Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Tasmar (tolcapone) – Fuljett ta’ tagħrif - N04BX01

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTasmar
Kodiċi ATCN04BX01
Sustanzatolcapone
ManifatturMeda AB

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Tasmar 100 mg pilloli miksija b’rita

Tolcapone

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Tasmar u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Tasmar

3.Kif għandek tieħu Tasmar

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Tasmar

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Tasmar u għalxiex jintuża

Għall-kura tal-marda ta’ Parkinson, Tasmar jintuża flimkien mal-prodott mediċinali levodopa (bħala levodopa/benserazide jew levodopa/carbidopa).

Tasmar jintuża meta l-ebda mediċina alternattiva oħra ma tkun tista’ tistabbilizza il-marda ta’ Parkinson.

Għall-kura tal-marda ta’ Parkinson tiegħek inti diġà tieħu levodopa.

Proteina naturali (enzima) f’ġismek, (COMT) Catechol-O-methyltransferase tkisser levodopa. Tasmar jimblokka din l-enzima u b’hekk irażżan it-tkissir tal-levodopa. Dan ifisser li meta tittieħed flimkien ma’ levodopa (bħala levodopa/benserazide jew levodopa/carbidopa) għandu jkollok titjib fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Tasmar

Tieħux Tasmar:

-jekk għandek mard tal-fwied jew żjieda fl-enzimi tal-fwied.

-jekk għandek moviment involontarju (diskinesija) sever.

-jekk għandek passat ta’ sintomi severi ta’ twebbis tal-muskoli, deni u konfużjoni mentali

(Kumpless ta’ sintomi ta’ Sindrome Newrolettiku Malinn (NMS)) u/jew għandek ħsara fit-tessut tal- muskoli skeletriċi (Rabdomijolisi mhux trawmatika) jew ipertermja (deni).

-jekk għandek sensittività eċċessiva (allerġiku/a) għas-sustanza attiva tolcapone jew għal xi sustanza oħra ta’ Tasmar.

-jekk għandek tip ta’ tumur speċjali fil-medulla adrenali (Phaeochromocytoma)

-jekk qed tieħu ċertu mediċina għall-kura tad-depressjoni u l-ansjetà, imsejjħa inibitur mhux selettiv ta’ mono amino oxidase (MAO).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Tasmar.

M’għandekx tibda tieħu Tasmar qabel it-tabib tiegħek

-ikun iddeskriva r-riskji ta’ kura b’Tasmar

-ikun spejga l-miżuri neċessarji sabiex tnaqqas dawk ir-riskji,

-ikun wieġeb kull mistoqsijiet li jista’ jkollok.

- jekk inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija. It-tabib tiegħek se jiddiskuti r-riskji u l- benefiċċji ta’ teħid ta’ Tasmar waqt it-tqala. L-effetti ta’ Tasmar ma ġewx studjati fit-trabi.

M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek waqt kura b’Tasmar.

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti jew il-familja tiegħek/persuna li tieħu ħsiebek tinnota li qed tiżviluppa xewqat jew aptit li ġġib ruħek b’mod li mhux normali għalik jew li ma tistax tirreżisti l-impuls, xewqa jew tentazzjoni li tagħmel ċertu attivitajiet li jistgħu jagħmlu ħsara lilek jew lill-oħrajn. Din l-imġiba hija msejjħa disturb fil-kontroll tal-impuls u tista’ tinkludi logħob tal-azzard li jwassal għall-vizzju, ikel jew infieq żejjed, xewqa għas-sess għolja b’mod mhux normali jew tħassib b’żieda fi ħsibijiet jew sensazzjonijiet sesswali. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn jirrevedi il-kura tiegħek.

Għandek tingħata Tasmar biss jekk il-marda ta’ Parkinson tiegħek ma tkunx ikkontrollata b’mod adegwat b’terapiji oħra.

Barra dan, jekk wara 3 ġimgħat ma titjiebx biżżejjed biex tiġġustifika r-riskji li tkompli bil-kura, it- tabib teigħek se jwaqqaf il-kura b’Tasmar.

Ħsara fil-fwied:

Tasmar jista’ jikkawża ħsara rari iżda potenzjalment fatali fil-fwied. Il-ħsara fil-fwied seħħet l-aktar wara xahar u qabel 6 xhur. Għandu jiġi nnutat ukoll li pazjenti femminili jista’ jkollhom riskju akbar ta’ ħsara fil-fwied. Għalhekk, iridu jiġu kkunsidrati l-miżuri ta’ prevenzjoni li ġejjin.

Qabel tibda l-kura:

Biex tnaqqas ir-riskju ta’ ħsara fil-fwied m’għandekx tuża Tasmar jekk

-għandek mard tal-fwied

-f’kaz ta’ riżultat tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoli fit-test tad-demm magħmul qabel il-bidu tal-kura (testijiet ta’ alanine amino transferase (ALT) u aspartate amino transferase (AST)).

Waqt li qed tirċievi l-kura:

Waqt il-kura, testijiet tad-demm se jsiru fl-intervlli ta’ żmien li ġejjin:

-kull ġimagħtejn waqt l-ewwel 12-il xahar ta’ terapija,

-kull 4 ġimgħat waqt is-6 xhur ta’ terapija ta’ wara,

-kull 8 ġimgħat waqt aktar kura.

Il-kura se titwaqqaf, jekk dawn it-testijiet ta’ demm ma jibqgħux normali.

Il-kura b’Tasmar kultant tista’ twassal għal disturbi fil-mod kif jaħdem il-fwied. Għalhekk, jekk ikollok esperjenza ta’ sintomi bħal tqalligħ, rimettar, uġigħ fl-istonku (speċjalment fuq il-fwied fin- naħa tal-lemin ta’ fuq), telf ta’ aptit, dgħjufija, deni, awrina skura, suffejra (sfurija tal-ġilda jew tal- għajnejn) jew jekk tgħejja aktar malajr, għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek minnufih.

Jekk ġà ġejt ikkurat b’Tasmar u żviluppajt ħsara akuta fil-fwied waqt il-kura, Tasmar m’għandux jerġa’ jinbeda mill-ġdid.

NMS (Sindrome Newrolettiku Malinn):

Waqt kura b’Tasmar jistgħu jseħħu sintomi tas-Sindrome Newrolettiku Malinn. NMS jikkonsisti f’xi uħud jew f’dawn kollha li ġejjin:

-ebusija severa tal-muskoli, movimenti ta’ ġbid fil-muskoli, dirgħajn jew riġlejn, u uġigħ fil- muskoli. Ħsara fil-muskoli kultant tista’ tikkawża awrina skura.

-sintomi importanti oħrajn huma deni ogħli u konfużjoni mentali.

Rari ħafna, wara li Tasmar jew mediċini oħrajn kontra l-marda ta’ Parkinson jitnaqqsu f’daqqa jew jitwaqqfu, jista’ jkollok esperjenza ta’ sintomi severi ta’ ebusija tal-muskoli, deni jew konfużjoni mentali. Jekk iseħħ dan għarraf lit-tabib tiegħek.

Għandhom jiġu kkunsidrati l-miżuri ta’ prevenzjoni li ġejjin. Qabel tibda l-kura:

Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ NMS m’għandekx tuża Tasmar jekk it-tabib tiegħek jgħidlek li għandek moviment involontarju sever (diskinesja) jew marda passata li setgħet kienet NMS.

Għarraf lit-tabib tiegħek bil-mediċini kollha, kemm dawk bir-riċetta kif ukoll dawk mingħar riċetta, għaliex ir-riskju ta’ NMS jista’ jiżdied jekk tkun qed tieħu ċertu mediċini speċifiċi

Waqt li qed tirċievi l-kura:

Jekk tiżviluppa xi sintomi kif deskritt fuq, li taħseb li jistgħu jkunu NMS, għandek tirrappurthom immedjatament lit-tabib tiegħek.

Twaqqafx Tasmar jew kwalunkwe mediċina oħra għall-marda ta’ Parkinson mingħajr ma tgħid lit- tabib tiegħek għax dan jista’ jżid ir-riskju ta’ NMS.

Għarraf lit-tabib tiegħek ukoll:

-jekk għandek xi mard ieħor minbarra l-marda ta’ Parkinson.

-jekk inti allerġiku/a għall-mediċini, ikel u kuluri oħrajn.

-jekk hekk kif bdejt u waqt il-kura b’Tasmar ikollok sintomi li jistgħu jkunu kkawżati minn levodopa bħal moviment involontarju (diskinesja) u tqalligħ.

Jekk ma tħossokx tajjeb, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek għax għandu mnejn ikollok bżonn tieħu inqas levodopa.

Tfal u adoloxxenti

Tasmar mhux irrakkomandat għall-użu fi tfal b’età inqas minn 18-il peress li m’hemmx dejta suffiċjenti dwar is-sigurtà jew l-effikaċja. M’hemmx indikazzjoni rilevanti għall-użu fit-tfal u l- adoloxxenti.

Mediċini oħra u Tasmar

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta (mediċini u ħxejjex mediċinali li ma jirrikjedux riċetta).

Jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek b’kull mediċina oħra li qiegħed tieħu speċjalment:

-antidipressanti,

-alpha-methyldopa (użata għall pressjoni għolja),

-apomorphine (użata għall-marda ta’ Parkinson),

-dobutamine (użata fil-kontroll tal-ħsara konġestiva fil-qalb),

-adrenalina u isoprenaline (it-tnejn użati għall-attakki tal-qalb),

-sustanzi kontra il-koagulazzjoni tad-demm tat-tip ta’ warfarin (li jipprevjenu t-tgħaqid tad- demm). F’dan il-każ, it-tabib tiegħek jista’ jwettaq testijiet tad-demm regolari sabiex isegwi l-faċilità li biha jgħaqad id-demm.

Jekk tmur l-isptar jew jekk tiġi preskritt mediċina ġdida, għandek tgħid lit-tabib tiegħek li qed tieħu

Tasmar.

Tasmar ma’ ikel u xorb u alkoħol

Ibla’ Tasmar ma’ l-ilma. Tasmar tista’ tittieħed ma’ l-ikel jew mingħajru.

Tasmar għandu jittieħed ma’ tazza ilma.

Tqala u treddigħ u fertilità

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija. It-tabib se jiddiskuti r- riskji u l-benefiċċji ta’ Tasmar waqt it-tqala.

L-effetti ta’ Tasmar ma’ ġewx studjati fuq it-tfal. M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek waqt kura b’Tasmar.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Peress li l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni tista’ tiġi affettwata mill-marda ta’ Parkinson, għandek tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Tasmar għandu effett fuq is-sintomi tal-marda ta’ Parkinson tiegħek.

Tasmar użat flimkien mal-mediċini l-oħra tiegħek għal Parkinson jista’ jikkawża ħedla ta’ ngħas eċċessiva (ngħas) u episodji ta’ rqad f’daqqa. Għalhekk għandek toqgħod lura minn sewqan jew tħaddim ta’ magni sakemm dawn l-episodji rikorrenti u ngħas eċċessiv jgħaddu.

Tasmar fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċertu zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Tasmar

Dejjem għandek tieħu Tasmar skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Doża u frekwenza tal-għoti:

It-tabib tiegħek dejjem għandu jibda l-kura tiegħek b’doża standard ta’ pillola waħda (100 mg (pillola waħda)) 3 darbiet kuljum.

Jekk ma jkunux osservati benefiċċji fi żmien 3 ġimgħat mill-bidu tal-kura, Tasmar għandu jitwaqqaf. Biex ittejjeb l-effikaċja, it-tabib tiegħek għandu jżid id-doża għal 2 pilloli 3 darbiet kuljum (200 mg tliet darbiet kuljum) biss jekk iż-żjieda fil-mod ta’ kif is-sintomi tal-marda ta’ Parkinson jiġu kkontrollati tegħleb iż-żjieda mistennija fl-effetti sekondarji. L-effetti sekondarji bid-doża ogħla spiss jistgħu jkunu severi u jistgħu jaffettwawlek il-fwied. Jekk ma tmurx għall-aħjar bid-doża ogħla wara total ta’ 3 ġimgħat, it-tabib tiegħek għandu jwaqqaf il-kura tiegħek b’Tasmar.

Meta tibda u waqt kura b’Tasmar, id-doża ta’ levodopa għandu mnejn ikollha bżonn tinbidel. It-tabib tiegħek se jgħidlek x’għandek tagħmel.

Kif għandek tieħu l-mediċina:

Ibla’ Tasmar ma’ tazza ilma. Taqsamx u tfarrakx il-pilloli.

L-ewwel pillola ta’ Tasmar għandha tittieħed filgħodu flimkien mal-mediċina l-oħra kontra l-marda ta’ Parkinson , ‘levodopa’.

Id-dożi li ġejjin ta’ Tasmar għandhom jittieħdu 6 u 12-il siegħa wara.

Ħin tal-

Doża

Nota

ġurnata

 

 

Filgħodu

pillola miksija b’rita ta’

Flimkien mal-ewwel doża ta’ kuljum ta’

 

Tasmar waħda

‘levodopa’

Waqt il-ġurnata

pillola miksija b’rita ta’

 

 

Tasmar waħda

 

Filgħaxija

pillola miksija b’rita ta’

 

 

Tasmar waħda

 

Jekk tieħu Tasmar aktar milli suppost

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek, spiżjar jew sptar immedjatament minħabba li jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika urġenti.

Jekk persuna oħra aċċidentalment tieħu l-mediċina tiegħek, ikkuntattja tabib jew sptar immedjatament għaliex jista’ jkollu/ha bżonn attenzjoni medika urġenti.

Sintomi ta’ doża eċċessiva jistgħu jinkludu tqalligħ, rimettar, sturdament u diffikultajiet biex tieħu n- nifs.

Jekk tinsa tieħu Tasmar

Ħudu minnufih malli tiftakar, imbagħad kompli ħudu fil-ħinijiet tas-soltu. Madankollu, jekk it-teħid tad-doża li jmiss ikun fil-viċin, m’għandekx tpatti għad-doża li tkun insejt.Tiħux doża doppja biex tpatti għal dożi individwali li nsejt tieħu. Jekk qbiżt diversi dożi, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek u segwi l-parir li jingħatalek.

Jekk tieqaf tieħu Tasmar

Tippruvax tnaqqas jew twaqqaf il-mediċina sakemm ma jgħidlekx hekk it-tabib tiegħek. Dejjem segwi l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek dwar it-tul ta’ żmien tat-trattament b’Tasmar.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħall kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji possibbli elenkati taħt hija definita bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja:

Komuni ħafna:

jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10

Komuni:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10

Mhux komuni:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100

Rari:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000

Rari ħafna:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000

Mhux magħrufa:

frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

Għid lit-tabib jew lill-spiżjar tiegħek kemm jista’ jkun malajr:

-jekk ma tħossokx sew waqt li tkun qed tieħu Tasmar

-jekk ikollok sintomi bħal tqalligħ, rimettar, uġigħ f’żaqqek, telf ta’ aptit, dgħjufija, deni, awrina tiskura jew suffejra peress li kultant kienu osservati disturbi fil-mod kif jaħdem il-fwied,

kultant epatite severa,

-jekk tinnota l-awrina tiegħek tiskura peress li dan jista’ jkun sinjal ta’ ħsara muskolari jew fil- fwied. Kwalunkwe bidla oħra fil-kulur tal-awrina fl-isfar normalment huwa bla periklu.

-jekk tiżviluppa dijarea persistenti jew severa

Hekk kif tibda u waqt il-kura tiegħek b’Tasmar, jista’ jkollok sintomi kkawżati minn levodopa bħal moviment involontarju u tqalligħ. Għalhekk, jekk tħossok ma tiflaħx, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek peress li għandu mnejn ikollok bżonn bidla fid-doża tiegħek ta’ levodopa.

Effetti sekondarji possibbli oħrajn:

Komuni ħafna:

-moviment involontarju (diskinesja),

-tqalligħ, tnaqqis fl-aptit, dijarea,

-uġigħ ta’ ras, sturdament,

-problemi fl-irqad, ngħas,

-tħossok ħa tistordi waqt li tkun bil-wiefqa, (ilmenti ortostatiċi),

-konfużjoni mentali u alluċinazzjonijiet,

-disturb fil-moviment bi spażmi involontarji tal-muskoli jew pożizzjonijiet ħżiena (distonja).

Komuni:

-uġigħ fis-sider,

-stitikezza, uġigħ fl-istonku, rimettar, ħalq jinħass xott,

-ħass ħażin,

-żjieda fl-għaraq,

-sintomi li jixbħu lill-influwenza,

-moviment volontarju u involontarju mnaqqas (ipokinesja),

-infezzjoni fil-passaġġ respiratorju ta’ fuq

Rari ħafna:

- sintomi severi ta’ ebusija fil-muskoli, deni jew konfużjoni mentali (Sindrome Newrolettiku Malinn) meta kura kontra l-Parkinson titnaqqas jew titwaqqaf f’daqqa

Inti jista’ jkollok l-effetti sekondarji li ġejjin:

nuqqas ta’ ħila li tirreżisti l-impuls li twettaq azzjoni li tista’ tagħmel ħsara, li tista’ tinkludi:

o Impuls qawwi li tilgħab logħob tal-azzard b’mod eċċessiv minkejja konsegwenzi personali jew familjari serji.

o Interess u mġiba sesswali mibdula jew miżjuda ta’ tħassib sinifikanti għalik jew għall-oħrajn, per eżempju, xewqa sesswali miżjuda.

o Xiri jew infieq eċċessiv u li ma jistax jiġi kkontrollat

o Teħid ta’ ikel ta’ spiss u malajr (teħid ta’ ammonti kbar ta’ ikel f’perijodu qasir ta’ żmien) jew teħid ta’ ikel b’mod koerċittiv ( teħid ta’ ikel aktar minn normal u aktar milli meħtieġ biex tissodisfa l- ġuħ tiegħek)

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok kwalunkwe mġiba minn dawn; se jiddiskuti modi kif jistgħu jiġu immaniġġati jew imnaqqsa s-sintomi

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen tasmar

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn kundizzjonijiet speċjali għall-ħażna

Tużax Tasmar jekk tara li l-pillolli huma ddanneġġati.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Tasmar

-Is-sustanza attiva hi tolcapone (100 mg f’kull pillola miksija b’rita)

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Il-pillola minn ġewwa: Calcium hydrogen phosphate (anhydrous), Microcrystalline cellulose, Polvidone K30, Sodium starch glycollate, Lactose monohydrate, Talc, Magnesium stearate. Kisja b’rita: Methylhydroxypropylcellulose, Talc, Iron oxide isfar (E 172), Ethylcellulose, Titanium dioxide (E 171), Triacetin, Sodium lauril sulfate.

Kif jidher Tasmar u l-kontenut tal-pakkett

Tasmar 100 mg huwa pillola ovali miksija b’rita li jkanġi minn kulur ċar għal isfar ċar. Fuq naħa waħda hemm imnaqqxa “TASMAR” u “100”. Tasmar huwa fornut bħala pilloli miksija b’rita li fihom

100 mg tolcapone. Huwa disponibbli f’folji f’pakketti ta’ 30 u 60 pillola u fi flixkien tal-ħġieġ f’pakketti ta’ 30, 60, 100 u 200 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

Meda AB

Pipers vag 2A

S-170 09 Solna

L-Isvezja

Il-Manifattur:

ICN Polfa Rzeszow S.A.

Ul. Przemyslowa 2

35-959 Rzeszow

Il-Polonja

Għall kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

MEDA Pharma S.A./N.V.

MEDA Pharma S.A./N.V.

Chaussée de la Hulpe 166/

Chaussée de la Hulpe 166/

Terhulpsesteenweg 166

Terhulpsesteenweg 166

B-1170 Brussels

B-1170 Brussels

Tél/Tel: +32 2 5 04 08 11

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: +32 2 5 04 08 11

България

Magyarország

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH

MEDA PHARMA Hungary Kereskedelmi Kft.

представителство за България

H-1139 Budapest

Одрин 71-75

Váci ut 91

1303 София

Tel.: +36 1 236 3410

Тел: +359 2 4177977

 

Česká republika

Malta

MEDA Pharma s.r.o.

Alfred Gera & Sons Ltd.

Kodaňská 1441/46

10, Triq il-Masġar

CZ 100 00 Praha 10

Qormi QRM 3217

Tel: +420 234 064 203

Tel:+356 21 446 205

Danmark

Nederland

Meda A/S

MEDA Pharma B.V.

Solvang 8

Krijgsman 20

DK-3450 Allerød

NL-1186 DM Amstelveen

Tlf: +45 44 52 88 88

Tel: +31 20 751 65 00

Deutschland

Norge

MEDA Pharma GmbH & Co. KG

Meda A/S

Benzstraße 1

Askerveien 61

D-61352 Bad Homburg v.d.H.

N-1384 Asker

Tel: + 49 6172 888 01

Tlf: +47 66 75 33 00

Eesti

Österreich

Meda Pharma SIA

MEDA Pharma GmbH

Parda tn 4

Guglgasse 15

10151 Tallinn

A-1110 Wien

Tel: +372 62 61 025

Tel: + 43 1 86 390 0

Ελλάδα

MEDA Pharmaceuticals Α.Ε.

Ευρυτανίας 3 Χαλάνδρι, 15231 Τηλ: +30 210 6775690

Fax: +30 210 6775695

España

MEDA Pharma S.L. Avenida de Castilla, 2

Parque Empresarial San Fernando Edificio Berlin

E-28830 San Fernando de Henares (Madrid) Tel: +34 91 669 93 00

France

MEDA Pharma 42 rue Washington 75008 Paris

Tél: +33 (0)1 56 64 10 70

Hrvatska

Medical Intertrade d.o.o. Dr. Franje Tuđmana 3 10431 Sveta Nedelja Tel: +385 1 3374 010

Ireland

Meda Health Sales Ireland Ltd.

Unit 34/35, Block A

Dunboyne Business Park

Dunboyne

IRL - Co Meath

Tel: +353 1 802 66 24

Ísland

Meda AB

Box 906 S-170 09 Solna Svíþjóð.

Sími: +46 8 630 1900

Italia

Meda Pharma S.p.A.

Via Felice Casati, 20

20124 Milano

Tel: +39 039 73901

Κύπρος

Χρ.Γ. Παπαλοΐζου Λτδ Λεωφ. Κιλκίς 35 2234 Λατσιά Τηλ. +357 22 49 03 05

Polska

Meda Pharmaceuticals Sp.z.o.o. ul. Domaniewska 39A

02-672 Warszawa

Tel: +48 22 697 7100

Portugal

MEDA Pharma Produtos Farmacêuticos, SA Rua do Centro Cultural 13

P-1749-066 Lisboa Tel: +351 21 842 0300

România

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH Reprezentanta Romania

Calea Floreasca 141 143, et4 014467 Bucuresti

Tel.: +40 21 230 90 30

Slovenija

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH, Podružnica Ljubljana

Cesta 24. junija 23 SI-1231 Ljubljana

Tel: +386 (0)59 096 951

Slovenská republika

MEDA Pharma spol. s r.o..

Trnavská cesta 50

SK-821 02 Bratislava

Tel: +421 2 4914 0172

Suomi/Finland

Meda Oy

Vaisalantie 4/ Vaisalavägen 4

FI-02130 Espoo/ Esbo

Puh/Tel: +358 20 720 9550

Sverige

Meda AB

Box 906

S-170 09 Solna

Tel: +46 8 630 1900

Latvija

United Kingdom

SIA Meda Pharma

Meda Pharmaceuticals Ltd.

Vienibas gatve 109

Skyway House

LV-1058 Riga, Latvia

Parsonage Road

Tel.: +371 67616137

Takeley

 

Bishop's Stortford

 

CM22 6PU - UK

 

Tel: +44 845 460 0000

Lietuva

 

SIA Meda Pharma

 

Veiverių g. 134,

 

LT-46352 Kaunas, Lithuania

 

Tel. + 370 37330509

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Tasmar 200 mg pilloli miksija b’rita

Tolcapone

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Tasmar u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Tasmar

3.Kif għandek tieħu Tasmar

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Tasmar

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Tasmar u għalxiex jintuża

Għall-kura tal-marda ta’ Parkinson, Tasmar jintuża flimkien mal-prodott mediċinali levodopa (bħala levodopa/benserazide jew levodopa/carbidopa).

Tasmar jintuża meta l-ebda mediċina alternattiva oħra ma tkun tista’ tistabbilizza il-marda ta’ Parkinson.

Għall-kura tal-marda ta’ Parkinson tiegħek inti diġà tieħu levodopa.

Proteina naturali (enzima) f’ġismek, (COMT) Catechol-O-methyltransferase tkisser levodopa. Tasmar jimblokka din l-enzima u b’hekk irażżan it-tkissir tal-levodopa. Dan ifisser li meta tittieħed flimkien ma’ levodopa (bħala levodopa/benserazide jew levodopa/carbidopa) għandu jkollok titjib fis-sintomi tal-marda ta’ Parkinson.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Tasmar

Tieħux Tasmar:

-jekk għandek mard tal-fwied jew żjieda fl-enzimi tal-fwied.

-jekk għandek moviment involontarju (diskinesija) sever.

-jekk għandek passat ta’ sintomi severi ta’ twebbis tal-muskoli, deni u konfużjoni mentali (Kumpless ta’ sintomi ta’ Sindrome Newrolettiku Malinn (NMS)) u/jew għandek ħsara fit-tessut tal- muskoli skeletriċi (Rabdomijolisi mhux trawmatika).

-jekk għandek sensittività eċċessiva (allerġiku/a) għas-sustanza attiva tolcapone jew għal xi sustanza oħra ta’ Tasmar.

-jekk għandek tip ta’ tumur speċjali fil-medulla adrenali (Phaeochromocytoma)

-jekk qed tieħu ċertu mediċina għall-kura tad-depressjoni u l-ansjetà, imsejjħa inibitur mhux selettiv ta’ mono amino oxidase (MAO).

-jekk inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija. It-tabib tiegħek se jiddiskuti r-riskji u l- benefiċċji ta’ teħid ta’ Tasmar waqt it-tqala. L-effetti ta’ Tasmar ma ġewx studjati fit-trabi. M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek waqt kura b’Tasmar.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Tasmar.

M’għandekx tibda tieħu Tasmar qabel it-tabib tiegħek

-ikun iddeskriva r-riskji ta’ kura b’Tasmar

-ikun spejga l-miżuri neċessarji sabiex tnaqqas dawk ir-riskji,

-ikun wieġeb kull mistoqsijiet li jista’ jkollok.

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti jew il-familja tiegħek/persuna li tieħu ħsiebek tinnota li qed tiżviluppa xewqat jew aptit li ġġib ruħek b’mod li mhux normali għalik jew li ma tistax tirreżisti l-impuls, xewqa jew tentazzjoni li tagħmel ċertu attivitajiet li jistgħu jagħmlu ħsara lilek jew lill-oħrajn. Din l-imġiba hija msejjħa disturb fil-kontroll tal-impuls u tista’ tinkludi logħob tal-azzard li jwassal għall-vizzju, ikel jew infieq żejjed, xewqa għas-sess għolja b’mod mhux normali jew tħassib b’żieda fi ħsibijiet jew sensazzjonijiet sesswali. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn jirrevedi il-kura tiegħek.

Għandek tingħata Tasmar biss jekk il-marda ta’ Parkinson tiegħek ma tkunx ikkontrollata b’mod adegwat b’terapiji oħra.

Barra dan, jekk wara 3 ġimgħat ma titjiebx biżżejjed biex tiġġustifika r-riskji li tkompli bil-kura, it- tabib teigħek se jwaqqaf il-kura b’Tasmar.

Ħsara fil-fwied:

Tasmar jista’ jikkawża ħsara rari iżda potenzjalment fatali fil-fwied. Il-ħsara fil-fwied seħħet l-aktar wara xahar u qabel 6 xhur. Għandu jiġi nnutat ukoll li pazjenti femminili jista’ jkollhom riskju akbar ta’ ħsara fil-fwied. Għalhekk, iridu jiġu kkunsidrati l-miżuri ta’ prevenzjoni li ġejjin.

Qabel tibda l-kura:

Biex tnaqqas ir-riskju ta’ ħsara fil-fwied m’għandekx tuża Tasmar jekk

-għandek mard tal-fwied

-f’kaz ta’ riżultat tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għoli fit-test tad-demm magħmul qabel il-bidu tal-kura (testijiet ta’ alanine amino transferase (ALT) u aspartate amino transferase (AST)).

Waqt li qed tirċievi l-kura:

Waqt il-kura, testijiet tad-demm se jsiru fl-intervlli ta’ żmien li ġejjin:

-kull ġimagħtejn waqt l-ewwel 12-il xahar ta’ terapija,

-kull 4 ġimgħat waqt is-6 xhur ta’ terapija ta’ wara,

-kull 8 ġimgħat waqt aktar kura.

Il-kura se titwaqqaf, jekk dawn it-testijiet ta’ demm ma jibqgħux normali.

Il-kura b’Tasmar kultant tista’ twassal għal disturbi fil-mod kif jaħdem il-fwied. Għalhekk, jekk ikollok esperjenza ta’ sintomi bħal tqalligħ, rimettar, uġigħ fl-istonku (speċjalment fuq il-fwied fin- naħa tal-lemin ta’ fuq), telf ta’ aptit, dgħjufija, deni, awrina skura, suffejra (sfurija tal-ġilda jew tal- għajnejn) jew jekk tgħejja aktar malajr, għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek minnufih.

Jekk ġà ġejt ikkurat b’Tasmar u żviluppajt ħsara akuta fil-fwied waqt il-kura, Tasmar m’għandux jerġa’ jinbeda mill-ġdid.

NMS (Sindrome Newrolettiku Malinn):

Waqt kura b’Tasmar jistgħu jseħħu sintomi tas-Sindrome Newrolettiku Malinn. NMS jikkonsisti f’xi uħud jew f’dawn kollha li ġejjin:

-ebusija severa tal-muskoli, movimenti ta’ ġbid fil-muskoli, dirgħajn jew riġlejn, u uġigħ fil- muskoli. Ħsara fil-muskoli kultant tista’ tikkawża awrina skura.

-sintomi importanti oħrajn huma deni ogħli u konfużjoni mentali.

Rari ħafna, wara li Tasmar jew mediċini oħrajn kontra l-marda ta’ Parkinson jitnaqqsu f’daqqa jew jitwaqqfu, jista’ jkollok esperjenza ta’ sintomi severi ta’ ebusija tal-muskoli, deni jew konfużjoni mentali. Jekk iseħħ dan għarraf lit-tabib tiegħek.

Għandhom jiġu kkunsidrati l-miżuri ta’ prevenzjoni li ġejjin.

Qabel tibda l-kura:

Sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ NMS m’għandekx tuża Tasmar jekk it-tabib tiegħek jgħidlek li għandek moviment involontarju sever (diskinesja) jew marda passata li setgħet kienet NMS.

Għarraf lit-tabib tiegħek bil-mediċini kollha, kemm dawk bir-riċetta kif ukoll dawk mingħar riċetta, għaliex ir-riskju ta’ NMS jista’ jiżdied jekk tkun qed tieħu ċertu mediċini speċifiċi

Waqt li qed tirċievi l-kura:

Jekk tiżviluppa xi sintomi kif deskritt fuq, li taħseb li jistgħu jkunu NMS, għandek tirrappurthom immedjatament lit-tabib tiegħek.

Twaqqafx Tasmar jew kwalunkwe mediċina oħra għall-marda ta’ Parkinson mingħajr ma tgħid lit- tabib tiegħek għax dan jista’ jżid ir-riskju ta’ NMS.

Għarraf lit-tabib tiegħek ukoll:

-jekk għandek xi mard ieħor minbarra l-marda ta’ Parkinson.

-jekk inti allerġiku/a għall-mediċini, ikel u kuluri oħrajn.

-jekk hekk kif bdejt u waqt il-kura b’Tasmar ikollok sintomi li jistgħu jkunu kkawżati minn levodopa bħal moviment involontarju (diskinesja) u tqalligħ.

Jekk ma tħossokx tajjeb, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek għax għandu mnejn ikollok bżonn tieħu inqas levodopa.

Tfal u adoloxxenti

Tasmar mhux irrakkomandat għall-użu fi tfal b’età inqas minn 18-il peress li m’hemmx dejta suffiċjenti dwar is-sigurtà jew l-effikaċja. M’hemmx indikazzjoni rilevanti għall-użu fit-tfal u l- adoloxxenti.

Mediċini oħra u Tasmar

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta (mediċini u ħxejjex mediċinali li ma jirrikjedux riċetta).

Jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek b’kull mediċina oħra li qiegħed tieħu speċjalment:

-antidipressanti,

-alpha-methyldopa (użata għall pressjoni għolja),

-apomorphine (użata għall-marda ta’ Parkinson),

-dobutamine (użata fil-kontroll tal-ħsara konġestiva fil-qalb),

-adrenalina u isoprenaline (it-tnejn użati għall-attakki tal-qalb),

-sustanzi kontra il-koagulazzjoni tad-demm tat-tip ta’ warfarin (li jipprevjenu t-tgħaqid tad- demm). F’dan il-każ, it-tabib tiegħek jista’ jwettaq testijiet tad-demm regolari sabiex isegwi l-faċilità li biha jgħaqad id-demm.

Jekk tmur l-isptar jew jekk tiġi preskritt mediċina ġdida, għandek tgħid lit-tabib tiegħek li qed tieħu

Tasmar.

Tasmar ma’ ikel u xorb

Ibla’ Tasmar ma’ l-ilma. Tasmar tista’ tittieħed ma’ l-ikel jew mingħajru.

Tasmar għandu jittieħed ma’ tazza ilma.

Tqala u treddigħ

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija. It-tabib se jiddiskuti r- riskji u l-benefiċċji ta’ Tasmar waqt it-tqala.

L-effetti ta’ Tasmar ma’ ġewx studjati fuq it-tfal. M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek waqt kura b’Tasmar.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Peress li l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni tista’ tiġi affettwata mill-marda ta’ Parkinson, għandek tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Tasmar għandu effett fuq is-sintomi tal-marda ta’ Parkinson tiegħek.

Tasmar użat flimkien mal-mediċini l-oħra tiegħek għal Parkinson jista’ jikkawża ħedla ta’ ngħas eċċessiva (ngħas) u episodji ta’ rqad f’daqqa. Għalhekk għandek toqgħod lura minn sewqan jew tħaddim ta’ magni sakemm dawn l-episodji rikorrenti u ngħas eċċessiv jgħaddu.

Tasmar fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċertu zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.

3. Kif għandek tieħu Tasmar

Dejjem għandek tieħu Tasmar skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Doża u frekwenza tal-għoti:

It-tabib tiegħek dejjem għandu jibda l-kura tiegħek b’doża standard ta’ pillola waħda (100 mg (pillola waħda)) 3 darbiet kuljum.

Jekk ma jkunux osservati benefiċċji fi żmien 3 ġimgħat mill-bidu tal-kura, Tasmar għandu jitwaqqaf. Biex ittejjeb l-effikaċja, it-tabib tiegħek għandu jżid id-doża għall-għola doża (200 mg tliet darbiet kuljum) biss jekk iż-żjieda fil-mod ta’ kif is-sintomi tal-marda ta’ Parkinson jiġu kkontrollati tegħleb iż-żjieda mistennija fl-effetti sekondarji. L-effetti sekondarji bid-doża ogħla spiss jistgħu jkunu severi u jistgħu jaffettwawlek il-fwied. Jekk ma tmurx għall-aħjar bid-doża ogħla wara total ta’ 3 ġimgħat, it- tabib tiegħek għandu jwaqqaf il-kura tiegħek b’Tasmar.

Meta tibda u waqt kura b’Tasmar, id-doża ta’ Levodopa għandu mnejn ikollha bżonn tinbidel. It-tabib tiegħek se jgħidlek x’għandek tagħmel.

Kif għandek tieħu l-mediċina:

Ibla’ Tasmar ma’ tazza ilma. Taqsamx u tfarrakx il-pilloli.

L-ewwel pillola ta’ Tasmar għandha tittieħed filgħodu flimkien mal-mediċina l-oħra kontra l-marda ta’ Parkinson , ‘levodopa’.

Id-dożi li ġejjin ta’ Tasmar għandhom jittieħdu 6 u 12-il siegħa wara.

Ħin tal-

Doża

Nota

ġurnata

 

 

Filgħodu

pillola miksija b’rita ta’

Flimkien mal-ewwel doża ta’ kuljum ta’

 

Tasmar waħda

‘levodopa’

Waqt il-ġurnata

pillola miksija b’rita ta’

 

 

Tasmar waħda

 

Filgħaxija

pillola miksija b’rita ta’

 

 

Tasmar waħda

 

Jekk tieħu Tasmar aktar milli suppost

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek, spiżjar jew sptar immedjatament minħabba li jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika urġenti.

Jekk persuna oħra aċċidentalment tieħu l-mediċina tiegħek, ikkuntattja tabib jew sptar immedjatament għaliex jista’ jkollu/ha bżonn attenzjoni medika urġenti.

Sintomi ta’ doża eċċessiva jistgħu jinkludu tqalligħ, rimettar, sturdament u diffikultajiet biex tieħu n- nifs.

Jekk tinsa tieħu Tasmar

Ħudu minnufih malli tiftakar, imbagħad kompli ħudu fil-ħinijiet tas-soltu. Madankollu, jekk it-teħid tad-doża li jmiss ikun fil-viċin, m’għandekx tpatti għad-doża li tkun insejt.Tiħux doża doppja biex tpatti għal dożi individwali li nsejt tieħu. Jekk qbiżt diversi dożi, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek u segwi l-parir li jingħatalek.

Jekk tieqaf tieħu Tasmar

Tippruvax tnaqqas jew twaqqaf il-mediċina sakemm ma jgħidlekx hekk it-tabib tiegħek. Dejjem segwi l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek dwar it-tul ta’ żmien tat-trattament b’Tasmar.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji possibbli elenkati taħt hija definita bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja:

Komuni ħafna:

jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10

Komuni:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10

Mhux komuni:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100

Rari:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000

Rari ħafna:

jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000

Mhux magħrufa:

frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

Għid lit-tabib jew lill-spiżjar tiegħek kemm jista’ jkun malajr:

-jekk ma tħossokx sew waqt li tkun qed tieħu Tasmar

-jekk ikollok sintomi bħal tqalligħ, rimettar, uġigħ f’żaqqek, telf ta’ aptit, dgħjufija, deni, awrina tiskura jew suffejra peress li kultant kienu osservati disturbi fil-mod kif jaħdem il-fwied,

kultant epatite severa,

-jekk tinnota l-awrina tiegħek tiskura peress li dan jista’ jkun sinjal ta’ ħsara muskolari jew fil- fwied. Kwalunkwe bidla oħra fil-kulur tal-awrina fl-isfar normalment huwa bla periklu.

-jekk tiżviluppa dijarea persistenti jew severa

Hekk kif tibda u waqt il-kura tiegħek b’Tasmar, jista’ jkollok sintomi kkawżati minn levodopa bħal moviment involontarju u tqalligħ. Għalhekk, jekk tħossok ma tiflaħx, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek peress li għandu mnejn ikollok bżonn bidla fid-doża tiegħek ta’ levodopa.

Effetti sekondarji possibbli oħrajn:

Komuni ħafna:

-moviment involontarju (diskinesja),

-tqalligħ, tnaqqis fl-aptit, dijarea,

-uġigħ ta’ ras, sturdament,

-problemi fl-irqad, ngħas,

-tħossok ħa tistordi waqt li tkun bil-wiefqa, (ilmenti ortostatiċi),

-konfużjoni mentali u alluċinazzjonijiet,

-disturb fil-moviment bi spażmi involontarji tal-muskoli jew pożizzjonijiet ħżiena (distonja).

Komuni:

-uġigħ fis-sider,

-stitikezza, uġigħ fl-istonku, rimettar, ħalq jinħass xott,

-ħass ħażin,

-żjieda fl-għaraq,

-sintomi li jixbħu lill-influwenza,

-moviment volontarju u involontarju mnaqqas (ipokinesja),

-infezzjoni fil-passaġġ respiratorju ta’ fuq

Rari ħafna:

- sintomi severi ta’ ebusija fil-muskoli, deni jew konfużjoni mentali (Sindrome Newrolettiku

Malinn) meta kura kontra l-Parkinson titnaqqas jew titwaqqaf f’daqqa

Inti jista’ jkollok l-effetti sekondarji li ġejjin:

nuqqas ta’ ħila li tirreżisti l-impuls li twettaq azzjoni li tista’ tagħmel ħsara, li tista’ tinkludi:

o Impuls qawwi li tilgħab logħob tal-azzard b’mod eċċessiv minkejja konsegwenzi personali jew familjari serji.

o Interess u mġiba sesswali mibdula jew miżjuda ta’ tħassib sinifikanti għalik jew għall- oħrajn, per eżempju, xewqa sesswali miżjuda.

o Xiri jew infieq eċċessiv u li ma jistax jiġi kkontrollat

o Teħid ta’ ikel ta’ spiss u malajr (teħid ta’ ammonti kbar ta’ ikel f’perijodu qasir ta’ żmien) jew teħid ta’ ikel b’mod koerċittiv ( teħid ta’ ikel aktar minn normal u aktar milli meħtieġ biex tissodisfa l-ġuħ tiegħek)

Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok kwalunkwe mġiba minn dawn; se jiddiskuti modi kif jistgħu jiġu immaniġġati jew imnaqqsa s-sintomi.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen tasmar

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pakkett.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn kundizzjonijiet speċjali għall-ħażna

Tużax Tasmar jekk tara li l-pillolli huma ddanneġġati.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Tasmar

-Is-sustanza attiva hi tolcapone (200 mg f’kull pillola miksija b’rita)

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Il-pillola minn ġewwa: Calcium hydrogen phosphate (anhydrous), Microcrystalline cellulose, Povidone K30, Sodium starch glycollate, Lactose monohydrate, Talc, Magnesium stearate. Kisja b’rita: Methylhydroxypropylcellulose, Talc, Iron oxide isfar (E 172), Ethylcellulose, Titanium dioxide (E 171), Triacetin, Sodium lauril sulfate.

Kif jidher Tasmar u l-kontenut tal-pakkett

Tasmar 200 mg huwa pillola ovali miksija b’rita ta’ lewn isfar fl-oranġjo sa isfar fil-kannella. Fuq naħa waħda hemm imnaqqxa “TASMAR” u “200”. Tasmar huwa fornut bħala pilloli miksija b’rita li fihom 200 mg tolcapone. Huwa disponibbli f’folji f’pakketti ta’ 30 u 60 pillola u fi flixkien tal-ħġieġ f’pakketti ta’ 100 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

Meda AB

Pipers vag 2A

S-170 09 Solna

I-Isvezja

Il-Manifattur:

ICN Polfa Rzeszow S.A.

Ul. Przemyslowa 2

35-959 Rzeszow

Il-Polonja

Għall kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

MEDA Pharma S.A./N.V.

MEDA Pharma S.A./N.V.

Chaussée de la Hulpe 166/

Chaussée de la Hulpe 166/

Terhulpsesteenweg 166

Terhulpsesteenweg 166

B-1170 Brussels

B-1170 Brussels

Tél/Tel: +32 2 5 04 08 11

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: +32 2 5 04 08 11

България

Magyarország

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH

MEDA PHARMA Hungary Kereskedelmi Kft.

представителство за България

H-1139 Budapest

Одрин 71-75

Váci ut 91

1303 София

Tel.: +36 1 236 3410

Тел: +359 2 4177977

 

Česká republika

Malta

MEDA Pharma s.r.o.

Alfred Gera & Sons Ltd.

Kodaňská 1441/46

10, Triq il-Masġar

CZ 100 00 Praha 10

Qormi QRM 3217

Tel: +420 234 064 203

Tel:+356 21 446 205

Danmark

Nederland

Meda A/S

MEDA Pharma B.V.

Solvang 8

Krijgsman 20

DK-3450 Allerød

NL-1186 DM Amstelveen

Tlf: +45 44 52 88 88

Tel: +31 20 751 65 00

Deutschland

Norge

MEDA Pharma GmbH & Co. KG

Meda A/S

Benzstraße 1

Askerveien 61

D-61352 Bad Homburg v.d.H.

N-1384 Asker

Tel: + 49 6172 888 01

Tlf: +47 66 75 33 00

Eesti

Österreich

Meda Pharma SIA

MEDA Pharma GmbH

Parda tn 4

Guglgasse 15

10151 Tallinn

A-1110 Wien

Tel: +372 62 61 025

Tel: + 43 1 86 390 0

Ελλάδα

Polska

MEDA Pharmaceuticals Α.Ε.

Meda Pharmaceuticals Sp.z.o.o.

Ευρυτανίας 3

ul. Domaniewska 39A

Χαλάνδρι, 15231

02-672 Warszawa

Τηλ: +30 210 6775690

Tel: +48 22 697 7100

Fax: +30 210 6775695

España

Portugal

MEDA Pharma S.L.

MEDA Pharma Produtos Farmacêuticos, SA

Avenida de Castilla, 2

Rua do Centro Cultural 13

Parque Empresarial San Fernando

P-1749-066 Lisboa

Edificio Berlin

Tel: +351 21 842 0300

E-28830 San Fernando de Henares (Madrid)

 

Tel: +34 91 669 93 00

 

France

România

 

MEDA Pharma

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH

42 rue Washington

Reprezentanta Romania

75008 Paris

Calea Floreasca 141 143, et4

Tél: +33 (0)1 56 64 10 70

014467 Bucuresti

 

Tel.: +40 21 230 90 30

Hrvatska

Slovenija

Medical Intertrade d.o.o.

MEDA Pharmaceuticals Switzerland GmbH,

Dr. Franje Tuđmana 3

Podružnica Ljubljana

10431 Sveta Nedelja

Cesta 24. junija 23

Tel: +385 1 3374 010

SI-1231 Ljubljana

 

Tel: +386 (0)59 096 951

Ireland

 

Meda Health Sales Ireland Ltd.

 

Unit 34/35, Block A

 

Dunboyne Business Park

 

Dunboyne

 

IRL - Co Meath

 

Tel: +353 1 802 66 24

 

Ísland

Slovenská republika

Meda AB

MEDA Pharma spol. s r.o..

Box 906

Trnavská cesta 50

S-170 09 Solna

SK-821 02 Bratislava

Svíþjóð.

Tel: +421 2 4914 0172

Sími: +46 8 630 1900

 

Italia

Suomi/Finland

Meda Pharma S.p.A.

Meda Oy

Via Felice Casati, 20

Vaisalantie 4/ Vaisalavägen 4

20124 Milano

FI-02130 Espoo/ Esbo

Tel: +39 039 73901

Puh/Tel: +358 20 720 9550

Κύπρος

Sverige

Χρ.Γ. Παπαλοΐζου Λτδ

Meda AB

Λεωφ. Κιλκίς 35

Box 906

2234 Λατσιά

S-170 09 Solna

Τηλ. +357 22 49 03 05

Tel: +46 8 630 1900

Latvija

United Kingdom

SIA Meda Pharma

Meda Pharmaceuticals Ltd.

Vienibas gatve 109

Skyway House

LV-1058 Riga, Latvia

Parsonage Road

Tel.: +371 67616137

Takeley

 

Bishop's Stortford

 

CM22 6PU - UK

 

Tel: +44 845 460 0000

Lietuva

 

SIA Meda Pharma

 

Veiverių g. 134,

 

LT-46352 Kaunas, Lithuania

 

Tel. + 370 37330509

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati