Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Taxespira (Docetaxel Hospira UK Limited ) (docetaxel trihydrate) - L01CD02

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTaxespira (Docetaxel Hospira UK Limited )
Kodiċi ATCL01CD02
Sustanzadocetaxel trihydrate
ManifatturHospira UK Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Taxespira 20 mg/1 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Taxespira 80 mg/4 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Taxespira 120 mg/6 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml ta’ konċentrat, fih 20mg docetaxel (bħala tri-idrat)

20mg/1 ml

Kunjett wieħed ta’ 1 ml fih 20mg docetaxel.

80mg/4 ml

Kunjett wieħed ta’ 4 ml fih 80mg docetaxel.

120mg/6 ml

Kunjett wieħed ta’ 6 ml fih 120mg docetaxel.

Eċċipjent b’effett magħruf

20mg/1 ml

Kull kunjett wieħed ta’ 1 ml fih 0.5 ml ta’ ethanol anhydrous (395 mg).

80mg/4 ml

Kull kunjett wieħed ta’ 4 ml fih 2 ml ta’ ethanol anhydrous (1580 mg).

120mg/6 ml

Kull kunjett wieħed ta’ 6 ml fih 3 ml ta’ ethanol anhydrous (2370 mg).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Il-konċentrat huwa soluzzjoni ta’ kulur isfar ċar għall-dak isfar jagħti fil-kanella.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kanċer tas-sider

Taxespira flimkien ma’ doxorubicin u cyclophosphamide huwa indikat għat-trattament miżjud f’pazjenti li għandhom:

kanċer operabbli u li nfirex fil-glandoli limfatiċi tas-sider

kanċer operabbli li ma nfirixx fil-glandoli limfatiċi tas-sider

Għall-pazjenti li għandhom kanċer operabbli li ma nfirixx fil-glandoli limfatiċi tas-sider, it-trattament miżjud għandu jintuża biss f’dawk il-pazjenti li huma eliġibbli biex jirċievu l-kimoterapija skont kriterji stabbiliti internazzjonalment għall-kura primarja ta’ kanċer tas-sider li nqabad kmieni (ara sezzjoni 5.1).

Taxespira flimkien ma’ doxorubicin huwa indikat għat-trattament ta’ pazjenti b’kanċer tas-sider lokalment avvanzat jew dak metastatiku, li ma kienux ħadu qabel terapija ċitotossika għal din il-marda.

2

Taxespira meta jingħata waħdu huwa indikat għat-trattament ta’ pazjenti b’kanċer tas-sider, lokalment avvanzat jew dak metastatiku, wara l-falliment ta’ terapija ċitotossika. It-terapija preċedenti kellha tinkludi xi anthracycline jew xi sustanza alkilika.

Taxespira flimkien ma’ trastuzumab huwa indikat għat-trattament ta’pazjenti b’kanċer metastatiku tas-sider, liema tumuri jesprimu bil-qawwa HER2, u li preċedentement ma kienux ħadu kimoterapija għall-mard metastatiku.

Taxespira flimkien ma’ capecitabine huwa indikat għat-trattament ta’ pazjenti b’kanċer tas-sider lokalment avvanzat jew dak metastatiku, wara l-falliment tal-kimoterapija ċitotossika. It-terapija preċedenti kellha tinkludi xi anthracycline.

Kanċer tal-pulmun mhux ta’ l-għamla ta’ ċelluli żgħar

Taxespira huwa indikat għat-trattament ta’ pazjenti b’kanċer tal-pulmun lokalment avvanzat jew dak metastatiku li mhux ta’ ċelluli żgħar wara falliment ta’ kimoterapija ċitotossika li ngħatat qabel.

Taxespira flimkien ma’ cisplatin huwa indikat għat-trattament ta’ pazjenti b’kanċer tal-pulmun lokalment avvanzat jew dak metastatiku li mhux ta’ ċelluli żgħar u li ma jistax jitneħħa f’pazjenti li ma kinux ħadu qabel terapija ċitotossika għal din il-marda.

Kanċer tal-prostata

Taxespira flimkien ma’ prednisone jew prednisolone huwa indikat għat-trattament tal-kanċer metastatiku tal- prostata, li ma jirrispondix għall-kura bl-ormoni.

Adenokarċinoma ta’ l-istonku

Taxespira flimkien ma’ cisplatin u 5-fluorouracil huwa indikat fit-trattament ta’ pazjenti li għandhom adenokarċinoma metastatika ta’ l-istonku, inkluż l-adenokarċinoma tal-parti fejn l-istonku jingħaqad ma’ l- esofagu, u li ma kienux ħadu l-kimoterapija qabel, għal mard metastatiku.

Kanċer tar-ras u ta’ l-ghonq

Taxespira flimkien ma’ cisplatin u 5-fluorouracil huwa indikat għat-trattament induttiv f’pazjenti b’kanċer tat-tip squamous tal-ġilda, lokalment avvanzat, tar-ras u l-għonq.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

L-użu ta’ docetaxel għandu jkun limitat biss f’oqsma speċjaliżżati fl-għoti tal-kimoterapija ċitotossika u għandu jingħata biss taħt is-superviżjoni ta’ tabib imħarreġ fl-użu tal-kimoterapija kontra l-kanċer (ara sezzjoni 6.6).

Doża rrakkomandat:

Għall-każijiet ta’ kanċer tas-sider, ta’ l-istonku, tal-pulmun fejn iċ-ċelluli mhux żgħar, u tar-ras u ta’ l-għonq, il-premedikazzjoni, b’corticosteroid orali bħal dexamethasone 16 mg kuljum (e.g. 8 mg BID) għal 3 ijiem, mibdija jum 1 qabel it-teħid ta’ docetaxel, sakemm mhux kontra-indikat, tista’ tintuża (ara sezzjoni 4.4). Il- profilassi b’G-CSF tista’ tintuża biex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti tossiċi ematoloġiċi.

Għall-kanċer tal-prostata, sakemm l-użu konkomittanti ta’ prednisone jew prednisolone jista’ jsir, il-mod irrakkomandat tal-premedikazzjoni, huwa t-teħid ta’ 8 mg dexamethasone oralment, 12-il siegħa, 3 sigħat u siegħa 1, qabel l-infużjoni ta’ docetaxel (ara sezzjoni 4.4).

Docetaxel jingħata bħala infużjoni tul siegħa kull tliet ġimgħat.

Kanċer tas-sider

Fil-każ ta’ trattament miżjud ta’ kanċer operabbli tas-sider, li nfirex fil-glandoli limfatiċi u li ma nifirixx fil- glandoli limfatiċi, id-doża ta’ docetaxel hija ta’ 75 mg/m2 li trid tingħata siegħa qabel doxorubicin 50 mg/m2 u cyclophosphamide 500 mg/m2, kull 3 ġimgħat għal 6 ċikli (skeda ta’ dożaġġ TAC) (ara ukoll l- aġġustamenti fid-Doża waqt it-trattament). Fit-trattament ta’ pazjenti li għandhom kanċer tas-sider lokalment avvanzat jew dak metastatiku, id-doża irrakkomandat ta’ docetaxel huwa 100 mg/m2 meta jintuża waħdu. Meta jintuża għall-kura preferita, docetaxel 75 mg/m2 jingħata flimkien ma’ doxorubicin (50 mg/m2).

3

Flimkien ma’ trastuzumab, id-doża irrakkomandata ta’ docetaxel hija 100 mg/m2 kull tliet ġimgħat, b’trastuzumab jingħata darba fil-ġimgħa. Fl-istudju tal-pern l-infuzjoni inizjali ta’ docetaxel inbdiet l-għada ta’ l-ewwel doża ta’ trastuzumab. Id-dożi sussegwenti ta’ docetaxel kienu ngħataw immedjatament wara t- teħid komplet tal-infużjoni ta’ trastuzumab, jekk id-doża ta’ qabel ta’ trastuzumab kienet ittollerata sew. Għad-doża ta’ trastuzumab u ta’ kif għandu jingħata, ara s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott ta’ trastuzumab.

Flimkien ma’ capecitabine, id-doża irrakkomandata ta’ docetaxel hija 75 mg/m2 kull tliet ġimgħat, flimkien ma’ capecitabine 1250 mg/m2 darbtejn kuljum (fi żmien ta’ 30 minuta wara l-ikel ) għal ġimgħatejn, segwit b’perijodu ta’ waqfien għal ġimgħa. Biex tkun ikkalkulata d-doża ta’ capecitabine skont l-erja tal-wiċċ tal- ġisem, ara l-karatteristiċi tal-prodott fil-qosor ta’ capecitabine.

Kanċer tal-pulmun fejn iċ ċelluli m’humiex żgħar

F’pazjenti li qatt ma ħadu l-kimoterapija qabel u li qed jiġu ikkurati għall-kanċer tal-pulmun li mhux ta’ ċelluli żgħar, is-sistema tad-dożi irrakkomandata hija docetaxel 75 mg/m2 segwit immedjatament b’cisplatin 75 mg/m2 fuq perjodu ta’ bejn 30 u 60 minuta. Għall-kura fejn il-kimoterapija preċedenti ibbażata fuq il- platinum falliet, id-doża irrakkomandata hija ta’ 75 mg/m2 bħala sustanza waħda.

Kanċer tal-prostata

Id-doża irrakkomandata ta’ docetaxel hija 75 mg/m2. Prednisone jew prednisolone meħud orali f’doża ta’ 5 mg darbtejn kuljum, jingħata bla waqfien (ara sezzjoni 5.1).

Adenokarċinoma ta’ l-istonku

Id-doża irrakkomandata ta’ docetaxel hija 75 mg/m2 mogħtija bħala infużjoni tul siegħa, segwita minn cisplatin 75 mg/m2, bħala infuzjoni tul ta’ 1 sa 3 sigħat (it-tnejn fl-ewwel jum biss), segwita minn 5- fluorouracil 750 mg/m2kuljum, mogħti bħala infużjoni kontinwa fuq medda ta’ 24 siegħa għal 5 ijiem, mibdija fit-tmiem ta’ l-infużjoni ta’ cisplatin. It-trattament għandu jiġi ripetut kull tlett ġimgħat. Il-pazjenti għandhom jirċievu il-premedikazzjoni bl-anti-emetiċi u l-idratazzjoni xierqa qabel jingħata cisplatin. Il- profilassi bil-G-CSF għandha tintuża biex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti tossiċi ematoloġiċi (Ara ukoll l- aġġustamenti fid-Doża waqt it-trattament).

Kanċer tar-ras u ta’ l-għonq

Il-pazjenti għandhom jirċievu il-premedikazzjoni bl-anti-emetiċi u l-idratazzjoni xierqa (qabel u wara li jingħata cisplatin). Il-profilassi b’G-CSF tista’ tintuża biex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti tossiċi ematoloġiċi. Il- pazjenti kollha tal-fergħa ta’ docetaxel ta’ l-istudji TAX323 u TAX324 irċevew profilassi bl-antibijotiċi

Kimoterapija Induttiva segwita bi radjuterapija (TAX323)

Fit-trattament induttiv ta’ kanċer inoperabbli tat-tip squamous cell tal-ġilda, li huwa lokalment avvanzat, fir-ras u fl-għonq (SCCHN), id-doża irrakkomandata ta’ docetaxel hija 75 mg/m2 bħala infużjoni tul ta’ siegħa, segwita minn cisplatin 75 mg/m2 f’tul ta’ siegħa, fl-ewwel jum, segwit minn 5- fluorouracil bħala infużjoni mingħajr waqfien ta’ 750 mg/m2 kuljum għal ħamest ijiem. Dan ir-reġim jingħata kull 3 ġimgħat għal 4 ċikli. Wara l-kimoterapija il-pazjenti għandhom jirċievu r-radjuterapija.

Kimoterapija Induttiva segwita bi kimoradjuterapija (TAX324)

It-trattament induttiv ta’ pazjenti li kellhom kanċer tat-tip squamous cell tar-ras u l-għonq (SCCHN)

lokalment avvanzat (li teknikalment ma jistax jitneħħa, bi probabilita baxxa ta’ kura kirurġika u bi skop ta’ preservazzjoni ta’ l-organi), id-doża rrakkomandata ta’ docetaxel hija 75 mg/m2 bħala infużjoni tul ta’ siegħa, segwita minn cisplatin 100 mg/m2 f’tul ta’ 30-minuta sa 3 sigħat, segwit minn 5-fluorouracil bħala infużjoni mingħajr waqfien ta’ 1000 mg/m2 kuljum minn jum 1 sa jum 4. Dan ir- reġim jingħata kull 3 ġimgħat għal 3 ċikli. Wara l-kimoterapija il-pazjenti għandhom jirċievu l- kimoradjuterapija.

Għall-modifikazzjonijiet fid-dożi ta’ cisplatin u 5-fluorouracil, ara s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott li tikkorrispondi.

4

Bidla fid-doża waqt il-kura:

Ġenerali

Docetaxel għandu jingħata meta l-għadd taċ-ċelluli newtrofiliċi fid-demm huwa ≥ 1,500 ċelluli/mm3. F’pazjenti li kellhom jew id-deni flimkien man-newtropenija, b’numru ta’ < 500 ċelluli/mm3 għal aktar minn ġimgħa, jew reazzjonijiet severi jew kumulattivi fil-ġilda, jew newropatija severa u periferika, waqt it- terapija bid-docetaxel, id-doża ta’ docetaxel trid titnaqqas minn 100 mg/m2 għal 75 mg/m2 u/jew minn 75 għal 60 mg/m2. Jekk il-pazjent ikollu xorta dawn ir-reazzjonijiet b’doża ta’ 60 mg/m2, it-trattament għandu jitwaqqaf.

Terapija miżjuda għal kanċer tas-sider

Il-prevenzjoni primarja permezz ta’ G-CSF għandha tiġi kkunsidrata f’pazjenti li qed jirċievu docetaxel, doxorubicin u cyclophosphamide (TAC) bħala terapija miżjuda għall-kanċer tas-sider. Il-pazjenti li jkollhom newtropenija bid-deni u/jew infezzjoni newtropenika għandhom ikollhom id-doża ta’ docetaxel imnaqqsa

għal 60 mg/m2 f’kull ċiklu ieħor li jkun imiss (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8). Il-pazjenti li jiżviluppaw stomatite ta’ Grad 3 jew 4 għandhom ikollhom id-doża tagħhom imnaqqsa għal 60 mg/m2.

Meta jintuża flimkien ma’ cisplatin

F’dawk il-pazjenti li fil-bidu qegħdin jieħdu docetaxel 75 mg/m2, flimkien ma’ cisplatin, u meta l-għadd tal- plejtlits laħaq il-livell baxx (in-nadir) ta’ < 25,000 ċelluli/mm3, waqt il-kors preċedenti ta’ terapija, jew f’pazjenti li jiżviluppaw id-deni flimkien ma’ newtropenija, jew f’dawk il-pazjenti li għandhom effetti tossiċi u serji mhux ematoloġiċi, id-doża ta’ docetaxel f’ sussegwenti għandha titnaqqas għal 65 mg/m2. Għall-bidla fid-doża ta’ cisplatin, ara sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott li tikkorrispondi.

Meta jintuża flimkien ma’ capecitabine

Għat-tibdil fid-doża ta’ capecitabine, ara sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott ta’ capecitabine.

Għal dawk il-pazjenti li titfaċċalhom l-ewwel darba t-tossiċità ta’ Grad 2, li tippersisti saż-żmien meta jerġa’ jkun imiss it-trattament b’ docetaxel/capecitabine, ittardja l-kura sakemm it-tossiċità tinżel għal Grad 0 sa 1, u mbagħad, erġa’ ibda b’100% tad-doża oriġinali.

Għal dawk il-pazjenti li titfaċċalhom għat-tieni darba t-tossiċità ta’ Grad 2, jew it-tossiċità ta’ Grad 3

għall-ewwel darba, f’kwalunkwe ħin waqt iċ-ċiklu tat-trattament , ittardja it-trattament sakemm it- tossiċità tinżel għal Grad 0 sa 1, u mbagħad kompli t-trattament b’docetaxel 55 mg/m2.

Għal kull grad ta’ tossiċità li titfaċċa sussegwentement, jew għal-kwalunkwe tossiċità ta’ Grad 4, waqqaf id-doża ta’ docetaxel.

Għall-modifikazzjonijiet fid-doża ta’ trastuzumab, ara s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott.

Meta jintuża flimkien ma’ cisplatin u 5-fluorouracil:

Jekk tinqala’ episodju ta’ newtropenija bid-deni, newtropenija fit-tul jew newtropenija assoċjata ma’ infezzjoni, minkejja l-użu ta’ G-CSF, id-doża ta’ docetaxel trid titnaqqas minn 75 għal 60 mg/m2. Jekk jinqalgħu episodji oħra sussegwenti ta’ newtropenija b’ komplikazzjonijiet, id-doża ta’ docetaxel

għandha tiġi mnaqqsa minn 60 għal 45 mg/m2. Fil-każ ta’ tromboċitopenija ta’ Grad 4 id-doża ta’ docetaxel għandha titnaqqas minn 75 għal 60 mg/m2. Il-pazjenti m’għandhomx ikunu ittrattati b’ċikli sussegwenti ta’ docetaxel sakemm iċ-ċelluli newtrofiliċi tad-demm jirkupraw fl-għadd ta’ > 1,500 celloli/mm3 u l-għadd tal- plejtlits jirkupra għal > 100,000 ċelluli/mm3. It-trattament għandu jitwaqqaf jekk dawn l-effetti tossiċi jippersistu ara sezzjoni 4.4).

Il-modifikazzjonijiet tad-dożi li huma irrakkomandati f’pazjenti b’tossiċita gastrointestinali ittrattati b’docetaxel meta jintuża flimkien ma’ cisplatin u 5-fluorouracil (5-FU):

5

Għal aġġustamenti fid-dożi, fil-każ ta’ cisplatin u 5-fluorouracil, ara s-sommarji tal-karatteristiċi tal-prodotti.

Fl-istudji tal-pern SCCHN , il-pazjenti li kellhom newtropenija b’ komplikazzjonijiet (li jinkludu newtropenija fit-tul, newtropenija bid-deni, jew infezzjoni), kien irrakkomandat l-użu ta’ G-CSF biex jipprovdi protezzjoni profilattika (e.g. is-6 jum sal-15) fiċ- ċikli kollha sussegwenti.

Pazjenti speċjali:

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Ibbażat fuq tagħrif farmakokinetiku bid-docetaxel f’doża ta’ 100 mg/m2 meta mogħti waħdu, il-pazjenti li għandhom livelli għoljin ta’ l-enżimi trasaminażi (ALT u/jew AST) aktar minn 1.5 drabi ta’ l-ogħla livell tal- firxa normali (ULN) u l-livell tal-enzima alkaline phosphatase aktar minn 2.5 drabi ta’ l-ULN, id-doża irrakkomandata ta’ docetaxel hija 75 mg/m2 (ara -sezzjonijiet 4.4 u 5.2). Għal dawk il-pazjenti li għandhom livelli tal-bilirubin fid-demm > ULN u/jew l-ALT u l-AST > 3.5 drabi ta’ l-ULN, assoċjati ma’ livelli ta’ alkaline phosphatase ta’ > 6 darbiet l-ULN, ma jistax jkun irrakkomandat it-tnaqqis fid-doża, u d-docetaxel m’għandux jintuża sakemm huwa strettament indikat.

L-użu flimkien ma’ cisplatin u 5-fluorouracil għat-trattament ta’pazjenti b’adenokarċinoma ta’ l-istonku, l- istudju tal-pern eskluda pazjenti b’ALT u/jew AST > 1.5 x ULN, assoċjat ma’ alkaline phosphatase ta’ > 2.5 x ULN, u bilirubin > 1 x ULN; għal dawn il-pazjenti, tnaqqis fid-dożi ma jistgħux ikunu irrakkomandati u docetaxel m’għandux jintuża, sakemm hu strettament indikat. M’hemmx data f’pazjenti b’indeboliment tal- fwied ittrattati b’docetaxel flimkien ma’ l-indikazzjonijiet l-oħra.

Popolazzjoni pedjatrika

Fit-tfal mill-età ta’ xahar sa taħt it-18-il sena, is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Taxespira fil-karċinoma nasofarinġijali għadhom ma ġewx stabbiliti.

M’hemm ebda użu rilevanti għal Taxespira fil-popolazzjoni pedjatrika għall-indikazzjonijiet ta’ kanċer tas- sider, kanċer tal-pulmun mhux tal-għamla ta’ ċelluli żgħar, kanċer tal-prostata, karċinoma gastrika u kanċer tar-ras u tal-għonq, li ma jinkludux karċinoma nasofarinġijali tat-tip II u III li huma inqas iddifferenzjati.

Nies akbar fl-età

M’hemmx struzzjonijiet speċjali fuq l-użu f’nies akbar fl-età, ibbażati fuq analiżi farmakokinetika tal- popolazzjoni.

Meta jintuża flimkien ma’ capecitabine, għal pazjenti ta’ 60 sena jew akbar fl-età, huwa irrakkomandat li l- ewwel doża ta’ capecitabine tkun imnaqqsa għal 75% (ara s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott ta’ capecitabine).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

6

Docetaxel ma jistax jintuża f’pazjenti fejn il-livell basiku tan-numru taċ-ċelluli newtrofiliċi fid-demm huwa < 1,500 ċelluli/mm3.

Docetaxel ma jistax jintuża f’pazjenti b’indeboliment serju tal-fwied għaliex m’hemmx data dwar dan (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

Il-kontra-indikazzjonijet għall-prodotti mediċinali oħra japplikaw ukoll, meta jkunu użati flimkien ma’ docetaxel.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Għal kanċer tas-sider u dak tal-pulmun li mhux ta’ l-għamla ta’ ċelluli żgħar, , trid tingħata l- premedikazzjoni li tikkonsisti f’corticsteroid orali, bħal dexamethasone 16 mg kuljum (e.g. 8 mg BID) għal 3 ijiem, mibdi jum qabel ma jingħata docetaxel, sakemm mhux kontra-indikat. Dan jista’ jnaqqas l-inċidenza u s-severità taż-żamm ta’ fluwidu kif ukoll is-severità ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva. Għal kanċer tal-prostata, il-premedikazzjoni hija t-teħid orali ta’ dexamethasone ta’ 8 mg, 12-il siegħa, 3 sigħat u siegħa qabel l-infużjoni ta’docetaxel (ara sezzjoni 4.2).

Ematoloġija

In-newtropenija hija l-aktar reazzjoni avversa u komuni ta’ docetaxel. In-nadir taċ-ċelluli newtrofiliċi ġraw f’medjan ta’ 7 ijiem, iżda dan l-intervall jaf ikun iqsar f’dawk il-pazjenti li kienu diġa ikkurati b’doża qawwija qabel. Moniteraġġ frekwenti permezz ta’ l-għadd sħiħ taċ-ċelluli tad-demm hu xieraq li ssir fil- pazjenti kollha li qegħdin jirċievu docetaxel. Il-pazjenti għandhom jerġgħu jkunu ikkurati mill-ġdid

b’docetaxel meta ċ-ċelluli newtrofiliċi jirkupraw biex jilħqu livell ta’ ≥ 1,500 ċelluli/mm3 (ara sezzjoni 4.2).

F’każi ta’ newtropenija severa (< 500 ċelluli/mm3 għal sebat ijiem jew aktar) waqt kors ta’ terapija b’docetaxel, it-tnaqqis fid-doża għall-korsijiet sussegwenti ta’ terapija jew it-teħid ta’ miżuri sintommatiċi adatti huwa irrakkomandat (ara sezzjoni 4.2).

F’pazjenti ittrattati b’docetaxel flimkien ma’ cisplatin u 5-fluorouracil (TCF), in-newtropenija bid-deni jew in-newtropenija assoċjata ma’ infezzjoni ġraw f’rati aktar baxxi f’pazjenti li ngħataw il-profilassi bil-G-CSF. Il-pazjenti ittrattati b’TCF għandhom jingħataw il-profilassi b’G-CSF biex jonqos ir-riskju tan-newtropenija komplikata (newtropenija bid-deni, newtropenija fit-tul jew in-newtropenija assoċjata ma’ infezzjoni). Il- pazjenti li qed jieħdu TCF għandhom ikunu immoniterjati mill-qrib (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.8).

F’pazjenti kkurati b’docetaxel flimkien ma’ doxorubicin u cyclophosphamide (TAC), ir-rati ta’ newtropenja bid-deni u/jew infezzjoni newtropenika kienu inqas fil-pazjenti li rċevew prevenzjoni primarja permezz ta’ G-CSF. Il-prevenzjoni primarja permezz ta’ G-CSF għandha tiġi kkunsidrata f’pazjenti li qed jirċievu t- terapija miżjuda TAC għall-kanċer tas-sider sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ newtropenja kkumplikata (newtropenja bid-deni, newtropenja fit-tul jew infezzjoni newtropenika). Pazjenti li qed jirċievu t-TAC għandhom jiġu mħarsa mill-viċin (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.8).

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Il-pazjenti għandhom ikunu osservati mill-qrib għal reazzjonijiet ta’ sensittvità eċċessiva speċjalment waqt l- ewwel u t-tieni infużjoni. Ir-reazzjonijet ta’ sensittività eċċessiva jistgħu jiġru fi żmien ftit minuti wara l-bidu ta’ l-infużjoni ta’ docetaxel, għalhekk, faċilitajiet għat-trattament tal-pressjoni baxxa u l-ispażmu tal-bronki jridu jkunu disponibbli. Jekk ikun hemm reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva, sintomi minuri bħall-fwawar jew reazzjonijiet lokalizzati fil-ġilda, ma jirrikjedux l-interruzzjoni tat-terapija. Madankollu, reazzjonijiet severi bħall-pressjoni baxxa u severa tad-demm, spażmu tal-bronki jew raxx/ħmura ġeneralizzat/a jirrikjedu il-waqfa minnufih ta’ docetaxel u li tingħata terapija adatta. Il-pazjenti li żviluppaw reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva severi m’għandux jerġa’ jingħatalhom docetaxel.

Reazzjonijiet fil-ġilda

Ħmura lokaliżżata tal-ġilda fl-estremitajiet (il-pali ta’ l-idejn u tas-saqajn) flimkien ma’ nefħa, segwiti mid- deskwamazzjoni tal-ġilda kienu osservati. Sintomi severi bħal msiemer fil-ġilda segwit b’deskwamazzjoni li jwasslu għall-interuzzjoni jew il-waqfien tat-trattament b’docetaxel kienu irrapportati (ara sezzjoni 4.2).

7

Iż-żamm ta’ fluwidu

Pazjenti li għandhom żamm sever ta’ fluwidu bħall-effużjoni fil-kavità tal-plewra, effużjoni fil-perikardju u l-axxite, għandhom ikunu immoniterjati mill-qrib.

Disturbi respiratorji

Ġew irrapportati s-sindromu ta’ distress respiratorju akut, pnewmonite/pnewmonja interstizjali, mard interstizjali tal-pulmun, fibrożi tal-pulmun u insuffiċjenza respiratorja u li dawn jistgħu jwasslu għall-mewt. Ġew irrapportati każijiet ta’ pnewmonite kkawżata mir-radjazzjoni f’pazjenti li fl-istess ħin irċevew ir- radjuterapija.

Jekk jiżviluppaw sintomi pulmonarji ġodda jew dawn imorru għall-agħar, il-pazjenti għandhom jiġu segwiti mill-viċin, investigati minnufih u kkurati b’mod xieraq. Huwa rrakkomandat li sakemm issir id-dijanjosi, il- kura b’docetaxel tiġi sospiża. L-użu bikri ta’ miżuri kurativi ta’ support jistgħu jgħinu biex titjib il- kundizzjoni. Il-benefiċċju li terġa’ tinbeda l-kura b’docetaxel għandu jiġi evalwat sew.

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

F’pazjenti ikkurati b’docetaxel waħdu b’doża ta’ 100 mg/m2, u li għandhom livelli ta’ l-enzimi transaminase (l-ALT u/jew l-AST) fis-serum tad-demm aktar minn 1.5 drabi l-ULN, flimkien ma’ livelli ta’ l-enżima alkaline phosphatase fis-serum aktar minn 2.5 drabi l-ULN, ghandhom riskju akbar li jiżviluppaw reazzjonijiet avversi u severi, bħall-mewt ta’ natura tossika inkluża s-sepsis, emoraġija gastro-intestinali li tista’ tkun fatali, newtropenija bid-deni, infezzjonijiet, tromboċitopenija, stomatite, u astenja. Għalhekk, id- doża irrakkomandata ta’ docetaxel f’dawk il-pazjenti li għandhom livelli għolja fit-testijiet tal-funzjoni tal- fwied (LFTs) huwa 75 mg/m2 u l-LFTs irid jiġi meqjus fil-bidu u qabel kull ċiklu ta’ trattament (arasezzjoni 4.2).

Għal dawk il-pazjenti li għandhom livelli ta’ bilirubin fis-serum > ULN u/jew l-ALT u l-AST > 3.5 drabi mill-ULN, flimkien ma’ livelli ta’ alkaline phosphotase fis-serum tad-demm huwa > 6 drabi l-ULN, ebda tnaqqis fid-doża ma jista’ jkun irrakkomandat, u docetaxel m’għandux jintuża sakemm mhux strettament indikat.

Meta cisplatin u 5-fluorouracil intużaw flimkien għat-trattament ta’ pazjenti li kellhom adenokarċinoma ta’ l- istonku, l-istudju klinikutal-pern eskludiet pazjenti b’ALT u/jew AST > 1.5 x ULN assoċjat ma’ alkaline phosphatase ta’ > 2.5 x ULN, u bilirubin ta’ > 1 x ULN; għal dawn il-pazjenti ma jistgħux ikunu irrakkomandati tnaqqis fid-dożi u docetaxel m’għandux jintuża sakemm mhux strettament indikat. M’hemmx data f’pazjenti li għandhom indebolimenttal-fwied ittrattati b’docetaxel flimkien ma’ sustanza(i) oħra(ohrajn) fl-indikazzjonijiet l-oħra.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

M’hemmx data disponibbli f’pazjenti li għandhom indeboliment sever fil-funzjoni tal-kliewi u li kienu ittrattati b’docetaxel.

Sistema nervuża

L-iżvilupp ta’ newrotossiċità severa periferika jirrikjedi tnaqqis fid-doża (ara sezzjoni 4.2).

Tossiċità kardijaka

Falliment kardijaku intweriet f’pazjenti li hadu docetaxel flimkien ma’ trastuzumab, specjalment wara l- kimoterapija li fiha anthracycline (doxorubicin jew epirubicin). Din tista’ tkun moderata għal severa u kienet assoċjata mal-mewt (ara sezzjoni 4.8).

Meta jkun xieraq li pazjenti jieħdu it-trattament ta’ docetaxel flimkien ma’ trastuzumab, ghandha tkun assessjata l-linja bażi tal-funzjoni tal-qalb. Il-funzjoni kardijaka għandha tkun immoniterjata ukoll waqt it- trattament (e.g. kull tliet xhur) biex tgħin ħalli l-pazjenti li jistghu jiżviluppaw problemi fil-funzjoni kardijaka jkunu identifikati. Għal aktar dettalji ara s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott ta’ trastuzumab.

Disturbi fl-għajnejn

Ġiet irrappurtata edima makulari ċistojde (CMO) f’pazjenti kkurati b’docetaxel. Pazjenti b’indeboliment fil- viżta għandhom fil-pront jagħmlu eżami oftalmoloġiku komplet. F’każ li jinstab li qed ibatu minn CMO, il- kura b’docetaxel għandha titwaqqaf u tinbeda kura xierqa (ara sezzjoni 4.8).

Oħrajn

8

Miżuri kontraċettivi għandhom jittieħdu kemm mill-irġiel u kemm min-nisa waqt it-trattament, u għall-irġiel mhux inqas minn 6 xhur wara t-twaqqif tat-terapija (ara sezzjoni 4.6).

L-użu fl-istess ħin ta’ docetaxel ma’ inibituri qawwijin ta’ CYP3A4 (eż. ketoconazole, itraconazole, clarithromycin, indinavir, nefazodone, nelfinavir, ritonavir, saquinavir, telithromycin u voriconazole) għandu jiġi evitat (ara sezzjoni 4.5).

Miżuri oħra ta’ kawtela fl-użu tat-trattament miżjud tal-kanċer tas-sider

Newtropenija Komplikata

Ghal dawk il-pazjenti li jiżviluppaw newtropenija komplikata (newtropenija fit-tul, newtropenija bid-deni jew b’infezzjoni), għandhom jitqiesu l-użu ta’ G-CSF u t-tnaqqis fid-doża (ara sezzjoni 4.2).

Reazzjonijiet gastro-intestinali

Sintomi bħal uġigħ addominali bikri u sensibilità, deni, dijarea, bin-newtropenija u mingħajrha, jistgħu jkunu l-ewwel sinjali ta’ tossiċità serja gastro-intestinali u għandhom ikunu evalwati u ittrattati fil-pront.

Insuffiċjenza konġestiva tal-qalb (CHF)

Il-pazjenti għandhom ikunu immoniterjati għal sintomi ta’ insuffiċjenza konġestiva tal-qalb waqt it-terapija u waqt il-perijodu ta’ wara t-trattament. F’pazjenti kkurati bl-iskeda ta’ dożaġġ TAC għal kanċer li nfirex fil- glandoli limfatiċi tas-sider, ġie muri li r-riskju ta’ insuffiċjenza konġestiva tal-qalb huwa ogħla matul l- ewwel sena wara l-kura (ara sezzjonijiet 4.8 u 5.1).

Lewkimja

Fil-pazjenti ittrattati b’docetaxel, doxorubicin u cyclophosphamide (TAC), ir-riskju li jiżviluppaw myelodysplasia jew lewkimija tat-tip myeloid, fit-tard, jirrikjedi l-immoniterjar ematoloġiku wara t- trattament.

Pazjenti b’ 4+ glandoli

Billi l-benefiċċju osservat f’pazjenti li għandhom 4+glandoli ma kienx statistikament sinifikanti fuq is- sopravivenza mingħajr mard (DFS) u s-sopravivenza totali (OS), riżultat pożittiv għall-benefiċċju mqabbel mar-riskju għal TAC f’pazjenti li għandhom 4+glandoli ma kienx ippruvat għalkollox fl-analisi finali (ara sezzjoni 5.1).

Nies akbar fl-età

Huwa limitat it-tagħrif disponibbli f’pazjenti li ghandhom >70 sena u li kienu fuq docetaxel flimkien ma’ doxorubicin u cyclophosphamide.

Minn 333 pazjent ittrattati b’docetaxel kull tliet ġimgħat fi studju fiq il-kanċer tal-prostata, 209 pazjent kellhom 65 sena jew aktar u 68 pazjent kienu akbar minn 75 sena. F’pazjenti ittrattati b’ docetaxel kull tliet ġimgħat, ir-rata relatata ma’ kambjamenti fid-dwiefer kienet ≥ 10% ogħla f’pazjenti li kellhom 65 sena jew aktar meta mqabbel ma’ dawk iżgħar minn 65 sena. L-Incidenza relatata ma’deni, dijarrea, anoreksja u edima periferika li ġraw b’rati ≥ 10% ogħla fil-pazjenti li kellhom 75 sena jew aktar kontra dawk iżgħar minn 65 sena.

Fost 300 pazjent (li 221 minnhom kienu fil fażi III ta’ l-istudju u 79 pazjent fil-fażi II) ittrattati b’docetaxel flimkien ma’ cisplatin u 5-fluorouracil fl-istudju fuq il-kanċer ta’ l-istonku, 74 pazjenti kellhom 65 sena jew aktar u 4 pazjenti kellhom 75 sena jew aktar. L-inċidenza ta’ ġrajjiet avversi u serji kien ogħla f’nies akbar fl-età meta mqabbla ma’ pazjenti iżgħar. L-inċidenza tal-ġrajjiet avversi li jmissu (fil-gradi kollha): telqa, stomatite u infezzjonijiet assoċjati man-newtropenija, graw f’rati ta’ ≥ 10% ogħla f’pazjenti li kellhom 65 sena jew aktar, meta mqabbla ma’ pazjenti iżgħar.

Nies akbar fl-età ttrattati b’TCF għandhom ikunu immoniterjati mill-qrib.

Eċċipjenti

Dan il-prodott mediċinali fih 50 vol % ethanol (alkoħol), jiġifieri sa 0.395 g (0.5 ml) f’kull ml

20mg/1ml

Dan hu ekwivalenti għal 10 ml ta’ birra jew 4 ml ta’ nbid f’kull kunjett ta’ 1ml.

80mg/4ml

9

Dan hu ekwivalenti għal 40 ml ta’ birra jew 17 ml ta’ nbid f’kull kunjett ta’ 4ml.

120mg/6ml

Dan hu ekwivalenti għal 60 ml ta’ birra jew 25 ml ta’ nbid f’kull kunjett ta’ 6ml.

Ta’ ħsara għal min isofri mill-alkoħoliżmu.

Wieħed għandu jagħti każ ta’ dan f’nisa tqal jew li qed ireddgħu, tfal u gruppi f’riskju għoli bħal pazjenti b’mard tal-fwied jew epilessija.

L-ammont ta’ alkoħol f’dan il-prodott mediċinali jista’ jbiddel l-effetti ta’ prodotti mediċinali oħra.

L-ammont ta’ alkoħol f’dan il-prodott mediċinali jista’ jnaqqas il-ħila tal-pazjent biex isuq jew iħaddem magni.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji in vitro urew li l-metaboliżmu ta’ docetaxel jista’ jkun immodifikat meta jittieħed ma’ sustanzi oħrajn li jinduċu, jew jinibixxu, jew huma metaboliżżati (u, għalhekk, jistgħu jinibixxu l-enzima kompetittivament) minn ċitokroma P450-3A, bħal ciclosporine, ketoconazole u erythromycin. B’riżultat ta’ dan, għandha tkun eżerċitata l-kawtela waqt it-trattament ta’ pazjenti b’dawn il-prodotti mediċinali meta jingħataw ma’ docetaxel, imħabba l-potenzjal li hemm interazzjoni sinifikanti.

F’każ ta’ teħid flimkien ma’ inibituri ta’ CYP3A4, jistgħu jiżdiedu n-numru ta’ reazzjonijiet avversi ta’ docetaxel, minħabba t-tnaqqis fil-metaboliżmu. Jekk l-użu fl-istess ħin ta’ inibitur qawwi ta’ CYP3A4 (eż., ketoconazole, itraconazole, clarithromycin, indinavir, nefazodone, nelfinavir, ritonavir, saquinavir, telithromycin u voriconazole) ma jistax jiġi evitat, għandu jkun hemm sorveljanza klinika tajba u jista’ jkun hemm il-bżonn ta’ aġġustament fid-doża ta’ docetaxel waqt il-kura bl-inibitur qawwi ta’ CYP3A4 (ara sezzjoni 4.4). F’studju farmakokinetiku b’7 pazjenti, it-teħid flimkien ta’ docetaxel mal-inibitur qawwi ta’ CYP3A4 ketoconazole wassal għal tnaqqis sinfikanti fit-tneħħija ta’ docetaxel b’49 %.

Il-komportament farmakokinetinu ta’ docetaxel fil-preżenza ta’ prednisone kien studjat f’pazjenti b’kanċer metastatiku tal-prostata. Docetaxel huwa metaboliżżat minn CYP3A4 u l-prednisone huwa magħruf li jinduċi CYP3A4. Ma kienx hemm effett statistikament sinifikanti ta’ prednisone fuq il-komportament famakokinetiku ta’ docetaxel.

Docetaxel huwa marbut sew mal-proteina (>95%). Għalkemm il-possibbiltà t’interazzjoni in vivo ta’ docetaxel ma’ prodott mediċinali ieħor li ngħata konkomittantement ma kienx investigat formalment, l- interazzjonijiet in-vitro b’sustanzi li huma marbuta sew mal-proteina bħal erythromycin, diphenhydramine, propranolol, propafenone, phenytoin, salicylate, sulfamethoxazole u sodium valproate, m’effetwawx ir-rabta ta’ docetaxel mal-proteina. Barra minn hekk, dexamethasone m’effetwawx l-effetti fuq ir-rabta ta’ docetaxel mal-proteina. Docetaxel ma kellux effetti fuq ir-rabta ta’ digitoxin mal-proteina.

Il-komportament farmakokinetiku ta’ docetaxel, doxorubicin u cyclophosphamide ma kienx effetwat meta ngħataw flimkien. Data limitat minn studju wieħed mhux ikkontrollat, issuġġerixxa xi interazzjoni bejn docetaxel u carboplatin. Meta carboplatin ingħata ma’ docetaxel, it-tneħħija ta’ carboplatin kienet madwar 50% ogħla mill-istimi irrapportati qabel għat-terapija b’carboplatin waħdu.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx informazzjoni fuq l-użu ta’ docetaxel f’nisa tqal. Docetaxel intwera li huwa tossiku kemm għall- embriju kif ukoll għall-fetu fil-fniek u l-firien, u li naqqas il-fertilità fil-firien. Bħal ma jiġri b’prodotti mediċinali ċitotossiċi oħrajn, docetaxel jista’ jikkawża ħsara lill-fetu meta jingħata lin-nisa waqt it-tqala. Għalhekk, docetaxel m’għandux jintuża waqt it-tqala ħlief meta huwa ndikat mod ċar.

10

Nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal u li qegħdin jirċievu docetaxel għandhom jingħataw parir biex jevitaw li joħorġu tqal, u biex jinformaw lit-tabib kuranti tagħhom immedjatament jekk dan iseħħ.

Treddigħ

Docetaxel huwa sustanza lipofilika iżda mhux magħruf jekk joħroġx għal ġol-ħalib tal-mara. Imħabba dan, peress li jeżisti l-potenzjal li jista’ jkun hemm effetti mhux mixtieqa fit-trabi li qegħdin ikunu mreddgħin, it- treddigħ għandu jitwaqqaf waqt iż-żmien tat-terapija b’docetaxel.

Kontraċezzjoni fl-irġiel u fin-nisa

Waqt il-kura, għandu jintuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni.

Fertilità

Fi studji mhux kliniċi, docetaxel għandu effetti ġenotossiċi u jista' jibdel il-fertilità maskili (ara sezzjoni 5.3). Għalhekk, l-irġiel li qed jiġu kkurati bi docetaxel huma mogħtija parir biex ma jsirux missier ta’ tarbija waqt u sa 6 xhur wara t-trattament u sabiex ifittxu parir għal konservazzjoni ta' l-isperma qabel it-trattament.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà għall-indikazzjonijiet kollha

Ir-reazzjonijiet avversi li jitqiesu possibbilment jew probabilment relatati mat-teħid ta’ docetaxel inġabru minn:

1312 u 121 pazjent li ħadu 100 mg/m2 u 75 mg/m2 ta’ docetaxel bħala sustanza waħedha, rispettivament.

258 pazjent li ħadu docetaxel flimkien ma’ doxorubicin.

406 pazjent li ħadu docetaxel flimkien ma’ cisplatin.

92 pazjent ittrattati b’docetaxel flimkien ma’ trastuzumab.

255 pazjent li ħadu docetaxel flimkien ma’ capecitabine.

332 pazjent li ħadu docetaxel flimkien ma’ prednisone jew prednisolone (effetti avversi klinikament importanti relatati mat-trattament huma irrapportati).

1276 pazjent (744 u 532 f’TAX 316 u GEICAM 9805 rispettivament) li ħadu docetaxel flimkien ma’ doxorubicin u cyclophosphamide (effetti avversi klinikament importanti relatati mat-trattament huma irrapportati).

300 pazjent b’adenokarċinoma ta’ l-istonku (221 pazjent fil-fażi III ta’ l-istudju u 79 pazjent fil-fażi II), li ħadu docetaxel flimkien ma’ cisplatin u 5-fluorouracil (effetti avversi klinikament importanti relatati mat-trattament huma irrapportati).

174 u 251 pazjent b’kanċer tar-ras u ta’ l-għonq li ħadu docetaxel flimkien ma’cisplatin u 5- fluorouracil (effetti avversi klinikament importanti relatati mat-trattament huma rrapportati).

Dawn ir-reazzjonijiet kienu deskritti bl-użu ta’ NCI Kriterji ta’ Tossiċità Komuni (grad 3 = G3; grad 3-4 = G3/4; grad 4=G4) ,il-COSTART u t-termini MedDRA. Il-frekwenzi huma kif spjegat: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skont is-serjeta tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Ir-reazzjonijiet avversi l-aktar komunement irrapportati ta’ docetaxel innifsu huma: newtropenija (li kienet riversibbli u mhux kumulattiva: il-jum medjan biex jintlaħaq in-nadir kien ta’ 7 ijiem u ż-żmien medju ta’ dewmien tan-newtropenija severa (< 500 ċelluli/mm3) kien ta’ 7 ijiem), anemija, alopeċja, tqalligħ, rimettar, stomatite, dijarea u astenja. Is severità tal-ġrajjiet avversi ta’ docetaxel tista’ tiżdied meta docetaxel jingħata flimkien ma’ sustanzi kimoterapewtiċi oħra.

11

Meta jintuża flimkien ma’ trastuzumab, il-ġrajjiet avversi (il-gradi kollha) irrapportati f’> 10% qed jingħataw. Kien hemm żieda fl-inċidenza ta’ SAEs (40% kontra 31%) u Grad 4 AEs (34% kontra 23%) fil- fergħa ta’ dawk li ħadu iż-żewġ sustanzi meta mqabbla ma’ dik li ħadu docetaxel waħdu.

Meta jintuża flimkien ma’ capecitabine, l-effetti mhux mixtieqa l-aktar komuni assoċjati mat- trattament (≥ 5%) rapportati fil-fażi III ta’ l-istudji fil-pazjenti li kellhom kanċer tas-sider, meta l-kura b’anthracycline falliet, qed jingħataw (ara s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott ta’ capecitabine).

Ir-reazzjonijiet avversi li jmissu huma ikkaġunati spiss b’docetaxel:

Disturbi fis-sistema immuni:

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva ġeneralment ġraw fi żmien ftit minuti mill-bidu ta’ l-infużjoni ta’ docetaxel u li soltu kienu ħfief għal moderati. Is-sintomi l-aktar frekwentement rapportati kienu l-fwawar, raxx bil-ħakk jew mingħajru, nifs tqil, uġigħ tad-dahar, qtugħ ta’ nifs u deni dovut għal mediċini, jew tkexix ta’ bard. Reazzjonijiet qawwija kienu ikkaratteriżżati minn pressjoni baxxa u/jew spasmu tal-bronki bi qtugħ ta’ nifs jew raxx/ħmura ġeneraliżżat(a) (ara sezzjoni 4.4).

Disturbi fis-sistema nervuża:

L-iżvilupp ta’newrotossiċità periferika u severa jirrikjedi tnaqqis fid-doża (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4). Effetti newro-sensorji ħfief għal dawk moderati huma ikkaratteriżżati minn parasteżija, disteżija jew l-uġigħ inkluż il-ħruq. Effetti fuq is–sistema nervuża li tikkontrolla l-movimenti huma prinċipalment ikkaratteriżżati minn dgħjufija.

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda:

Reazzjonijiet tal-ġilda riversibbli kienu innotati u kienu ġeneralment meqjusa bħala ħfief għal dawk moderati. Ir-reazzjonijiet kienu ikkaratteriżżati minn raxxijiet, li jinkludu msiemer fil- ġilda lokaliżżati prinċipalment fis-saqajn u l-idejn (u li jinkludi is-sindrome ta’ l-Id u s-Sieq severa), iżda ukoll fuq id- dirgħajn, wiċċ u t-toraċi, u ta’ spiss assoċjati mal-ħakk. l- imsiemer fil- ġilda x’aktarx tfaċċaw fi żmien ġimgħa wara l-infużjoni ta’docetaxel. Anqas spiss, sintomi qawwija bħal raxxijiet segwiti minn msiemer tal- ġilda li jitqaxxru kienu innotati li rarament wassal għal interruzjoni jew waqfien fit-trattament ta’ docetaxel (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4). Mard sever tad-dwiefer huma ikkaratteriżżati minn ipo- jew iperpigmentazzjoni b’xi drabi uġigħ u onikoliżi.

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata:

Reazzjonijiet tas-sit ta’ l-infużjoni kienu ġeneralment ħfief u jikkonsistu b’iperpigmentazzjoni zejda, infjammazzjoni, ħmura u ġilda xotta, flebite jew nefħa u ħruġ ta’ likwidu mill-vina.

Iz-żamm tal-fluwidu jinkludi ġrajjiet bħan-nefħa tal-periferiji u anqas komuni l-effużjoni tal-plewra., tal- perikardju, axxitekif ukoll żieda fil-piż. In-nefħa periferika x’aktarx tibda fl-estremitajiet t’isfel u tista’ issir ġeneraliżżata b’żieda fil-piż ta’ 3 kg jew aktar. Iż-żamm tal-fluwidu jista’ jkun kumulattiv fl-inċidenza u s- severità (ara sezzjoni 4.4).

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi fil-kanċer tas-sider għal Taxespira 100 mg/m2 bħala sustanza użata waħedha

12

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi partikulari fil-kanċer tas-sider għal Docetaxel 100 mg/m2 bħala

13

sustanza użata waħedha

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika:

Rari: ġrajjiet emorraġiċi assocjati ma’ grad 3/4 ta’ tromboċitopenija

Disturbi fis-sistema nervuża

Data ta’ riversibbiltà hija disponibbli f’35.3% tal-pazjenti li żviluppaw newrotossiċità wara t-trattament b’docetaxel waħdu f’doża ta’ 100 mg/m². Il-ġrajjiet imsemmija kienu riversibbli waħedhom fi żmien 3 xhur.

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Rari ħafna: każ wieħed ta’ alopeċja mhux riversibbli fit-tmiem tal-istudju. 73% tar-reazzjonijiet tal-ġilda kienu riversibbli fi żmien 21 jum.

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Id-doża medjana kumulattiva għall-waqfien tat-trattament kienet aktar minn 1,000 mg/m2, u z-żmien medjan għar-riversibbilità taż-żamma tal-fluwidu kien ta’ 16.4 ġimghat (medda minn 0 sa 42 ġimghat). Il-bidu taż- żamma moderat u sever ittardja (doża kumulattiva medjana: 818.9 mg/m2) f’pazjenti li ħadu l-premedikazzjoni, meta mqabbel ma’ dawk li ma ħadux il-premedikazzjoni (doża kumulattiva medjana: 489.7 mg/m2). Madankollu, dan kien irrapportat f’xi pazjenti waqt il-korsijiet bikrija tat-terapija.

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi fil-kanċer tas-sider għal Docetaxel 75 mg/m² bħala sustanza użata waħedha:

14

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi fil-kanċer tas-sider għal Docetaxel 75 mg/m² użat flimkien ma’ doxorubicin:

15

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi fil-kanċer tas-sider għal Docetaxel 75 mg/m² użat flimkien ma’ cisplatin:

16

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi fil-kanċer tas-sider għal Docetaxel 100 mg/m² użat flimkien ma’ trastuzumab

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi partikulari fil-kanċer tas-sider għal Docetaxel 100 mg/m2 flimkien ma’ trastuzumab

Disturbi fil-qalb

Falliment kardijaku sintomatika kienet irrapportata f’2.2% tal-pazjenti li ħadu Taxespira flimkien ma’ trastuzumab meta mqabbel ma’ 0% tal-pazjenti li ngħataw Taxespira wahdu. Fil-qasam tal-istudji fejn Taxespira intuża flimkien ma’ trastuzumab, 64% kienu ħadu qabel anthracycline bħala terapija miżjuda, meta mqabbel ma’ 55% tal-fergħa ta’ docetaxel biss.

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Komuni ħafna: Tossiċità ematoloġika żdiedet f’pazjenti li ħadu trastuzumab u docetaxel, meta mqabbla ma’ docetaxel waħdu (32% grad 3/4 newtropenija kontra 22%, meta ntużaw il-kriterji NCI-CTC). Innota li din hija probabbli stima baxxa għax docetaxel waħdu f’doża ta’100 mg/m2 hu magħruf li jġib in-newtropenija f’97% tal-pazjenti, 76% fi grad 4, meta ibbażata fuq in-nadir tal-għadd taċ-ċelluli fid-demm. L-inċidenza tan- newtropenija bid-deni/tan-newtropenija bis-sepsis kienet żdiedet ukoll f’pazjenti ttrattati b’Herceptin flimkien ma’ docetaxel (23% kontra 17% għal pazjenti ttrattati b’docetaxel biss).

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi fil-kanċer tas-sider għal Docetaxel 75 mg/m² użat flimkien ma’ capecitabine:

17

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi fil-kanċer tas-sider għal Docetaxel 75 mg/m² użat flimkien ma’ prednisone jew prednisolone:

18

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi għat-terapija miżjuda b’Taxespira 75 mg/m² użat flimkien ma’ doxorubicin u cyclophosphamide f’pazjenti b’kanċer tas-sider li nfirex fil-glandoli limfatiċi tas-sider (TAX 316) u li ma nfirixx fil-glandoli limfatiċi tas-sider (GEICAM 9805) – tagħrif miġbur

19

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi partikulari għat-terapija miżjuda b’Docetaxel 75 mg/m2 użat flimkien ma' doxorubicin u cyclophospahmide f'pazjenti b'kanċer tas-sider li nfirex fil-glandoli limfatiċi tas-sider (TAX 316) u li ma nfirixx fil-glandoli limfatiċi tas-sider (GEICAM 9805)

Disturbi fis-sistema nervuża

Newropatija sensorjali periferika kienet osservata li baqgħet tippersisti matul il-follow-up f’10 pazjenti mill- 84 pazjent b’newropatija sensorjali periferika fi tmiem il-kimoterapija fl-istudju tal-kanċer tas-sider li nfirex fil-glandoli limfatiċi tas-sider (TAX316).

Disturbi fil-qalb

Fl-istudju TAX 316 26 pazjent (3.5%) fil-fergħa tat-TAC u 17-il pazjent (2.3%) fil-fergħa tal-FAC esperjenzaw insuffiċjenza konġestiva tal-qalb. Il-pazjenti kollha minbarra pazjent wieħed f’kull fergħa ġew iddijanjostikati b’insuffiċjenza konġestiva tal-qalb wara aktar minn 30 jum tal-perijodu tal-kura. Żewġ pazjenti fil-fergħa tat-TAC u 4 pazjenti fil-fergħa tal-FAC mietu minn Falliment kardijaku. Fl-istudju GEICAM 9805, 3 pazjenti (0.6 %) fil-fergħa ta’ TAC u 3 pazjenti (0.6 %) fil-fergħa ta’ FAC żviluppaw insuffiċjenza konġestiva tal-qalb waqt il-perjodu ta’ osservazzjoni. Pazjent wieħed fil-fergħa ta’ TAC miet kawża ta’ kardjomijopatija mwessa’.

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Fl-istudju TAX 316, alopeċja li ppersistit matul il-perijodu ta’ osservazzjoni ta’ wara t-trattament fit-tmiem tal-kimoterapija ġiet irrappurtata f’687 minn 744 pazjent fuq TAC u 645 minn 736 pazjent fuq FAC.

20

Fit-tmiem tal-perijodu ta’ osservazzjoni ta’ wara t-trattament (medjan proprju taż-żmien ta’ osservazzjoni ta’ wara t-trattament ta’ 96 xahar), l-alopeċja kienet għadha hemm f’29 pazjent fuq TAC (3.9 %) u f’16-il pazjent fuq FAC (2.2%).

Fl-istudju GEICAM 9805, alopeċja ppersistiet waqt il-perjodu ta’ osservazzjoni (medjan ta’ żmien ta’ osservazzjoni ta’ 10 snin u 5 xhur) u ġie osservat li kienet baqgħet għaddejja f’49 pazjent (9.2 %) fil-fergħa ta’ TAC u f’35 pazjent (6.7 %) fil-fergħa ta’ FAC. Alopeċja marbuta mal-mediċina tal-istudju bdiet jew marret għall-agħar waqt il-perjodu ta’ osservazzjoni fi 42 pazjent (7.9 %) fil-fergħa ta’ TAC u 30 pazjent (5.8 %) fil-fergħa ta’ FAC.

Disturbi fis-sistema riproduttiva u fis-sider

L-amenorreja kienet għadha hemm matul il-perijodu ta’ osservazzjoni ta’ wara t-trattament f’121 pazjent minn 202 pazjent b’amenorreja fit-tmiem tal-kimoterapija fl-istudju TAX 316.

Fl-istudju GEICAM 9805, amenorrea ppersistiet waqt il-perjodu ta’ osservazzjoni (medjan ta’ żmien ta’ osservazzjoni ta’ 10 snin u 5 xhur) u ġie osservat li kienet baqgħet għaddejja fi 18-il pazjent (3.4 %) fil- fergħa ta’ TAC u 5 pazjenti (1.0 %) fil-fergħa ta’ FAC.

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Fl-istudju TAX 316, l-edima periferika kienet għadha hemm matul il-perijodu ta’ osservazzjoni ta’ wara t- trattament fi 19-il pazjent minn 119 pazjent bl-edima periferika fil-fergħa tat-TAC u f’4 pazjenti minn 23 pazjent bl-edima periferika fil-fergħa tal-FAC.

Fl-istudju GEICAM 9805, l-edima limfatika ġiet osservata li kienet għada hemm f’4 mill-5 pazjenti fil- fergħa TAC u f’pazjent 1 minn 2 pazjenti fil-fergħa FAC fit-tmiem il-kimoterapija, u ma marritx waqt il- perjodu ta’ osservazzjoni (medjan ta’ żmien ta’ osservazzjoni ta’ 10 snin u 5 xhur). Astenja ippersistiet waqt il-perjodu ta’ osservazzjoni (medjan ta’ żmien ta’ osservazzjoni ta’ 10 snin u 5 xhur) u ġie osservat li kienet baqgħet għaddejja fi 12-il pazjent (2.3 %) fil-fergħa ta’ TAC u f’4 pazjenti (0.8 %) fil-fergħa ta’ FAC.

Sindrome ta’ Lewkimja akuta/Majilodisplastik.

Wara 10 snin ta’ osservazzjoni ta’ wara t-trattament fl-istudju TAX316, il-lewkimja akuta ġiet irrappurtata f’4 minn 744 pazjent fuq TAC u f’1 minn 736 pazjent fuq FAC. Is-sindrome majilodisplastik ġie rrappurtat f’2 minn 744 pazjenti fuq TAC u f’1 minn 736 pazjent fuq FAC.

Wara 10 snin ta’ osservazzjoni fl-istudju GEICAM 9805, lewkimja akuta seħħet f’pazjent 1 minn 532 pazjent (0.2 %) fil-fergħa TAC. Ebda każ ma ġie rrapportat f’pazjenti fil-fergħa FAC. Fiż-żewġ gruppi ta’ kura, ebda pazjent ma ġie ddijanjostikat bis-sindrome majilodisplastik.

Kumplikazzjonijiet newtropeniċi

It-tabella hawn taħt turi li l-inċidenza ta’ newtropenja ta’ Grad 4, newtropenja bid-deni u infezzjoni newtropenika naqset fil-pazjenti li rċevew il-prevenzjoni primarja permezz ta’ G-CSF wara li din saret obbligatorja fil-fergħa tat-TAC- L-istudju GEICAM.

Kumplikazzjonijiet newtropeniċi f’pazjenti li rċevew it-TAC flimkien ma’ prevenzjoni primarja permezz ta’ G-CSF u mingħajr prevenzjoni primarja (GEICAM 9805)

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi fil-kanċer tas-sider għal Docetaxel 75 mg/m² użat flimkien ma’ cisplatin u 5-fluorouracil:

21

Deskirzzjoni ta’ reazzjonijiet avversi partikulari f’kanċer gastrikuk tat-tip adenokarċinoma għal Docetaxel 75 mg/m2 użat flimkien ma’ cisplatin u 5-fluorouracil

Disturbi fid-demm u fis-sistema limfatika

Newtropenija bid-deni u infezzjonijiet assoċjati man-newtropenija ġraw, rispettivament, f’17.2% u 13.5% tal-pazjenti, u dan irrispettiv jekk intużax G-CSF. G-CSF kien użat ghall-profilassi sekondarja f’19.3% tal- pazjenti (10.7% taċ-ċikli). Newtropenija bid-deni u infezzjonijiet assoċjati man-newtropenija ġraw, rispettivament, fi 12.1% u 3.4% tal-pazjenti, meta dawn irċevew il-profilassi b’G-CSF, fil-waqt li 15.6% u 12.9% tal-pazjenti ma ngħatawx profilassi b’G-CSF (ara sezzjoni 4.2).

Lista f’forma tabulari tar-reazzjonijiet avversi f’kanċer tar-ras u tal-għaonq għal Docetaxel 75 mg/m² użat flimkien ma’ cisplatin and 5-fluorouracil

Kimoterapija Induttiva segwita bi radjuterapija (TAX323)

22

23

24

L-esperjenza wara li tpoġġa fis-suq

Neoplażmi bennini, malinni u mhux speċifiċi (li jinkludu ċisti u polipi)

Każijiet ta’ lewkimja majelojdi akuta u sindromu majelodisplastiku ġew rapportati flimkien ma’ docetaxel meta intuża flimkien ma’ sustanzi kimoterapewtiċi u/jew radjuterapija.

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Trażżin tal-mudullun u reazzjonijiet avversi oħra ematoloġiċi kienu irrapportati. Koagulazzjoni intrvasculari mifruxa (DIC), spiss assoċjata ma’ sepsis u insuffiċjenza ta’ organi multipli, kienet

irrapportata.

Disturbi fis-sistema immuni

Xi każijiet ta’ xokk anafilattiku, x’imdaqqiet fatali, kienu irrapportati.

Disturbi fis-sistema nervuża

Każijiet rari ta’ aċċessjonijiet jew telf temporanju mis-sensi kien innotat fl-ingħatar ta’ docetaxel. Dawn ir- reazzjonijiet tfaċċaw x’imdaqqiet waqt l-infużjoni tas-sustanza.

Disturbi fl-għajnejn

Każijiet rari ħafna ta’ disturbi viżivi li jgħaddu (leħħiet, dawl ileħħ u skotomata) li tipikament ġraw waqt l- infużjoni tal-prodott mediċinali, u assoċjati flimkien ma’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva, kienu irrapportati. Dawn kienu riversibbli hekk kif twaqqfet l-infużjoni. Każijiet rari ta’ tidmigħ b’konġuntivite jew mingħajrha, bħal każijiet ta’ mblokkar tal-pajp tad-dmugħ, li jqattar fl-imnieħer, u b’hekk irriżulta f’tidmigħ eċċessiv, kienu rarament irrapportati. Ġew irrappurtati każijiet ta’ edima makulari ċistojde (CMO) f’pazjenti kkurati b’docetaxel.

Disturbi fil-widnejn u fis-sistema labirintika

Każijiet rari ta’ effetti tossiċi fuq il-widna, nuqqas u/jew telf tas-smigħ kienu irrapportati.

Disturbi fil-qalb

Każijiet rari ta’ infart mijokardijaku kienu irrapportati.

Disturbi vaskulari

Ġrajjiet tromboemboliċi kienu rarament irrapportati.

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Sindromu ta’ distress respiratorju akut u każijiet ta’ pnewmonite/pnewmonja interstizjali, mard interstizjali tal-pulmun, fibrożi tal-pulmun u insuffiċjenza respiratorja , xi kultant fatali, kienu rarament irrapportati. Każijiet rari ta’ pnewmonite dovut għar-radjazzjoni ġew irrapportati f’pazjenti li fl-istess ħin kienu qed jirċievu r-radjuterapija.

25

Disturbi gastro-intestinali

Okkorrenzi rari ta’ deidrazzjoni bħala konsegwenza ta’ ġrajjiet gastro-intestinali, perforament gastro- intestinali, kolite iskemika, kolite u enterokolite newtropenika kienu irrapportati. Każijiet rari ta’ ileus u ostruzzjoni ta’ l-intestin ġew irrapportati.

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Każijiet rari ħafna ta’ epatite, kultant fatali speċjalment f’pazjenti li kellhom mard preċedenti tal-fwied, kienu irrapportati.

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Każijiet rari ħafna ta’ lupus erythematosus tal-ġilda u nfafet kbar bħal erythema multiforme, is-sindrome ta’ Stevens-Johnson, u toxic epidermal necrolysis, kienu ġew irrapportati b’docetaxel. F’xi każijiet, fatturi konkomittanti setgħu taw kontribut għall-iżvilupp ta’ dawn l-effetti. B’docetaxel, ġew irrapportati tibdil tat- tip sklerodermali, ħafna drabi wara limfedima periferali.Ġew irrapportati każijiet ta’ alopeċja persistenti.

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Ġew irrapportati l-insuffiċjenza renali u d-disfunzjoni renali severa. F’madwar 20 % ta’ dawn il-każijiet ma kien hemm ebda fatturi ta’ riskju għad-disfunzjoni renali severa akuta bħal prodotti mediċinali nefrotossiċi li ttieħdu fl-istess ħin u distrubi gastro-intestinali.

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Recall phenomena tar-radjazzjoni kienu rarament irrapportati.

Iż-żamm tal-fluwidu ma kienx akkompanjat ma’ ġrajjiet akuti ta’ oliguria jew pressjoni baxxa tad-demm. Id- deidrazzjoni u l-edima pulmonari rarament kienu irrapportati.

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Ġew irrappurtati każijiet ta’ iponatrimja, l-aktar assoċjati b’deidratazzjoni, rimettar u pulmonite.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*

4.9Doża eċċessiva

Kien hemm ftit rapporti ta’ dożaġġ eċcessiv. M’hemmx antidot magħruf kontra doża eċċessiva ta’docetaxel. F’każ ta’ doża eċċessiva, il-pazjent għandu jinżamm f’ċentru speċjaliżżat u l-funzjoni ta’ l-organi vitali għandha tkun immoniterjata. F’każijiet ta’ dożaġġ eċċessiv, il-ġrajjiet avversi jistgħu jiġu mistennija li jmorru għall-agħar. Il-kumplikazzjonijiet primarji u antiċipati ta’ doża eċċessiva jikkonsistu f’trażżin tal- mudullun ta’ l-għadam, newrotossiċità periferika u infjammazjoni tal-mukoża. Il-pazjenti għandhom jingħataw il-G-CSF terapewtikament mill-aktar fis possibbli wara li tkun skoperta li ngħatat doża eċċessiva. Miżuri oħra sintomatiċi u xierqa għandhom jittieħdu, skont kif inhu meħtieġ.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmako-terapewtika: Taxanes, Kodiċi ATC: L01CD 02

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Docetaxel huwa sustanza li tintuża kontra t-tumuri, li jaħdem billi jippromwovi is-sintesi tat-tubulin f’mikrotubuli stabbli u jinibixxi l-ismantellament tagħhom, u b’hekk, iġib tnaqqis sostanzjali fil-livell tat- tubulin liberu. Ir-rabta ta’ docetaxel mal-mikrotubuli ma jibdilx in-numru tal-protofilamenti.

26

Docetaxel intwera, in vitro, li jħarbat is-sistema komplessa tal-mikrotubuli fiċ-ċelluli. Il-mikrotubuli huma essenzjali għall-funzjoni mitotika vitali u għall-funzjoni ċellulari ta’ bejn il-fażijiet.

Effetti farmakodinamiċi

Docetaxel instab li huwa ċitotossiku in vitro għall-linji ċellulari ta’ tumuri li huma derivati mill-ġrieden u l- bniedem, u kontra ċelluli umani meħudin minn tumuri hekk kif dawn ikunu tneħħew, fi studji klonoġeniċi fil-laboratorju. Docetaxel jinstab f’livelli għoljin fiċ-ċelluli fejn idum għal tul ta’ żmien. Barra minn hekk, docetaxel instab li huwa attiv fuq xi linji ċellulari, iżda mhux kollha, billi jżid il-produzzjoni tal- glikoproteina p, li s-sinteżi tagħha tinsab miktuba fuq il-ġene li tiddetermina r-reżistenza għal sustanzi multipli. In vivo, docetaxel jaħdem indipendentement mill-iskeda ta’ kif jingħata u għandu firxa wiesgħa t’attivita fuq it-tumuri esperimentali, kontra tumuri mlaqqmin u avvanzati derivati mill-ġrieden u mill- bnedmin.

Effikaċja klinika u sigurtà

Il-kanċer tas-sider

Taxespira użat flimkien ma’ doxorubicin u cyclophosphamide: terapija miżjuda

Pazjenti b’kanċer operabbli fis-sider li nfirex fil-glandoli limfatiċi tas-sider (TAX 316)

Id-data minn studju f’ċentri multipli, fejn kemm il-pazjenti kif ukoll l-investigaturi kienu jafu x’mediċini qed jintużaw, u l-pazjenti tqassmu mingħajr għażla, isaħħu l-użu ta’ docetaxel għat-trattament miżjud f’pazjenti li għandhom kanċer tas-sider li nfirex fil-glandoli limfatiċi u li huwa operabbli b’KPS ta’ ≥80%, minn 18 sa 70 sena fl-età. Wara t-tqassim tal-pazjenti skont in-numru ta’ glandoli limfatiċi effettwati (1-3, 4+), 1491

pazjent kienu mqassma mingħajr għażla biex jirċievu jew docetaxel 75 mg/m2 siegħa wara doxorubicin 50 mg/m2 u cyclophosphamide 500 mg/m2 (il-fergħa TAC), jew doxorubicin 50 mg/m2 segwit minn fluorouracil 500 mg/m2 u cyclophosphamide 500 mg/m2 (il-fergħa FAC). Iż-żewġ gruppi kienu ngħataw il-kura darba kull 3 ġimgħat għal 6 ċikli. Docetaxel kien ingħata bħala infużjoni tul siegħa, waqt li l-prodotti mediċinali l- oħra kienu ngħataw bħala bolus fil-vini fl-ewwel jum. G-CSF kien ingħata bħala profilassi sekondarja lill- pazjenti li żviluppaw newtropenija komplikata (newtropenija bid-deni, newtropenija fit-tul jew infezzjoni). Il-pazjenti fil-fergħa TAC irċevew profilassi bl-antibijotiku ciprofloxacin 500 mg oralment, darbtejn kuljum, ghal 10 ijiem, mibdi f’jum 5 ta’ kull ċikli, jew ekwivalenti. Fiż-żewġ friegħi, wara l-aħħar kors tal- kimoterapija, il-pazjenti li kellhom reċetturi pożittivi għal estrogen u/jew progesterone ingħataw tamoxifen 20 mg kuljum sa 5 snin. Ir-radjuterapija miżjuda kienet preskritta skont il-prattiċi awtorevoli fiċ-ċentri li ipparteċipaw fl-istudji u dan ingħata lil 69% tal-pazjenti li ħadu TAC u 72% tal-pazjenti li ħadu FAC. Saru żewġ analisi temporanji u analisi finali waħda. L-ewwel analisi temporanja ġiet ippjanata 3 snin wara d-data li fiha nofs il-pazjenti għall-istudju ġew irreġistrati. It-tieni analisi temporanja saret wara li ġew irrekordjati b’kollox 400 ġrajja DFS, li wassal għal perijodu ta’ osservazzjoni ta’ wara t-trattament medjan ta’ 55 xahar. L-analisi finali saret meta l-pazjenti kollha għalqu l-10 sena ta’ viżti ta’ osservazzjoni ta’ wara t-trattament (sakemm ma kellhomx ġrajja DFS jew ma marrux aktar għall-viżti ta’ osservazzjoni ta’ wara t-trattament). Is-sopravivenza mingħajr mard (DFS) kienet il-punt tal-waqfien ewlieni tal-effikaċja u s-sopravivenza totali (OS) kienet il punt tal-waqfien sekondarju tal-effikaċja.

L-analisi finali saret b’perijodu ta’ osservazzjoni medjan attwali ta’ 96 xahar. Is-sopravivenza ikkaratteriżżata minn nuqqas tal-marda kienet b’mod sinifikattiv itwal fil-fergħa TAC meta kienet imqabbla mal-fergħa FAC. L-inċidenza tar-rikaduta hekk kif għaddew 10 snin tnaqqas fil-pazjenti li rċevew TAC meta mqabbel ma’ dawk li rċevew FAC (39% kontra 45%, rispettivament) li tfisser riskju assolut imnaqqas b’6% (p = 0.0043). Sopravivenza totali wara 10 snin kienet kibret b’mod sinifikattiv b’TAC meta mqabbla ma’ FAC (76% kontra 69% rispetivament) li tfisser riskju assolut tal -mewt imnaqqas b’7% (p = 0.002). Billi l- benefiċċju osservat f’pazjenti li għandhom 4+glandoli ma kienx statistikament sinifikanti fuq is-sopravivenza mingħajr mard (DFS) u s-sopravivenza totali (OS), riżultat pożittiv għall-benefiċċju mqabbel mar-riskju għal TAC f’pazjenti li għandhom 4+glandoli ma kienx ippruvat għalkollox fl-analisi finali.

B’kollox, l-istudju wera riżultati pożittivi għall-benefiċċju mqabbel mar-riskju għal TAC meta mqabbel ma’ FAC.

Pazjenti li ħadu TAC, imqassma fi gruppi żgħar, skont fatturi pronostiċi maġġuri, definiti prospettivament, ġew analiżżati:

27

*il-proporzjon ta’ riskju ta’ anqas minn 1 jindika li TAC hu assoċjat ma’ sopravivenza mingħajr marda itwal, u sopravivenza totali itwal, meta mqabbel ma’ FAC

Pazjenti b’kanċer operabbli fis-sider li ma nfirixx fil-glandoli limfatiċi tas-sider u li huma eliġibbli biex jirċievu l-kimoterapija (GEICAM 9805).

Tagħrif minn studju li sar f’ċentri multipli, fejn kemm il-pazjenti kif ukoll l-investigaturi kienu jafu x’mediċini qed jintużaw u fejn il-pazjenti tqassmu b’mod arbitrarju, isaħħah l-użu ta’ Taxespira għat- trattament miżjud f’pazjenti li għandhom kanċer operabbli tas-sider li ma nfirixx fil-glandoli limfatiċi u li huma eliġibbli biex jirċievu l-kimoterapija.

1060 pazjent ġew magħżula b’mod arbitrarju biex jirċievu jew Taxespira 75 mg/m2 mogħti siegħa wara doxorubicin 50 mg/m2 u cyclophosphamide 500 mg/m2 (539 pazjent fil-fergħa tat-TAC ), jew doxorubicin 50 mg/m2 segwit minn fluorouracil 500 mg/m2 u cyclosphosphamide 500 mg/2 (521 pazjent fil-fergħa tal- FAC ), bħala kura miżjuda f’pazjenti b’kanċer operabbli fis-sider li ma nfirixx fil-glandoli limfatiċi tas-sider u li għandhom riskju għoli ta’ rikaduta skont il-kriterji St.Gallen tal-1998 (daqs tat-tumur >2 cm u/jew RE u RP negattivi u/jew grad għoli istoloġiku/nukleari (grad 2 sa 3) u /jew età <35 years). Iż-żewġ skedi ta’ dożaġġ ġew mogħtija darba kull 3 ġimgħat għal 6 ċikli. Taxespira ġie mogħti bħala infużjoni ta’ siegħa, il- prodotti mediċinali kollha l-oħra ġew mogħtija minn ġol-vini fil-jum 1 kull tliet ġimgħat. Il-prevenzjoni primarja permezz ta’G-CSF ġiet magħmula obbligatorja fil-fergħa tat-TAC wara li b’mod arbitrarju ġew magħżula 230 pazjent. L-inċidenza ta’ newtropenja ta’ Grad 4, newtropenja -denibid u infezzjoni newtropenika naqset fil-pazjenti li rċevew il-prevenzjoni primarja permezz ta’ G-CSF (ara sezzjoni 4.8). Fiż- żewġ fergħat, wara l-aħħar ċiklu ta’ kimoterapija, il-pazjenti b’tumuri RE+ u/jew RPg+ irċevew t amoxifen 20 mg darba kuljum għal 5 snin. Ġiet miżjuda t-terapija ta’ radjazzjoni skont il-linji gwida li kien hemm fl- istituzzjonijiet li ħadu parti fl-istudju u ġiet mogħtija lis-57.3% tal-pazjenti li rċevew it-TAC u lill-51.2% tal- pazjenti li rċevew il-FAC.

Saret analiżi waħda primarja u analiżi waħda aġġornata. L-analiżi primarja saret meta l-pazjenti kollha kienu ġew osservati għal aktar minn 5 snin (medjan taż-żmien ta’ osservazzjoni ta’ 77 xahar). L-analiżi aġġornata saret meta l-pazjenti kollha waslu sal-vista ta’ 10 snin (medjan taż-żmien ta’ osservazzjoni ta’ 10 snin u 5 xhur) (ħlief jekk kellhom każ ta’ DFS jew ma kinux baqgħu imorru għall-osservazzjoni). Sopravivenza ħielsa mill-mard (DFS - disease-free survival) kien l-iskop finali ta’ effikaċja primarju u s-sopravivenza globali (OS - Overall survival) kien l-iskop finali ta’ effikaċja sekondarju.

Fil-medjan taż-żmien ta’ osservazzjoni ta’ 77 xahar, intweriet, b’mod sinifikanti, sopravivenza itwal ħielsa mill-mard fil-fergħa ta’ TAC meta mqabbla mal-fergħa ta’ FAC. Il-pazjenti kkurati b’TAC kellhom tnaqqis ta’ 32 % fir-riskju ta’ rikaduta meta mqabbla ma’ dawk ikkurati b’FAC (proporzjon ta’ riskju = 0.68, 95% CI (0.49-0.93), p = 0.01). Fiż-żmien medjan ta’ osservazzjoni ta’ 10 snin u 5 xhur, pazjenti kkurati b’TAC kellhom tnaqqis ta’ 16.5% fir-riskju ta’ rikaduta meta mqabbla ma dawk ikkurati b’FAC (proporzjon ta’ periklu = 0.84, 95% CI (0.65-1.08), p=0.1646). Dejta ta’ DFS ma kinitx sinifikanti b’mod statistiku iżda xorta kienet assoċjata ma xejra pożittiva favur TAC.

28

Fil-medjan taż-żmien ta’ osservazzjoni ta’ 77 xahar, is-sopravivenza totali (OS overall survival) kienet itwal fil-fergħa ta’ TAC, bil-pazjenti kkurati b’TAC ikollhom tnaqqis ta’ 24 % fir-riskju ta’ mewt meta mqabbel ma’ dawk ta’ FAC (proporzjon ta’ riskju = 0.76, 95% CI (0.46-1.26, p = 0.29). Madankollu ma kienx hemm differenza sinifikanti bejn iż-żewġ fergħat fid-distribuzzjoni ta’ OS.

Fil-medjan taż-żmien ta’ ossevazzjoni ta’ 10 snin u 5 xhur, pazjenti kkurati b’TAC kellhom tnaqqis ta’ 9% fir-riskju ta’ mewt meta mqabbla ma’ pazjenti kkurati b’ FAC (proporzjon ta’ periklu = 0.91, 95% CI (0.63- 1.32)).

Ir-rata ta’ sopravivenza kienet 93.7% fil-fergħa ta’ TAC u 91.4 % fil-fergħa ta’ FAC, fil-punt tat-8 sena ta’ osservazzjoni, u 91.3 % fil-fergħa ta’ TAC u 89 % fil-fergħa ta’ FAC, fil-punt tal-10 sena ta’ osservazzjoni. Il-proporzjon pożittiv ta’ benefiċċju u riskju għal TAC meta mqabbel ma’ FAC baqa’ ma nbidilx.

Gruppi sekondarji ta’ pazjenti kkurati bitTAC- ġew analizzati skont fatturi pronjostiċi ewlenin li ġew stabbiliti b’mod prospettiv fl-analiżi primarja (fil-medjan taż-żmien ta’ osservazzjoni ta’ 77 xahar) (ara t- tabella hawn taħt):

L-effett siewi ta’ TAC ma ġiex ippruvat f’pazjenti li kellhom 4 jew aktar glandoli limfatiċi pożittivi (37% tal- popolazzjoni studjata) fl-istadju propriju tal-analiżi. L-effett jidher li hu anqas immarkat f’pazjenti li għandhom 1-3 glandoli pożittivi. Il-proporzjon bejn il-benefiċċju u r-riskju ma ntweriex kompletament fil- pazjenti li kellhom 4 jew aktar glandoli pożittivi f’dan l-istadju tal-analiżi.

Analiżi ta’ Gruppi Sekondarji-Studju ta’ Terapija Miżjuda f’Pazjenti b’Kanċer tas-Sider li ma nfirixx fil- Glandoli Limfatiċi (Analiżi Intenzjoni-biex-Tikkura)

sopravivenza itwal ta’ ħelsien mill-mard meta mqabbel ma’ FAC

L-analiżi ta’ sottogrupp esploratorju għal sopravivenza mingħajr mard għal pazjenti li jissodisfaw il-kriterji ta’ kimoterapija ta’ St Gallen - (popolazzjoni ITT) twettqu u huma ppreżentati hawn isfel

29

TAC = docetaxel, doxorubicin u cyclophosphamide FAC = 5-fluorouracil, doxorubicin u cyclophospamide

CI = confidence interval – intervall ta’ kunfidenza; ER = estrogen receptor – riċettatur tal-estroġen PR = progesterone receptor – riċettatur tal-progesterone

a ER/PR-negattiv jew Grade 3 jew daqs tat-tumur >5 cm

Fil-proporzjon ta’ riskju li ġie stmat ġie użat il-mudell Cox ta’ riskju proporzjonali bil-grupp ta’ kura bħala l- fattur.

Taxespira meta jintuża waħdu

Saru żewġ studji fil-fażi III, t’għamla komparattiva u magħmula mingħajr għażla, fejn kien hemm total ta’ 326 suġġetti fejn it-trattament oriġinali kien b’sustanzi ċitotossiċi alkylating u 392 oħra li kienu ittrattati oriġinarjament b’sustanza anthracycline, b’falliment tal-kura fiż-żewġ gruppi u li t-tnejn kellhom kanċer tas-

sider metastatiku. Dawn ingħatalhom docetaxel f’doża u tul ta’ żmien irrakkomandati, jiġifieri 100 mg/m2 kull 3 ġimgħat.

F’dawk il-pazjenti li kienu ħadu l-kors bis-sustanza alkylating, li falla, docetaxel kien imqabbel ma’ doxorubicin (75 mg/m2 kull 3 ġimgħat). Mingħajr m’affettwa iż-żmien totali tas-sopravivenza (għal docetaxel 15-il xahar kontragħal doxorubicin 14-il xahar, p = 0.38), jew iż-zmien sakemm javvanza t-tumur (b’docetaxel 27 ġimgħa kontra li d-doxorubicina kien ta’ 23 ġimgħa, p = 0.54), docetaxel wera rata ta’ rispons aktar għolja (52% kontra 37%, p = 0.01) u qassar iż-żmien għar-rispons (12-il ġimgħa vs 23 ġimgħa, p = 0.007). Tliet pazjenti fuq docetaxel (2%) ma komplewx il-kura minħabba żamm ta’ fluwidu, waqt li 15-il pazjent fuq id-doxorubicin (9%) waqfu l-kura minħabba tossiċità kardijaka (tliet każijiet fatali ta’ insuffiċenza konġestiva tal-qalb).

Fil-pazjenti li kienu ħadu t-trattament b’anthracycline, li kien falla, docetaxel kien ikkomparat ma’ l-użu ta’ mitomycin C u l-vinblastine flimkien (12 mg/m2 kull 6 ġimgħat u 6 mg/m2 kull 3 ġimgħat). Docetaxel żied r- rata tar-rispons (33% vs 12%, p < 0.0001), ittardja l-avvanz tat-tumur (19-il ġimgħa vs 11-il ġimgħa, p = 0.0004) u tawwal iż-żmien totali tas-sopravivenza (11-il xahar vs 9 xhur, p = 0.01).

Waqt dawn iż-żewġ studji fil-fażi III, il-profil ta’ sigurtà ta’ docetaxel kien konsistenti mal-profil ta’ sigurtà osservat fil-fażi II ta’ l-istudji (ara sezzjoni 4.8).

Studju fil-fażi III, magħmul f’ċentri multipli, fejn kemm il-pazjenti kif ukoll l-investigaturi kienu jafu x’mediċini qed jintużaw, u li il-pazjenti tqassmu mingħajr għażla, sar biex il-monoterapija b’ docetaxel titqabbel ma’ pacilitaxel fit-trattament ta’ kanċer tas-sider avvanzat, f’pazjenti li t-terapija preċedenti kellha tinkludi xi anthracycline. It-total ta’ 449 pazjenti kienu mqassma, mingħajr għażla, biex jirċievu jew docetaxel 100 mg/m2 li tingħata bħala infużjoni tul siegha, jew paclitaxel 175 mg/m2 bħala infużjoni tul ta’ 3 sigħat. Il-pazjenti fiż-żewġ gruppi ngħataw il-mediċini kull 3 ġimghat.

Mingħajr ma kienet effettwata r-rata totali tar-riżultati u l-punt ewlieni tal-waqfien (32% kontra 25%, p = 0.10), docetaxel tawwal iż-żmien medjan ghall-avvanz (24.6 ġimgħat kontra 15.6 ġimgħat; p < 0.01) u ż- zmien medjan ta’ kemm għexu (15.3 xhur kontra 12.7 xhur; p = 0.03).

Aktar ġrajjiet avversi ta’ grad 3/4 kienu innotati b’docetaxel bħala monoterapija (55.4%) meta mqabbel ma’ paclitaxel (23%).

Taxespira użat flimkien ma’ doxorubicin

30

Studju wieħed kbir fil-fażi III, li sar mingħajr għażla, involva 429 pazjent b’mard metastatiku li ma kienux ittrattati preċedentement. Dawn ingħataw doxorubicin (50 mg/m2) flimkien ma’ docetaxel (75 mg/m2) (il- fergħa AT) kontra doxorubicin (60 mg/m2) flimkien ma’ cyclophosphamide (600 mg/m2) (il-fergħa AC). Iż- żewġ sistemi ta’ trattament ingħataw fl-ewwel jum ta’ kull 3 ġimgħat.

Iż-żmien tal-progressjoni (ŻTP) kien sinifikament itwal fil-fergħa AT kontra l-fergħa AC, p = 0.0138. Iż-ŻTP medjan kien 37.3 ġimgħat (95% CI: 34.4 - 42.1) fil-fergħa AT u 31.9 ġimgħat (95% CI: 27.4 - 36.0) fil-fergħa AC.

Ir-rata totali tar-rispons (RTTR) kienet b’mod sinifikattiv ogħla fil-fergħa AT kontra il-fergħa AC, p = 0.009. Ir-RTTR kienet 59.3% (95% CI: 52.8 - 65.9) fil-fergħa AT versu 46.5% (95% CI: 39.8 - 53.2) fil-fergħa AC.

F’dan l-istudju, l-fergħa AT uriet inċidenza ogħla ta’ newtropenija severa (90% kontra 68.6%), newtropenija bid-deni (33.3% kontra 10%), infezzjoni (8% kontra 2.4%), dijareja (7.5% kontra 1.4%), astenja (8.5% kontra 2.4%) u uġigħ (2.8% kontra 0%), mill-fergħa AC. Minn naħa l-oħra, il-fergħa AC uriet inċidenza ogħla ta’ anemija severa (15.8% kontra 8.5%) mill-fergħa AT, kif ukoll inċidenza ogħla ta’ tossiċita severa kardijaka: insuffiċenza konġestiva tal-qalb (3.8% kontra 2.8%), ir-rata assoluta tal-LVEF tnaqqset ≥ 20% (13.1% kontra 6.1%), ir-rata assoluta tal-LVEF tnaqqset ≥ 30% (6.2% kontra1.1%). Imwiet minn kawża tossika ġraw f’pazjent wieħed fil-fergħa AT (insuffiċjenza konġestiva tal-qalb) u f’4 pazjenti fil-fergħa AC (1 dovut għal xokk settiku u 3 minħabba insuffiċenza konġestiva tal-qalb).

Fiż-żewġ friegħi, il-kwalità tal-ħajja imkejjla mil-kwestjonarju tal-EORTC, kienet komparabbli u stabbli waqt it-trattament u l-visti sussegwenti.

Taxespira użat flimkien ma’ trastuzumab

Docetaxel użat flimkien ma’ trastuzumab kien studjat fit-trattament ta’ pazjenti b’kanċer metastatiku tas- sider, liema tumuri kienu jipproduċu HER 2, u li precedentement ma rċevewx il-kimoterapija għal mard metastatiku. Mija sitta u tmenin (186) pazjent kienu mqassma mingħajr għażla biex jieħdu docetaxel (100 mg/m2) bi trastuzumab jew mingħajru; 60% tal-pazjenti rċevew preċedentement kimoterapija miżjuda b’tip ta’ anthracycline. Docetaxel flimkien ma’ trastuzumab kien effettiv fil-pazjenti, kemm dawk li rċevew it- terapija preċedenti u miżjuda bl-anthracyclines, kif ukoll f’dawk li ma ħadux. It-metodu ewlieni tat-test biex ikun stabbilit ir-reazzjoni pożittiva għall-HER 2 f’dan l-istudju pivitali kien l-immuno-kimika fil-ħistoloġija (IHC). Minoranza ta’ pazjenti kienu ittestjati bl-użu ta’ fluorescence in-situ hybridization (FISH). F’dan l- istudju, 87% tal-pazjenti kellhom mard li kien IHC 3+, u 95% tal-pazjenti li dahlu fl-istudju kellhom mard li kien IHC 3+ u/jew FISH pożittiv. Ir-riżultati ta’ effikaċja huma mogħtija fil-qosor fit-tabella murija hawn taħt:

TTP=iż-żmien għal progressjoni; “ne” jindika li ma setax ikun stmat jew li ma kienx għadu milħuq 1Sett sħiħ tal-analiżi (bit-tir ta’ fejqan)

2Is-sopravivenza medjana u stmata

Docetaxel użat flimkien ma’ capecitabine

31

It-data minn studju wieħed f’ċentru multipli fil-fażi III, ta’ studju kliniku, u li sar mingħajr għażla u li kien ikkontrollat, issostni l-użu ta’ docetaxel flimkien ma’ capecitabine għat-trattament ta’ pazjenti b’kanċer tas- sider avvanzat lokalment jew dak metastatiku, wara li falliet il-kimoterapija ċitotossika, inkluża anthracycline. F’dan l-istudju, 255 pazjent kienu mqassmin, mingħajr għażla, għall-kura b’docetaxel (75 mg/m2 bħala infużjoni fil-vini fuq perijodu ta’ siegħa, kull 3 ġimgħat) u capecitabine (1250 mg/m2 darbtejn kuljum għal ġimgħatejn, segwit b’perijodu ta’ waqfien għal ġimgħa). 256 pazjent kienu mqassmin, mingħajr għażla, għall-kura b’docetaxel biss (100 mg/m2 bħala infużjoni fil-vini fuq perjodu ta’ siegħa kull 3 ġimgħat). Is-sopravivenza kienet superjuri tal-fergħa fliemkien bit-trattament ta’ docetaxel + capecitabine flimkien (p = 0.0126). Is-sopravivenza medjana kienet ta’ 442 jum (docetaxel + capecitabine) kontra 352 jum (docetaxel waħdu). Ir-rati totali u oġġettivi ta’ rispons fil-popolazzjoni mqassma mingħajr għażla (kif stmat mill-investigatur) kienu 41.6% (docetaxel + capecitabine) kontra 29.7% (docetaxel waħdu); p = 0.0058. Iż- żmien biex jintlaħaq il-mard progressiv kien superjuri bid-docetaxel u capecitabine flimkien (p < 0.0001).

It-tul ta’ żmien medjan għal progressjoni kien ta’ 186 jiem (docetaxel + capecitabine) kontra ta’ 128 jiem (b’docetaxel biss).

Kanċer tal-pulmun li mhux ikkaratterizzat b’ċelluli żgħar

Pazjenti ittrattati preċedentement bil-kimoterapija u bir-radjuterapija jew mingħajrha

F’studju fil-fażi III, f’pazjenti ttrattati preċedentement, iż-żmien biex isir il-progressjoni (12.3 ġimgħat kontra 7 ġimgħat) u s-sopravivenza totali kienu sinifikament itwal b’docetaxel f’doża ta’ 75 mg/m2 komparati ma’ l-aqwa kura supportiva (AKS). Ir-rata ta’ sopravivenza ta’ sena kienet b’mod sinifikattiv itwal b’docetaxel (40%) kontra l-AKS (16%). Kien hemm inqas użu tal-morfina għall-uġigħ (p <0.01), sustanzi ghall-ugigħ mhux tat-tip tal-morfina (p <0.01), mediċini oħra relatati mal-marda (p = 0.06) u r-radjuterapija (p <0.01), f’pazjenti ittrattati b’docetaxel b’doża ta’ 75 mg/m2, komparat ma dawk fuq l-AKS.

Ir-rata totali tar-rispons kienet ta’ 6.8% fil-pazjenti evalwati, u ż-żmien medjan tar- rispons kien ta’ 26.1 ġimgħat.

Docetaxel użat flimkien ma’ sustanzi tal-platinum f’pazjenti li ma jafux li qed jingħataw l kura bil- kimoterapija

Fl-istudju fil-fażi III, 1218-il pazjent li kellhom tumur li ma jistax jitneħħa kiruġikament, kategorija IIIB jew IV NSCLC, b’KPS ta’ 70% jew akbar, u li ma rċevewx kimoterapija preċedenti għal din il-kundizzjoni,

kienu mqassmin, mingħajr għażla, jew fi ġrupp li ħa it-docetaxel (T) f’doża ta’ 75 mg/m2 bħala infużjoni tul siegħa, segwita immedjatament b’cisplatin (Cis) 75 mg/m2 li ngħata fuq perjodu ta’ bejn 30 sa 60 minuta kull 3 ġimgħat (TCis), jew docetaxel 75 mg/m2 bħala infużjoni fil vini f’tul ta’ siegħa, flimkien ma’ carboplatin (AUC 6 mg/ml.minuta) li ngħata f’30 sa 60 minuta kull 3 ġimgħat, jew vinorelbine (V) 25 mg/m2, mogħti tul 6 sa 10 minuti fil-jiem 1, 8, 15 u 22, segwit b’cisplatin 100 mg/m2 li ngħata fl-ewwel jum taċ-ċikli tal-kura, repetuti kull 4 ġimgħat (VCis).

It-tagħrif dwar is-sopravivenza, iż-żmien medjan għall-progressjoni, u r-rati ta’ rispons f’żewġ friegħi ta’ l- istudju huma murija fit-tabella hawn taħt:

32

L-aħħar stadji sekondarji tal-proċess kienu jinkludu bidla fl-uġigħ, ir-rata globali tal-kwalità tal-ħajja bl-użu tal-EuroQoL-5D, Skala ta’ Sintomi għall-Kanċer tal-Pulmun, u bidliet fl-istatus tal-wirja ta’ Karnosfky. Ir- riżultati ta’ dawn l-aħħar stadji tal-proċess kienu supportivi għal dawk tal-aħħar stadju primarju.

Għal docetaxel u carboplatin flimkien, l-effikaċja, li kienet la ekwivalenti u anqas ma kienet inferjuri, ma setgħetx tkun ippruvata meta mqabbla mat-trattament ta’ referenza, iġifieri VCis.

Kanċer tal-prostata

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Docetaxel użat flimkien ma’ prednisone jew prednisolone, f’pazjenti li qed ibatu minn kanċer metastatiku tal-prostata li mhux sensittiv għall-kura bl-ormoni kienu studjati f’ċentri multipli, mingħajr għażla tal-pazjenti, fl-istudju ta’ Fażi III. Total ta’ 1006 pazjenti b’KPS ≥ 60 kienu mqassma mingħajr għażla fi gruppi ta’ trattament kif deskritt hawn taħt:

Docetaxel 75 mg/m2 kull 3 ġimgħat għal 10 ċikli.

Docetaxel 30 mg/m2 li ngħata kull ġimgħa, ghall-ewwel 5 ġimgħat, f’ċiklitwil ta’ 6 ġimghat, mogħti għal 5 ċikli.

Mitoxantrone 12 mg/m2 mogħti kull 3 ġimghat għal 10 ċikli.

It-tliet gruppi ħadu l-kimoterapija flimkien ma’ prednisone jew prednisolone 5 mg darbtejn kuljum, bla waqfien.

Il-pazjenti li rċevew docetaxel kull tliet ġimgħat urew sopravivenza totali b’mod sinifikattiv itwal, meta mqabbla ma’ dawk ittrattati b’mitoxantrone. Iż-żieda fis-sopravivenza murija fil-fergħa tal-pazjenti li ħadu docetaxel kull ġimgħa ma kienitx statistikament sinifikanti meta mqabbla mal-fergħa ta’ kontroll b’mitoxantrone. Il-kejl tal-aħħar tal-effikaċja għal fergħa docetaxel kontra il-fergħa ta’ kontroll huwa mogħti fil-qosor fit-tabella murija hawn taħt:

*Threshold for statistical significance=0.0175 **PSA: Prostate-Specific Antigen

33

Peress li l-fatt li docetaxel meta ngħata kull ġimgħa wera komportament ta’ sigurtà daqxejn aħjar, milli meta docetaxel ingħata kull 3 ġimgħat, huwa possibbli li ċerti pazjenti jistgħu jibbenefikaw billi jieħdu docetaxel kull ġimgħa.

Ma nstabux differenzi statistikament validi bejn iż-żewġ gruppi ta’ trattament rigward il Kwalità tal- Ħajja Globali.

Adenokarċinoma tal-istonku

Studju f’ċentri multipli fejn kemm l-investigatur kif ukoll il-pazjent kienu jafu x’mediċini kienu qed jintużaw, u li il-pazjenti tqassmu f’gruppi mingħajr għażla, sar biex ikunu evalwati s-sigurtà u l-effikaċja ta’ docetaxel,

għat-trattament ta’ pazjenti li kellhom adenokarċinoma metastatika ta’ l-istonku, inklużi dawk li kellhom

adenokarċinoma fil-parti fejn l-istonku jagħqad ma’ l-esofagu, u li ma kienux ħadu qabel kimoterapija għall- mard metastatiku. Total ta’ 445 pazjent b’KPS > 70 kienu ittrattati b’docetaxel (T) (75 mg/m2 fl-ewwel jum)

flimkien ma’ cisplatin (C) (75 mg/m2 fl-ewwel jum) u 5-fluorouracil (F) (750 mg/m2 kuljum għal 5 ijiem), jew cisplatin (100 mg/m2 fl-ewwel jum) u 5-fluorouracil (1000 mg/m2 kuljum għal 5 ijiem). It-tul ta’ ċiklu ta’ trattament kien ta’ 3 ġimgħat fil-fergħa TCF u 4 ġimgħat għal fergħa CF. In-numru medjan ta’ ċikli li

ngħataw lil kull pazjent kien ta’ 6 (b’medda ta’ 1-16) għall-fergħa TCF, meta mqabbel ma’ 4 (b’medda ta’ 1- 12) għall-fergħa CF. Iż-żmien li ħa t-tumur biex avvanza (TTP) kien l-aħħar stadju primarju tal-proċess. Ir- riskju fit tnaqqis ta’ l-avvanz kien ta’ 32.1%, u kien assoċjat ma’ TPP b’mod sinifikattiv itwal (p = 0.0004) favur il-fergħa TCF. Is-sopravivenza totali kienet ukoll b’mod sinifikattiv itwal (p = 0.0201) favur il-fergħa TCF b’riskju mnaqqas ta’ mortalità ta’ 22.7%. Ir-riżultati ta’ l-effikaċja huma murija fil-qosor hawn taħt fit- tabella li tmiss:

L-effikaċja ta’ docetaxel fit-trattament ta’ pazjenti b’adenokarċinoma ta’ l-istonku

Analiżi tal-gruppi meta wieħed jikkonsidra l-età, is-sess u r-razza tiffavorixxi konsistentement il-fergħa TCF meta mqabbla mal-fergħa CF.

Analiżi aġġornata ta’ sopravivenza, maħduma fuq osservazzjoni wara l-kura, fuq medda ta’ żmien medjan ta’ 41.6 xhur, ma baqgħetx turi differenza statistikament sinifikanti, iżda dejjem iffavorixiet it-tip ta’ trattament b’TCF, u uriet li l-benefiċċju ta’ TCF fuq CF kien jidher sew bejn it-18 u t-30 xahar tal-perijodu ta’ osservazzjoni wara l-kura.

Il-kwalità sħiħa tal-ħajja (QoL) u r-riżultati tal-benefiċċju kliniku konsistentement indikaw titjib favur il- fergħa ta’ TCF. Il-pazjenti ittrattati b’TCF kellhom żmien itwal biex jaslu għal-deterjorament definittiv ta’ 5% ta’ l-istat globali ta’ saħħa fil-kwestjonarju QLQ-C30 (p = 0.0121) u żmien itwal biex jeħżienu

definittivament skont il-performance status ta’ Karnofsky (p = 0.0088), meta mqabbla ma’ pazjenti ittrattati b’CF.

34

Kanċer tar-ras u tal-għonq

Kimoterapija Induttiva segwita bi radjuterapija (TAX323)

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ docetaxel fit-trattament induttiv ta’ pazjenti li kellhom kanċer tat-tip squamous cell tar-ras u l-għonq (SCCHN), kienu evalwati fil fażi III ta’ studju magħmul minn ċentri multipli, fejn kemm l- investigatur kif ukoll il-pazjent kienu jafu x’mediċini qed jintużaw, u fejn il-pazjenti tqassmu mingħajr għażla (TAX323). F’dan l-istudju, 358 pazjent li kellhom SCCHN inoperabbli u lokalment avvanzat u b’performance status ta’ WHO ta’ 0 jew 1, tqassmu lil waħda miż-żewġ friegħi tat-trattament mingħajr għażla. Pazjenti tal-fergħa ta’ docetaxel ingħataw docetaxel (T) 75 mg/m2, segwit minn cisplatin (P) 75 mg/m2, segwit minn 5-fluorouracil (F) 750 mg/m2 kuljum bħala infużjoni kontinwa għal 5 ijiem. Din is- sistema ta’ kura ingħatat kull tliet ġimgħat għal 4 ċikli fil-każ li, ta’ l-anqas, rispons ċkejken kien ikun osservat wara żewġ ċikli (≥ 25% tnaqqis fid-daqs tat-tumur permezz ta’ kejl f’żewġ dimensjonijiet). Fit- tmiem tal-kimoterapija, b’intervall minimu ta’ 4 ġimgħat u intervall massimu ta’ 7 ġimgħat, il-pazjenti fejn it-tumur m’avvanzax, ingħataw ir-radjuterapija (RT), skont il-gwidi stabbiliti, ghal 7 ġimgħat.(TPF/RT). Pazjenti tal-fergħa kompettitiva rċevew cisplatin (P) 100 mg/m2 segwit minn 5-fluorouracil (F) 1000 mg/m2 kuljum għal 5 ijiem. Din is-sistema ta’ kura ingħatat kull tliet ġimgħat għal 4 ċikli fil-każ li, ta’ l-anqas, rispons ċkejken kien ikun osservat wara żewġ ċikli (≥ 25% tnaqqis fid-daqs tat-tumur permezz ta’ kejl f’żewġ dimensjonijiet). Fit-tmiem tal-kimoterapija, b’intervall minimu ta’ 4 ġimgħat u intervall massimu ta’

7ġimgħat, il-pazjenti fejn it-tumur m’avvanzax, ingħataw ir-radjuterapija (RT), skont il-gwidi stabbiliti, ghal

7ġimgħat (PF/RT). It-terapija lokoreġjonali bir-radjazzjoni kienet mogħtija jew permezz ta’ sistemi ta’ frazzjoni konvenzjonali (1.8 Gy - 2.0 Gy darba kuljum, 5 ijiem fil-ġimgħa sa doża totali ta’ 66 to 70 Gy), jew bħala terapija ta’ radjazzjoni mgħaġġla/iperfrazzjonata (darbtejn kuljum, b’intervall minimu ta’ interfraction ta’ 6 sigħat, 5 ijiem fil-ġimgħa). Total ta’ 70 Gy kien irrakkomandat għal sistemi ta’ trattamenti mgħaġġla u 74 Gy ghal skemi iperfrazzjonati. It-tneħħija kirurġika tat-tumur kienet permessa wara l-kimoterapija, qabel jew wara r-radjuterapija. Il-pazjenti tal-fergħa ta’ TPF irċevew il-profilassi bl-antibijotiċi permezz ta’ ciprofloxacin 500 mg oralment darbtejn kuljum għal 10 ijiem, mibdi fil-hames jum ta’ kull ċiklu, jew l- ekwivalenti. L-aħħar stadju primarju tal-proċess f’dan l-istudju, is-sopravivenza mingħajr l-avvanz (PFS), kien b’mod sinifikattiv itwal tal-fergħa ta’ TPF, meta mqabbel mal-grupp ta’ PF, p = 0.0042 (PFS medjan: 11.4 kontra 8.3 xhur, rispettivament) b’tul ta’ żmien sħiħ u medjan ta’ osservazzjoni wara l-kura ta’ 33.7 xhur. Is-sopravivenza totali u medjana kienet anke b’mod sinifikattiv itwal fil-każ tal-grupp TPF, meta mqabbel ma’ dak tal-fergħa PF (OS medjan: 18.6 kontra 14.5 xhur, rispettivament), b’tnaqqis tar-riskju ta’ mortalità b’28%, p = 0.0128. Ir-riżultati ta’ l-effikaċja huma murija fit-tabella hawn taħt:

L-effikaċja ta’ docetaxel fit-trattament induttiv ta’ pazjenti b’SCCHN inoperabbli u lokalment avvanzat (Analiżi bl-Iskop li Titratta)

35

Proporzjon ta’ riskju ta’ anqas minn 1 huwa favur docetaxel + cisplatin + 5-FU

*Cox model (aġġustament għas-sit tat-tumur Primarju, T and N stadji kliniċi u PSWHO) **Logrank test

***Chi-square test

Il-parametri tal-kwalità tal-ħajja

Il-pazjenti ittrattati b’TPF kellhom b’mod sinifikattiv anqas ta’ deterjorazzjoni fil-kejl tas-saħħa Globali, meta mqabbla ma’ dawk ittrattati bi PF (p = 0.01, meta tintuża l-iskala EORTC QLQ-C30).

Il-parametri tal-benefiċċju kliniku

L-iskaletti tal-iskala tal-istatus ta’ kapaċità, għar-ras u l-għonq (PSS-HN), maħduma biex jitkejlu l-ftehim fid- diskors, il-kapaċità biex wieħed jiekol fil-publiku, u jsegwi dieta normali, kienu b’mod sinifikattiv favur TPF meta mqabbel ma’ PF.

Iż-żmien medjan ghall-bidu tad-deterjorazzjoni skont l-istatus ta’ komportament ta’ WHO kien b’mod sinifikattiv itwal fil-grupp TPF meta mqabbel ma’ PF. L-iskala tal-intensità tal-uġigħ tjiebet waqt it- trattament fiż-żewġ gruppi li jindika l-immaniġġar adegwat tal-uġigħ.

Kimoterapija induttiva segwita bi kimoradjuterapija (TAX324)

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ docetaxel fit-trattament induttiv ta’ pazjenti li kellhom kanċer tat-tip squamous cell tar-ras u l-għonq (SCCHN) lokalment avvanzat kienu evalwati fil fażi III ta’ studju, open-label magħmul minn ċentri multipli, u fejn il-pazjenti tqassmu mingħajr għażla (TAX324). F’dan l-istudju, 501 pazjent li kellhom SCCHN inoperabbli u lokalment avvanzat u b’performance status ta’ WHO ta’ 0 jew 1, tqassmu lil waħda miż-żewġ friegħi tat-trattament mingħajr għażla. Il-popolazzjoni ta’ l-istudju hija magħmula minn pazjenti b’marda li teknikalment ma tistax titneħħa, minn pazjenti bi probabilita baxxa ta’ kura kirurġika u minn pazjenti bi skop ta’ preservazzjoni ta’ l-organi. L-effikaċja u s-sigurta’ konsidrata tindirizza biss l-aħħar studju ta’ proċess ta’ sopravivenza u s-suċċess ta preservazzjoni ta’ l-organi ma kienx indirizzat formalment.

Pazjenti tal-fergħa ta’ docetaxel ingħataw docetaxel (T) 75 mg/m2 bħala infużjoni fil-vini fl-ewwel jum segwit minn cisplatin (P) 100 mg/m2 li jingħata bħala infużjoni fil-vini fuq tul ta’ 30 minuta sa 3 sigħat, segwit minn 5-fluorouracil (F) 1000 mg/m2 kuljum bħala infużjoni kontinwa minn jum 1 sa jum 4. Iċ-ċikli ngħataw ripetutament kull tliet ġimgħat għal 3 ċikli.. Il-pazjenti kollha fejn it-tumur m’avvanzax, ingħataw (CRT), skont il-protokol (TPF/CRT). Pazjenti tal-fergħa kompettitiva rċevew cisplatin (P) 100 mg/m2 bħala infużjoni fil-vini fuq tul ta’ 30 minuta sa 3 sigħat f’jum 1, segwit minn 5-fluorouracil (F) 1000 mg/m2 kuljum bħala infużjoni kontinwa minn jum 1 sa jum 5. Iċ-ċikli ngħataw ripetutament kull tliet ġimgħat għal 3 ċikli.. Il-pazjenti kollha fejn il-marda m’avvanzatx ingħataw CRT skont il-protokoll (PF/CRT).

Pazjenti fi zewġ friegħi tat-trattament ingħataw CRT għal 7 ġimgħat wara il-kimoterapija induttiva, b’intervall minimu ta’ 3 ġimgħat u mhux aktar tard minn 8 ġimgħat mill-bidu ta’ l-aħħar ċiklu (jum 22 sa jum 56 ta’ l-aħħar ċiklu). Matul ir-radjuterapija, carboplatin (AUC 1.5) kien jingħata kull ġimgħa bħala infużjoni fil-vini fuq tul ta’ siegħa sa massimu ta’ 7 dożi. Ir-radjazzjoni kienet mogħtija permess ta’ apparat megavoltage b’użu kuljum ta frazzjoni (2 Gy kull jum, 5 jiem fil-ġimgħa għal 7 ġimgħat, għad doża totali ta’ 70-72 Gy). Il-kirurġija fuq sit primarju tal-marda u/jew l-għonq huwa kunsidrat f’kull ħin wara it-teħid komplet ta’ CRT. Il-pazjenti kollha tal-fergħa ta’ docetaxel fl-istudju kienu mogħtija antibijotiċi profilatiċi. L-aħħar stadju primarju effikaċju tal-proċess f’dan l-istudju, l-aħjar sopravivenza (OS), kien b’mod sinifikattiv itwal (log-rank test, p=0.0058) fil-fergħa ta’ docetaxel, meta mqabbel mal-grupp ta’ PF (OS medjan: 70.6 kontra 30.1 xhur rispettivament) b’tnaqqis tar-riskju ta’ mortalità b’30% meta mqabbel ma’ dak tal-fergħa PF ( Il-proporzjon tar-riskju (HR) = 0.70, 95% confidence interval (CI) = 0.54-0.90) l-aħjar tul medjan tal-perijodu ta’ osservazzjoni ta’ 41.9 xhur. L-aħħar stadju sekondarju , PFS, wera tnaqqis tar-riskju mingħajr avvanz u mortalità ta’ 29% u titjib ta’ 22 xhur tal-medjan PFS (35.5 xhur għal TPF u 13.1 ta’ PF). Din kienet ukoll statistikament sinifikanti bi HR ta’ 0.71; 95% CI 0.56-0.90; log-rank test p = 0.004. Ir- riżultati ta’ l-effikaċja huma murija fit-tabella hawn taħt:

36

Popolazzjoni pedjatrika
L-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini neħħiet l-obbligu li għandhom jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Taxespira f’kull grupp sekondarju tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kanċer tas-sider, kanċer tal-pulmun mhux ta’ l-għamla ta’ ċelluli żgħar, kanċer tal-prostata, karċinoma gastrika u kanċer tar-ras u tal-għonq, li ma jinkludix karċinoma nasofarinġijali tat-tip II u III li huma inqas iddifferenzjati (ara sezzjoni 4.2 dwar l-użu pedjatriku).
5.2 Tagħrif farmakokinetiku
Assorbiment
Il-komportament farmakokinetiku ta’ docetaxel kien studjat f’pazjenti bil-kanċer wara l-għoti ta’ 20 sa 115 mg/m2 fil-fażi I tal-istudji. Il-profil kinetiku ta’ docetaxel huwa indipendenti mid-doża użata u huwa
konsistenti ma’ mudell farmakokinetiku bi tliet oqsma, biż-zmien kemm idum biex jonqos bin-nofs fil-livell tad-demm għall-fażijiet α, β u γ huwa ta’ 4 minuti, 36 minuta u 11.1 sigħat, rispettivament. Il-fażi tal-aħħar hija dovuta partjalment għall-effluss relattivament bil-mod ta’ docetaxel mill-kompartiment periferika.
Distribuzzjoni
Wara l-għoti ta’ doża ta’ 100 mg/m2 li ngħatat bħala infużjoni fi żmien siegħa, l-ogħla livell medju fil-plażma kien ta’ 3.7 μg/ml b’AUC korrispondenti ta’ 4.6 sigħat.μg/ml. Il-valuri medji tat-tneħħija totali mill-ġisem u l- volum ta’ distribuzzjoni meta jintlaħaq stat stabbli u miżmum kienu 21 l/siegħa/m2 u 1131l, rispettivament.
Varjazzjoni bejn individwu u ieħor fit-tneħħija totali tas-sustanza mill-ġisem kien ta’ madwar 50%. Docetaxel huwa iktar minn 95% marbut mal-proteini tal-plażma.
Eliminazzjoni
Studju b’ 14C-docetaxel sar fi tliet pazjenti bil-kanċer. Docetaxel tneħħa kemm fl-awrina kif ukoll fl-ippurgar, wara l-metaboliżmu ossidattiv, permezz tas-sistema t’enzimi P450, tal-parti kimika tert-butyl ester. Dawn ġraw fi żmien sebgħat ijiem u l-ammont imneħħi fl-awrina u fl-ippurgar kienu ta’ madwar 6% u 75% tar-
37
76.5 (70.8-
81.5)
71.5 (65.5-
77.1)
L-aħjar rizultat sħiħ (CR + PR) bit-trattament studjat [kimoterapija +/- kimoradjuterapija] (%) (95%CI)
***p-value0.209 Proporzjon ta’ riskju ta’ anqas minn 1 huwa favur docetaxel + cisplatin + fluorouracil *Log-rank test mhux aġġustat
**Logrank test mhux aġġustat, mhux aġġustat għal paraguni multipli
***Chi-square test, mhux aġġustat għal paraguni multipli NA - Ma jgħoddx f’dan il-każ.
0.070
L-aħjar rizultat sħiħ (CR + PR) bil-kimoterapija
(%) (95%CI)
***p-value
71.8
(65.8-77.2)
0.71 (0.56-0.90)
0.004
64.2
(57.9-70.2)
PFS madjana (xhur)
(95%CI) Il-proporzjon tar-riskju (95%CI)
**p-value
35.5
(19.3-NA)
0.70
(0.54-0.90)
0.0058
13.1
(10.6-20.2)
70.6
(49.0-NA)
30.1
(20.9-51.5)
L-aħjar Tul medjan ta’ sopravivenza (xhur)
(95%CI) Il-proporzjon tar-riskju (95%CI)
*p-value
n = 246
Docetaxel +
Cis + 5-FU n = 255
Cis + 5-FU
L-aħħar stadju tal-proċess
L-Effikaċja ta’ docetaxel fit-trattament induttiv ta’ pazjenti b’SCCHN inoperabbli u lokalment avvanzat (Analiżi bl-Iskop li Titratta)

radjuattività li ngħatat, rispettivament. Madwar 80% tar-radjuattività irkuprata fl-ippurgar titneħħa waqt l- ewwel 48 siegħa bħala prodott metaboliku inattiv, wieħed ewlieni u tliet prodotti oħra inattivi u minuri, kif ukoll ammonti żgħar ħafna ta’ prodott mediċinali mhux mibdul.

Popolazzjonijiet speċjali

Età u sess

Analiżi farmakokinetika tmexxiet f’popolazzjoni ta’ 577 pazjent fuq docetaxel. Il-parametri farmakokinetiċi stmati b’dan il-mudell kienu viċin ħafna għal dawk stmati mill-istudji fil-fażi I. Il-komportmanet farmakokinetiku ta’ docetaxel ma kienux mibdula mħabba l-età jew is-sess tal-pazjent.

Indeboliment epatiku

F’numru żgħir ta’ pazjenti (n=3) li kellhom data bijokimiku kliniku suġġestiv ta’ indeboliment tal-fwied minn grad ħafif sa moderat , (ALT, AST ≥ 1.5 drabi tal-OLN assoċjat ma’ livelli tal-enzima alkaline phosphatase ≥ 2.5 drabi tal-OLN), it-tneħħija totali tbaxxiet b’medja ta’ 27% (ara sezzjoni 4.2).

Żamma ta’ fluwidu

It-tneħħija ta’ docetaxel ma kienx immodifikat f’pazjenti bi grad ħafif sa wieħed moderat taż-żamma ta’ fluwidu, u m’hemmx data fuq pazjenti bi grad sever taż-żamm ta’ fluwidu.

Terapija flimkien ma’ prodotti oħra

Doxorubicin

Meta ntużaw flimkien, docetaxel ma jeffetwax it-tneħħija ta’ doxorubicin u anqas l-livelli tal-plasma ta’ doxorubicinol (prodott metaboliku tad-doxorubicin). Il-komportamenti farmakokinetiċi ta’ docetaxel, doxorubicin u cyclophosphamide ma kienux effettwati meta ngħataw flimkien.

Capecitabine

Fi studju fil-fażi I, l-effett ta’ capecitabine fuq il-komportament farmakokinetiku ta’ docetaxel u vice-versa kienu evalwati. Il-capecitabine m’uriex effett fuq il-komportament farmakokinetiku ta’ docetaxel (Cmax u l-

AUC) u ma kien hemm l-ebda effett minn docetaxel fuq il-komportament farmakokinetiku ta’ prodott metaboliku 5’-DFUR, rilevanti għal capecitabine.

Cisplatin

It-tneħħija ta’ docetaxel meta ngħata ma’ cisplatin kienet l-istess bħal meta ngħata waħdu. Il-profil farmakokinetiku ta’ cisplatin, li ngħata ftit wara l-infużjoni ta’docetaxel, huwa simili għal dak osservat b’cisplatin waħdu.

Cisplatin u 5-fluorouracil

L-għoti flimkien ta’ docetaxel, cisplatin u 5-fluorouracil fi 12-il pazjent b’tumuri solidi ma kellux effett fuq il- komportament farmakokinetiku ta’ kull prodott mediċinali individwali.

Prednisone u dexamethasone

L-effett ta’ prednisone fuq il-komportament farmakokinetiku ta’ docetaxel meta ngħata mal-premedikazzjoni ta’ dexamethasone, bħas-soltu, kien studjat f’42 pazjent.

Prednisone

Ebda effett ta’ prednisone fuq il-komportament farmakokinetiku ta’ docetaxel ma kien innotat.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Il-potenzjal karċinoġeniku ta’ docetaxel ma kienx studjat.

Docetaxel intwera li huwa mutaġeniku in vitro fil-mikronukleju u fit-test għall-aberrazzjoni tal-kromosomi fiċ-ċelluli CHO-K1 u fit-test in vivo fuq il-mikronukleju fil-ġurdien. Madankollu, m’induċix mutaġeniċita fittest t’Ames jew fi studju mutaġeniku tal-ġene CHO/HGPRT. Dawn ir-riżultati huma konsistenti mal-attività farmakoloġika ta’ docetaxel.

38

Effetti mhux mixtieqa osservati fuq it-testikoli, fit-testijiet ta’ tossiċità fuq l-annimali gerriema jissuġerixxu li docetaxel jista’ jinpedixxi l-fertilità tas-sess maskil.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Polysorbate 80

Ethanol (anhydrous)

Citric acid monohydrate

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjett magħluq 24-il xahar

Wara l-ftuħ tal-kunjett

Kull kunjett huwa għal użu ta’ darba u għandu jintuża minnufih wara l-ftuħ. Jekk ma jigix użat immedjatament, il-ħinijiet u l- kondizzjonijiet ta’ ħażna huma r-responsabbilita’ tal-utent

Malli jigi miżjud mal-borża għall-infużjoni

Mil-lat mikrobijoloġiku, r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni għandhom isiru f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u validati u l-prodott għandu jintuża minnufih. Jekk ma jigix użat immedjatament, il-ħinijiet u l- kondizzjonijiet ta’ ħażna huma r-responsabbilita’ tal-utent

Malli jigi miżjud mal-borża għall-infużjoni kif rakkomandat, is-soluzzjoni ghal infużjoni ta’ docetaxel, jekk tiġi maħzuna inqas minn 25°C, hija stabbli għal 6 sieghat. Għandha tintuża fi żmien 6 sieghat (jinkludi is- siegħ a ta infużjoni b’amministrazzjoni fil-vina)

Addizzjonalment, l-istabbiltà kimika u fiżika tas-soluzzjoni għall-infużjoni preparata b’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) jew 5% glucose soluzzjoni għall-infużjoni f’boroż li huma non-PVC jew b’5% glucose fi

fliexken tal-hġieġ ġiet murija sa 48 siegha maħżuna bejn 2°C sa 8°C u sa 6 siegħat meta maħżuna inqas minn 25°C.

Is-soluzzjoni ghal infużjoni ta’ docetaxel hi supersaturata, allura tista’ tikkristallizza mal- ħin. Jekk il- kristalli jidhru, is-soluzzjoni m’għandiex tibqa tiġi użata u għadha tintrema.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl

Għall-kundizzjonijiet ta’ ħażna tal-prodott mediċinali dilwit, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Ħġieġ ċar ta’ Tip 1 b’tapp tal-lastku tal-bromobutyl b’siġill tal-aluminju u għatu li jitneħħa bis-saba’.

20mg/1 ml fih 1 ml ta’ konċentrat.

39

80mg/4 ml fih 4 ml ta’ konċentrat.

120mg/6 ml fih 6 ml ta’ konċentrat.

Daqs tal-pakkett:

Kull kaxxa fiha kunjett wieħed.

Mhux id-daqsijiet kollha jistgħu jigu mqiegħda fuq is-suq

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema <u għal immaniġġar ieħor>

Taxespira hija sustanza kimika għall-użu kontra t-tumuri u, bħal kull sustanza potenzjalment tossika, trid tkun eżerċitata l-kawtela fl-immaniġġar u fil-preparazzjoni tat-taħlitiet ta’ Docetaxel. L-użu tal-ingwanti huwa rakkomandat.

Jekk Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni tiġi f’kuntatt mal-ġilda, aħsel immedjatament u sew bis-sapun u l-ilma. Jekk il-konċentrat, is-soluzzjoni mħallta minn qabel għal-lest, jew l-infużjoni ta’ Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni innifisha tiġi f’kuntatt mal-mukoża, aħsel immedjatament u sew bl-ilma.

Il-preparazzjoni tal-prodott għall-għoti ġol-vini

Preparazzjoni ta’ soluzzjoni għall-infużjoni

TUŻAX prodotti mediċinali oħrajn li fihom docetaxel li jikkonsistu f’2 kunjetti (konċentrat u solvent) ma’ dan il-prodott mediċinali (Taxespira 20mg/1ml konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni, li fih kunjett wieħed)

TUŻAX prodotti mediċinali oħrajn li fihom docetaxel li jikkonsistu f’2 kunjetti (konċentrat u solvent) ma’ dan il-prodott mediċinali (Taxespira 80mg/4ml konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni, li fih kunjett wieħed)

TUŻAX prodotti mediċinali oħrajn li fihom docetaxel li jikkonsistu f’2 kunjetti (konċentrat u solvent) ma’ dan il-prodott mediċinali (Taxespira 120mg/6ml konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni, li fih kunjett wieħed)

Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni jirrikjedi L-EBDA dilwizjoni b’solvent u huwa lest biex jigi miżjud mas-soluzzjoni għall-infużjoni

Kull kunjett huwa ghal użu ta darba u għandu jintuża immedjatament

Jekk il-kunjetti jkunu maħzuna refriġirati, halli n-numru ta kaxxi ta’ Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni biex joqgħodu taht 25°C ghal 5 minuti qabel l-użu.

Jista’ jagħti l-każ li jkollok tuża aktar minn kunjett wieħed ta’ Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni biex tilħaq id-doża indikata għall-pazjent. B’mod asettiku tella’ l-ammont meħtieġ ta’ Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni b’użu ta’ siringa kkalibrata b’labra ta’ 21G.

F’kunjetti ta’ Taxespira 20 mg/1 ml, 80 mg/4 ml u 120 mg/6 ml, il-konċentrazzjoni ta’ docetaxel hija 20 mg/ ml.

Il-volum meħtieg ta’ Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jigi injettat f’infużjoni waħda (titqiba wahda) ġo 250mL borża ghall- infużjoni jew flixkun li fih soluzzjoni ta’5% glucose jew sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) solzzjoni għall-infużjoni.

40

Jekk hija meħtieġa doża akbar minn 190 mg ta’ docetaxel, uża volum t’infużjoni akbar biex tiżgura li ma teċċedix il-konċentrazzjoni ta’ 0.74 mg/ml ta’ docetaxel.

Ħawwad il-borża jew il-flixkun tal-infużjoni b’idejk billi ċċaqlaqha/iċċaqalqu minn naħa għall-oħra.

Is-soluzzjoni għall-infużjoni għandha tintuża fi żmien 6 sigħat taħt 25°Ċ inkluz siegha infużjoni lil pazjent

Bħal prodotti parenterali kollha, is-soluzzjoni għall-infużjoni docetaxel għandha tkun eżaminata viżwalment qabel l-użu; is-soluzzjonijiet li juru xi preċipitat m’għandhomx jintużaw.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Hospira UK Limited

Horizon,

Honey Lane,

Hurley,

Maidenhead,

SL6 6RJ

Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/15/1017/001

EU/1/15/1017/002

EU/1/15/1017/003

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

28 Awissu 2015

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

41

ANNESS II

A.MANIFATTUR(I) RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT

B.KONDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET RIGWARD IL- PROVVISTA U L-UŻU

C.KONDIZZJONIJIET U REKWIŻITI OĦRA TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

D.KONDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET FIR-RIGWARD TAL- UŻU SIGUR U EFFIKAĊI TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

42

A.MANIFATTUR(I) RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT

Isem u indirizz tal-manifattur(i) responsabbli għall-ħruġ tal-lott.

Hospira UK Limited

Horizon,

Honey Lane,

Hurley,

Maidenhead,

SL6 6RJ

Ir-Renju Unit

Hospira Enterprises B.V.

Randstad 22-11

NL-1316 BN Almere

L-Olanda

Fuq il-fuljett ta’ tagħrif tal-prodott mediċinali għandu jkun hemm l-isem u l-indirizz tal-manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott konċernat

B.KONDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET RIGWARD IL-PROVVISTA U L-UŻU

Prodott mediċinali li jingħata b’riċetta ristretta tat-tabib (ara Anness I: Sommarju tal- Karatteristiċi tal- Prodott, sezzjoni 4.2).

C.KONDIZZJONIJIET U REKWIŻITI OĦRA TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Rapporti Perjodiċi Aġġornati dwar is-Sigurtà

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jippreżenta rapporti perjodiċi aġġornati dwar is- sigurtà għal dan il-prodott f’konformità mar-rekwiżiti mniżżla fil-lista tad-dati ta’ referenza tal-Unjoni (lista EURD) prevista skont l-Artikolu 107c(7) tad-Direttiva 2001/83/KE u ppubblikati fuq il-portal elettroniku Ewropew tal-mediċini.

D.KONDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET FIR-RIGWARD TAL-UŻU SIGUR U EFFIKAĊI TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Pjan tal-ġestjoni tar-riskju (RMP)

L-MAH għandu jwettaq l-attivitajiet u l-interventi meħtieġa ta’ farmakoviġilanza dettaljati fl-RMP maqbul ippreżentat fil-Modulu 1.8.2 tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u kwalunkwe aġġornament sussegwenti maqbul tal-RMP.

RMP aġġornat għandu jiġi ppreżentat:

Meta l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini titlob din l-informazzjoni;

Kull meta s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju tiġi modifikata speċjalment minħabba li tasal informazzjoni ġdida li tista’ twassal għal bidla sinifikanti fil-profil bejn il-benefiċċjuu r-riskju jew minħabba li jintlaħaq għan importanti (farmakoviġilanza jew minimizzazzjoni tar-riskji).

43

ANNESS III

TIKKETTAR U FULJETT TA’ TAGĦRIF

44

A. TIKKETTAR

45

TAGĦRIF LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETT TA’ BARRA

Kartuna ta’ Barra

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Taxespira 20 mg/1 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Docetaxel

2.DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I)

Kull 1 ml ta’ konċentrat, fih 20mg docetaxel (bħala tri-idrat).

3.LISTA TA’ EĊĊIPJENTI

Polysorbate 80

Ethanol (anhydrous)

Citric acid monohydrate

Ara l-fuljett għal aktar tagħrif.

4.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA U KONTENUT

konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

kunjett wieħed

5.MOD TA’ KIF U MNEJN JINGĦATA

Użu għal ġol-vini.

Lest biex jiġi miżjud mas-soluzzjoni għall-infużjoni

Aqra l-fuljett ta’ tagħrif qabel l-użu.

6.TWISSIJA SPEĊJALI LI L-PRODOTT MEDIĊINALI GĦANDU JINŻAMM FEJN MA

JIDHIRX U MA JINTLAĦAQX MIT-TFAL

Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

7.TWISSIJA(IET) SPEĊJALI OĦRA, JEKK MEĦTIEĠA

Ċitotossiku

8.DATA TA’ SKADENZA

EXP:

46

9.KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI TA’ KIF JINĦAŻEN

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

10.PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦAR-RIMI TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI MHUX

UŻATI JEW SKART MINN DAWN IL-PRODOTTI MEDIĊINALI, JEKK HEMM BŻONN

Kunjetti li jintużaw darba biss

11.ISEM U INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-

SUQ

Hospira UK Limited

Hurley,

SL6 6RJ

Ir-Renju Unit

12.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/15/1017/001 20 mg/1 ml kunjett x 1 kunjett

13.NUMRU TAL-LOTT <, DONAZZJONI U KOWD TAL-PRODOTT>

Lot:

14.KLASSIFIKAZZJONI ĠENERALI TA’ KIF JINGĦATA

Prodott mediċinali li jingħata bir-riċetta tat-tabib.

15.ISTRUZZJONIJIET DWAR L-UŻU

16.INFORMAZZJONI BIL-BRAILLE

Il-ġustifikazzjoni biex ma jkunx inkluż il-Braille hija aċċettata

47

TAGĦRIF LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETT TA’ BARRA

Kartuna ta’ Barra

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Taxespira 80 mg/4 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Docetaxel

2.DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I)

Kull 1 ml ta’ konċentrat, fih 20mg docetaxel (bħala tri-idrat).

3.LISTA TA’ EĊĊIPJENTI

Polysorbate 80

Ethanol (anhydrous)

Citric acid monohydrate

Ara l-fuljett għal aktar tagħrif.

4.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA U KONTENUT

konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

kunjett wieħed

5.MOD TA’ KIF U MNEJN JINGĦATA

Użu għal ġol-vini.

Lest biex jiġi miżjud mas-soluzzjoni għall-infużjoni

Aqra l-fuljett ta’ tagħrif qabel l-użu.

6.TWISSIJA SPEĊJALI LI L-PRODOTT MEDIĊINALI GĦANDU JINŻAMM FEJN MA

JIDHIRX U MA JINTLAĦAQX MIT-TFAL

Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

7.TWISSIJA(IET) SPEĊJALI OĦRA, JEKK MEĦTIEĠA

Ċitotossiku

8.DATA TA’ SKADENZA

EXP:

48

9.KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI TA’ KIF JINĦAŻEN

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

10.PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦAR-RIMI TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI MHUX

UŻATI JEW SKART MINN DAWN IL-PRODOTTI MEDIĊINALI, JEKK HEMM BŻONN

Kunjetti li jintużaw darba biss

11.ISEM U INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-

SUQ

Hospira UK Limited

Hurley,

SL6 6RJ

Ir-Renju Unit

12.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/15/1017/002 80 mg/4 ml kunjett x 1 kunjett

13.NUMRU TAL-LOTT <, DONAZZJONI U KOWD TAL-PRODOTT>

Lot:

14.KLASSIFIKAZZJONI ĠENERALI TA’ KIF JINGĦATA

Prodott mediċinali li jingħata bir-riċetta tat-tabib.

15.ISTRUZZJONIJIET DWAR L-UŻU

16.INFORMAZZJONI BIL-BRAILLE

Il-ġustifikazzjoni biex ma jkunx inkluż il-Braille hija aċċettata

49

TAGĦRIF LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETT TA’ BARRA

Kartuna ta’ Barra

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Taxespira 120 mg/6 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Docetaxel

2.DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I)

Kull 1 ml ta’ konċentrat, fih 20mg docetaxel (bħala tri-idrat).

3.LISTA TA’ EĊĊIPJENTI

Polysorbate 80

Ethanol (anhydrous)

Citric acid monohydrate

Ara l-fuljett għal aktar tagħrif.

4.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA U KONTENUT

konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

kunjett wieħed

5.MOD TA’ KIF U MNEJN JINGĦATA

Użu għal ġol-vini.

Lest biex jiġi miżjud mas-soluzzjoni għall-infużjoni

Aqra l-fuljett ta’ tagħrif qabel l-użu.

6.TWISSIJA SPEĊJALI LI L-PRODOTT MEDIĊINALI GĦANDU JINŻAMM FEJN MA

JIDHIRX U MA JINTLAĦAQX MIT-TFAL

Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

7.TWISSIJA(IET) SPEĊJALI OĦRA, JEKK MEĦTIEĠA

Ċitotossiku

8.DATA TA’ SKADENZA

EXP:

50

9.KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI TA’ KIF JINĦAŻEN

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

10.PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦAR-RIMI TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI MHUX

UŻATI JEW SKART MINN DAWN IL-PRODOTTI MEDIĊINALI, JEKK HEMM BŻONN

Kunjetti li jintużaw darba biss

11.ISEM U INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-

SUQ

Hospira UK Limited

Hurley,

SL6 6RJ

Ir-Renju Unit

12.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/15/1017/003 120 mg/6 ml kunjett x 1 kunjett

13.NUMRU TAL-LOTT <, DONAZZJONI U KOWD TAL-PRODOTT>

Lot:

14.KLASSIFIKAZZJONI ĠENERALI TA’ KIF JINGĦATA

Prodott mediċinali li jingħata bir-riċetta tat-tabib.

15.ISTRUZZJONIJIET DWAR L-UŻU

16.INFORMAZZJONI BIL-BRAILLE

Il-ġustifikazzjoni biex ma jkunx inkluż il-Braille hija aċċettata

51

TAGĦRIF MINIMU LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETTI Ż-ŻGĦAR EWLENIN

Tikketta tal-Kunjett

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI U MNEJN GĦANDU JINGĦATA

Taxespira 20 mg/1 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Docetaxel

IV

2.METODU TA’ KIF GĦANDU JINGĦATA

Jittieħed ġol-vina

3.DATA TA’ SKADENZA

EXP:

4.NUMRU TAL-LOTT <, DONAZZJONI U KOWD TAL-PRODOTT>

Lot:

5.IL-KONTENUT SKONT IL-PIŻ, IL-VOLUM, JEW PARTI INDIVIDWALI

20 mg/1 ml

(20mg/ml)

6.OĦRAJN

52

TAGĦRIF MINIMU LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETTI Ż-ŻGĦAR EWLENIN

Tikketta tal-Kunjett

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI U MNEJN GĦANDU JINGĦATA

Taxespira 80 mg/4 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Docetaxel

IV

2.METODU TA’ KIF GĦANDU JINGĦATA

Jittieħed ġol-vina

3.DATA TA’ SKADENZA

EXP:

4.NUMRU TAL-LOTT <, DONAZZJONI U KOWD TAL-PRODOTT>

Lot:

5.IL-KONTENUT SKONT IL-PIŻ, IL-VOLUM, JEW PARTI INDIVIDWALI

80 mg/4 ml

(20mg/ml)

6.OĦRAJN

53

TAGĦRIF MINIMU LI GĦANDU JIDHER FUQ IL-PAKKETTI Ż-ŻGĦAR EWLENIN

Tikketta tal-Kunjett

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI U MNEJN GĦANDU JINGĦATA

Taxespira 120 mg/6 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Docetaxel

IV

2.METODU TA’ KIF GĦANDU JINGĦATA

Jittieħed ġol-vina

3.DATA TA’ SKADENZA

EXP:

4.NUMRU TAL-LOTT <, DONAZZJONI U KOWD TAL-PRODOTT>

Lot:

5.IL-KONTENUT SKONT IL-PIŻ, IL-VOLUM, JEW PARTI INDIVIDWALI

120 mg/6 ml

(20mg/ml)

6.OĦRAJN

54

B. FULJETT TA’ TAGĦRIF

55

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Taxespira 20 mg/1 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Taxespira 80 mg/4 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Taxespira 120 mg/6 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

docetaxel

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar tal-isptar jew l-infermier tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar tal-isptar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Taxespira u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Taxespira

3.Kif għandek tuża Taxespira

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Taxespira

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Taxespira u gћalxiex jintuża

L-isem ta’ din il-mediċina huwa Taxespira. L-isem komuni tagħha huwa docetaxel. Id-docetaxel hija sustanza derivata mill-weraq, taħt għamla ta’ labar, tas-siġar tat-tassu.

Docetaxel jappartjeni għall-klassi ta’ mediċini kontra l-kanċer li jissejħu taxoids.

Taxespira kien preskritt mit-tabib tiegħek għat-trattament tal-kanċer tas-sider, xi tipi speċjali ta’ kanċer tal- pulmun (dak it-tip ta’ kanċer tal-pulmun li mhux ikkaratteriżżat minn ċelluli żgħar), kanċer tal-prostata, kanċer ta’ l-istonku jew kanċer tar-ras u ta’ l-għonq:

Għat-trattament ta’ kanċer avvanżat tas-sider, Taxespira jista’ jingħata jew waħdu jew flimkien ma’ doxorubicin jew trastuzumab jew capecitabine.

Għat-trattament ta’ kanċer bikri tas-sider b’involviment jew le tal-glandoli limfatiċi, Taxespira jista’ jingħata flimkien ma’ doxorubicin u cyclophosphamide.

Għat-trattament tal-kanċer tal-pulmun, Taxespira jista’ jingħata jew waħdu jew flimkien ma cisplatin.

Għat-trattament ta’ kanċer tal-prostata, Taxespira jingħata flimkien ma’ prednisone jew prednisolone.

Għat-trattament ta’ kanċer metastatiku ta’ l-istonku, Taxespira jingħata flimkien ma’ cisplatin u 5- fluorouracil.

Għat-trattament ta’ kanċer tar-ras u l-għonq, Taxespira jingħata flimkien ma’ cisplatin u 5- fluorouracil.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu tuża Taxespira

M’jistax jingħatalek Taxespira jekk:

jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittivita’ eċċessiva) għal docetaxel jew sustanzi oħra ta’ Taxespira.

in-numru taċ-ċelluli bojod fid-demm huwa baxx wisq.

għandek mard serju tal-fwied.

Twissijiet u prekawzjonijiet

56

Qabel kull darba li tibda l-kura b’Taxespira ikollok tagħmel testijiet tad-demm biex tiċċekja jekk għandekx biżejjed ċelluli fid-demm u funzjoni adegwata tal-fwied biex tkun tista’ tieħu Taxespira.Fil-każ li jkun hemm abnormalitajiet fiċ-ċelluli bojod tad-demm, jista’ jkollok id-deni jew infezzjonijiet assoċjati magħhom.

Tkellem mat-tabib, mal-ispiżjar tal-isptar jew mal-infermier tiegħek jekk għandek problemi fil-vista. F’każ ta’ problemi fil-vista, b’mod partikulari vista mċajpra, għandek minnufih tagħmel eżaminazzjoni tal-għajnejn u tal-vista.

Jekk fil-pulmuni tiegħek jiżviluppaw xi problemi akuti jew dawn imorru għall-agħar (deni, qtugħ ta’ nifs jew sogħla), jekk jogħġbok minnufih għid lit-tabib, lill-ispiżjar tal-isptar jew lill-infermier tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jwaqqaflek il-kura immedjatament.

Ser jgħidulek biex tieħu l-premedikazzjoni li tikkonsisti f’corticosteroid orali bħal dexamethasone, jum qabel tieħu Taxespira u trid tkompli hekk għal jum wieħed jew jumejn wara, biex tnaqqas ir-riskju ta’ xi effetti mhux mixtieqa li jista’ jkollok wara l-infużjoni ta’Taxespira, speċjalment reazzjonijiet allerġiċi u żamm ta’ fluwidu (nefħa ta’ l-idejn, saqajn, riġlejn jew żieda fil-piż).

Waqt it-trattament, tista’ tingħata xi mediċini oħra biex jinżamm l-għadd taċ-ċelluli tad-demm tiegħek.

Taxespira fih l-alkoħol. Iddiskuti mat-tabib tiegħek jekk tbati minn dipendenza ta’l- alkoħol jew indeboliment tal-fwied. Ara wkoll is-sezzjoni Taxespira fih l-ethanol (l-alkoħol)” hawn taħt.

Mediċini oħra u Taxespira

Jekk joghġbok, għid lit-tabib jew lis-spiżjar fl-isptar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta. Dan għaliex Taxespira jew il-mediċina l-oħra jistgħu ma jaħdmux tajjeb daqs dak mistenni u jista’ jkun aktar probabbli li tiżviluppa xi effetti sekondarji

Tqala, treddigħ u fertilità

Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina .

Taxespira MA JISTAX jittieħed jekk inti tqila b’tarbija ħlief meta huwa ndikat mit-tabib tiegħek.

M’għandekx toħroġ tqila waqt it-trattament b’din il-mediċina u għandek tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt il-kura, minħabba li Taxespira jista’ jkun ta’ ħsara lit-tarbija mhux imwielda. Jekk toħroġ tqila waqt it-trattament, għandek tgħid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Ma tistax tredda’ waqt li qed tieħu l-kura b’Taxespira.

Jekk inti raġel li qed tiġi kkurat bi Taxespira, inti avżat biex ma ssirx missier waqt u sa 6 xhur wara t- trattament u sabiex tfittex parir għal konservazzjoni ta' l-isperma qabel it-trattament minħabba minħabba li docetaxel jista' jibdel il-fertilità maskili.

Sewqan u tħaddim ta’ magni:

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-kapaċità biex issuq u li tħaddem magni.

Taxespira fih l-ethanol (l-alkoħol)

Dan il-prodott mediċinali fih 50 vol% ethanol (alkoħol), jiġifieri sa 0.395 g (0.5 ml) kull kunjett, ekwivalenti għal 10 ml ta' birra jew 4 ml inbid għal kull kunjett ta’ 1ml, 40 ml ta' birra jew 17 ml inbid għal kull kunjett ta’ 4ml jew 60 ml ta' birra jew 25 ml inbid għal kull kunjett ta’ 12ml.

Dan jista’ jkun ta' ħsara għal dawk li jbatu mill-alkoħoliżmu

Biex jittieħed kont ta' nisa tqal jew li qed ireddgħu, tfal u gruppi b’riskju għoli bħal pazjenti b'mard tal-fwied, jew epilessija.

57

L-ammont ta 'alkoħol f'dan il-prodott mediċinali jista' jibdel l-effetti tal-prodotti mediċinali l-oħra.

L-ammont ta 'alkoħol f'dan il-prodott mediċinali jista' jkollu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

3. Kif għandek tuża Taxespira

Taxespira sejjer jingħatalek minn professjonist fil-qasam tas-saħħa.

Doża normali

Id-doża tiddependi fuq il-piż tiegħek u l-qagħda ġenerali li tinsab fiha. It-tabib tiegħek sejjer jikkalkula l-erja tas-superfiċi ta’ ġismek f’metri kwadri (m2) u b’hekk ser ikun jista’ jikkalkula d-doża li għandek tieħu.

Il-metodu u l-mod ta’ kif jingħata

Taxespira sejjer jingħatalek permezz t’infużjoni f’waħda mill-vini tiegħek (għal użu ġol-vini). L-infużjoni iddum madwar siegħa u waqt din il-proċedura inti ser tkun l-isptar.

Kemm jingħata spiss

Għandek normalment tirċievi l-infużjoni tiegħek darba kull 3 ġimgħat.

It-tabib tiegħek jista’ jibdillek id-doża u l-frekwenza tad-dożi skont ir-riżultati tad-demm, il-qagħda ġenerali tiegħek u r-rispons għal Taxespira. Partikulament, jekk joghġbok, għid lit-tabib tiegħek speċjalment jekk tiżviluppa id-dijarea, selħiet fil-ħalq, sensazzjoni ta’ tnemnim jew xi parti imtarrxa tal-ġisem jew deni u għidlu/ghidilha bir-riżultati tat-testijiet tiegħek tad-demm. B’din l-informazzjoni tippermetti lilhu/lilha biex jiddeċiedi/tiddeċiedi jekk id-dożżaġġ għandu jiġi mnaqqas. Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek fl-isptar.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Taxespira jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

It-tabib tiegħek sejjer jiddiskuti dawn miegħek u jispjegalek ir-riskju u l-benefiċji potenzjali tat-trattament. Ir-reazzjonijiet avversi l-aktar komunement irrapportati ta’ Taxespira waħdu huma: tnaqqis fl-għadd taċ- ċelluli ħomor u bojod tad-demm, alopeċja, tqalligħ, rimettar, selħiet tal-ħalq, dijarrea u għeja.

Is-severità ta’ dawn il-ġrajjiet avversi ta’ Taxespira jistgħu jiżdiedu meta Taxespira jingħata flimkien ma’ sustanzi kimoterapewtiċi oħra.

Waqt l-infużjoni fl-isptar jistgħu jiġru dawn ir-reazzjonijiet allerġiċi (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

fwawar, reazzjonijiet fil-ġilda, ħakk,

rass tas-sider, tbatija fin-nifs,

deni jew tkexkix tal-bard,

uġigħ fid-dahar,

pressjoni baxxa

Reazzjonijiet aktar severi jistgħu jiġru.

L-istaff ta’ l-isptar jimmoniterjawlek il-kundizzjoni tiegħek mill-qrib waqt it-trattament. Għidilhom immedjatament jekk tinduna b’waħda minn dawn l-effetti.

Bejn infużjoni u oħra ta’ Taxespira jista’ jkollu dawn l-effetti, li l-frekwenza tagħhom tvarja skont it-taħlita ta’ mediċini li qed tieħu:

58

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

infezzjonijiet, tnaqqis fl-għadd taċ-ċelluli ħomor tad-demm (anemija), jew dak taċ-ċelluli bojod (li huma importanti fit-taqbida kontra l-infezzjoni) u l-plejtlits,

deni: jekk dan jiżviluppalek għandek tgħid lit-tabib tiegħek immedjatament

reazzjonijiet allerġiċi kif deskritti hawn fuq

nuqqas t’aptit (anoreskja)

Insonnja

sensazzjoni li xi parti imtarrxa ta’ ġismek jew tnemnim, jew uġigh fil-ġogi jew muskoli

uġigħ ta’ ras

tibdil fis-sens tat-tegħim

infjammazzjoni ta’ l-għajn jew tidmigħ ta’ l-għajnejn

nefħa dovuta għal difett fil-funzjoni tas-sistema limfatika

qtugħ ta’ nifs

tnixxija ta’ l-imnieħer; infjammazjoni tal-gerżuma u l-imnieħer; sogħla

tinfaraġ

selħiet fil-ħalq

taqlib ta’ l-istonku inklużi t-tqalligħ, rimettar u d-dijarrea, stitikezza

uġigħ addominali

indiġistjoni

twaqqigħ tax-xagħar (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ix-xagħar għandu normalent jerġa’ jikber)

ħmura u nefħa tal-pali t’idejk jew il-qigħan ta’saqajk li jistgħu jikkaġunaw li l-ġilda titqaxxar (din tista’ tiġri ukoll fid-dirgħajn, il-wiċċ u l-ġisem)

bidla fil-kulur tad-dwiefer tieghek, li jistgħu jinqalgħu

uġigħ fil-muskoli, uġigħ tad-dahar u uġigħ fl-ghadam

bidla fil-mestrwazzjoni jew in-nuqqas tagħha

nefħa ta’ l-idejn, saqajn u riġlejn

għejja jew tħossok qiesek bl-influwenza

żieda jew tnaqqis fil-piż.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

candidiasis orali

deidrazzjoni

sturdament

tnaqqis tas-smigħ

waqgħa tal-pressjoni tad-demm; polz irregolari jew il-qalb tħabbat mgħaġġla

Falliment kardijaku

esofaġite

ħalq xott

diffikultà jew ugigħ meta tibla’

emoraġija

l-enżimi għoljin tal-fwied (għalhekk, meħtieġa it-testijiet regolari tad-demm).

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

ħass ħażin

fis-sit ta’ l-injezzjoni, reazzjonijiet fil-ġilda, flebite (infjammazzjoni tal-vina) few nefħa

infjammazzjoni tal-musrana l-kbira u tal-musrana z-zgħira; perforament ta’ l-imsaren

koaguli tad-demm.

Frekwenza mhux magħrufa:

mard interstizjali tal-pulmun (infjammazzjoni fil-pulmuni li tikkawża soghla u diffikultà biex tieħu n- nifs.Infjammazzjoni tal-pulmuni tista’ wkoll tiżviluppa meta t-terapija b’docetaxel tintuża mar- radjuterapija)

pnewmonja (infezzjoni fil-pulmuni)

59

fibrożi tal-pulmuni (titrabba bħal qoxra u r-rita tal-pulmun tiħxien b’konsegwenza li jkun hemm qtugħ ta’ nifs)

vista mċajpra minħabba nefħa tar-retina ġewwa l-għajn (edima makulari ċistojde)

tnaqqis fil-livell tas-sodium fid-demm tiegħek

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar tal-isptar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Taxespira

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u fuq il-tikketta tal-kunjett wara il-EXP. Id-data ta' skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta' dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25 °Ċ

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Uża il-kunjett minnufih wara l-ftuħ. Jekk ma jigix użat immedjatament, il-ħinijiet u l- kondizzjonijiet ta’ ħażna huma r-responsabbilita’ tal-utent

Mil-lat mikrobijoloġiku, r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni għandhom isiru f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati

Uża minnufih din il-medicina wara li tiġi miżjuda mal-borża għall-infużjoni. Jekk ma tiġix użata immedjatament, il-ħinijiet u l-kondizzjonijiet ta’ ħażna huma r-responsabbilita’ tal-utent li normalment ma jkunx itwal min 6 siegħat inqas minn 25°C jinkludi is-siegħa ta infużjoni.

L-istabbiltà kimika u fiżika tas-soluzzjoni għall-infużjoni preparata kif irrakomandat, ġiet murija sa 48 siegha maħżuna bejn 2°C sa 8°C.

Is-soluzzjoni ghal infużjoni ta’ docetaxel hi supersaturata, allura tista’ tikkristallizza mal- ħin. Jekk il- kristalli jidhru, is-soluzzjoni m’għandiex tibqa tigi użata u għadha tintrema.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ <jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Taxespira

Is-sustanza attiva hi docetaxel (bħala tri-idrat). Kull ml ta’ konċentrat, fih 20mg docetaxel (bħala tri- idrat)

20mg/1 ml

Kunjett wieħed ta’ 1 ml konċentrat fih 20mg docetaxel.

80mg/4 ml

Kunjett wieħed ta’ 4 ml konċentrat fih 80mg docetaxel.

120mg/6 ml

Kunjett wieħed ta’ 6 ml konċentrat fih 120mg docetaxel.

60

Is-sustanzi l-oħra huma polysorbate 80, ethanol (anhydrous) u citric acid monohydrate

Kif jidher Taxespira u l-kontenut tal-pakkett

Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni huwa soluzzjoni ta’ kulur isfar ċar għall-dak isfar jagħti fil-kanella.

Kunjetti li fihom 20mg/1ml, 80mg/4ml jew 120mg/6ml huma disponibbli f’pakketti li fihom kunjett wieħed

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Hospira UK Limited

Horizon,

Honey Lane,

Hurley,

Maidenhead,

SL6 6RJ Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}>

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

61

GWIDA TA’ PREPARAZZJONI GĦALL-UŻU MA’ TAXESPIRA KONĊENTRAT GĦAL SOLUZZJONI GĦALL-INFUŻJONI

Huwa importanti li taqra l-kontenut kollu ta’ din il-gwida qabel ma ssir il-preparazzjoni ta’

Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġar bla periklu

Docetaxel huwa sustanza antineoplastika u bħal kull sustanza oħra li tista’ tkun tossika, wieħed għandu joqgħod attent meta jiġi f’kuntatt miegħu u waqt il-preparazzjoni tas-soluzzjonijiet tiegħu. Huwa rakkomandat l-użu tal-ingwanti.

Jekk b’xi mod Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni jiġi f’kuntatt mal-ġilda, aħsel sew u immedjatament bis-sapun u l-ilma. Jekk b’xi mod jiġi f’kuntatt mal-membrani mukużi aħsel sew u immedjatament bl-ilma.

Preparazzjoni għall-għoti minn ġol-vini

Preparazzjoni tas-soluzzjoni ta’ l-infużjoni

TUŻAX prodotti oħra mediċinali ta’ docetaxel li fihom zewġ kunjetti (konċentrat u solvent) ma' dan il-prodott mediċinali (Taxespira 20 mg/1 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni, li jkun fih biss kunjett wieħed).

TUŻAX prodotti oħra mediċinali ta’ docetaxel li fihom zewġ kunjetti (konċentrat u solvent) ma' dan il-prodott mediċinali (Taxespira 80 mg/4 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni, li jkun fih biss kunjett wieħed).

TUŻAX prodotti oħra mediċinali ta’ docetaxel li fihom zewġ kunjetti (konċentrat u solvent) ma' dan il-prodott mediċinali (Taxespira 120 mg/6 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni, li jkun fih biss kunjett wieħed).

Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni m’għandux bżonn li l-ewwel jiġi dilwit b’xi solvent u huwa lest biex jiżdied mas-soluzzjoni ta’ infużjoni.

Kull kunjett huwa għall-użu ta’ darba biss u wara li jinfetaħ għandu jiġi użat minnufih. Jekk ma jintużax minnufih, il-kundizzjonijiet u ż-żmien tal-ħażna waqt l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed jużah. Biex tikseb id-doża tal-pazjent jista’ jkollok bżonn iżjed minn kunjett wieħed ta’ Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni. Per eżempju, għal doża ta’ 140 mg docetaxel ikollok bżonn ta’ 7 ml docetaxel konċentrat għal soluzzjoni.

B’mod asettiku u permezz ta’ siringa kkalibrata li għandha labra 21G, iġbed l-ammont li jkollok bżonn ta’ Taxespira konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Fil-kunjett ta’ Taxespira 20mg/1ml, 80mg/4ml u 120 mg/6 ml konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni, il-konċentrat ta’ docetaxel hu 20mg/ml

Imbagħad, injetta permezz ta’ injezzjoni waħda (titqiba waħda) ġo flixkun jew borża ta’ infużjoni ta’ 250 ml li jkun fihom jew soluzzjoni ta’ 5 % glucose jew soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/ml sodium chloride (0.9 %). Jekk ikun hemm bżonn ta’ doża aktar minn 190 mg docetaxel, il-kontenitur tal-infużjoni għandu jkun ta’ volum akbar sabiex il-konċentrazzjoni ta’ docetaxel ma tkunx iżjed minn 0.74 mg/ml.

B’mod manwali ħallat il-borża jew il-flixkun tal-infużjoni billi xxenglu minn naħa għal oħra.

Mil-lat mikrobijoloġiku, ir-rikostituzzjoni/dilwizzjoni għandha ssir taħt kundizzjonijiet asettiċi u kkontrollati u s-soluzzjoni ta’ l-infużjoni għandu jiġi użat minnufih. Jekk ma jintużax immedjatament, fi żminijiet ta’ ħażna għall-użu u l-kundizzjonijiet huma r-responsabbiltà ta’ min jagħmel użu minnu. Ladarba ġiet miżjuda kif irrakkomandat fil-borża tal-infużjoni, is-soluzzjoni tal-infużjoni docetaxel, jekk tinħażen taħt 25°C, tibqa’ stabbli għal 6 sigħat. Għandha tiġi użata fi żmien 6 sigħat (inkluż is- siegħa ta’ amministrazzjoni bħala infużjoni minn ġol-vini).

62

Barra minn hekk, ġie muri li, f’boroż li mhumiex tal-PVC, l-istabilità fiżika u kimika waqt l-użu, tas- soluzzjoni tal-infużjoni magħmula skont kif irrakkomandat, hija valida għal 48 siegħa meta tiġi mħażna f’temperatura ta’ bejn 2°C sa 8°C.

Is-soluzzjoni tal-infużjoni docetaxel hija ssaturata żżejjed u għalhekk maż-żmien jista’ jkun hemm xi kristallizzazzjoni. Jekk jidhru xi kristalli, is-soluzzjoni m’għandhiex tintuża iżjed u trid tintrema.

Qabel l-użu, bħal kull prodott li jingħata permezz ta’ injezzjoni, is-soluzzjonijiet tal-infużjoni għandhom jiġu eżaminati b’ mod viżwali u soluzzjonijiet li jkun fihom xi materja solida għandhom jintremew.

Rimi:

Kull ħaġa li ntużat għad-dilwizzjoni u għall-għoti għandha tintrema skont il-proċeduri standard. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ . Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

63

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati