu u 44 pazjent Iswed, il-farmakokinetika ta’ bexarotene hi simili fis-Suwed u fil-Kawkasi. Hemm dejta insuffiċjenti biex jiġu evalwati differenzi potenzjali fil-farmakokinetika ta’ bexarotene għal razez oħrajn.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Bexarotene mhuwiex ġenotossiku. Ma sarux studji dwar il-karċinoġeneċità. Ma sarux studji dwar il- fertilità; madankollu, fi klieb irġiel li kienu sesswalment immaturi, kienu osservati l-aspermatoġenesi riversibbli (fi studju li dam 28 jum) u deġenerazzjoni (fi studju li dam 91 jum). Meta bexarotene ingħata għal sitt xhur lil klieb li kienu sesswalment maturi, ma kienu osservati l-ebda effetti testikulari. L-effetti fuq fertilità ma jistgħux ikunu esklużi. Bexarotene, bħal fil-każ tal-maġġoranza tar-retinojdi, kien teratoġeniku u embrijotossiku fi speċi ta’ annimali li kienu ttestjati f’espożizzjonijiet sistemiċi li jistgħu jintlaħqu klinikament fil-bnedmin. Katarretti irriversibbli li kienu jinvolvu n-naħa ta’ wara żona tal-lenti, seħħew fil-firien u fil-klieb li kienu kkurati b’bexarotene f’espożizzjonijiet sistemiċi li jistgħu jintlaħqu klinikament fil-bnedmin. L-etjoloġija ta’ din is-sejba mhijiex magħrufa. Effett avvers tal-kura fit-tul ta’ bexarotene fuq il-formazzjoni tal-katarretti fil-bnedmin ma kinitx eskluża.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Kontenut tal-kapsula: macrogol polysorbate povidone

butylated hydroxyanisole

Qoxra tal-kapsula: gelatin

sorbitol special-glycerin blend (glycerin, sorbitol, sorbitol anhydrides (1,4-sorbitan), mannitol u ilma) titanium dioxide (E171)

linka ta’ l-istampar (SDA 35A alcohol (ethanol u ethyl acetate), propylene glycol (E1520), iron oxide black (E172), polyvinyl acetate phthalate, purified water, isopropyl alcohol, macrogol 400, ammonium hydroxide 28%)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 C. Żomm il-flixkun magħluq sewwa.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Fliexken tal-polyethylene b’densità għolja b’għatjien reżistenti għat-tfal, li fihom 100 kapsula.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eisai Ltd.

European Knowledge Centre Mosquito Way

Hatfield Hertfordshire AL10 9SN Ir-Renju Unit

tel: +44 (0)208 600 1400 fax: +44 (0)208 600 1401

e-mail: EUmedinfo@eisai.net

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/178/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 29 ta’ Marzu, 2001.

Data tal-aħħar tiġdid: 29 ta’ Marzu, 2006.

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati