Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Telmisartan Teva (telmisartan) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - C09CA07

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTelmisartan Teva
Kodiċi ATCC09CA07
Sustanzatelmisartan
ManifatturTeva B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Telemisartan Teva 20 mg pilloli

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 20 mg telmisartan

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 21.4 mg sorbitol (E420)

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

Pilloli bajda għal ofwajt, f’għamla ovali; naħa waħda tal-pillola hemm intaljat fuqha l-kodiċi “93”. Fuq naħa oħra hemm intaljat il-kodiċi ”7458”.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Pressjoni għolja

Il-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali.

Prevenzjoni kardjovaskulari

Tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari f’adulti bi:

mard kardjovaskulari aterotrombotiku sintomatiku (storja medika ta’ mard koronarju tal-qalb, puplesija, jew mard arterjali periferali) jew

dijabete mellitus ta’ tip 2 bi ħsara dokumentata tal-organu fil-mira

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Id-doża effettiva normalment hi ta’ 40 mg darba kuljum. Xi pazjenti jistgħu jibbenefikaw anke b’doża ta’

20 mg kuljum. F’każijiet fejn il-pressjoni ta’ demm fil-mira ma tintlaħaqx, id-doża ta’ telmisartan tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 mg darba kuljum. Inkella, telmisartan jista’ jintuża flimkien ma’ tipi ta’ dijuretiċi tat-tip thiazide, bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il- pressjoni tad-demm b’telmisartan. Meta wieħed jikkunsidra li jżid id-doża, irid iżomm f’moħħu li l-effett anti-ipertensiv ġeneralament jintlaħaq wara minn erba’ sa tmien ġimgħat mill-bidu tal-kura (ara sezzjoni 5.1).

Prevenzjoni kardjovaskulari

Id-doża rakkomandata hi ta’ 80 mg darba kuljum. Mhux magħruf jekk dożi ta’ inqas minn 80 mg ta’ telmisartan humiex effettivi biex inaqqsu l-morbożità kardjovaskulari.

Meta tinbeda terapija b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari, hu rakkomandat li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-pressjoni tad-demm, u jekk ikun xieraq, jista’ jkun hemm bżonn ta’ aġġustament tal-mediċini li jnaqqsu l-pressjoni tad-demm.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment renali

Hemm esperjenza limitata disponibbli f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi li qegħdin fuq emodijalisi. Doża tal-bidu aktar baxxa ta’ 20 mg hi rakkomandata f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.4). M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fil-pożoloġija għal pazjenti li għandhom indeboliment renali minn ħafif sa moderat.

Pazjenti b’indeboliment epatiku

Telmisartan Teva hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment serju tal-fwied (ara sezzjoni 4.3). F’pazjenti b’indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat, il-pożoloġija m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Telmisartan Teva fi tfal li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni 5.1 u 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli telmisartan huma biex jingħataw darba kuljum mill-ħalq u għandhom jittieħdu flimkien ma’ likwidu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1

It-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala u t-treddigħ (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6)

Disturbi ostruttivi biljari

Indeboliment sever epatiku

L-użu fl-istess ħin ta’ Telmisartan Teva flimkien ma’ prodotti li fihom aliskiren huwa kontraindikat f’pazjenti b’dijabete mellitus jew b’indeboliment tal-kliewi (GFR < 60 ml/min/1.73 m2) (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Tqala

Antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jinbdew waqt it-tqala. Ħlief jekk it-tkomplija tal- kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l- pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.6).

Indeboliment epatiku

Telemisartan Teva m’għandux jingħata lil pazjenti b’kolestasi, b’disturbi ostruttivi tal-marrara jew li għandhom insuffiċjenza severa epatika (ara sezzjoni 4.3), għax telmisartan huwa eliminat fil-biċċa l-kbira tiegħu mal-bili. Jista’ jkun mistenni li dawn il-pazjenti jkollhom rata ta’ tneħħija epatika mnaqqsa għal telmisartan. Telemisartan Teva għandu jintuża biss bl-attenzjoni f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat.

Pressjoni għolja renovaskulari

Hemm riskju miżjud ta’ pressjoni baxxa ħafna severa u insuffiċjenza renali meta pazjenti bi stenosi bilaterali fl-arterja renali jew bi stenosi tal-arterja għal kilwa waħda li tkun taħdem, ikunu kkurati bi prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone.

Indeboliment renali u trapjant renali

Meta Telemisartan Teva jintuża f’pazjenti li għandhom indeboliment fil-funzjoni renali, monitoraġġ perjodiku tal-livelli tal-potassju u tal-kreatinina tas-serum hu rakkomandat. M’hemmx esperjenza dwar l- għoti ta’ Telemisartan Teva f’pazjenti bi trapjant renali riċenti.

Ipovolemija intravaskulari

Pressjoni baxxa ħafna sintomatika, speċjalment wara l-ewwel doża, tista’ sseħħ f’pazjenti li għandhom volum u/jew sodium li jkun tnaqqas minn terapija dijuretika vigoruża, restrizzjoni tal-melħ fid-dieta, dijarea jew rimettar. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu kkoreġuti qabel l-għoti ta’ Telemisartan Teva. It-tnaqqis tal-volum u/jew tas-sodium għandu jiġi kkoreġut qabel l-għoti ta’ Telemisartan Teva.

Impediment doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS)

Hemm evidenza li l-użu fl-istess ħin ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren iżid ir-riskju ta’ pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi). Imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren għalhekk mhuwiex rakkomandat (ara sezzjonijiet

4.5 u 5.1).

Jekk terapija b’imblokk doppju tkun ikkunsidrata li hi assolutament meħtieġa, din għandha ssir biss taħt is-superviżjoni ta’ speċjalista u tkun suġġetta għal monitoraġġ frekwenti mill-qrib tal-funzjoni tal-kliewi, elettroliti u pressjoni tad-demm.

Inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

Kundizzjonijiet oħrajn bl-istimulazzjoni tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone

F’pazjenti fejn it-ton vaskulari u l-funzjoni renali jiddependu b’mod predominanti mill-attività tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (eż. pazjenti b’insuffiċjenza konġestiva severa tal-qalb jew li għandhom mard prinċipali renali, li jinkludi stenosi tal-arterja renali), il-kura bi prodotti mediċinali oħrajn li jaffettwaw din is-sistema kienet assoċjata ma’ pressjoni baxxa ħafna akuta, iperażotemija, oligurja, jew b’mod rari ma’ insuffiċjenza renali akuta (ara sezzjoni 4.8).

Aldosteroniżmu primarju

Pazjenti b’aldosteroniżmu primarju ġeneralment mhux ser jirrispondu għal prodotti mediċinali kontra l-pressjoni għolja li jaġixxu permezz tal-inibizzjoni tas-sistema renin-angiotensin. Għalhekk, l-użu ta’ telmisartan mhuwiex rakkomandat.

Stenosi tal-valv mitrali u aortiku, kardjomijopatija ipertropika ostruttiva

Bħal fil-każ ta’ mediċini oħrajn li jwessgħu l-arterji/vini, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil pazjenti li jbatu minn stenosi mitrali jew aortika, jew kardjomijopatija ipertropika ostruttiva.

Pazjenti dijabetiċi kkurati bl-insulina jew mediċini kontra d-dijabete

F’dawn pazjenti tista’ sseħħ ipogliċemija bil-kura b’telmisartan. Għalhekk, f’dawn il-pazjenti għandu jiġi kkunsidrat monitoraġġ adattat tal-glucose fid-demm; aġġustament fid-doża tal-insulina jew tal-mediċini kontra d-dijabete jista’ jkun meħtieġ, meta indikat.

Iperkalemija

L-użu ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone, jista’ jikkawża iperkalemija.

Fl-anzjani, f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, f’pazjenti dijabetiċi, f’pazjenti li jkunu kkurati fl-istess ħin bi prodotti mediċinali oħrajn li jistgħu jżidu l-livelli tal-potassju, u/jew f’pazjenti b’avvenimenti interkurrenti, l-iperkalemija tista’ tkun fatali.

Qabel tikkunsidra l-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin- aldosterone, il-proporzjon tal-benefiċċju/riskju għandu jkun evalwat.

Il-fatturi ewlenin tar-riskju għall-iperkalemija li għandhom ikunu kkunsidrati huma:

-Dijabete mellitus, indeboliment renali, età (> 70 sena)

-Kumbinazzjoni ma’ prodott mediċinali wieħed jew aktar li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin- aldosterone u/jew is-supplimenti tal-potassju. Prodotti mediċinali jew klassi terapewtika ta’ prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw l-iperkalemija: sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li ma jneħħux potassju, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressur (cyclosporin jew tacrolimus), trimethoprim.

-Avvenimenti interkurrenti, b’mod partikulari d-deidrazzjoni, dikumpensazzjoni akuta kardijaka, aċidożi metabolika, funzjoni renali li tmur għall-agħar, kundizzjoni renali li tmur għall-agħar għal għarrieda (eż. mard infettiv), lisi ċellulari (eż. iskemija akuta fir-riġlejn jew fid-dirgħajn, rabdomijolosi, estensjoni tat-trawma).

Monitoraġġ mill-qrib tal-potassju fis-serum f’pazjenti li qegħdin f’riskju hu rakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

Sorbitol

Dan il-prodott mediċinali fih sorbitol (E420). Pazjenti li għandhom problemi ereditarji ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu Telemisartan Teva.

Differenzi etniċi

Bħal fil-każ ta’ inibituri tal-enzimi li jibdlu angiotensin, telmisartan u l-antagonisti ta’ angiotensin II l- oħrajn, jidher li huma anqas effettivi biex ibaxxu l-pressjoni tad-demm f’nies suwed milli f’nies li mhumiex suwed, possibbilment minħabba l-prevalenza ogħla ta’ livelli baxxi ta’ renin fil-popolazzjoni sewda bi pressjoni għolja.

Oħrajn

Bħal kull mediċina kontra l-pressjoni għolja, it-tnaqqis eċċessiv fil-pressjoni tad-demm f’pazjenti b’kardjopatija iskemika jew b’mard karjovaskulari iskemiku, jista’ jirriżulta f’infart mijokardijaku jew puplesija.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Digoxin

Meta telmisartan kien mogħti flimkien ma’ digoxin, ġew osservati żidiet medji fl-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma (49%) u fil-konċentrazzjonijiet l-aktar baxxi (20%) ta’ digoxin. Meta jinbeda, jiġi aġġustat u jiġi mwaqqaf telmisartan, il-livelli ta’ digoxin għandhom jiġu mmonitorjati sabiex jinżammu l-livelli fil-medda terapewtika.

Bħal fil-każ ta’ prodotti mediċinali oħra li jaġixxu fuq is-sistema renin-angiotensin-aldsterone, telemisartan jista’ jipprovoka iperkalemija (ara sezzjoni 4.4). Ir-riskju jista’ jikber f’każ ta’ kombinazzjoni ta’ trattament ma’ prodotti mediċinali oħra li jistgħu jipprovokaw iperkalemija (sostituti

tal-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li jirristrinġu t-tnixxija tal-potassju, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressuri (cyclosporin jew tacrolimus), u trimethoprim).

L-okkorrenza tal-iperkalemija tiddependi fuq fatturi marbuta mar-riskju. Ir-riskju jiżdied f’każ tal-kumbinazzjonijiet tal-kura msemmija hawn fuq. Ir-riskju hu partikularment għoli flimkien ma’ dijuretiċi li ma jneħħux potassju u meta jkunu assoċjati ma’ sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, filwaqt li kumbinazzjoni ma’ inibituri ta’ ACE jew NSAIDS, pereżempju, hija f’anqas riskju, bil-patt li l- prekawzjonijiet għall-użu jkunu segwiti b’mod strett.

L-użu fl-istess ħin mhuwiex rakkomandat

Dijuretiċi li ma jneħħux potassju jew supplimenti tal-potassju

Telf ta’ potassju ikkaġunat minn dijuretiċi huwa attenwat b’antagonisti tar-riċettaturi ta’ angiotensin II.

Dijuretiċi li jirristringu t-tnixxija ta’ potassju, eż. spironolactone, eplerenone, triamterene, jew amiloride, supplimenti tal-potassju, jew sostituti tal-melħ li fihom il-potassju jistgħu jwasslu għal żieda sinifikanti fil-potassju fis-serum. Jekk l-użu fl-istess ħin ikun indikat minħabba li jkun hemm ipokalemija dokumentata, dawn għandhom jintużaw bl-attenzjoni u b’monitoraġġ frekwenti tal-potassju fis-serum.

Litju

Żidiet riversibbli fil-konċentrazzjonijiet tal-litju fis-serum u t-tossiċità kienu rrappurtati waqt l-għoti fl-istess ħin ta’ litju ma’ inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin, u, b’mod rari, ma’ antagonisti ta’ angiotensin II. Jekk l-użu ta’ din il-kumbinazzjoni jkun meħtieġ, monitoraġġ bl-attenzjoni tal-livelli tal-litju fis-serum hu rakkomandat.

L-użu fl-istess ħin jeħtieġ l-attenzjoni

Prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni

NSAIDs (i.e. acetylsalicylic acid f’korsijiet tad-dożaġġ kontra l-infjammazzjoni, inibituri COX-2 u

NSAIDs mhux selettivi) jistgħu jnaqqsu l-effett kontra l-pressjoni għolja tal-antagonisti ta’ angiotensin II. F’xi pazjenti li għandhom il-funzjoni renali kompromessa (eż. pazjenti deidratati jew pazjenti anzjani b’funzjoni renali kompromessa), l-għoti flimkien ta’ antagonisti ta’ angiotensin II u mediċini li jinibixxu cyclo-oxygenase, jista’ jirriżulta f’deterjorament addizzjonali tal-funzjoni renali, li jinkludi l-possibbiltà ta’ insuffiċjenza akuta renali, li normalment tkun riversibbli. Għalhekk, din il-kumbinazzjoni ta’ mediċini għandha tingħata bl-attenzjoni, speċjalment lil persuni anzjani. Il-pazjenti għandhom jingħataw l-ilma b’mod adegwat u għandha tingħata konsiderazzjoni lill-monitoraġġ tal-funzjoni renali wara l-bidu ta’ terapija fl-istess ħin u perjodikament wara dan.

Fi studju wieħed l-għoti fl-istess ħin ta’ telmisartan u ramipril wassal għal żieda ta’ 2.5 darbiet fl-AUC0-24 u Cmax ta’ ramipril u ramiprilat. Ir-rilevanza klinika ta’ din l-osservazzjoni mhux magħruf.

Dijuretiċi (thiazide jew dijuretiċi loop)

Trattament minn qabel b’dożi qawwija ta’ dijuretiċi bħal furosemide (dijuretiku loop) u hydrochlorothiazide (dijuretiku tat-thiazide) jista’ jirriżulta fi tnaqqis tal-volum, u f’riskju ta’ pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta tinbeda t-terapija b’telmisartan.

L-użu fl-istess ħin li għandu jiġi kkunsidrat

Mediċini oħrajn kontra l-pressjoni għolja

L-effett ta’ telmisartan li jbaxxi l-pressjoni tad-demm jista’ jiżdied bl-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali oħrajn kontra l-pressjoni għolja.

Dejta minn provi kliniċi wriet li imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS) permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren,

hu assoċjat ma’ frekwenza ogħla ta’ avvenimenti avversi bħal pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil- funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) meta mqabbel mal-użu ta’ sustanza waħda li taġixxi fuq RAAS (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1).

Skont il-proprjetajiet farmakoloġiċi tagħhom, jista’ jkun mistenni li l-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu l-effetti ipotensivi tal-mediċini kollha kontra l-pressjoni għolja, li jinkludu telmisartan: Baclofen, amifostine.

Flimkien ma’ dan, pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta wieħed iqum bilwieqfa tista’ tiggrava permezz tal-alkoħol, barbiturates, mediċini narkotiċi jew anti-dipressanti.

Kortikosterojdi (rotta sistemika)

Tnaqqis tal-effett kontra l-pressjoni għolja.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel trimestru tat-tqala (ara sezzjoni 4.4). L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II hu kontra-indikat matul it- tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ Telemisartan Teva f’nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is- sistema riproduttiva (ara 5.3).

Evidenza epidemjoloġika dwar ir-riskju ta’ teratoġeniċità wara espożizzjoni għal inibituri ACE matul l-ewwel trimestru tat-tqala ma kinitx konklussiva; madankollu, żieda żgħira fir-riskju ma tistax tiġi eskluża. Filwaqt li m’hemm l-ebda dejta epidemjoloġika kkontrollata fuq ir-riskju b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, riskji simili jistgħu jkunu jeżistu għal din il-klassi ta’ mediċini. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva.

Espożizzjoni għall-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II matul it-tieni u t-tielet trimestri hu magħruf li jinduċi fetotossiċità (tnaqqis fil-funzjoni renali, oligoidramnios, ittardjar fl-ossifikazzjoni tal-kranju) u tossiċità fit-trabi tat-twelid (insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa, iperkalemija) (Ara sezzjoni 5.3). Jekk tkun seħħet espożizzjoni għal antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mit-tieni trimestru tat- tqala, hu rakkomandat li jsir kontroll bl-ultrasound tal-funzjoni renali u tal-kranju.

Trabi li ommijiethom ikunu ħadu antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, għandhom ikunu taħt osservazzjoni mill-qrib għal pressjoni baxxa (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Treddigħ

Minħabba li mhemmx informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ Telmisartan Teva waqt it-treddigħ,

Telemisartan Teva mhux rakkomandat u trattamenti alternattivi għandhom jinstabu bi profili tas-sigurtà aħjar għal waqt it-treddigħ, speċjalment waqt it-treddigħ ta’ trabi għadhom jitwieldu jew dawk li twieldu qabel iż-żmien.

Fertilità

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, ma kienu osservati l-ebda effetti ta’ telmisartan fuq il-fertilità tal-irġiel u tan-nisa.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Meta ssuq il-vetturi jew tħaddem il-makkinarju, trid tiftakar li l-isturdament jew in-ngħas jistgħu xi kultant iseħħu meta wieħed ikun qed jieħu terapija kontra l-pressjoni għolja bħal Telmisartan Teva.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi serji tal-mediċina jinkludu reazzjoni anafilattika u anġjoedema li tista’ sseħħ rarament (≥1/10,000 sa <1/1,000), u insuffiċjenza akuta tal-kliewi.

L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi rrappurtati b’telmisartan kienet ġeneralment komparabbli mal- plaċebo (41.4% vs 43.9%) fil-provi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja . L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi ma’ kinitx marbuta mad-doża u ma wriet l-ebda korrelazzjoni mas-sess, mal-età, jew mar-razza tal-pazjenti. Il-profil tas-sigurtà ta’ telmisartan f’pazjenti kkurati għal tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari kien konsistenti ma’ dak miksub f’pazjenti bi pressjoni għolja.

Ir-reazzjonijiet avversi elenkati hawn taħt inġabru mill-provi kliniċi kkontrollati f’pazjent bil-pressjoni għolja u minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-lista tikkunsidra wkoll reazzjonijiet avversi serji u reazzjonijiet avversi li jwasslu għal twaqqif tal-mediċina rrappurtat fi tliet studji kliniċi fit-tul li kienu jinkludu 21,642 pazjent ikkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari għal sa sitt snin.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi ġew ikklassifikati skont kategoriji ta’ frekwenza bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100, <1/10); mhux komuni (≥1/1,000, <1/100); rari (≥1/10,000, <1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skont is-serjetà tagħhom.

L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji:

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Infezzjoni fl-apparat tal-awrina li tinkludi ċistite, infezzjoni

 

fl-apparat respiratorju ta’ fuq li tinkludi farinġite u sinusite

Rari:

Sepsis li tinkludi riżultat fatali1

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux komuni:

Anemija

Rari:

Eosinofilija, tromboċitopenija

Disturbi fis-sistema immuni

 

Rari:

Reazzjoni anafilattika, sensittività eċċessiva

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Mhux komuni:

Iperkalemija

Rari:

Ipogliċemija (f’pazjenti dijabetiċi)

Disturbi psikjatriċi

 

Mhux komuni:

Nuqqas ta’ rqad, dipressjoni

Rari:

Ansjetà

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Mhux komuni:

Sinkope

Rari

Ngħas

 

Disturbi fl-għajnejn

 

Rari:

Disturbi tal-vista

Disturbi fil-widnejn u fis-

 

sistema labirintika

 

Mhux komuni:

Sturdament

Disturbi fil-qalb

 

Mhux komuni:

Bradikardija

Rari:

Takikardija

Disturbi vaskulari

Pressjoni baxxa2, pressjoni baxxa meta wieħed iqum bilwieqfa

Mhux komuni:

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Mhux komuni:

Dispnea, sogħla

Rari ħafna

Mard interstizjali tal-pulmun4

Disturbi gastro-intestinali

 

Mhux komuni:

Uġigħ addominali, dijarea, dispepsja, gass, rimettar

Rari:

Ħalq xott, skumdità fl-istonku, tibdil fis-sens tat-togħma

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Funzjoni epatika anormali/disturb fil-fwied3

Rari:

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni:

Ħakk, iperidrosi, raxx

Rari:

Anġjoedema, ekżema, eritema, urtikarja, eruzzjoni minħabba l-

 

mediċina, eruzzjoni tossika tal-ġilda

Disturbi muskolu-skelettriċi u tat-tessuti konnettivi

Mhux komuni: Uġigħ fid-dahar (eż. xjatika), spażmi tal-muskoli, mijalġja

Rari:Artralġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ fit-tendini (sintomi qishom tendinite)

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema

 

urinarja

 

Mhux komuni:

Indeboliment renali li jinkludi insuffiċjenza renali akuta

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Mhux komuni:

Uġigħ fis-sider, astenja (dgħufija)

Rari:

Mard li jixbah l-influwenza

Investigazzjonijiet

 

Mhux komuni

Żieda fil-krejatinina tad-demm

Rari

Tnaqqis fl-emoglobina, żieda fil-uric acid fid-demm, żieda

 

fl-enzimi epatiċi, żieda fil-creatine phosphokinase fid-demm.

1, 2, 3, 4: għal deskrizzjonijiet addizzjonali, jekk jogħġbok ara sottosezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula”.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Sepsis

Fil-prova PRoFESS, kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ sepsis b’telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo. L-avveniment jista’ jkun sejba b’kumbinazzjoni jew hu marbut ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf (ara wkoll sezzjoni 5.1).

Pressjoni baxxa

Din ir-reazzjoni avversa kienet irrappurtata bħala komuni f’pazjenti bi pressjoni tad-demm ikkontrollata li kienu kkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari flimkien ma’ kura standard.

Funzjoni anormali tal-fwied/disturb fil-fwied

Il-biċċa l-kbira ta’ każijiet ta’ funzjoni anormali tal-fwied/disturb tal-fwied minn esperjenza ta’ wara t- tqegħid fis-suq, seħħew f’pazjenti fil-Ġappun, li għandhom aktar ċans li jkollhom dawn ir-reazzjonijiet avversi.

Mard interstizjali tal-pulmun

Każijiet ta’ mard interstizjali tal-pulmun ġew irrappurtati minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq f’assoċjazzjoni temporali mat-teħid ta’ telmisartan. Madankollu, assoċjazzjoni kawżali ma ġietx stabbilita.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Hemm biss tagħrif ristrett disponibbli dwar doża eċċessiva fil-bniedem.

Sintomi

Il-manifestazzjonijiet prinċipali li x’aktarx li jseħħu wara doża eċċessiva ta’ telmisartan kienu pressjoni tad-demm baxxa ħafna u takikardja; il-bradikardja, sturdament, żieda ta’ kreatinin fis-serum, u falliment akut fil-kliewi ġew rapportati ukoll.

Trattament

Telmisartan ma jitneħħiex permezz tal-emodijalisi. Il-pazjent għandu jkun immonitorjat mill-qrib, u l-kura għandha tkun sintomatika u ta’ appoġġ. L-immaniġġjar jiddependi fuq il-ħin minn meta d-doża tkun ittieħdet, u fuq is-severità tas-sintomi. Miżuri ssuġġeriti jinkludu li l-pazjent jiġi mġiegħel jirremetti u/jew il-ħasil ġastriku. Faħam attivat (activated charcoal) jista’ jkun utli fil-kura ta’ doża eċċessiva. Il-livelli tal- elettroliti u tal-kreatinina fis-serum għandhom ikunu mmonitorjati ta’ spiss. Jekk il-pressjoni titbaxxa, il- pazjent għandu jinżamm mimdud fuq dahru, u jingħata malajr sostitut tal-melħ u tal-volum.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antagonisti ta’ angiotensin II, Kodiċi ATC: C09CA07.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Telmisartan hu antagonist tar-riċettur ta’ angiotensin II (tip AT1) li hu effettiv u speċifiku, u li jittieħed mill-ħalq. Telmisartan jieħu post angiotensin II b’affinità għolja ħafna mis-sit fejn jeħel fis-sottotip tar-riċettur AT1, li hu responsabbli għall-azzjonijiet magħrufa ta’ angiotensin II. Telmisartan ma jesibixxi l-ebda attività agonista parzjali għar-riċettur AT1. Telmisartan jeħel b’mod selettiv mar-riċettur AT1.

It-twaħħil idum ħafna. Telmisartan ma jurix affinità għal riċetturi oħrajn, li jinkludu AT2 u riċetturi AT oħrajn anqas karatterizzati. Il-rwol funzjonali ta’ dawn ir-riċetturi mhuwiex magħruf, kif lanqas hu magħruf l-effett tal-istimulazzjoni żejda possibbli tagħhom minn angiotensin II, li l-livelli tiegħu jiżdiedu permezz ta’ telmisartan. Il-livelli ta’ aldosterone fil-plażma jitnaqqsu minn telmisartan. Telmisartan ma jinibixxix ir-renina fil-plażma umana jew jimblokka l-kanali tal-joni. Telmisartan ma jinibixxix l-enzima li tibdel angiotensin (kininase II), l-enzima li tiddegrada wkoll bradykinin. Għalhekk mhux mistenni li ssaħħaħ l-effetti avversi medjati minn bradykinin.

Fil-bniedem, doża ta’ 80 mg ta’ telmisartan kważi tinibixxi kompletament iż-żieda fil-pressjoni tad-demm ikkawżata minn angiotensin II. Dan l-effett inibitorju jinżamm għal 24 siegħa u jista’ jibqa’ jitkejjel sa 48 siegħa.

Effikaċja klinika u sigurtà

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Wara l-ewwel doża ta’ telmisartan, l-attività kontra l-pressjoni għolja ssir evidenti gradwalment fi żmien 3 sigħat. It-tnaqqis massimu fil-pressjoni tad-demm ġeneralment jinkiseb wara 4-8 ġimgħat mill-bidu tal- kura, u jinżamm matul terapija fit-tul.

L-effett kontra l-pressjoni tad-demm jippersisti l-ħin kollu għal 24 siegħa wara d-dożaġġ, u jinkludi l-aħħar 4 sigħat qabel id-doża li jkun imiss, kif muri mill-kejl tal-pressjoni tad-demm ambulatorja. Dan hu kkonfermat mill-proporzjonijiet bejn il-livelli l-aktar baxxi imqabbla mal-ogħla livelli, li kienu aktar minn

80% b’mod konsistenti, osservati wara li ngħataw dożi ta’ 40 u 80 mg ta’ telmisartan fi provi kliniċi b’telmisartan ikkontrollati bi plaċebo. Hemm tendenza apparenti għal relazzjoni bejn doża u l-ħin tal- irkupru tal-linja bażi SBP. F’dan ir-rigward, id-dejta dwar DBP hi inkonsistenti.

F’pazjenti bi pressjoni għolja, telmisartan inaqqas kemm il-pressjoni sistolika u dik dijastolika, mingħajr ma jaffettwa r-rata tal-polz. Il-kontribuzzjoni tal-effett dijuretiku u natrijuretiku tal-mediċina għall-attività ipotensiva tagħha, għad trid tkun definita. L-effikaċja anti-ipertensiva ta’ telmisartan hi komparabbli ma’ dik ta’ mediċini li jirrappreżentaw kategoriji oħrajn ta’ mediċini anti-ipertensivi (dan intwera fi provi kliniċi li qabblu telmisartan ma’ amlodipine, atenolol, enalapril, hydrochlorothiazide, u lisinopril).

Meta l-kura b’telmisartan titwaqqaf ħesrem, il-pressjoni tad-demm terġa’ lura għal kif kienet qabel ma bdiet il-kura, fuq perjodu ta’ diversi ġranet, mingħajr ma’ jkun hemm ħjiel ta’ pressjoni għolja rebound.

L-inċidenza ta’ sogħla xotta kienet anqas b’mod sinifikanti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’dawk li ngħataw inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin, fi provi kliniċi li qabblu direttament iż-żewġ kuri kontra l-pressjoni għolja.

Prevenzjoni kardjovaskulari

ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in Combination with Ramipril Global Endpoint Trial) qabbel l-effetti ta’ telmisartan, ramipril u t-taħlita ta’ telmisartan u ramipril fuq riżultati kardjovaskulari f’25620 pazjent li kellhom 55 sena jew aktar, ma’ storja medika ta’ mard arterjali koronarju, puplesija, TIA, mard arterjali periferali, jew dijabete mellitus ta’ tip 2 akkompanjat minn evidenza ta’ ħsara fl- organi fil-mira (eż. retinopatija, ipertrofija ventrikulari tax-xellug, makro- jew mikroalbuminurija), li hi popolazzjoni f’riskju għal avvenimenti kardjovaskulari.

Il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali f’wieħed mit-tliet gruppi ta’ kura li ġejjin: telmisartan 80 mg (n = 8542), ramipril 10 mg (n = 8576), jew it-taħlita ta’ telmisartan 80 mg flimkien ma’ ramipril 10 mg (n = 8502), u li kienu segwiti għal medja ta’ żmien ta’ osservazzjoni ta’ 4.5 snin.

Telmisartan wera effett simili bħal ramipril fit-tnaqqis tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l- isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb. L-inċidenza tar-riżultat aħħari primarju kienet simili

fil-gruppi ta’ telmisartan (16.7%) u ramipril (16.5%). Il-proporzjon ta’ periklu għal telmisartan vs. ramipril kien ta’ 1.01 (97.5% CI 0.93 - 1.10, p (non-inferjorità) = 0.0019 f’marġni ta’ 1.13). Ir-rata ta’ mortalità mill-kawżi kollha kienet ta’ 11.6% u 11.8% fost il-pazjenti kkurati b’telmisartan u ramipril rispettivament.

Żewġ provi kbar, ikkontrollati, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali (ONTARGET (ONgoing

Telmisartan Alone and in combination with Ramipril Global Endpoint Trial) u VA NEPHRON-D (The

Veterans Affairs Nephropathy in Diabetes)) eżaminaw l-użu tal kombinazzjoni ta’ inibitur ta’ ACE flimkien ma’ imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II.

ONTARGET kien studju li twettaq f’pazjenti bi storja medika ta’ mard kardjovaskulari jew

ċerebrovaskulari, jew dijabete mellitus tip 2 akkumpanjat minn evidenza ta’ ħsara fl-organu aħħari. VA

NEPHRON-D kien studju li twettaq f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u nefropatija dijabetika.

Dawn l-istudji ma wrew l-ebda effett ta’ benefiċċju sinifikanti fuq ir-riżultati renali u/jew kardjovaskulari u l-mortalità, filwaqt li ġiet osservata żieda fir-riskju ta’ iperkalimja, ħsara akuta fil-kliewi u/jew pressjoni baxxa meta mqabbla ma’ monoterapija. Minħabba l-kwalitajiet farmakodinamiċi simili tagħhom, dawn ir- riżultati huma rilevanti wkoll għal inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II oħrajn.

Għalhekk, inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

ALTITUDE (Aliskiren Trial in Type 2 Diabetes Using Cardiovascular and Renal Disease Endpoints) kien studju maħsub biex jittestja l-benefiċċju li jiżdied aliskiren ma’ terapija standard ta’ inibitur ta’ ACE jew imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u mard kroniku tal-kliewi, mard kardjovaskulari, jew it-tnejn. L-istudju twaqqaf kmieni minħabba żieda fir-riskju ta’ riżultati avversi. Mewt kardjovaskulari u puplesija t-tnejn kienu numerikament iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo, u avvenimenti avversi u avvenimenti avversi serji ta’ interess

(iperkalimja, pressjoni baxxa u disfunzjoni tal-kliewi) ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo.

Instab li telmisartan kien effettiv bl-istess mod bħal ramipril fir-riżultat aħħari sekondarju speċifikat minn qabel ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.99 (97.5% CI 0.90 - 1.08), p (non-inferjorità) = 0.0004], ir-riżultat aħħari primarju fl-istudju ta’ referenza HOPE (The Heart Outcomes Prevention Evaluation Study), li kien investiga l-effett ta’ ramipril vs. plaċebo.

TRANSCEND għażel b’mod każwali pazjenti li kienu intolleranti għal ACE-I u li mill-bqija kellhom kriterji tal-inklużjoni li kienu simili bħal dawk ta’ ONTARGET għal telmisartan 80 mg (n=2954) jew plaċebo (n=2972), it-tnejn mogħtija b’mod addizzjonali mal-kura standard. Il-medja tat-tul ta’ żmien tal- follow-up kienet ta’ 4 snin u 8 xhur. Ma nstabet l-ebda differenza statistikament sinifikanti fl-inċidenza tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt (mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l-isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb [15.7% fil-grupp ta’ telmisartan u 17.0% fil-grupp tal-plaċebo bi proporzjon ta’ periklu ta’ 0.92 (95% CI

0.81 - 1.05, p = 0.22)]. Kien hemm evidenza ta’ benefiċċju mill-kura b’telmisartan meta mqabbel mal- plaċebo fir-riżultat aħħari kompost sekondarju speċifikat minn qabel, mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.87 (95% CI 0.76 - 1.00, p = 0.048)]. Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ benefiċċju fuq mortalità kardjovaskulari (proporzjon ta’ periklu ta’ 1.03, 95% CI 0.85 - 1.24).

Is-sogħla u l-anġjoedema kienu rrappurtati b’mod inqas frekwenti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’pazjenti kkurati b’ramipril, filwaqt li l-pressjoni baxxa kienet irrappurtata b’mod iktar frekwenti b’telmisartan.

Meta telmisartan tħallat ma’ ramipril, dan ma żiedx il-benefiċċju b’mod addizzjonali fuq meta ramipril jew telmisartan ingħataw waħidhom. Il-mortalità CV u l-mortalità mill-kawżi kollha kienu numerikament ogħla meta l-mediċini ngħataw ma’ xulxin. Flimkien ma’ dan, kien hemm inċidenza ogħla b’mod sinifikanti ta’ iperkalemija, insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa u sinkope fil-parti tal-istudju fejn

ingħatat taħlita ta’ mediċini. Għalhekk, l-użu ta’ taħlita ta’ telmisartan and ramipril mhuwiex rakkomandat f’din il-popolazzjoni.

Fil-prova PRoFESS, “Programm ta’ kura preventiva sabiex jiġu evitati b’mod effettiv attakki sekondarji”, li saret fuq pazjenti li għandhom 50 sena jew aktar, li riċentement kellhom attakk pupletiku, ġie nnotat li kien hemm inċidenza ogħla ta’ sepsis għal telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo, 0.70 % kontra 0.49 % [RR 1.43 (95 % interval ta’ kunfidenza 1.00 - 2.06)]: l-inċidenza ta’ każijiet fatali ta’ sepsis żdiedet għal pazjenti li kienu qed jieħdu telmisartan (0.33 %) kontra pazjenti li kienu qed jieħdu l-plaċebo (0.16 %)

[RR 2.07 (95 % intervall ta’ kunfidenza 1.14 - 3.76)]. Ir-rata ta’ każijiet ogħla osservati ta’ sepsis assoċjati mal-użu ta’ telmisartan tista’ tkun jew minn riżultat fortuitu jew mekkaniżmu mhux attwalment magħruf.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Telmisartan Teva fit-tfal u adoloxxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

L-effetti ta’ tbaxxija ta’ pressjoni tad-demm ta’ żewġ dożi ta’ telmisartan ġew ivvalutati f’76 pazjent bi pressjoni għolja, b’piż eċċessiv li kellhom bejn 6 snin u < 18-il sena (piż tal-ġisem ≥ 20 kg u ≤ 120 kg, medja 74.6 kg), wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg (n = 29 ikkurati) jew 2 mg/kg (n = 31 ikkurati) fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. B’inklużjoni, il-preżenza ta’ pressjoni għolja sekondarja ma ġietx investigata. F’xi pazjenti investigati, id-dożi użati kienu ogħla minn dawk rakkomandati fil-kura tal- pressjoni għolja fil-popolazzjoni adulta, li laħqu doża ta’ kuljum komparabbli għal 160 mg, li ġiet ittestjata fl-adulti. Wara aġġustament għall-effetti fi gruppi ta’ età, it-tibdiliet tal-SBP medji mil-linja bażi (objettiv primarju) kienu -14.5 (1.7) mm Hg fil-grupp telmisartan 2 mg/kg, -9.7 (1.7) mm Hg fil-grupp telmisartan 1 mg/kg, u -6.0 (2.4) fil-grupp tal-plaċebo. It-tibdiliet fid-DBP aġġustati mil-linja bażi kienu -8.4 (1.5) mm Hg, -4.5 (1.6) mm Hg and -3.5 (2.1) mm Hg rispettivament. It-tibdila kienet dipendenti fuq id-doża. Id-dejta tas-sigurtà minn dan l-istudju f’pazjenti ta’ bejn 6 u < 18-il sena dehret li kienet ġeneralment simili għal dik osservati fl-adulti. Is-sigurtà tal-kura fit-tul ta’ telmisartan fit-tfal u l- adoloxxenti ma ġietx evalwata.

Żieda fl-esinofili rrapportata f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti ma ġietx irreġistrata fl-adulti. Is-sinifikat u r-relevanza klinika tagħha mhumiex magħrufin.

Din id-dejta klinika ma tippermettix li jsiru konklużjonijiet fuq l-effikaċja u s-sigurtà ta’ telmisartan fil- popolazzjoni pedjatrika bil-pressjoni għolja.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

L-assorbiment ta’ telmisartan hu mgħaġġel, għalkemm l-ammont assorbit ivarja. Il-medja tal-bijodisponibilità assoluta għal telmisartan hi ta’ madwar 50%. Meta telmisartan jittieħed mal-ikel, it-tnaqqis taż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tal-plażma-żmien (AUC0-∞) ta’ telmisartan tvarja minn madwar 6% (doża ta’ 40mg) sa madwar 19% (doża ta’ 160mg). Sa 3 sigħat wara l-għoti ta’ telmisartan, il- konċentrazzjonijiet fil-plażma huma simili, kemm jekk telmisartan jittieħed ma’ ikel kif ukoll mingħajru.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

It-tnaqqis żgħir fl-AUC mhux mistenni li jikkawża tnaqqis fl-effikaċja terapewtika. M’hemm l-ebda relazzjoni lineari bejn id-dożi u l-livelli tal-plażma. Is-Cmax u, fi grad anqas l-AUC, jiżdiedu b’mod sproporzjonat f’dożi ta’ aktar minn 40 mg.

Distribuzzjoni

Telmisartan fil-biċċa l-kbira tiegħu jeħel mal-proteina fil-plażma (> 99.5 %), primarjament mal-albumina u alpha-1 acid glycoprotein. Il-medja tal-istat fiss apparenti tal-volum tad-distribuzzjoni (Vdss) hija ta’ madwar 500 l.

Bijotrasformazzjoni

Telmisartan hu metabolat permezz ta’ konjugazzjoni għal glucuronide. L-ebda attività farmakoloġika ma ntweriet għall-konjugat.

Eliminazzjoni

Telmisartan hu kkaratterizzat minn farmakokinetiċi b’decay bi-esponenzjali, b’half-life tal-eliminazzjoni terminali ta’ >20 siegħa. L-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) u, fi grad anqas, iż-żona taħt il-kurva ta’ konċentrazzjoni fil-plażma-ħin (AUC), jiżdiedu b’mod sproporzjonat mad-doża. M’hemmx evidenza ta’ akkumulazzjoni ta’ telmisartan li hi klinikament rilevanti meta dan jittieħed fid-doża rakkomandata. Il- konċentrazzjonijiet fil-plażma kienu ogħla fin-nisa milli fl-irġiel, mingħajr ma kien hemm influwenza rilevanti fuq l-effikaċja.

Wara teħid mill-ħalq (u minn ġol-vina), telmisartan jiġi kważi eliminat kollu mal-ippurgar, primarjament bħala kompost mhux mibdul. L-eliminazzjoni kumulattiva fl-awrina hi ta’ < 1% tad-doża. It-tneħħija totali mill-plażma (Cltot) hi għolja (madwar 1,000 ml/min) meta mqabbla mal-fluss tad-demm epatiku (madwar 1,500 ml/min).

Popolazzjonijiet Speċjali

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetiċi taż-żewġ dożi ta’ telmisartan ġew ivvalutati bħala objettiv sekondarju f’pazjenti bi pressjoni għolja (n = 57) li kellhom bejn 6 snin sa < 18-il sena, wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg jew

2 mg/kg fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. L-objettivi farmakokinetiċi inkludew id-determinazzjoni tal-istat fiss ta’ telmisartan fit-tfal u l-adoloxxenti, u investigazzjoni tad-differenzi relatati mal-età.

Għalkemm l-istudju kien wieħed żgħir wisq għal valutazzjoni bis-sens tal-farmakokinetiċi tat-tfal li għandhom inqas minn 12-il sena, ir-riżultati kienu b’mod ġenerali konsistenti mas-sejbiet fl-adulti u jikkonfermaw in-nuqqas ta’ linearità ta’ telmisartan, b’mod partikolari għal Cmax.

Sess

Differenzi fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma bejn is-sessi kienu osservati, bis-Cmax u l-AUC li kienu madwar 3 darbiet u darbtejn ogħla, rispettivament, fin-nisa meta mqabbla mal-irġiel.

Anzjani

Il-farmakokinetiċi ta’ telmisartan ma jvarjawx bejn pazjenti anzjani u dawk iżgħar minn 65 sena.

Indeboliment renali

F’pazjenti b’indeboliment renali minn moderat sa sever, l-irduppjar tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma kien osservat. Madankollu, konċentrazzjonijiet fil-plażma aktar baxxi kienu ossevati f’pazjenti b’insuffiċjenza renali li kienu qegħdin fuq id-dijalisi. Telmisartan jeħel ħafna mal-proteina fil-plażma f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, u ma jkunx jista’ jitneħħa permezz tad-dijalisi. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment renali.

Indeboliment epatiku

Studji farmakokinetiċi f’pazjenti b’indeboliment epatiku juru żieda fil-bijodisponibilità assoluta sa kważi

100%. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, id-dożi li pproduċew esponiment li kien komparabbli għal dak fil-medda terapewtika klinika, ikkawżaw tnaqqis fil-parametri taċ-ċelluli ħomor tad-demm (eritroċiti, emoglobina, ematokrit), u bidliet fl-emodinamiċi renali (żieda fin-nitrogen tal-urea u l-kreatinina fid- demm), kif ukoll żieda tal-potassju fis-serum f’annimali normotensivi. Fil-klieb it-twessiegħ tubulari renali u l-atrofija kienu osservati. Ħsara fil-mukuża gastrika (tgħawwir, ulċeri jew infjammazzjoni) kienu wkoll osservati fil-firien u fil-klieb. Dawn l-effetti mhux mixtieqa, medjati b’mod farmakoloġiku,

magħrufa minn studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, kemm b’inibituri tal-enzimi li jibdlu l- angiotensin kif ukoll b’antagonisti ta’ angiotensin II, kienu evitati b’teħid ta’ suppliment mielaħ mill-ħalq.

Fiż-żewġ speċi, żieda fl-attività tar-renin fil-plażma u ipertrofija/iperplasija taċ-ċelluli ġukstaglomerulari kienet osservata. Dawn il-bidliet, u anke l-effett tal-kategorija tal-inibituri tal-enzimi li jibdlu l- angiotensin u antagonisti oħrajn ta’ angiotensin II, ma jidhirx li għandhom sinifikat kliniku.

Ma ġiet osservata l-ebda evidenza ċara ta’ effett teratoġeniku, madankollu fil-livelli ta’ dożi ta’ telmisartan li kienu tossiċi, ġie osservat effett fuq l-iżvilupp wara t-twelid tal-frieħ, bħal piż baxx talġisem u dewmien biex jinfetħu l-għajnejn.

Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ mutaġeniċità u ta’ attività klastoġenika rilevanti fi studji in vitro, u l-ebda evidenza ta’ karċinoġeneċità fil-firien u fil-ġrieden.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Microcrystalline cellulose (Avicel PH 102) Sodium starch glycolate (Type A) Poloxamers

Meglumine

Povidone (PVP K-30), sorbitol (E420), magnesium stearate

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji ta’ doża waħda perforati li jistgħu jitqaxxru tal-aluminju-aluminju u folji ta’ doża waħda perforati tal-aluminju-aluminju.

Daqsijiet tal-pakketti ta’ 14x1, 28x1, 30x1, 40x1, 56x1, 60x1, 84x1, 90x1, 98x1, 100x1 pillola għal folji perforati li jistgħu jitqaxxru.

Daqsijiet tal-pakketti ta’ 14x1, 28x1, 30x1, 40x1, 56x1, 60x1, 84x1, 90x1, 98x1, 100x1 pillola għal folji perforati.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/610/001

Kaxxi tal-kartun ta’ 14x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/002

Kaxxi tal-kartun ta’ 28x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/003

Kaxxi tal-kartun ta’ 30x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/004

Kaxxi tal-kartun ta’ 40x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/005

Kaxxi tal-kartun ta’ 56x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/006

Kaxxi tal-kartun ta’ 60x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/007

Kaxxi tal-kartun ta’ 84x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/008

Kaxxi tal-kartun ta’ 90x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/009

Kaxxi tal-kartun ta’ 98x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/010

Kaxxi tal-kartun ta’ 100x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/031

Kaxxi tal-kartun ta’ 14x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/032

Kaxxi tal-kartun ta’ 28x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/033

Kaxxi tal-kartun ta’ 30x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/034

Kaxxi tal-kartun ta’ 40x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/035

Kaxxi tal-kartun ta’ 56x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/036

Kaxxi tal-kartun ta’ 60x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/037

Kaxxi tal-kartun ta’ 84x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/038

Kaxxi tal-kartun ta’ 90x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/039

Kaxxi tal-kartun ta’ 98x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/040

Kaxxi tal-kartun ta’ 100x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 26 ta’ Jannar, 2010

Data tal-aħħar tiġdid: 19/12/2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Telemisartan Teva 40 mg pilloli

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 40 mg telmisartan

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 42.8 mg sorbitol (E420)

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

Pilloli bajda għal ofwajt, f’għamla ovali; naħa waħda tal-pillola hemm intaljat fuqha l-kodiċi “93”. Fuq naħa oħra hemm intaljat il-kodiċi ”7459”.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Pressjoni għolja

Il-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali.

Prevenzjoni kardjovaskulari

Tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari f’adulti bi:

mard kardjovaskulari aterotrombotiku sintomatiku (storja medika ta’ mard koronarju tal-qalb, puplesija, jew mard arterjali periferali) jew

dijabete mellitus ta’ tip 2 bi ħsara dokumentata tal-organu fil-mira

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Id-doża effettiva normalment hi ta’ 40 mg darba kuljum. Xi pazjenti jistgħu jibbenefikaw anke b’doża ta’

20 mg kuljum. F’każijiet fejn il-pressjoni ta’ demm fil-mira ma tintlaħaqx, id-doża ta’ telmisartan tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 mg darba kuljum. Inkella, telmisartan jista’ jintuża flimkien ma’ tipi ta’ dijuretiċi tat-tip thiazide, bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il- pressjoni tad-demm b’telmisartan. Meta wieħed jikkunsidra li jżid id-doża, irid iżomm f’moħħu li l-effett anti-ipertensiv ġeneralament jintlaħaq wara minn erba’ sa tmien ġimgħat mill-bidu tal-kura (ara sezzjoni 5.1).

Prevenzjoni kardjovaskulari

Id-doża rakkomandata hi ta’ 80 mg darba kuljum. Mhux magħruf jekk dożi ta’ inqas minn 80 mg ta’ telmisartan humiex effettivi biex inaqqsu l-morbożità kardjovaskulari.

Meta tinbeda terapija b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari, hu rakkomandat li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-pressjoni tad-demm, u jekk ikun xieraq, jista’ jkun hemm bżonn ta’ aġġustament tal-mediċini li jnaqqsu l-pressjoni tad-demm.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment renali

Hemm esperjenza limitata disponibbli f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi li qegħdin fuq emodijalisi. Doża tal-bidu aktar baxxa ta’ 20 mg hi rakkomandata f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.4). M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fil-pożoloġija għal pazjenti li għandhom indeboliment renali minn ħafif sa moderat.

Pazjenti b’indeboliment epatiku

Telmisartan Teva hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment serju tal-fwied (ara sezzjoni 4.3). F’pazjenti b’indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat, il-pożoloġija m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Telmisartan Teva fi tfal li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni 5.1 u 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli telmisartan huma biex jingħataw darba kuljum mill-ħalq u għandhom jittieħdu flimkien ma’ likwidu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1

It-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala u t-treddigħ (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6)

Disturbi ostruttivi biljari

Indeboliment sever epatiku

L-użu fl-istess ħin ta’ Telmisartan Teva flimkien ma’ prodotti li fihom aliskiren huwa kontraindikat f’pazjenti b’dijabete mellitus jew b’indeboliment tal-kliewi (GFR < 60 ml/min/1.73 m2) (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Tqala

Antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jinbdew waqt it-tqala. Ħlief jekk it-tkomplija tal- kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l- pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.6).

Indeboliment epatiku

Telemisartan Teva m’għandux jingħata lil pazjenti b’kolestasi, b’disturbi ostruttivi tal-marrara jew li għandhom insuffiċjenza severa epatika (ara sezzjoni 4.3), għax telmisartan huwa eliminat fil-biċċa l-kbira tiegħu mal-bili. Jista’ jkun mistenni li dawn il-pazjenti jkollhom rata ta’ tneħħija epatika mnaqqsa għal telmisartan. Telemisartan Teva għandu jintuża biss bl-attenzjoni f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat.

Pressjoni għoljarenovaskulari

Hemm riskju miżjud ta’ pressjoni baxxa ħafna severa u insuffiċjenza renali meta pazjenti bi stenosi bilaterali fl-arterja renali jew bi stenosi tal-arterja għal kilwa waħda li tkun taħdem, ikunu kkurati bi prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone.

Indeboliment renali u trapjant renali

Meta Telemisartan Teva jintuża f’pazjenti li għandhom indeboliment fil-funzjoni renali, monitoraġġ perjodiku tal-livelli tal-potassju u tal-kreatinina tas-serum hu rakkomandat. M’hemmx esperjenza dwar l- għoti ta’ Telemisartan Teva f’pazjenti bi trapjant renali riċenti.

Ipovolemija intravaskulari

Pressjoni baxxa ħafna sintomatika, speċjalment wara l-ewwel doża, tista’ sseħħ f’pazjenti li għandhom volum u/jew sodium li jkun tnaqqas minn terapija dijuretika vigoruża, restrizzjoni tal-melħ fid-dieta, dijarea jew rimettar. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu kkoreġuti qabel l-għoti ta’ Telemisartan Teva. It-tnaqqis tal-volum u/jew tas-sodium għandu jiġi kkoreġut qabel l-għoti Telemisartan Teva.

Impediment doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS)

Hemm evidenza li l-użu fl-istess ħin ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren iżid ir-riskju ta’ pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi). Imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren għalhekk mhuwiex rakkomandat (ara sezzjonijiet

4.5 u 5.1).

Jekk terapija b’imblokk doppju tkun ikkunsidrata li hi assolutament meħtieġa, din għandha ssir biss taħt is-superviżjoni ta’ speċjalista u tkun suġġetta għal monitoraġġ frekwenti mill-qrib tal-funzjoni tal-kliewi, elettroliti u pressjoni tad-demm.

Inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

Kundizzjonijiet oħrajn bl-istimulazzjoni tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone

F’pazjenti fejn it-ton vaskulari u l-funzjoni renali jiddependu b’mod predominanti mill-attività tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (eż. pazjenti b’insuffiċjenza konġestiva severa tal-qalb jew li għandhom mard prinċipali renali, li jinkludi stenosi tal-arterja renali), il-kura bi prodotti mediċinali oħrajn li jaffettwaw din is-sistema kienet assoċjata ma’ pressjoni baxxa ħafna akuta, iperażotemija, oligurja, jew b’mod rari ma’ insuffiċjenza renali akuta (ara sezzjoni 4.8).

Aldosteroniżmu primarju

Pazjenti b’aldosteroniżmu primarju ġeneralment mhux ser jirrispondu għal prodotti mediċinali kontra l- pressjoni għolja li jaġixxu permezz tal-inibizzjoni tas-sistema renin-angiotensin. Għalhekk, l-użu ta’ telmisartan mhuwiex rakkomandat.

Stenosi tal-valv mitrali u aortiku, kardjomijopatija ipertropika ostruttiva

Bħal fil-każ ta’ mediċini oħrajn li jwessgħu l-arterji/vini, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil pazjenti li jbatu minn stenosi mitrali jew aortika, jew kardjomijopatija ipertropika ostruttiva.

Pazjenti dijabetiċi kkurati bl-insulina jew mediċini kontra d-dijabete

F’dawn pazjenti tista’ sseħħ ipogliċemija bil-kura b’telmisartan. Għalhekk, f’dawn il-pazjenti għandu jiġi kkunsidrat monitoraġġ adattat tal-glucose fid-demm; aġġustament fid-doża tal-insulina jew tal-mediċini kontra d-dijabete jista’ jkun meħtieġ, meta indikat.

Iperkalemija

L-użu ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone, jista’ jikkawża l-iperkalemija.

Fl-anzjani, f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, f’pazjenti dijabetiċi, f’pazjenti li jkunu kkurati fl-istess ħin bi prodotti mediċinali oħrajn li jistgħu jżidu l-livelli tal-potassju, u/jew f’pazjenti b’avvenimenti interkurrenti, l-iperkalemija tista’ tkun fatali.

Qabel tikkunsidra l-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin- aldosterone, il-proporzjon tal-benefiċċju/riskju għandu jkun evalwat.

Il-fatturi ewlenin tar-riskju għall-iperkalemija li għandhom ikunu kkunsidrati huma:

-Dijabete mellitus, indeboliment renali, età (> 70 sena)

-Kumbinazzjoni ma’ prodott mediċinali wieħed jew aktar li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin- aldosterone u/jew is-supplimenti tal-potassju. Prodotti mediċinali jew klassi terapewtika ta’ prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw l-iperkalemija: sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li ma jneħħux potassju, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressur (cyclosporin jew tacrolimus), trimethoprim.

-Avvenimenti interkurrenti, b’mod partikulari d-deidrazzjoni, dikumpensazzjoni akuta kardijaka, aċidożi metabolika, funzjoni renali li tmur għall-agħar, kundizzjoni renali li tmur għall-agħar għal għarrieda (eż. mard infettiv), lisi ċellulari (eż. iskemija akuta fir-riġlejn jew fid-dirgħajn, rabdomijolosi, estensjoni tat-trawma).

Monitoraġġ mill-qrib tal-potassju fis-serum f’pazjenti li qegħdin f’riskju hu rakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

Sorbitol

Dan il-prodott mediċinali fih sorbitol (E420). Pazjenti li għandhom problemi ereditarji ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu Telemisartan Teva.

Differenzi etniċi

Bħal fil-każ ta’ inibituri tal-enzimi li jibdlu angiotensin, telmisartan u l-antagonisti ta’ angiotensin II l- oħra, jidher li huma anqas effettivi biex ibaxxu l-pressjoni tad-demm f’nies suwed milli f’nies li mhumiex suwed, possibbilment minħabba l-prevalenza ogħla ta’ livelli baxxi ta’ renin fil-popolazzjoni sewda bi pressjoni għolja.

Oħrajn

Bħal kull mediċina kontra l-pressjoni għolja, it-tnaqqis eċċessiv fil-pressjoni tad-demm f’pazjenti b’kardjopatija iskemika jew b’mard karjovaskulari iskemiku, jista’ jirriżulta f’infart mijokardijaku jew puplesija.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Digoxin

Meta telmisartan kien mogħti flimkien ma’ digoxin, ġew osservati żidiet medji fl-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma (49%) u fil-konċentrazzjonijiet l-aktar baxxi (20%) ta’ digoxin. Meta jinbeda, jiġi aġġustat u jiġi mwaqqaf telmisartan, il-livelli ta’ digoxin għandhom jiġu mmonitorjati sabiex jinżammu l-livelli fil-medda terapewtika.

Bħal fil-każ ta’ prodotti mediċinali oħra li jaġixxu fuq is-sistema ta’ renin-angiotensin-aldosterone, telemisartan jista’ jipprovoka iperkalemija (ara sezzjoni 4.4). Ir-riskju jista’ jiżdied f’każ ta’

kombinazzjoni ta’ trattament ma’ prodotti mediċinali oħra li jistgħu jipprovokaw iperkalemja (sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li jirristrinġu t-tnixxija tal-potassju, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs, li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressur (cyclosporin jew tacrolimus) u trimethoprim).

L-okkorrenza tal-iperkalemija tiddependi fuq fatturi marbuta mar-riskju. Ir-riskju jiżdied f’każ tal-kumbinazzjonijiet tal-kura msemmija hawn fuq. Ir-riskju hu partikularment għoli flimkien ma’ dijuretiċi li ma jneħħux potassju u meta jkunu assoċjati ma’ sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, filwaqt li kumbinazzjoni ma’ inibituri ta’ ACE jew NSAIDS, pereżempju, hija f’anqas riskju, bil-patt li l- prekawzjonijiet għall-użu jkunu segwiti b’mod strett.

L-użu fl-istess ħin mhuwiex rakkomandat

Dijuretiċi li ma jneħħux potassju jew supplimenti tal-potassju

Telf ta’ potassju ikkaġunat minn dijuretiċi huwa attenwat b’antagonisti tar-riċettaturi ta’ angiotensin II.

Dijuretiċi li jirristringu t-tnixxija ta’ potassju, eż. spironolactone, eplerenone, triamterene, jew amiloride, supplimenti tal-potassju, jew sostituti tal-melħ li fihom il-potassju jistgħu jwasslu għal żieda sinifikanti fil-potassju fis-serum. Jekk l-użu fl-istess ħin ikun indikat minħabba li jkun hemm ipokalemija dokumentata, dawn għandhom jintużaw bl-attenzjoni u b’monitoraġġ frekwenti tal-potassju fis-serum.

Litju

Żidiet riversibbli fil-konċentrazzjonijiet tal-litju fis-serum u t-tossiċità kienu rrappurtati waqt l-għoti fl-istess ħin ta’ litju ma’ inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin, u, b’mod rari, ma’ antagonisti ta’ angiotensin II. Jekk l-użu ta’ din il-kumbinazzjoni jkun meħtieġ, monitoraġġ bl-attenzjoni tal-livelli tal-litju fis-serum hu rakkomandat.

L-użu fl-istess ħin li jeħtieġ l-attenzjoni

Prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni

NSAIDs (i.e. acetylsalicylic acid f’korsijiet tad-dożaġġ kontra l-infjammazzjoni, inibituri COX-2 u NSAIDs mhux selettivi) jistgħu jnaqqsu l-effett kontra l-pressjoni għolja tal-antagonisti ta’ angiotensin II. F’xi pazjenti li għandhom il-funzjoni renali kompromessa (eż. pazjenti deidratati jew pazjenti anzjani b’funzjoni renali kompromessa), l-għoti flimkien ta’ antagonisti ta’ angiotensin II u mediċini li jinibixxu cyclo-oxygenase, jista’ jirriżulta f’deterjorament addizzjonali tal-funzjoni renali, li jinkludi l-possibbiltà ta’ insuffiċjenza akuta renali, li normalment tkun riversibbli. Għalhekk, din il-kumbinazzjoni ta’ mediċini għandha tingħata bl-attenzjoni, speċjalment lil persuni anzjani. Il-pazjenti għandhom jingħataw l-ilma b’mod adegwat u għandha tingħata konsiderazzjoni lill-monitoraġġ tal-funzjoni renali wara l-bidu ta’ terapija fl-istess ħin u perjodikament wara dan.

Fi studju wieħed l-għoti fl-istess ħin ta’ telmisartan u ramipril wassal għal żieda ta’ 2.5 darbiet fl-AUC0-24 u Cmax ta’ ramipril u ramiprilat. Ir-rilevanza klinika ta’ din l-osservazzjoni mhix magħrufa.

Dijuretiċi (thiazide jew dijuretiċi loop)

Trattament minn qabel b’dożi qawwija ta’ dijuretiċi bħal furosemide (dijuretiku loop) u hydrochlorothiazide (dijuretiku tat-thiazide) jista’ jirriżulta fi tnaqqis tal-volum u f’riskju ta’ pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta tibda t-terapija b’telmisartan.

L-użu fl-istess ħin li għandu jiġi kkunsidrat

Mediċini oħrajn kontra l-pressjoni għolja

L-effett ta’ telmisartan li jbaxxi l-pressjoni tad-demm jista’ jiżdied bl-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali oħrajn kontra l-pressjoni għolja.

Dejta minn provi kliniċi wriet li imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS) permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren, hu assoċjat ma’ frekwenza ogħla ta’ avvenimenti avversi bħal pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil- funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) meta mqabbel mal-użu ta’ sustanza waħda li taġixxi fuq RAAS (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1).

Skont il-proprjetajiet farmakoloġiċi tagħhom, jista’ jkun mistenni li l-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu l-effetti ipotensivi tal-mediċini kollha kontra l-pressjoni għolja, li jinkludu telmisartan: Baclofen, amifostine.

Flimkien ma’ dan, pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta wieħed iqum bilwieqfa tista’ tiggrava permezz tal-alkoħol, barbiturates, mediċini narkotiċi jew anti-dipressanti.

Kortikosterojdi (rotta sistemika)

Tnaqqis tal-effett kontra l-pressjoni għolja.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel trimestru tat-tqala (ara sezzjoni 4.4). L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II hu kontra-indikat matul it- tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ Telemisartan Teva f’nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is- sistema riproduttiva (ara 5.3).

Evidenza epidemjoloġika dwar ir-riskju ta’ teratoġeniċità wara espożizzjoni għal inibituri ACE matul l-ewwel trimestru tat-tqala ma kinitx konklussiva; madankollu, żieda żgħira fir-riskju ma tistax tiġi eskluża. Filwaqt li m’hemm l-ebda dejta epidemjoloġika kkontrollata fuq ir-riskju b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, riskji simili jistgħu jkunu jeżistu għal din il-klassi ta’ mediċini. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kurapija alternattiva.

Espożizzjoni għat-terapija b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II matul it-tieni u t-tielet trimestri hu magħruf li jinduċi fetotossiċità (tnaqqis fil-funzjoni renali, oligoidramnios, ittardjar fl-ossifikazzjoni tal- kranju) u tossiċità fit-trabi tat-twelid (insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa, iperkalemija) (ara sezzjoni 5.3).

Jekk tkun seħħet espożizzjoni għal antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mit-tieni trimestru tat-tqala, hu rakkomandat li jsir kontroll bl-ultrasond tal-funzjoni renali u tal-kranju.

Trabi li ommijiethom ikunu ħadu antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, għandhom ikunu taħt osservazzjoni mill-qrib għal pressjoni baxxa (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Treddigħ

Minħabba li mhemmx informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ Telmisartan Teva waqt it-treddigħ, Telemisartan Teva mhux rakkomandat u trattamenti alternattivi għandhom jinstabu bi profili tas-sigurtà aħjar għal waqt it-treddigħ, speċjalment waqt it-treddigħ ta’ trabi għadhom jitwieldu jew dawk li teiwldu qabel iż-żmien.

Fertilità

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, ma kienu osservati l-ebda effetti ta’ telmisartan fuq il-fertilità tal-irġiel u tan-nisa.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Meta ssuq il-vetturi jew tħaddem il-makkinarju, trid tiftakar li l-isturdament jew in-ngħas jistgħu xi kultant iseħħu meta wieħed ikun qed jieħu terapija kontra l-pressjoni għolja bħal Telmisartan Teva.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi serji tal-mediċina jinkludu reazzjoni anafilattika u anġjoedema li tista’ sseħħ rarament (≥1/10,000 sa <1/1,000), u insuffiċjenza akuta tal-kliewi.

L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi rrappurtati b’telmisartan kienet ġeneralment komparabbli mal- plaċebo (41.4% vs 43.9%) fil-provi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja. L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi ma’ kinitx marbuta mad-doża u ma wriet l-ebda korrelazzjoni mas-sess, mal-età, jew mar-razza tal-pazjenti. Il-profil tas-sigurtà ta’ telmisartan f’pazjenti kkurati għal tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari kien konsistenti ma’ dak miksub f’pazjenti bi pressjoni għolja.

Ir-reazzjonijiet avversi elenkati hawn taħt inġabru mill-provi kliniċi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja u minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-lista tikkunsidra wkoll reazzjonijiet avversi serji u reazzjonijiet avversi li jwasslu għal twaqqif tal-mediċina rrappurtat fi tliet studji kliniċi fit-tul li kienu jinkludu 21,642 pazjent ikkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari għal sa sitt snin.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi ġew ikklassifikati skont kategoriji ta’ frekwenza bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100, <1/10); mhux komuni (≥1/1,000, <1/100); rari (≥1/10,000, <1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skont is-serjetà tagħhom.

L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji:

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Infezzjoni fl-apparat tal-awrina li tinkludi ċistite, infezzjoni fl-

 

apparat respiratorju ta’ fuq li tinkludi farinġite u sinusite

Rari:

Sepsis li tinkludi riżultat fatali1

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux komuni:

Anemija

Rari:

Eosinofilija, tromboċitopenija

Disturbi fis-sistema immuni

 

Rari:

Reazzjoni anafilattika, sensittività eċċessiva

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Mhux komuni:

Iperkalemija

Rari:

Ipogliċemija (f’pazjenti dijabetiċi)

Disturbi psikjatriċi

 

Mhux komuni:

Nuqqas ta’ rqad, dipressjoni

Rari:

Ansjetà

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Mhux komuni:

Sinkope

Rari

Ngħas

Disturbi fl-għajnejn

 

Rari:

Disturbi tal-vista

Disturbi fil-widnejn u fis-

 

sistema labirintika

 

Mhux komuni:

Sturdament

Disturbi fil-qalb

 

Mhux komuni:

Bradikardija

Rari:

Takikardija

Disturbi vaskulari

Pressjoni baxxa2, pressjoni baxxa meta wieħed iqum bilwieqfa

Mhux komuni:

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Mhux komuni:

Dispnea, sogħla

Rari ħafna

Mard interstizjali tal-pulmun4

Disturbi gastro-intestinali

 

Mhux komuni:

Uġigħ addominali, dijarea, dispepsja, gass, rimettar

Rari:

Ħalq xott, skumdità fl-istonku, tibdil fis-sens tat-togħma

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Funzjoni epatika anormali/disturb fil-fwied3

Rari:

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni:

Ħakk, iperidrosi, raxx

Rari:

Anġjoedema, ekżema, eritema, urtikarja, eruzzjoni minħabba l-

 

mediċina, eruzzjoni tossika tal-ġilda

Disturbi muskolu-skelettriċi u tat-tessuti konnettivi

Mhux komuni: Uġigħ fid-dahar (eż. xjatika), spażmi tal-muskoli, mijalġja

Rari:Artralġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ fit-tendini (sintomi qishom tendinite)

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Mhux komuni: Indeboliment renali li jinkludi insuffiċjenza renali akuta

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Mhux komuni:

Uġigħ fis-sider, astenja (dgħufija)

Rari:

Mard li jixbah l-influwenza

Investigazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Żieda fil-krejatinina tad-demm

Rari:

Tnaqqis fl-emoglobina, żieda fil-uric acid fid-demm, żieda fl-

 

enzimi epatiċi, żieda fil-creatine phosphokinase fid-demm

1, 2, 3, 4: għal deskrizzjonijiet addizzjonali, jekk jogħġbok ara sottosezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula”.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Sepsis

Fil-prova PRoFESS, kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ sepsis b’telmisartan meta mqabbel mal- plaċebo. L-avveniment jista’ jkun sejba b’kumbinazzjoni jew hu marbut ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf (ara wkoll sezzjoni 5.1).

Pressjoni baxxa

Din ir-reazzjoni avversa kienet irrappurtata bħala komuni f’pazjenti bi pressjoni tad-demm ikkontrollata li kienu kkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari flimkien ma’ kura standard.

Funzjoni anormali tal-fwied/disturb fil-fwied

Il-biċċa l-kbira ta’ każijiet ta’ funzjoni anormali tal-fwied/disturb tal-fwied minn esperjenza ta’ wara t- tqegħid fis-suq, seħħew f’pazjenti fil-Ġappun, li għandhom aktar ċans li jkollhom dawn ir-reazzjonijiet avversi.

Mard interstizjali tal-pulmun

Każijiet ta’ mard interstizjali tal-pulmun ġew irrappurtati minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq f’assoċjazzjoni temporali mat-teħid ta’ telmisartan. Madankollu, assoċjazzjoni kawżali ma ġietx stabbilita.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Hemm biss tagħrif ristrett disponibbli dwar doża eċċessiva fil-bniedem.

Sintomi

Il-manifestazzjonijiet prinċipali li x’aktarx li jseħħu wara doża eċċessiva ta’ telmisartan kienu pressjoni tad-demm baxxa ħafna u takikardja; il-bradikardja żieda ta’ kreatinin fis-serum, u falliment akut fil-kliewi ġew rapportati ukoll.

Trattament

Telmisartan ma jitneħħiex permezz tal-emodijalisi. Il-pazjent għandu jkun immonitorjat mill-qrib, u l-kura għandha tkun sintomatika u ta’ appoġġ. L-immaniġġjar jiddependi fuq il-ħin minn meta d-doża tkun ittieħdet, u fuq is-severità tas-sintomi. Miżuri ssuġġeriti jinkludu li l-pazjent jiġi mġiegħel jirremetti u/jew il-ħasil ġastriku. Faħam attivat (activated charcoal) jista’ jkun utli fil-kura ta’ doża eċċessiva. Il-livelli tal- elettroliti u tal-kreatinina fis-serum għandhom ikunu mmonitorjati ta’ spiss. Jekk il-pressjoni titbaxxa, il- pazjent għandu jinżamm mimdud fuq dahru, u jingħata malajr sostitut tal-melħ u tal-volum.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antagonisti ta’ angiotensin II, Kodiċi ATC: C09CA07.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Telmisartan hu antagonist tar-riċettur ta’ angiotensin II (tip AT1) li hu effettiv u speċifiku, u li jittieħed mill-ħalq. Telmisartan jieħu post angiotensin II b’affinità għolja ħafna mis-sit fejn jeħel fis-sottotip tar-riċettur AT1, li hu responsabbli għall-azzjonijiet magħrufa ta’ angiotensin II. Telmisartan ma jesibixxi l-ebda attività agonista parzjali għar-riċettur AT1. Telmisartan jeħel b’mod selettiv mar-riċettur AT1. It- twaħħil idum ħafna. Telmisartan ma jurix affinità għal riċetturi oħrajn, li jinkludu AT2 u riċetturi AT oħrajn anqas karatterizzati. Il-rwol funzjonali ta’ dawn ir-riċetturi mhuwiex magħruf, kif lanqas hu magħruf l-effett tal-istimulazzjoni żejda possibbli tagħhom minn angiotensin II, li l-livelli tiegħu jiżdiedu permezz ta’ telmisartan. Il-livelli ta’ aldosterone fil-plażma jitnaqqsu minn telmisartan. Telmisartan ma jinibixxix ir-renina fil-plażma umana jew jimblokka l-kanali tal-joni. Telmisartan ma jinibixxix l-enzima li tibdel angiotensin (kininase II), l-enzima li tiddegrada wkoll bradykinin. Għalhekk mhux mistenni li ssaħħaħ l-effetti avversi medjati minn bradykinin.

Fil-bniedem, doża ta’ 80 mg ta’ telmisartan kważi tinibixxi kompletament iż-żieda fil-pressjoni tad-demm ikkawżata minn angiotensin II. Dan l-effett inibitorju jinżamm għal 24 siegħa u jista’ jibqa’ jitkejjel sa 48 siegħa.

Effikaċja klinika u sigurtà

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Wara l-ewwel doża ta’ telmisartan, l-attività kontra l-pressjoni għolja ssir evidenti gradwalment fi żmien 3 sigħat. It-tnaqqis massimu fil-pressjoni tad-demm ġeneralment jinkiseb wara 4-8 ġimgħat mill-bidu tal- kura, u jinżamm matul terapija fit-tul.

L-effett kontra l-pressjoni tad-demm jippersisti l-ħin kollu għal 24 siegħa wara d-dożaġġ, u jinkludi l-aħħar 4 sigħat qabel id-doża li jkun imiss, kif muri mill-kejl tal-pressjoni tad-demm ambulatorja. Dan hu kkonfermat mill-proporzjonijiet bejn il-livelli l-aktar baxxi imqabbla mal-ogħla livelli, li kienu aktar minn 80% b’mod konsistenti, osservati wara li ngħataw dożi ta’ 40 u 80 mg ta’ telmisartan fi provi kliniċi b’telmisartan ikkontrollati bi plaċebo.

Hemm tendenza apparenti għal relazzjoni bejn doża u l-ħin tal-irkupru tal-linja bażi SBP. F’dan ir-rigward, id-dejta dwar DBP hi inkonsistenti.

F’pazjenti bi pressjoni għolja, telmisartan inaqqas kemm il-pressjoni sistolika u dik dijastolika, mingħajr ma jaffettwa r-rata tal-polz. Il-kontribuzzjoni tal-effett dijuretiku u natrijuretiku tal-mediċina għall-attività ipotensiva tagħha, għad trid tkun definita. L-effikaċja anti-ipertensiva ta’ telmisartan hi komparabbli ma’ dik ta’ mediċini li jirrappreżentaw kategoriji oħrajn ta’ mediċini anti-ipertensivi (dan intwera fi provi kliniċi li qabblu telmisartan ma’ amlodipine, atenolol, enalapril, hydrochlorothiazide, u lisinopril).

Meta l-kura b’telmisartan titwaqqaf ħesrem, il-pressjoni tad-demm terġa’ lura għal kif kienet qabel ma bdiet il-kura, fuq perjodu ta’ diversi ġranet, mingħajr ma’ jkun hemm ħjiel ta’ pressjoni għolja rebound.

L-inċidenza ta’ sogħla xotta kienet anqas b’mod sinifikanti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’dawk li ngħataw inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin, fi provi kliniċi li qabblu direttament iż-żewġ kuri kontra l-pressjoni għolja.

Prevenzjoni kardjovaskulari

ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in Combination with Ramipril Global Endpoint Trial) qabbel l-effetti ta’ telmisartan, ramipril u t-taħlita ta’ telmisartan u ramipril fuq riżultati kardjovaskulari f’25620 pazjent li kellhom 55 sena jew aktar, ma’ storja medika ta’ mard arterjali koronarju, puplesija,

TIA, mard arterjali periferali, jew dijabete mellitus ta’ tip 2 akkompanjat minn evidenza ta’ ħsara fl-

organi fil-mira (eż. retinopatija, ipertrofija ventrikulari tax-xellug, makro- jew mikroalbuminurija), li hi popolazzjoni f’riskju għal avvenimenti kardjovaskulari.

Il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali f’wieħed mit-tliet gruppi ta’ kura li ġejjin: telmisartan 80 mg (n = 8542), ramipril 10 mg (n = 8576), jew it-taħlita ta’ telmisartan 80 mg flimkien ma’ ramipril 10 mg (n = 8502), u li kienu segwiti għal medja ta’ żmien ta’ osservazzjoni ta’ 4.5 snin.

Telmisartan wera effett simili bħal ramipril fit-tnaqqis tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l- isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb. L-inċidenza tar-riżultat aħħari primarju kienet simili fil-gruppi ta’ telmisartan (16.7%) u ramipril (16.5%). Il-proporzjon ta’ periklu għal telmisartan vs. ramipril kien ta’ 1.01 (97.5% CI 0.93 - 1.10, p (non-inferjorità) = 0.0019 f’marġni ta’ 1.13). Ir-rata ta’ mortalità mill-kawżi kollha kienet ta’ 11.6% u 11.8% fost il-pazjenti kkurati b’telmisartan u ramipril rispettivament.

Żewġ provi kbar, ikkontrollati, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali (ONTARGET (ONgoing

Telmisartan Alone and in combination with Ramipril Global Endpoint Trial) u VA NEPHRON-D (The

Veterans Affairs Nephropathy in Diabetes)) eżaminaw l-użu tal kombinazzjoni ta’ inibitur ta’ ACE flimkien ma’ imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II.

ONTARGET kien studju li twettaq f’pazjenti bi storja medika ta’ mard kardjovaskulari jew

ċerebrovaskulari, jew dijabete mellitus tip 2 akkumpanjat minn evidenza ta’ ħsara fl-organu aħħari. VA

NEPHRON-D kien studju li twettaq f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u nefropatija dijabetika.

Dawn l-istudji ma wrew l-ebda effett ta’ benefiċċju sinifikanti fuq ir-riżultati renali u/jew kardjovaskulari u l-mortalità, filwaqt li ġiet osservata żieda fir-riskju ta’ iperkalimja, ħsara akuta fil-kliewi u/jew pressjoni baxxa meta mqabbla ma’ monoterapija. Minħabba l-kwalitajiet farmakodinamiċi simili tagħhom, dawn ir- riżultati huma rilevanti wkoll għal inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II oħrajn.

Għalhekk, inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

ALTITUDE (Aliskiren Trial in Type 2 Diabetes Using Cardiovascular and Renal Disease Endpoints) kien studju maħsub biex jittestja l-benefiċċju li jiżdied aliskiren ma’ terapija standard ta’ inibitur ta’ ACE jew imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u mard kroniku tal-kliewi, mard kardjovaskulari, jew it-tnejn. L-istudju twaqqaf kmieni minħabba żieda fir-riskju ta’ riżultati avversi. Mewt kardjovaskulari u puplesija t-tnejn kienu numerikament iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo, u avvenimenti avversi u avvenimenti avversi serji ta’ interess (iperkalimja, pressjoni baxxa u disfunzjoni tal-kliewi) ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo.

Instab li telmisartan kien effettiv bl-istess mod bħal ramipril fir-riżultat aħħari sekondarju speċifikat minn qabel ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.99 (97.5% CI 0.90 - 1.08), p (non-inferjorità) = 0.0004], ir-riżultat aħħari primarju fl-istudju ta’ referenza HOPE (The Heart Outcomes Prevention Evaluation Study), li kien investiga l-effett ta’ ramipril vs. plaċebo.

TRANSCEND għażel b’mod każwali pazjenti li kienu intolleranti għal ACE-I u li mill-bqija kellhom kriterji tal-inklużjoni li kienu simili bħal dawk ta’ ONTARGET għal telmisartan 80 mg (n=2954) jew plaċebo (n=2972), it-tnejn mogħtija b’mod addizzjonali mal-kura standard. Il-medja tat-tul ta’ żmien tal- follow-up kienet ta’ 4 snin u 8 xhur. Ma nstabet l-ebda differenza statistikament sinifikanti fl-inċidenza tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt (mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l-isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb [15.7% fil-grupp ta’ telmisartan u 17.0% fil-grupp tal-plaċebo bi proporzjon ta’ periklu ta’ 0.92 (95% CI 0.81 - 1.05, p = 0.22)]. Kien hemm evidenza ta’ benefiċċju mill-kura b’telmisartan meta mqabbel mal- plaċebo fir-riżultat aħħari kompost sekondarju speċifikat minn qabel, mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.87 (95% CI 0.76 - 1.00, p = 0.048)]. Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ benefiċċju fuq mortalità kardjovaskulari (proporzjon ta’ periklu ta’ 1.03, 95% CI 0.85

- 1.24).

Is-sogħla u l-anġjoedema kienu rrappurtati b’mod inqas frekwenti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’pazjenti kkurati b’ramipril, filwaqt li l-pressjoni baxxa kienet irrappurtata b’mod iktar frekwenti b’telmisartan.

Meta telmisartan tħallat ma’ ramipril, dan ma żiedx il-benefiċċju b’mod addizzjonali fuq meta ramipril jew telmisartan ingħataw waħidhom. Il-mortalità CV u l-mortalità mill-kawżi kollha kienu numerikament ogħla meta l-mediċini ngħataw ma’ xulxin. Flimkien ma’ dan, kien hemm inċidenza ogħla b’mod sinifikanti ta’ iperkalemija, insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa u sinkope fil-parti tal-istudju fejn ingħatat taħlita ta’ mediċini. Għalhekk, l-użu ta’ taħlita ta’ telmisartan and ramipril mhuwiex rakkomandat f’din il-popolazzjoni.

Fil-prova PRoFESS, “Programm ta’ kura preventiva sabiex jiġu evitati b’mod effettiv attakki sekondarji”, li saret fuq pazjenti li għandhom 50 sena jew aktar, li riċentement kellhom attakk pupletiku, ġie nnotat li kien hemm inċidenza ogħla ta’ sepsis għal telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo, 0.70 % kontra 0.49 % [RR 1.43 (95 % interval ta’ kunfidenza 1.00 - 2.06)]: l-inċidenza ta’ każijiet fatali ta’ sepsis żdiedet għal pazjenti li kienu qed jieħdu telmisartan (0.33 %) kontra pazjenti li kienu qed jieħdu l-plaċebo (0.16 %)

[RR 2.07 (95 % intervall ta’ kunfidenza 1.14 - 3.76)]. Ir-rata ta’ każijiet ogħla osservati ta’ sepsis assoċjati mal-użu ta’ telmisartan tista’ tkun jew minn riżultat fortuitu jew mekkaniżmu mhux attwalment magħruf.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Telmisartan Teva fit-tfal u adoloxxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

L-effetti ta’ tbaxxija ta’ pressjoni tad-demm ta’ żewġ dożi ta’ telmisartan ġew ivvalutati f’76 pazjent bi pressjoni għolja, b’piż eċċessiv li kellhom bejn 6 snin u < 18-il sena (piż tal-ġisem ≥ 20 kg u ≤ 120 kg, medja 74.6 kg), wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg (n = 29 ikkurati) jew 2 mg/kg (n = 31 ikkurati) fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. B’inklużjoni, il-preżenza ta’ pressjoni għolja sekondarja ma ġietx investigata. F’xi pazjenti investigati, id-dożi użati kienu ogħla minn dawk rakkomandati fil-kura tal- pressjoni għolja fil-popolazzjoni adulta, li laħqu doża ta’ kuljum komparabbli għal 160 mg, li ġiet ittestjata fl-adulti. Wara aġġustament għall-effetti fi gruppi ta’ età, it-tibdiliet tal-SBP medji mil-linja bażi (objettiv primarju) kienu -14.5 (1.7) mm Hg fil-grupp telmisartan 2 mg/kg, -9.7 (1.7) mm Hg fil-grupp telmisartan 1 mg/kg, u -6.0 (2.4) fil-grupp tal-plaċebo. It-tibdiliet fid-DBP aġġustati mil-linja bażi kienu -8.4 (1.5) mm Hg, -4.5 (1.6) mm Hg and -3.5 (2.1) mm Hg rispettivament. It-tibdila kienet dipendenti fuq id-doża. Id-dejta tas-sigurtà minn dan l-istudju f’pazjenti ta’ bejn 6 u < 18-il sena dehret li kienet ġeneralment simili għal dik osservati fl-adulti. Is-sigurtà tal-kura fit-tul ta’ telmisartan fit-tfal u l- adoloxxenti ma ġietx evalwata.

Żieda fl-esinofili rrapportata f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti ma ġietx irreġistrata fl-adulti. Is-sinifikat u r-relevanza klinika tagħha mhumiex magħrufin.

Din id-dejta klinika ma tippermettix li jsiru konklużjonijiet fuq l-effikaċja u s-sigurtà ta’ telmisartan fil- popolazzjoni pedjatrika bil-pressjoni għolja.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

L-assorbiment ta’ telmisartan hu mgħaġġel, għalkemm l-ammont assorbit ivarja. Il-medja tal-bijodisponibilità assoluta għal telmisartan hi ta’ madwar 50%.

Meta telmisartan jittieħed mal-ikel, it-tnaqqis taż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tal-plażma-żmien (AUC0-∞) tvarja minn madwar 6% (doża ta’ 40mg) sa madwar 19% (doża ta’ 160mg). Sa 3 sigħat wara l- għoti ta’ telmisartan, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma huma simili, kemm jekk telmisartan jittieħed ma’ ikel kif ukoll mingħajru.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

It-tnaqqis żgħir fl-AUC mhux mistenni li jikkawża tnaqqis fl-effikaċja terapewtika.

M’hemm l-ebda relazzjoni lineari bejn id-dożi u l-livelli tal-plażma. Is-Cmax u, fi grad anqas l-AUC, jiżdiedu b’mod sproporzjonat f’dożi ta’ aktar minn 40 mg.

Distribuzzjoni

Telmisartan fil-biċċa l-kbira tiegħu jeħel mal-proteina fil-plażma (> 99.5 %), primarjament mal-albumina u alpha-1 acid glycoprotein. Il-medja tal-istat fiss apparenti tal-volum tad-distribuzzjoni (Vdss) hija ta’ madwar 500 l.

Bijotrasformazzjoni

Telmisartan hu metabolat permezz ta’ konjugazzjoni għal glucuronide. L-ebda attività farmakoloġika ma ntweriet għall-konjugat.

Eliminazzjoni

Telmisartan hu kkaratterizzat minn farmakokinetiċi b’decay bi-esponenzjali, b’half-life tal-eliminazzjoni terminali ta’ >20 siegħa. L-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) u, fi grad anqas, iż-żona taħt il-kurva ta’ konċentrazzjoni fil-plażma-ħin (AUC), jiżdiedu b’mod sproporzjonat mad-doża. M’hemmx evidenza ta’ akkumulazzjoni ta’ telmisartan li hi klinikament rilevanti meta dan jittieħed fid-doża rakkomandata. Il- konċentrazzjonijiet fil-plażma kienu ogħla fin-nisa milli fl-irġiel, mingħajr ma kien hemm influwenza rilevanti fuq l-effikaċja.

Wara teħid mill-ħalq (u minn ġol-vina), telmisartan jiġi kważi eliminat kollu mal-ippurgar, primarjament bħala kompost mhux mibdul. L-eliminazzjoni kumulattiva fl-awrina hi ta’ < 1% tad-doża. It-tneħħija totali mill-plażma (Cltot) hi għolja (madwar 1,000 ml/min) meta mqabbla mal-fluss tad-demm epatiku (madwar 1,500 ml/min).

Popolazzjonijiet Speċjali

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetiċi taż-żewġ dożi ta’ telmisartan ġew ivvalutati bħala objettiv sekondarju f’pazjenti bi pressjoni għolja (n = 57) li kellhom bejn 6 snin sa < 18-il sena, wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg jew

2 mg/kg fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. L-objettivi farmakokinetiċi inkludew id-determinazzjoni tal-istat fiss ta’ telmisartan fit-tfal u l-adoloxxenti, u investigazzjoni tad-differenzi relatati mal-età.

Għalkemm l-istudju kien wieħed żgħir wisq għal valutazzjoni bis-sens tal-farmakokinetiċi tat-tfal li għandhom inqas minn 12-il sena, ir-riżultati kienu b’mod ġenerali konsistenti mas-sejbiet fl-adulti u jikkonfermaw in-nuqqas ta’ linearità ta’ telmisartan, b’mod partikolari għal Cmax.

Sess

Differenzi fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma bejn is-sessi kienu osservati, bis-Cmax u l-AUC li kienu madwar 3 darbiet u darbtejn ogħla, rispettivament, fin-nisa meta mqabbla mal-irġiel.

Anzjani

Il-farmakokinetiċi ta’ telmisartan ma jvarjawx bejn pazjenti anzjani u dawk iżgħar minn 65 sena.

Indeboliment renali

F’pazjenti b’indeboliment renali minn moderat sa sever, l-irduppjar tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma kien osservat. Madankollu, konċentrazzjonijiet fil-plażma aktar baxxi kienu ossevati f’pazjenti b’insuffiċjenza renali li kienu qegħdin fuq id-dijalisi. Telmisartan jeħel ħafna mal-proteina fil-plażma f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, u ma jkunx jista’ jitneħħa permezz tad-dijalisi. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment renali.

Indeboliment epatiku

Studji farmakokinetiċi f’pazjenti b’indeboliment epatiku juru żieda fil-bijodisponibilità assoluta sa kważi

100%. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, id-dożi li pproduċew esponiment li kien komparabbli għal dak fil-medda terapewtika klinika, ikkawżaw tnaqqis fil-parametri taċ-ċelluli ħomor tad-demm (eritroċiti, emoglobina, ematokrit), u bidliet fl-emodinamiċi renali (żieda fin-nitrogen tal-urea u l-kreatinina fid- demm), kif ukoll żieda tal-potassju fis-serum f’annimali normotensivi. Fil-klieb it-twessiegħ tubulari renali u l-atrofija kienu osservati. Ħsara fil-mukuża gastrika (tgħawwir, ulċeri jew infjammazzjoni) kienu wkoll osservati fil-firien u fil-klieb. Dawn l-effetti mhux mixtieqa, medjati b’mod farmakoloġiku, magħrufa minn studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, kemm b’inibituri tal-enzimi li jibdlu l- angiotensin kif ukoll b’antagonisti ta’ angiotensin II, kienu evitati b’teħid ta’ suppliment mielaħ mill-ħalq.

Fiż-żewġ speċi, żieda fl-attività tar-renin fil-plażma u ipertrofija/iperplasija taċ-ċelluli ġukstaglomerulari kienet osservata. Dawn il-bidliet, u anke l-effett tal-kategorija tal-inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin u antagonisti oħrajn ta’ angiotensin II, ma jidhirx li għandhom sinifikat kliniku.

Ma ġiet osservata l-ebda evidenza ċara ta’ effett teratoġeniku, madankollu fil-livelli ta’ dożi ta’ telmisartan li kienu tossiċi, ġie osservat effett fuq l-iżvilupp wara t-twelid tal-frieħ, bħal piż baxx tal- ġisem u dewmien biex jinfetħu l-għajnejn.

Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ mutaġeniċità u ta’ attività klastoġenika rilevanti fi studji in vitro, u l-ebda evidenza ta’ karċinoġeneċità fil-firien u fil-ġrieden.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Microcrystalline cellulose (Avicel PH 102) Sodium starch glycolate (Type A) Poloxamers

Meglumine

Povidone (PVP K-30), sorbitol (E420), magnesium stearate

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji ta’ doża waħda perforati li jistgħu jitqaxxru tal-aluminju-aluminju u folji ta’ doża waħda perforati tal-aluminju-aluminju.

Daqsijiet tal-pakketti ta’ 14x1, 28x1, 30x1, 40x1, 56x1, 60x1, 84x1, 90x1, 98x1, 100x1 pillola għal folji perforati li jistgħu jitqaxxru.

Daqsijiet tal-pakketti ta’ 14x1, 28x1, 30x1, 40x1, 56x1, 60x1, 84x1, 90x1, 98x1, 100x1 pillola għal folji perforati.

Folji tal-aluminju-aluminju : id-daqs tal-pakkett ta’ 30 pillola

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

8. NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/610/011

Kaxxi tal-kartun ta’ 14x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/012

Kaxxi tal-kartun ta’ 28x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/013

Kaxxi tal-kartun ta’ 30x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/014

Kaxxi tal-kartun ta’ 40x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/015

Kaxxi tal-kartun ta’ 56x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/016

Kaxxi tal-kartun ta’ 60x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/017

Kaxxi tal-kartun ta’ 84x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/018

Kaxxi tal-kartun ta’ 90x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/019

Kaxxi tal-kartun ta’ 98x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/020

Kaxxi tal-kartun ta’ 100x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/041

Kaxxi tal-kartun ta’ 14x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/042

Kaxxi tal-kartun ta’ 28x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/043

Kaxxi tal-kartun ta’ 30x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/044

Kaxxi tal-kartun ta’ 40x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/045

Kaxxi tal-kartun ta’ 56x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/046

Kaxxi tal-kartun ta’ 60x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

 

EU/1/09/610/047

Kaxxi tal-kartun ta’ 84x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/048

Kaxxi tal-kartun ta’ 90x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/049

Kaxxi tal-kartun ta’ 98x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/050

Kaxxi tal-kartun ta’ 100x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/061

Kaxxi tal-kartun ta’ 30 pillola f’folji tal-aluminju-aluminju

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 26 ta’ Jannar, 2010

Data tal-aħħar tiġdid: 19/12/2014

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Telemisartan Teva 80 mg pilloli

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 80 mg telmisartan

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 85.6 mg sorbitol (E420)

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

Pilloli bajda għal ofwajt, f’għamla ovali; naħa waħda tal-pillola hemm intaljat fuqha l-kodiċi “93”. Fuq in-naħa l-oħra oħra hemm intaljat il-kodiċi ”7460”.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Pressjoni għolja

Il-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali.

Prevenzjoni kardjovaskulari

Tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari f’adulti bi:

mard kardjovaskulari aterotrombotiku sintomatiku (storja medika ta’ mard koronarju tal-qalb, puplesija, jew mard arterjali periferali) jew

dijabete mellitus ta’ tip 2 bi ħsara dokumentata tal-organu fil-mira

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Id-doża effettiva normalment hi ta’ 40 mg darba kuljum. Xi pazjenti jistgħu jibbenefikaw anke b’doża ta’

20 mg kuljum. F’każijiet fejn il-pressjoni ta’ demm fil-mira ma tintlaħaqx, id-doża ta’ telmisartan tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 mg darba kuljum. Inkella, telmisartan jista’ jintuża flimkien ma’ tipi ta’ dijuretiċi tat-tip thiazide, bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il- pressjoni tad-demm b’telmisartan. Meta wieħed jikkunsidra li jżid id-doża, irid iżomm f’moħħu li l-effett anti-ipertensiv ġeneralament jintlaħaq wara minn erba’ sa tmien ġimgħat mill-bidu tal-kura (ara sezzjoni 5.1).

Prevenzjoni kardjovaskulari

Id-doża rakkomandata hi ta’ 80 mg darba kuljum. Mhux magħruf jekk dożi ta’ inqas minn 80 mg ta’ telmisartan humiex effettivi biex inaqqsu l-morbożità kardjovaskulari.

Meta tinbeda terapija b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari, hu rakkomandat li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-pressjoni tad-demm, u jekk ikun xieraq, jista’ jkun hemm bżonn ta’ aġġustament tal-mediċini li jnaqqsu l-pressjoni tad-demm.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment renali

Hemm esperjenza limitata disponibbli f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi li qegħdin fuq emodijalisi. Doża tal-bidu aktar baxxa ta’ 20 mg hi rakkomandata f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.4). M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fil-pożoloġija għal pazjenti li għandhom indeboliment renali minn ħafif sa moderat.

Pazjenti b’indeboliment epatiku

Telmisartan Teva hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment serju tal-fwied (ara sezzjoni 4.3). F’pazjenti b’indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat, il-pożoloġija m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Telmisartan Teva fi tfal li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni 5.1 u 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli telmisartan huma biex jingħataw darba kuljum mill-ħalq u għandhom jittieħdu flimkien ma’ likwidu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1

It-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala u t-treddigħ (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6)

Disturbi ostruttivi biljari

Indeboliment sever epatiku

L-użu fl-istess ħin ta’ Telmisartan Teva flimkien ma’ prodotti li fihom aliskiren huwa kontraindikat f’pazjenti b’dijabete mellitus jew b’indeboliment tal-kliewi (GFR < 60 ml/min/1.73 m2) (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Tqala

Antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jinbdew waqt it-tqala. Ħlief jekk it-tkomplija tal- kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l- pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.6).

Indeboliment epatiku

Telemisartan Teva m’għandux jingħata lil pazjenti b’kolestasi, b’disturbi ostruttivi tal-marrara jew li għandhom insuffiċjenza severa epatika (ara sezzjoni 4.3), għax telmisartan huwa eliminat fil-biċċa l-kbira tiegħu mal-bili. Jista’ jkun mistenni li dawn il-pazjenti jkollhom rata ta’ tneħħija epatika mnaqqsa għal telmisartan. Telemisartan Teva għandu jintuża biss bl-attenzjoni f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat.

Pressjoni għoljarenovaskulari

Hemm riskju miżjud ta’ pressjoni baxxa ħafna severa u insuffiċjenza renali meta pazjenti bi stenosi bilaterali fl-arterja renali jew bi stenosi tal-arterja għal kilwa waħda li tkun taħdem, ikunu kkurati bi prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone.

Indeboliment renali u trapjant renali

Meta Telemisartan Teva jintuża f’pazjenti li għandhom indeboliment fil-funzjoni renali, monitoraġġ perjodiku tal-livelli tal-potassju u tal-kreatinina tas-serum hu rakkomandat. M’hemmx esperjenza dwar l- għoti ta’ Telemisartan Teva f’pazjenti bi trapjant renali riċenti.

Ipovolemija intravaskulari

Pressjoni baxxa ħafna sintomatika, speċjalment wara l-ewwel doża, tista’ sseħħ f’pazjenti li għandhom volum u/jew sodium li jkun tnaqqas minn terapija dijuretika vigoruża, restrizzjoni tal-melħ fid-dieta, dijarea jew rimettar. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu kkoreġuti qabel l-għoti ta’ Telemisartan Teva. It-tnaqqis tal-volum u/jew tas-sodium għandu jiġi kkoreġut qabel l-għoti Telemisartan Teva.

Impediment doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS)

Hemm evidenza li l-użu fl-istess ħin ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren iżid ir-riskju ta’ pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi). Imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren għalhekk mhuwiex rakkomandat (ara sezzjonijiet

4.5 u 5.1).

Jekk terapija b’imblokk doppju tkun ikkunsidrata li hi assolutament meħtieġa, din għandha ssir biss taħt is-superviżjoni ta’ speċjalista u tkun suġġetta għal monitoraġġ frekwenti mill-qrib tal-funzjoni tal-kliewi, elettroliti u pressjoni tad-demm.

Inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

Kundizzjonijiet oħrajn bl-istimulazzjoni tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone:

F’pazjenti fejn it-ton vaskulari u l-funzjoni renali jiddependu b’mod predominanti mill-attività tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (eż. pazjenti b’insuffiċjenza konġestiva severa tal-qalb jew li għandhom mard prinċipali renali, li jinkludi stenosi tal-arterja renali), il-kura bi prodotti mediċinali oħrajn li jaffettwaw din is-sistema kienet assoċjata ma’ pressjoni baxxa ħafna akuta, iperażotemija, oligurja, jew b’mod rari ma’ insuffiċjenza renali akuta (ara sezzjoni 4.8).

Aldosteroniżmu primarju

Pazjenti b’aldosteroniżmu primarju ġeneralment mhux ser jirrispondu għal prodotti mediċinali kontra l- pressjoni għolja li jaġixxu permezz tal-inibizzjoni tas-sistema renin-angiotensin. Għalhekk, l-użu ta’ telmisartan mhuwiex rakkomandat.

Stenosi tal-valv mitrali u aortiku, kardjomijopatija ipertropika ostruttiva

Bħal fil-każ ta’ mediċini oħrajn li jwessgħu l-arterji/vini, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil pazjenti li jbatu minn stenosi mitrali jew aortika, jew kardjomijopatija ipertropika ostruttiva.

Pazjenti dijabetiċi kkurati bl-insulina jew mediċini kontra d-dijabete

F’dawn pazjenti tista’ sseħħ ipogliċemija bil-kura b’telmisartan. Għalhekk, f’dawn il-pazjenti għandu jiġi kkunsidrat monitoraġġ adattat tal-glucose fid-demm; aġġustament fid-doża tal-insulina jew tal-mediċini kontra d-dijabete jista’ jkun meħtieġ, meta indikat.

Iperkalemija

L-użu ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone, jista’ jikkawża l-iperkalemija.

Fl-anzjani, f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, f’pazjenti dijabetiċi, f’pazjenti li jkunu kkurati fl-istess ħin bi prodotti mediċinali oħrajn li jistgħu jżidu l-livelli tal-potassju, u/jew f’pazjenti b’avvenimenti interkurrenti, l-iperkalemija tista’ tkun fatali.

Qabel tikkunsidra l-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin- aldosterone, il-proporzjon tal-benefiċċju/riskju għandu jkun evalwat.

Il-fatturi ewlenin tar-riskju għall-iperkalemija li għandhom ikunu kkunsidrati huma:

-Dijabete mellitus, indeboliment renali, età (> 70 sena)

-Kumbinazzjoni ma’ prodott mediċinali wieħed jew aktar li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin- aldosterone u/jew is-supplimenti tal-potassju. Prodotti mediċinali jew klassi terapewtika ta’ prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw l-iperkalemija: sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li ma jneħħux potassju, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressur (cyclosporin jew tacrolimus), trimethoprim.

-Avvenimenti interkurrenti, b’mod partikulari d-deidrazzjoni, dikumpensazzjoni akuta kardijaka, aċidożi metabolika, funzjoni renali li tmur għall-agħar, kundizzjoni renali li tmur għall-agħar għal għarrieda (eż. mard infettiv), lisi ċellulari (eż. iskemija akuta fir-riġlejn jew fid-dirgħajn, rabdomijolosi, estensjoni tat-trawma).

Monitoraġġ mill-qrib tal-potassju fis-serum f’pazjenti li qegħdin f’riskju hu rakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

Sorbitol

Dan il-prodott mediċinali fih sorbitol (E420). Pazjenti li għandhom problemi ereditarji ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu Telemisartan Teva.

Differenzi etniċi

Bħal fil-każ ta’ inibituri tal-enzimi li jibdlu angiotensin, telmisartan u l-antagonisti ta’ angiotensin l- oħrajn, jidher li huma anqas effettivi li jbaxxu l-pressjoni tad-demm f’nies suwed milli f’nies li mhumiex suwed, possibbilment minħabba l-prevalenza ogħla ta’ livelli baxxi ta’ renin fil-popolazzjoni sewda bi pressjoni għolja.

Oħrajn

Bħal kull mediċina kontra l-pressjoni għolja, it-tnaqqis eċċessiv fil-pressjoni tad-demm f’pazjenti b’kardjopatija iskemika jew b’mard karjovaskulari iskemiku, jista’ jirriżulta f’infart mijokardijaku jew puplesija.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Digoxin

Meta telmisartan kien mogħti flimkien ma’ digoxin, ġew osservati żidiet medji fl-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma (49%) u fil-konċentrazzjonijiet l-aktar baxxi (20%) ta’ digoxin. Meta jinbeda, jiġi aġġustat u jiġi mwaqqaf telmisartan, il-livelli ta’ digoxin għandhom jiġu mmonitorjati sabiex jinżammu l-livelli fil-medda terapewtika.

Bħal fil-każ ta’ prodotti mediċinali oħra li jaġixxu fuq is-sistema renin-angiotensin-aldsterone, telemisartan jista’ jipprovoka iperkalemija (ara sezzjoni 4.4). Ir-riskju jista’ jikber f’każ ta’ kombinazzjoni ta’ trattament ma’ prodotti mediċinali oħra li jistgħu jipprovokaw iperkalemija (sostituti

tal-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li jirristrinġu t-tnixxija tal-potassju, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressuri (cyclosporin jew tacrolimus), u trimethoprim).

L-okkorrenza tal-iperkalemija tiddependi fuq fatturi marbuta mar-riskju. Ir-riskju jiżdied f’każ tal-kumbinazzjonijiet tal-kura msemmija hawn fuq. Ir-riskju hu partikularment għoli flimkien ma’ dijuretiċi li ma jneħħux potassju u meta jkunu assoċjati ma’ sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, filwaqt li kumbinazzjoni ma’ inibituri ta’ ACE jew NSAIDS, pereżempju, hija f’anqas riskju, bil-patt li l- prekawzjonijiet għall-użu jkunu segwiti b’mod strett.

L-użu fl-istess ħin mhuwiex rakkomandat

Dijuretiċi li ma jneħħux potassju jew supplimenti tal-potassju

Telf ta’ potassju ikkaġunat minn dijuretiċi huwa attenwat b’antagonisti tar-riċettaturi ta’ angiotensin II. Dijuretiċi li jirristringu t-tnixxija ta’ potassju, eż. spironolactone, eplerenone, triamterene, jew amiloride, supplimenti tal-potassju, jew sostituti tal-melħ li fihom il-potassju jistgħu jwasslu għal żieda sinifikanti fil-potassju fis-serum. Jekk l-użu fl-istess ħin ikun indikat minħabba li jkun hemm ipokalemija dokumentata, dawn għandhom jintużaw bl-attenzjoni u b’monitoraġġ frekwenti tal-potassju fis-serum.

Litju

Żidiet riversibbli fil-konċentrazzjonijiet tal-litju fis-serum u t-tossiċità kienu rrappurtati waqt l-għoti fl-istess ħin ta’ litju ma’ inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin, u, b’mod rari, ma’ antagonisti ta’ angiotensin II. Jekk l-użu ta’ din il-kumbinazzjoni jkun meħtieġ, monitoraġġ bl-attenzjoni tal-livelli tal-litju fis-serum hu rakkomandat.

L-użu fl-istess ħin li jeħtieġ l-attenzjoni

Prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni

NSAIDs (i.e. acetylsalicylic acid f’korsijiet tad-dożaġġ kontra l-infjammazzjoni, inibituri COX-2 u NSAIDs mhux selettivi) jistgħu jnaqqsu l-effett kontra l-pressjoni għolja tal-antagonisti ta’ angiotensin II. F’xi pazjenti li għandhom il-funzjoni renali kompromessa (eż. pazjenti deidratati jew pazjenti anzjani b’funzjoni renali kompromessa), l-għoti flimkien ta’ antagonisti ta’ angiotensin II u mediċini li jinibixxu cyclo-oxygenase, jista’ jirriżulta f’deterjorament addizzjonali tal-funzjoni renali, li jinkludi l-possibbiltà ta’ insuffiċjenza akuta renali, li normalment tkun riversibbli. Għalhekk, din il-kumbinazzjoni ta’ mediċini għandha tingħata bl-attenzjoni, speċjalment lil persuni anzjani. Il-pazjenti għandhom jingħataw l-ilma b’mod adegwat u għandha tingħata konsiderazzjoni lill-monitoraġġ tal-funzjoni renali wara l-bidu ta’ terapija fl-istess ħin u perjodikament wara dan.

Fi studju wieħed l-għoti fl-istess ħin ta’ telmisartan u ramipril wassal għal żieda ta’ 2.5 darbiet fl-AUC0-24 u Cmax ta’ ramipril u ramiprilat. Ir-rilevanza klinika ta’ din l-osservazzjoni mhux magħruf.

Dijuretiċi (thiazide jew dijuretiċi loop)

Trattament minn qabel b’dożi qawwija ta’ dijuretiċi bħal furosemide (dijuretiku loop) u hydrochlorothiazide (dijuretiku tat-thiazide) jista’ jirriżulta fi tnaqqis tal-volum, u f’riskju ta’ pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta tinbeda t-terapija b’telmisartan.

L-użu fl-istess ħin li għandu jiġi kkunsidrat

Mediċini oħrajn kontra l-pressjoni għolja

L-effett ta’ telmisartan li jbaxxi l-pressjoni tad-demm jista’ jiżdied bl-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali oħrajn kontra l-pressjoni għolja.

Dejta minn provi kliniċi wriet li imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS) permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren, hu assoċjat ma’ frekwenza ogħla ta’ avvenimenti avversi bħal pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil- funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) meta mqabbel mal-użu ta’ sustanza waħda li taġixxi fuq RAAS (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1).

Skont il-proprjetajiet farmakoloġiċi tagħhom, jista’ jkun mistenni li l-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu l-effetti ipotensivi tal-mediċini kollha kontra l-pressjoni għolja, li jinkludu telmisartan: Baclofen, amifostine.

Flimkien ma’ dan, pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta wieħed iqun bilwieqfa tista’ tiggrava permezz tal-alkoħol, barbiturates, mediċini narkotiċi jew anti-dipressanti.

Kortikosterojdi (rotta sistemika)

Tnaqqis tal-effett kontra l-pressjoni għolja.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel trimestru tat-tqala (ara sezzjoni 4.4). L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II hu kontra-indikat matul it- tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ Telemisartan Teva f’nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is- sistema riproduttiva (ara 5.3).

Evidenza epidemjoloġika dwar ir-riskju ta’ teratoġeniċità wara espożizzjoni għal inibituri ACE matul l-ewwel trimestru tat-tqala ma kinitx konklussiva; madankollu, żieda żgħira fir-riskju ma tistax tiġi eskluża. Filwaqt li m’hemm l-ebda dejta epidemjoloġika kkontrollata fuq ir-riskju b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, riskji simili jistgħu jkunu jeżistu għal din il-klassi ta’ mediċini. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva.

Espożizzjoni għall-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II matul it-tieni u t-tielet trimestri hu magħruf li jinduċi fetotossiċità (tnaqqis fil-funzjoni renali, oligoidramnios, ittardjar fl-ossifikazzjoni tal- kranju) u tossiċità fit-trabi tat-twelid (insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa, iperkalemija) (ara sezzjoni 5.3).

Jekk tkun seħħet espożizzjoni għal antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mit-tieni trimestru tat-tqala, hu rakkomandat li jsir bl-ultrasound tal-funzjoni renali u tal-kranju.

Trabi li ommijiethom ikunu ħadu antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, għandhom ikunu taħt osservazzjoni mill-qrib għal pressjoni baxxa (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Treddigħ

Minħabba li mhemmx informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ Telmisartan Teva waqt it-treddigħ, Telemisartan Teva mhux rakkomandat u trattamenti alternattivi għandhom jinstabu bi profili tas-sigurtà aħjar għal waqt it-treddigħ, speċjalment waqt it-treddigħ ta’ trabi għadhom jitwieldu jew dawk li teiwldu qabel iż-żmien.

Fertilità

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, ma kienu osservati l-ebda effetti ta’ telmisartan fuq il-fertilità tal-irġiel u tan-nisa.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Meta ssuq il-vetturi jew tħaddem il-makkinarju, trid tiftakar li l-isturdament jew in-ngħas jistgħu xi kultant iseħħu meta wieħed ikun qed jieħu terapija kontra l-pressjoni għolja bħal Telmisartan Teva.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi serji tal-mediċina jinkludu reazzjoni anafilattika u anġjoedema li tista’ sseħħ rarament (≥1/10,000 sa <1/1,000), u insuffiċjenza akuta tal-kliewi.

L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi rrappurtati b’telmisartan kienet ġeneralment komparabbli mal- plaċebo (41.4% vs 43.9%) fil-provi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja. L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi ma’ kinitx marbuta mad-doża u ma wriet l-ebda korrelazzjoni mas-sess, mal-età, jew mar-razza tal-pazjenti. Il-profil tas-sigurtà ta’ telmisartan f’pazjenti kkurati għal tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari kien konsistenti ma’ dak miksub f’pazjenti bi pressjoni għolja.

Ir-reazzjonijiet avversi elenkati hawn taħt inġabru mill-provi kliniċi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja u minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-lista tikkunsidra wkoll reazzjonijiet avversi serji u reazzjonijiet avversi li jwasslu għal twaqqif tal-mediċina rrappurtat fi tliet studji kliniċi fit-tul li kienu jinkludu 21,642 pazjent ikkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari għal sa sitt snin.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi ġew ikklassifikati skont kategoriji ta’ frekwenza bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100, <1/10); mhux komuni (≥1/1,000, <1/100); rari (≥1/10,000, <1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skont is-serjetà tagħhom.

L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji:

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Infezzjoni fl-apparat tal-awrina li tinkludi ċistite, infezzjoni fl-

 

apparat respiratorju ta’ fuq li tinkludi farinġite u sinusite

Rari:

Sepsis li tinkludi riżultat fatali1

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Mhux komuni:

Anemija

Rari:

Eosinofilija, tromboċitopenija

Disturbi fis-sistema immuni

 

Rari:

Reazzjoni anafilattika, sensittività eċċessiva

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Mhux komuni:

Iperkalemija

Rari:

Ipogliċemija (f’pazjenti dijabetiċi)

Disturbi psikjatriċi

 

Mhux komuni:

Nuqqas ta’ rqad, dipressjoni

 

Rari:

Ansjetà

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Mhux komuni:

Sinkope

Rari

Ngħas

Disturbi fl-għajnejn

 

Rari:

Disturbi tal-vista

Disturbi fil-widnejn u fis-

 

sistema labirintika

 

Mhux komuni:

Sturdament

Disturbi fil-qalb

 

Mhux komuni:

Bradikardija

Rari:

Takikardija

Disturbi vaskulari

Pressjoni baxxa2, pressjoni baxxa meta wieħed iqum bilwieqfa

Mhux komuni:

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Mhux komuni:

Dispnea, sogħla

Rari ħafna

Mard interstizjali tal-pulmun4

Disturbi gastro-intestinali

 

Mhux komuni:

Uġigħ addominali, dijarea, dispepsja, gass, rimettar

Rari:

Ħalq xott, skumdità fl-istonku, tibdil fis-sens tat-togħma

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Funzjoni epatika anormali/disturb fil-fwied3

Rari:

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni:

Ħakk, iperidrosi, raxx

Rari:

Anġjoedema, ekżema, eritema, urtikarja, eruzzjoni minħabba

 

l-mediċina, eruzzjoni tossika tal-ġilda

Disturbi muskolu-skelettriċi u tat-tessuti konnettivi

Mhux komuni: Uġigħ fid-dahar (eż. xjatika), spażmi tal-muskoli, mijalġja

Rari:Artralġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ fit-tendini (sintomi qishom tendinite)

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Mhux komuni: Indeboliment renali li jinkludi insuffiċjenza renali akuta

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

Mhux komuni:

Uġigħ fis-sider, astenja (dgħufija)

Rari:

Mard li jixbah l-influwenza

Investigazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Żieda fil-krejatinina tad-demm

 

Rari:

Tnaqqis fl-emoglobina, żieda fil-uric acid fid-demm, żieda fl-

 

enzimi epatiċi, żieda fil-creatine phosphokinase fid-demm

1, 2, 3, 4: għal deskrizzjonijiet addizzjonali, jekk jogħġbok ara sottosezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula”.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Sepsis

Fil-prova PRoFESS, kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ sepsis b’telmisartan meta mqabbel mal- plaċebo. L-avveniment jista’ jkun sejba b’kumbinazzjoni jew hu marbut ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf (ara wkoll sezzjoni 5.1).

Pressjoni baxxa

Din ir-reazzjoni avversa kienet irrappurtata bħala komuni f’pazjenti bi pressjoni tad-demm ikkontrollata li kienu kkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari flimkien ma’ kura standard.

Funzjoni anormali tal-fwied/disturb fil-fwied

Il-biċċa l-kbira ta’ każijiet ta’ funzjoni anormali tal-fwied/disturb tal-fwied minn esperjenza ta’ wara t- tqegħid fis-suq, seħħew f’pazjenti fil-Ġappun, li għandhom aktar ċans li jkollhom dawn ir-reazzjonijiet avversi.

Mard interstizjali tal-pulmun

Każijiet ta’ mard interstizjali tal-pulmun ġew irrappurtati minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq f’assoċjazzjoni temporali mat-teħid ta’ telmisartan. Madankollu, assoċjazzjoni kawżali ma ġietx stabbilita.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Hemm biss tagħrif ristrett disponibbli dwar doża eċċessiva fil-bniedem.

Sintomi

Il-manifestazzjonijiet prinċipali li x’aktarx li jseħħu wara doża eċċessiva ta’ telmisartan kienu pressjoni tad-demm baxxa ħafna u takikardja; il-bradikardja sturdament, żieda ta’ kreatinin fis-serum u falliment akut fil-kliewi ġew rapportati wkoll.

Trattament

Telmisartan ma jitneħħiex permezz tal-emodijalisi. Il-pazjent għandu jkun immonitorjat mill-qrib, u l-kura għandha tkun sintomatika u ta’ appoġġ. L-immaniġġjar jiddependi fuq il-ħin minn meta d-doża tkun ittieħdet, u fuq is-severità tas-sintomi. Miżuri ssuġġeriti jinkludu li l-pazjent jiġi mġiegħel jirremetti u/jew il-ħasil ġastriku. Faħam attivat (activated charcoal) jista’ jkun utli fil-kura ta’ doża eċċessiva. Il-livelli tal- elettroliti u tal-kreatinina fis-serum għandhom ikunu mmonitorjati ta’ spiss. Jekk il-pressjoni titbaxxa, il- pazjent għandu jinżamm mimdud fuq dahru, u jingħata malajr sostitut tal-melħ u tal-volum.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antagonisti ta’ angiotensin II, Kodiċi ATC: C09CA07.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Telmisartan hu antagonist tar-riċettur ta’ angiotensin II (tip AT1) li hu effettiv u speċifiku, u li jittieħed mill-ħalq. Telmisartan jieħu post angiotensin II b’affinità għolja ħafna mis-sit fejn jeħel fis-sottotip tar-riċettur AT1, li hu responsabbli għall-azzjonijiet magħrufa ta’ angiotensin II. Telmisartan ma jesibixxi l-ebda attività agonista parzjali għar-riċettur AT1. Telmisartan jeħel b’mod selettiv mar-riċettur AT1. It-twaħħil idum ħafna. Telmisartan ma jurix affinità għal riċetturi oħrajn, li jinkludu AT2 u riċetturi AT oħrajn anqas karatterizzati. Il-rwol funzjonali ta’ dawn ir-riċetturi mhuwiex magħruf, kif lanqas hu magħruf l-effett tal-istimulazzjoni żejda possibbli tagħhom minn angiotensin II, li l-livelli tiegħu jiżdiedu permezz ta’ telmisartan. Il-livelli ta’ aldosterone fil-plażma jitnaqqsu minn telmisartan. Telmisartan ma jinibixxix ir-renina fil-plażma umana jew jimblokka l-kanali tal-joni. Telmisartan ma jinibixxix l-enzima li tibdel angiotensin (kininase II), l-enzima li tiddegrada wkoll bradykinin. Għalhekk mhux mistenni li ssaħħaħ l-effetti avversi medjati minn bradykinin.

Fil-bniedem, doża ta’ 80 mg ta’ telmisartan kważi tinibixxi kompletament iż-żieda fil-pressjoni tad-demm ikkawżata minn angiotensin II. Dan l-effett inibitorju jinżamm għal 24 siegħa u jista’ jibqa’ jitkejjel sa 48 siegħa.

Effikaċja klinika u sigurtà

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Wara l-ewwel doża ta’ telmisartan, l-attività kontra l-pressjoni għolja ssir evidenti gradwalment fi żmien 3 sigħat. It-tnaqqis massimu fil-pressjoni tad-demm ġeneralment jinkiseb wara 4-8 ġimgħat mill-bidu tal- kura, u jinżamm matul terapija fit-tul.

L-effett kontra l-pressjoni tad-demm jippersisti l-ħin kollu għal 24 siegħa wara d-dożaġġ, u jinkludi l-aħħar 4 sigħat qabel id-doża li jkun imiss, kif muri mill-kejl tal-pressjoni tad-demm ambulatorja. Dan hu kkonfermat mill-proporzjonijiet bejn il-livelli l-aktar baxxi imqabbla mal-ogħla livelli, li kienu aktar minn

80% b’mod konsistenti, osservati wara li ngħataw dożi ta’ 40 u 80 mg ta’ telmisartan fi provi kliniċi b’telmisartan ikkontrollati bi plaċebo.

Hemm tendenza apparenti għal relazzjoni bejn doża u l-ħin tal-irkupru tal-linja bażi SBP. F’dan ir-rigward, id-dejta dwar DBP hi inkonsistenti.

F’pazjenti bi pressjoni għolja, telmisartan inaqqas kemm il-pressjoni sistolika u dik dijastolika, mingħajr ma jaffettwa r-rata tal-polz. Il-kontribuzzjoni tal-effett dijuretiku u natrijuretiku tal-mediċina għall-attività ipotensiva tagħha, għad trid tkun definita. L-effikaċja anti-ipertensiva ta’ telmisartan hi komparabbli ma’ dik ta’ mediċini li jirrappreżentaw kategoriji oħrajn ta’ mediċini anti-ipertensivi (dan intwera fi provi kliniċi li qabblu telmisartan ma’ amlodipine, atenolol, enalapril, hydrochlorothiazide, u lisinopril).

Meta l-kura b’telmisartan titwaqqaf ħesrem, il-pressjoni tad-demm terġa’ lura għal kif kienet qabel ma bdiet il-kura, fuq perjodu ta’ diversi ġranet, mingħajr ma’ jkun hemm ħjiel ta’ pressjoni għolja rebound.

L-inċidenza ta’ sogħla xotta kienet anqas b’mod sinifikanti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’dawk li ngħataw inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin, fi provi kliniċi li qabblu direttament iż-żewġ kuri kontra l-pressjoni għolja.

Prevenzjoni kardjovaskulari

ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in Combination with Ramipril Global Endpoint Trial) qabbel l-effetti ta’ telmisartan, ramipril u t-taħlita ta’ telmisartan u ramipril fuq riżultati kardjovaskulari f’25620 pazjent li kellhom 55 sena jew aktar, ma’ storja medika ta’ mard arterjali koronarju, puplesija,

TIA, mard arterjali periferali, jew dijabete mellitus ta’ tip 2 akkompanjat minn evidenza ta’ ħsara fl- organi fil-mira (eż. retinopatija, ipertrofija ventrikulari tax-xellug, makro- jew mikroalbuminurija), li hi popolazzjoni f’riskju għal avvenimenti kardjovaskulari.

Il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali f’wieħed mit-tliet gruppi ta’ kura li ġejjin: telmisartan 80 mg (n =

8542), ramipril 10 mg (n = 8576), jew it-taħlita ta’ telmisartan 80 mg flimkien ma’ ramipril 10 mg (n =

8502), u li kienu segwiti għal medja ta’ żmien ta’ osservazzjoni ta’ 4.5 snin.

Telmisartan wera effett simili bħal ramipril fit-tnaqqis tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l- isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb. L-inċidenza tar-riżultat aħħari primarju kienet simili fil-gruppi ta’ telmisartan (16.7%) u ramipril (16.5%). Il-proporzjon ta’ periklu għal telmisartan vs. ramipril kien ta’ 1.01 (97.5% CI 0.93 - 1.10, p (non-inferjorità) = 0.0019 f’marġni ta’ 1.13). Ir-rata ta’ mortalità mill-kawżi kollha kienet ta’ 11.6% u 11.8% fost il-pazjenti kkurati b’telmisartan u ramipril rispettivament.

Żewġ provi kbar, ikkontrollati, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali (ONTARGET (ONgoing

Telmisartan Alone and in combination with Ramipril Global Endpoint Trial) u VA NEPHRON-D (The

Veterans Affairs Nephropathy in Diabetes)) eżaminaw l-użu tal kombinazzjoni ta’ inibitur ta’ ACE flimkien ma’ imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II.

ONTARGET kien studju li twettaq f’pazjenti bi storja medika ta’ mard kardjovaskulari jew

ċerebrovaskulari, jew dijabete mellitus tip 2 akkumpanjat minn evidenza ta’ ħsara fl-organu aħħari. VA NEPHRON-D kien studju li twettaq f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u nefropatija dijabetika.

Dawn l-istudji ma wrew l-ebda effett ta’ benefiċċju sinifikanti fuq ir-riżultati renali u/jew kardjovaskulari u l-mortalità, filwaqt li ġiet osservata żieda fir-riskju ta’ iperkalimja, ħsara akuta fil-kliewi u/jew pressjoni baxxa meta mqabbla ma’ monoterapija. Minħabba l-kwalitajiet farmakodinamiċi simili tagħhom, dawn ir- riżultati huma rilevanti wkoll għal inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II oħrajn.

Għalhekk, inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

ALTITUDE (Aliskiren Trial in Type 2 Diabetes Using Cardiovascular and Renal Disease Endpoints) kien studju maħsub biex jittestja l-benefiċċju li jiżdied aliskiren ma’ terapija standard ta’ inibitur ta’ ACE jew imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u mard kroniku tal-kliewi, mard kardjovaskulari, jew it-tnejn. L-istudju twaqqaf kmieni minħabba żieda fir-riskju ta’ riżultati avversi. Mewt kardjovaskulari u puplesija t-tnejn kienu numerikament iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo, u avvenimenti avversi u avvenimenti avversi serji ta’ interess (iperkalimja, pressjoni baxxa u disfunzjoni tal-kliewi) ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo.

Instab li telmisartan kien effettiv bl-istess mod bħal ramipril fir-riżultat aħħari sekondarju speċifikat minn qabel ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.99 (97.5% CI 0.90 - 1.08), p (non-inferjorità) = 0.0004], ir-riżultat aħħari primarju fl-istudju ta’ referenza HOPE (The Heart Outcomes Prevention Evaluation Study), li kien investiga l-effett ta’ ramipril vs. plaċebo.

TRANSCEND għażel b’mod każwali pazjenti li kienu intolleranti għal ACE-I u li mill-bqija kellhom kriterji tal-inklużjoni li kienu simili bħal dawk ta’ ONTARGET għal telmisartan 80 mg (n=2954) jew plaċebo (n=2972), it-tnejn mogħtija b’mod addizzjonali mal-kura standard. Il-medja tat-tul ta’ żmien tal- follow-up kienet ta’ 4 snin u 8 xhur. Ma nstabet l-ebda differenza statistikament sinifikanti fl-inċidenza tar-riżultat aħħari kompost primarju ta’ mewt (mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, jew meta l-pazjent iddaħħal l-isptar minħabba insuffiċjenza konġestiva tal-qalb [15.7% fil-grupp ta’ telmisartan u 17.0% fil-grupp tal-plaċebo bi proporzjon ta’ periklu ta’ 0.92 (95% CI 0.81 - 1.05, p = 0.22)]. Kien hemm evidenza ta’ benefiċċju mill-kura b’telmisartan meta mqabbel mal- plaċebo fir-riżultat aħħari kompost sekondarju speċifikat minn qabel, mewt kardjovaskulari, infart mijokardijaku mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.87 (95% CI 0.76 - 1.00, p = 0.048)]. Ma kien hemm

l-ebda evidenza ta’ benefiċċju fuq mortalità kardjovaskulari (proporzjon ta’ periklu ta’ 1.03, 95% CI 0.85

- 1.24).

Is-sogħla u l-anġjoedema kienu rrappurtati b’mod inqas frekwenti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’pazjenti kkurati b’ramipril, filwaqt li l-pressjoni baxxa kienet irrappurtata b’mod iktar frekwenti b’telmisartan.

Meta telmisartan tħallat ma’ ramipril, dan ma żiedx il-benefiċċju b’mod addizzjonali fuq meta ramipril jew telmisartan ingħataw waħidhom. Il-mortalità CV u l-mortalità mill-kawżi kollha kienu numerikament ogħla meta l-mediċini ngħataw ma’ xulxin. Flimkien ma’ dan, kien hemm inċidenza ogħla b’mod sinifikanti ta’ iperkalemija, insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa u sinkope fil-parti tal-istudju fejn ingħatat taħlita ta’ mediċini. Għalhekk, l-użu ta’ taħlita ta’ telmisartan and ramipril mhuwiex rakkomandat f’din il-popolazzjoni.

Fil-prova Profess, “Programm ta’ kura preventiva sabiex jiġu evitati b’mod effettiv attakki sekondarji”, li saret fuq pazjenti li għandhom 50 sena jew aktar, li riċentement kellhom attakk pupletiku, ġie nnotat li kien hemm inċidenza ogħla ta’ sepsis għal telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo, 0.70 % kontra 0.49 % [RR 1.43 (95 % interval ta’ kunfidenza 1.00 - 2.06)]: l-inċidenza ta’ każijiet fatali ta’ sepsis żdiedet għal pazjenti li kienu qed jieħdu telmisartan (0.33 %) kontra pazjenti li kienu qed jieħdu l-plaċebo (0.16 %)

[RR 2.07 (95 % intervall ta’ kunfidenza 1.14 - 3.76)]. Ir-rata ta’ każijiet ogħla osservati ta’ sepsis assoċjati mal-użu ta’ telmisartan tista’ tkun jew minn riżultat fortuitu jew mekkaniżmu mhux attwalment magħruf.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Telmisartan Teva fit-tfal u adoloxxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

L-effetti ta’ tbaxxija ta’ pressjoni tad-demm ta’ żewġ dożi ta’ telmisartan ġew ivvalutati f’76 pazjent bi pressjoni għolja, b’piż eċċessiv li kellhom bejn 6 snin u < 18-il sena (piż tal-ġisem ≥ 20 kg u ≤ 120 kg, medja 74.6 kg), wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg (n = 29 ikkurati) jew 2 mg/kg (n = 31 ikkurati) fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. B’inklużjoni, il-preżenza ta’ pressjoni għolja sekondarja ma ġietx investigata. F’xi pazjenti investigati, id-dożi użati kienu ogħla minn dawk rakkomandati fil-kura tal- pressjoni għolja fil-popolazzjoni adulta, li laħqu doża ta’ kuljum komparabbli għal 160 mg, li ġiet ittestjata fl-adulti. Wara aġġustament għall-effetti fi gruppi ta’ età, it-tibdiliet tal-SBP medji mil-linja bażi (objettiv primarju) kienu -14.5 (1.7) mm Hg fil-grupp telmisartan 2 mg/kg, -9.7 (1.7) mm Hg fil-grupp telmisartan 1 mg/kg, u -6.0 (2.4) fil-grupp tal-plaċebo. It-tibdiliet fid-DBP aġġustati mil-linja bażi kienu -8.4 (1.5) mm Hg, -4.5 (1.6) mm Hg and -3.5 (2.1) mm Hg rispettivament. It-tibdila kienet dipendenti fuq id-doża. Id-dejta tas-sigurtà minn dan l-istudju f’pazjenti ta’ bejn 6 u < 18-il sena dehret li kienet ġeneralment simili għal dik osservati fl-adulti. Is-sigurtà tal-kura fit-tul ta’ telmisartan fit-tfal u l- adoloxxenti ma ġietx evalwata.

Żieda fl-esinofili rrapportata f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti ma ġietx irreġistrata fl-adulti. Is-sinifikat u r-relevanza klinika tagħha mhumiex magħrufin.

Din id-dejta klinika ma tippermettix li jsiru konklużjonijiet fuq l-effikaċja u s-sigurtà ta’ telmisartan fil- popolazzjoni pedjatrika bil-pressjoni għolja.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

L-assorbiment ta’ telmisartan hu mgħaġġel, għalkemm l-ammont assorbit ivarja. Il-medja tal-bijodisponibilità assoluta għal telmisartan hi ta’ madwar 50%.

Meta telmisartan jittieħed mal-ikel, it-tnaqqis taż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tal-plażma-żmien (AUC0-∞) tvarja minn madwar 6% (doża ta’ 40mg) sa madwar 19% (doża ta’ 160mg). Sa 3 sigħat wara l-

għoti ta’ telmisartan, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma huma simili, kemm jekk telmisartan jittieħed ma’ ikel kif ukoll mingħajru.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

It-tnaqqis żgħir fl-AUC mhux mistenni li jikkawża tnaqqis fl-effikaċja terapewtika.

M’hemm l-ebda relazzjoni lineari bejn id-dożi u l-livelli tal-plażma. Is-Cmax u, fi grad anqas l-AUC, jiżdiedu b’mod sproporzjonat f’dożi ta’ aktar minn 40 mg.

Distribuzzjoni

Telmisartan fil-biċċa l-kbira tiegħu jeħel mal-proteina fil-plażma (> 99.5 %), primarjament mal-albumina u alpha-1 acid glycoprotein. Il-medja tal-istat fiss apparenti tal-volum tad-distribuzzjoni (Vdss) hija ta’ madwar 500 l.

Bijotrasformazzjoni

Telmisartan hu metabolat permezz ta’ konjugazzjoni għal glucuronide. L-ebda attività farmakoloġika ma ntweriet għall-konjugat.

Eliminazzjoni

Telmisartan hu kkaratterizzat minn farmakokinetiċi b’decay bi-esponenzjali, b’half-life tal-eliminazzjoni terminali ta’ >20 siegħa. L-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) u, fi grad anqas, iż-żona taħt il-kurva ta’ konċentrazzjoni fil-plażma-ħin (AUC), jiżdiedu b’mod sproporzjonat mad-doża. M’hemmx evidenza ta’ akkumulazzjoni ta’ telmisartan li hi klinikament rilevanti meta dan jittieħed fid-doża rakkomandata. Il- konċentrazzjonijiet fil-plażma kienu ogħla fin-nisa milli fl-irġiel, mingħajr ma kien hemm influwenza rilevanti fuq l-effikaċja.

Wara teħid mill-ħalq (u minn ġol-vina), telmisartan jiġi kważi eliminat kollu mal-ippurgar, primarjament bħala kompost mhux mibdul. L-eliminazzjoni kumulattiva fl-awrina hi ta’ < 1% tad-doża. It-tneħħija totali mill-plażma (Cltot) hi għolja (madwar 1,000 ml/min) meta mqabbla mal-fluss tad-demm epatiku (madwar 1,500 ml/min).

Popolazzjonijiet Speċjali

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetiċi taż-żewġ dożi ta’ telmisartan ġew ivvalutati bħala objettiv sekondarju f’pazjenti bi pressjoni għolja (n = 57) li kellhom bejn 6 snin sa < 18-il sena, wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg jew

2 mg/kg fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. L-objettivi farmakokinetiċi inkludew id-determinazzjoni tal-istat fiss ta’ telmisartan fit-tfal u l-adoloxxenti, u investigazzjoni tad-differenzi relatati mal-età.

Għalkemm l-istudju kien wieħed żgħir wisq għal valutazzjoni bis-sens tal-farmakokinetiċi tat-tfal li għandhom inqas minn 12-il sena, ir-riżultati kienu b’mod ġenerali konsistenti mas-sejbiet fl-adulti u jikkonfermaw in-nuqqas ta’ linearità ta’ telmisartan, b’mod partikolari għal Cmax.

Sess

Differenzi fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma bejn is-sessi kienu osservati, bis-Cmax u l-AUC li kienu madwar 3 darbiet u darbtejn ogħla, rispettivament, fin-nisa meta mqabbla mal-irġiel.

Anzjani

Il-farmakokinetiċi ta’ telmisartan ma jvarjawx bejn pazjenti anzjani u dawk iżgħar minn 65 sena.

Indeboliment renali

F’pazjenti b’indeboliment renali minn moderat sa sever, l-irduppjar tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma kien osservat. Madankollu, konċentrazzjonijiet fil-plażma aktar baxxi kienu ossevati f’pazjenti b’insuffiċjenza renali li kienu qegħdin fuq id-dijalisi. Telmisartan jeħel ħafna mal-proteina fil-plażma f’pazjenti

b’insuffiċjenza renali, u ma jkunx jista’ jitneħħa permezz tad-dijalisi. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment renali.

Indeboliment epatiku

Studji farmakokinetiċi f’pazjenti b’indeboliment epatiku juru żieda fil-bijodisponibilità assoluta sa kważi

100%. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, id-dożi li pproduċew esponiment li kien komparabbli għal dak fil-medda terapewtika klinika, ikkawżaw tnaqqis fil-parametri taċ-ċelluli ħomor tad-demm (eritroċiti, emoglobina, ematokrit), u bidliet fl-emodinamiċi renali (żieda fin-nitrogen tal-urea u l-kreatinina fid- demm), kif ukoll żieda tal-potassju fis-serum f’annimali normotensivi. Fil-klieb it-twessiegħ tubulari renali u l-atrofija kienu osservati. Ħsara fil-mukuża gastrika (tgħawwir, ulċeri jew infjammazzjoni) kienu wkoll osservati fil-firien u fil-klieb. Dawn l-effetti mhux mixtieqa, medjati b’mod farmakoloġiku, magħrufa minn studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, kemm b’inibituri tal-enzimi li jibdlu l- angiotensin kif ukoll b’antagonisti ta’ angiotensin II, kienu evitati b’teħid ta’ suppliment mielaħ mill-ħalq.

Fiż-żewġ speċi, żieda fl-attività tar-renin fil-plażma u ipertrofija/iperplasija taċ-ċelluli ġukstaglomerulari kienet osservata. Dawn il-bidliet, u anke l-effett tal-kategorija tal-inibituri tal-enzimi li jibdlu l- angiotensin u antagonisti oħrajn ta’ angiotensin II, ma jidhirx li għandhom sinifikat kliniku.

Ma ġiet osservata l-ebda evidenza ċara ta’ effett teratoġeniku, madankollu fil-livelli ta’ dożi ta’ telmisartan li kienu tossiċi, ġie osservat effett fuq l-iżvilupp wara t-twelid tal-frieħ, bħal piż baxx tal- ġisem u dewmien biex jinfetħu l-għajnejn

Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ mutaġeniċità u ta’ attività klastoġenika rilevanti fi studji in vitro, u l-ebda evidenza ta’ karċinoġeneċità fil-firien u fil-ġrieden.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Microcrystalline cellulose (Avicel PH 102) Sodium starch glycolate (Type A) Poloxamers

Meglumine Povidone (PVP K-30) sorbitol (E420), magnesium stearate

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji ta’ doża waħda perforati li jistgħu jitqaxxru tal-aluminju-aluminju u folji ta’ doża waħda perforati tal-aluminju-aluminju.

Daqsijiet tal-pakketti ta’ 14x1, 28x1, 30x1, 40x1, 56x1, 60x1, 84x1, 90x1, 98x1, 100x1 pillola għal folji perforati li jistgħu jitqaxxru.

Daqsijiet tal-pakketti ta’ 14x1, 28x1, 30x1, 40x1, 56x1, 60x1, 84x1, 90x1, 98x1, 100x1 pillola għal folji perforati.

Folji tal-aluminju-aluminju : id-daqs tal-pakkett ta’ 30 pillola

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

8. NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/610/021

Kaxxi tal-kartun ta’ 14x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/022

Kaxxi tal-kartun ta’ 28x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/023

Kaxxi tal-kartun ta’ 30x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/024

Kaxxi tal-kartun ta’ 40x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/025

Kaxxi tal-kartun ta’ 56x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/026

Kaxxi tal-kartun ta’ 60x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/027

Kaxxi tal-kartun ta’ 84x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/028

Kaxxi tal-kartun ta’ 90x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/029

Kaxxi tal-kartun ta’ 98x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/030

Kaxxi tal-kartun ta’ 100x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu

 

jitqaxxru magħmulin minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/051

Kaxxi tal-kartun ta’ 14x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/052

Kaxxi tal-kartun ta’ 28x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/053

Kaxxi tal-kartun ta’ 30x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/054

Kaxxi tal-kartun ta’ 40x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/055

Kaxxi tal-kartun ta’ 56x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/056

Kaxxi tal-kartun ta’ 60x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/057

Kaxxi tal-kartun ta’ 84x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/058

Kaxxi tal-kartun ta’ 90x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/059

Kaxxi tal-kartun ta’ 98x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/060

Kaxxi tal-kartun ta’ 100x1 pillola f’folji perforati ta’ doża waħda magħmulin

 

minn aluminju-aluminju

EU/1/09/610/062

Kaxxi tal-kartun ta’ 30 pillola f’folji tal-aluminju-aluminju

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 26 ta’ Jannar, 2010

Data tal-aħħar tiġdid: 19/12/2014

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati