Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Telmisartan Actavis (telmisartan) - C09CA07

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTelmisartan Actavis
Kodiċi ATCC09CA07
Sustanzatelmisartan
ManifatturActavis Group PTC ehf

Telmisartan Actavis

telmisartan

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta' Valutazzjoni (EPAR) għal

Telmisartan Actavis. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fuq il-kundizzjonijiet ta' użu għal Telmisartan Actavis.

X’inhu Telmisartan Actavis?

Telmisartan Actavis hija mediċina li fiha s-sustanza attiva telmisartan. Jiġi f’pilloli (20 mg; 40 mg u 80 mg).

Telmisartan Actavis hija ‘mediċina ġenerika’. Dan ifisser li Telmisartan Actavis huwa simili għal ‘mediċina ta’ referenza’ li diġà hija awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) msejħa Micardis. Għal aktar informazzjoni dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d-dokument ta' mistoqsijiet u tweġibiet hawnhekk

Għal xhiex tintuża Telmisartan Actavis?

Telmisartan Actavis jintuża biex jikkura ipertensjoni (pressjoni għolja) essenzjali fl-adulti. ‘Essenzjali’ tfisser li l-ipertensjoni ma jkollhiex kawża evidenti.

Telmisartan Actavis jintuża wkoll biex jipprevjeni problemi kardjovaskulari (problemi bil-qalb u bil-vini tad-demm) bħal attakki tal-qalb jew puplesiji. Jintuża f’pazjenti li kellhom problemi minħabba emboli tad-demm fil-passat (bħal mard tal-qalb, puplesija jew mard tal-arterji) jew li għandhom dijabete tat- tip 2 li tkun għamlet ħsara lil xi organu (bħall-għajnejn, il-qalb jew il-kliewi).

Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b'riċetta ta' tabib.

Kif jintuża Telmisartan Actavis?

Għall-kura tal-ipertensjoni essenzjali, normalment id-doża rakkomandata ta’ Telmisartan Actavis hija 40 mg darba kuljum, iżda xi pazjenti jistgħu jibbenefikaw mill-użu ta’ doża ta’ 20 mg darba kuljum.

© European Medicines Agency, 2015. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Jekk il-pressjoni tad-demm fil-mira ma tintlaħaqx, id-doża tista’ tiżdied għal 80 mg, jew tista’ tiżdied mediċina oħra għall-pressjoni għolja, bħal hydrochlorothiazide.

Għall-prevenzjoni ta’ problemi kardjovaskulari, id-doża rakkomandata hija ta’ 80 mg darba kuljum. It- tabib għandu jissorvelja l-pressjoni tad-demm tal-pazjent mill-qrib meta jibda Telmisartan Actavis, u jista’ jiddeċiedi li jaġġusta l-medikazzjoni ta’ tbaxxija tal-pressjoni tad-demm tal-pazjent. Il-pazjenti li jbatu minn indeboliment serju fil-kliewi għandhom jingħataw doża aktar baxxa ta’ 20 mg darba kuljum. Il-pazjenti li jbatu minn indeboliment ħafif jew moderat fil-fwied ma għandhomx jingħataw dożi ogħla minn 40 mg kuljum.

Kif jaħdem Telmisartan Actavis?

Is-sustanza attiva f'Telmisartan Actavis, it-telmisartan, hija ’antagonista ta’ riċettur ta’ anġjotensin II’, li jfisser li timblokka l-azzjoni ta’ ormon fil-ġisem imsejjaħ anġjotensin II. Anġjotensin II huwa vażokostrittur qawwi (sustanza li traqqaq il-vini tad-demm). Billi jimblokka r-riċetturi li magħhom normalment jeħel l-anġjotensin II, telmisartan iwaqqaf lill-ormon milli jkollu effett, u dan jippermetti lill- vini tad-demm sabiex jitwessgħu. Dan jippermetti lill-pressjoni tad-demm tinżel, u b'hekk inaqqas ir- riskji assoċjati ma' pressjoni tad-demm għolja, bħal attakk tal-qalb jew puplesija. Jippermetti wkoll lill- qalb sabiex tippompja d-demm aktar faċilment, li jista’ jgħin sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ problemi kardjovaskulari futuri.

Kif ġie studjat Telmisartan Actavis?

Minħabba li Telmisartan Actavis hija mediċina ġenerika, studji fuq persuni ġew limitati għal testijiet li jiddeterminaw dak li huwa bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, Micardis. Żewġ mediċini jkunu bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhuma l-benefiċċji u r-riskji ta’ Telmisartan Actavis?

Minħabba li Telmisartan Actavis hija mediċina ġenerika u hija bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, il-benefiċċji u r-riskji tagħha huma kkunsidrati li huma l-istess bħal tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Telmisartan Actavis?

Is-CHMP ikkonkluda li, skont ir-rekwiżiti tal-UE, Telmisartan Actavis intwera li għandu kwalità komparabbli u li huwa bijoekwivalenti għal Micardis. Għalhekk, l-opinjoni tas-CHMP kienet li, bħal fil- każ tal-Micardis, il-benefiċċji jisbqu r-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Telmisartan Actavis jingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Informazzjoni oħra dwar Telmisartan Actavis:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Telmisartan Actavis fit-30 ta’ Settembru 2010.

L-EPAR sħiħ għal Telmisartan Actavis jista’ jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija taħt is-sit web tal- EMA website/Find medicine/Human medicines/European Public Assessment Reports. Għal aktar informazzjoni dwar kura b'Telmisartan Actavis, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ għall-mediċina ta' referenza jinstab fis-sit web tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f'06-2015.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati