Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Telmisartan Teva Pharma (telmisartan) - C09CA07

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTelmisartan Teva Pharma
Kodiċi ATCC09CA07
Sustanzatelmisartan
ManifatturTeva B.V.

Telmisartan Teva Pharma

telmisartan

Dan huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni (EPAR) għal Telmisartan Teva Pharma. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l- mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kondizzjonijiet ta' użu għal Telmisartan Teva Pharma.

X’inhu Telmisartan Teva Pharma?

Telmisartan Teva Pharma huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva telmisartan. Jiġi f’għamla ta’ pilloli

(20 mg, 40 mg u 80 mg).

Telmisartan Teva Pharma huwa “mediċina ġenerika”. Dan ifisser li Telmisartan Teva Pharma huwa simili għall-“mediċina ta’ referenza” diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) bl-isem Micardis. Għal aktar informazzjoni dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d-dokument mistoqsijiet-u-tweġibiet hawnhekk.

Għal xiex jintuża Telmisartan Teva Pharma?

Telmisartan Teva Pharma jintuża fil-kura tal-ipertensjoni essenzjali (pressjoni tad-demm għolja) fl- adulti. ‘Essenzjali’ tfisser li l-ipertensjoni ma jkollhiex kawża evidenti.

Telmisartan Teva Pharma jintuża wkoll għall-prevenzjoni ta’ problemi kardjovaskulari (problemi tal- qalb u tal-vażijiet) bħal attakki tal-qalb jew puplesiji. Jintuża f’pazjenti li kellhom il-problemi minħabba emboli tad-demm fil-passat (bħal mard tal-qalb, puplesija jew mard fl-arterji) jew min għandu d- dijabete tat-tip 2 li għamlet il-ħsara lil organu (bħall-għajnejn, il-qalb jew il-kliewi).

Il-mediċina tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Kif jintuża Telmisartan Teva Pharma?

Għall-kura ta’ ipertensjoni essenzjali, id-doża rrakkomandata tas-soltu ta’ Telmisartan Teva Pharma hija 40 mg darba kuljum, iżda xi pazjenti jistgħu jibbenefikaw mill-użu tad-doża ta’ 20 mg. Jekk il-

pressjoni tad-demm mixtieqa ma tintlaħaqx, id-doża tista’ tiżdied għal 80 mg, jew inkella tista’ tiżdied mediċina oħra għall-ipertensjoni, bħal idroklorotiażid.

Għall-prevenzjoni ta’ problemi kardjovaskulari, id-doża rakkomandata hija 80 mg darba kuljum. It- tabib għandu josserva mill-qrib il-pressjoni tad-demm tal-pazjent meta jibda Telmisartan Teva Pharma, u jista’ jiddeċiedi li jaġġusta l-pressjoni tad-demm tal-pazjent billi jnaqqas il-medikazzjoni. Pazjenti bi tnaqqis sever fil-funzjoni tal-kliewi għandhom jingħataw doża tal-bidu mnaqqsa ta’ 20mg darba kuljum. Pazjenti bi tnaqqis moderat jew ħafif fil-funzjoni tal-fwied m’għandhomx jirċievu dożi ogħla minn 40 mg kuljum

Kif jaħdem Telmisartan Teva Pharma?

Is-sustanza attiva f’Telmisartan Teva Pharma, it-telmisartan, hija tip ta' ‘antagonist tar-riċetturi tal- anġjotensina II’, li tfisser li timblokka l-azzjoni tal-ormon fil-ġisem imsejjaħ anġjotensina II. L- anġjotensina II huwa vażokostrittur qawwi (sustanza li ddejjaq l-arterji u l-vini). Billi timblokka r- riċetturi li normalment teħel magħhom l-anġjotensina II, it-telmisartan twaqqaf l-ormon milli jkollu effett, u b'hekk tippermetti li l-arterji u l-vini jitwessgħu. Dan iwassal għal tnaqqis fil-pressjoni tad- demm u għal tnaqqis fir-riskji assoċjati mal-pressjoni għolja tad-demm, bħal attakk ta’ qalb jew puplesija. Dan jippermetti wkoll lil qalb tippompja d-demm b’mod aktar faċli, li jista’ jgħin inaqqas ir- riskju ta’ problemi kardjovaskolari futuri.

Kif ġie studjat Telmisartan Teva Pharma?

Billi Telmisartan Teva Pharma huwa mediċina ġenerika, l-istudji fin-nies ġew limitati għal testitjiet li jistabbilixxu l-bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċina ta’ referenza Micardis. Żewġ mediċini jkunu bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhuma l-benefiċċji u r-riskji ta’ Telmisartan Teva Pharma?

Billi Telmisartan Teva Pharma huwa mediċina ġenerika u bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, tqies li l-benefiċċji u r-riskji huma l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Telmisartan Teva Pharma?

Is-CHMP ikkonkluda li, b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-UE, intwera li Telmisartan Teva Pharma għandu kwalità kumparabbli u li huwa bijoekwivalenti għal Micardis. Għaldaqstant il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ ta’ Micardis, il-benefiċċji huma akbar mir-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Telmisartan Teva Pharma għandu jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Aktar tagħrif dwar Telmisartan Teva Pharma:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal

Telmisartan Teva Pharma fit-3 ta’ Ottubru 2011.

L-EPAR sħiħ għal Telmisartan Teva Pharma jinstab fis-sit web tal-Aġenzija: EMA website/Find medicine/Human medicines/European Public Assessment Reports. Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’Telmisartan Teva Pharma, aqra l-fuljett ta' tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ għall-mediċina ta’ referenza jinstab ukoll fis-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’01-2015.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati