Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Telmisartan Teva (telmisartan) – Fuljett ta’ tagħrif - C09CA07

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTelmisartan Teva
Kodiċi ATCC09CA07
Sustanzatelmisartan
ManifatturTeva B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Telemisartan Teva 20 mg pilloli

Telmisartan

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Telmisartan Teva u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Telmisartan Teva

3.Kif għandek tieħu Telmisartan Teva

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Telmisartan Teva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

Telmisartan Teva jappartjeni għal klassi ta’ mediċini magħrufa bħala antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II. Angiotensin-II hija sustanza li tinsab fil-ġisem li tikkawża l-vini u l-arterji tad-demm biex jiddjiequ, u b’hekk l-pressjoni tad-demm tiegħek togħla. Telmisartan Teva jimblokka dan l-effett ta’ angiotensin II, sabiex il-vażi tad-demm tiegħek jistrieħu, u l-pressjoni tad-demm tiegħek titbaxxa.

Telmisartan Teva jintuża għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja (ipertensjoni essenzjali) f’pazjenti adulti. ‘Essenzjali’ tfisser li l-pressjoni tad-demm mhix ikkawżata minn xi kundizzjoni oħra.

Il-pressjoni tad-demm għolja, jekk ma tkunx ikkurata, tista’ tagħmel il-ħsara lil diversi organi, li tista’ twassal għal attakki tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb jew tal-kliewi, attakki ta’ puplesija jew li tagħma. Ġeneralment ma jkunx hemm sintomi ta’ pressjoni tad-demm għolja qabel ma ssir il-ħsara. Għalhekk, hu importanti li tkejjel il-pressjoni tad-demm u tivverifika hekk hiex fil-medda normali jew le.

Telmisartan Teva jintuża wkoll biex inaqqas avvenimenti kardjovaskulari (i.e. attakk tal-qalb jew puplesija) f’pazjenti adulti li huma f’riskju minħabba li għandhom provvista ta’ demm imnaqqsa jew imblukkata lejn il-qalb jew ir-riġlejn, jew li kellhom puplesija jew li għandhom dijabete ta’ riskju qawwi. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek jekk għandekx riskju qawwi għal dawn l-avvenimenti.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tuża Telmisartan Teva

Tiħux Telmisartan Teva

jekk inti allerġiku għal telmisartan jew għal xi sustanza oħra inklużi ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

jekk inti ilek aktar minn 3 xhur tqila (huwa wkoll aħjar li tevita Telmisartan Teva fil-bidu tat-tqala - ara s-sezzjoni tat-tqala)

jekk għandek problemi severi tal-fwied bħal kolestasi (problemi bit-tneħħija tal-bilja mill-fwied u l- bużżieqa tal-marrara) jew kull mard sever tal-fwied ieħor.

jekk għandek dijabete jew indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi qed tiġi kkurat b’mediċina li tbaxxi l-pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.

Jekk xi wieħed minn dawn t’hawn fuq japplika għalik, għarraf lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu

Telmisartan Teva.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek jekk qed tbati jew jekk qatt kellek il-kundizzjonijiet jew mard li ġej:

-Mard tal-kliewi jew kellek trapjant tal-kliewi

-Stenosi tal-arterja tal-kliewi (tidjieq tal-vażi tad-demm għal kilwa waħda jew ż-żewġ kliewi

-Mard tal-fwied

-Problemi fil-qalb

-Livelli ta’ aldosterone ogħla (żamma tal-ilma u mluħa fil-ġisem flimkien ma’ żbilanċ ta’ minerali differenti tad-demm)

-Pressjoni tad-demm baxxa (ipotenjoni), li x’aktarx isseħħ jekk inti diżidrat (telf ta’ ħafna ilma mill-ġisem) jew għandek nuqqas ta’ mluħa minħabba terapija dijuretika (‘pilloli tal-ilma’), dieta magħmula minn ammont ta’ melħ baxx, dijarea jew remettar

-Livelli għoljin ta’ potassju fid-demm

-Dijabete

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Telmisartan Teva:

jekk qed tieħu digoxin.

jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad- demm għolja:

-inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.

-aliskiren

It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.

Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Telmisartan Teva”

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Telmisartan Teva mhux rakkomandat matul l-ewwel stadji tat-tqala u m’għandux jittieħed jekk inti aktar minn 3 xhur tqila, peress li jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dak l-istadju (ara s-sezzjoni tat-tqala).

F’każ ta’xi intervent kirurġiku jew anestesija, inti għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu

Telmisartan Teva.

Telmisartan Teva jista’ jkun inqas effettiv biex inaqqas il-pressjoni tad-demm f’pazjenti suwed.

Tfal u adolexxenti

L-użu ta’ Telmisartan Teva fi tfal u adoloxxenti li għadhom m’għalqux 18-il sena mhux rakkomandat.

Bħal fil-każ ta’ antagonisti għar-riċettatur ta’ angiotensin II, Telmisartan Teva jista’ jkun anqas effettiv biex ibaxxi l-pressjoni tad-demm f’pazjenti suwed.

Mediċini oħra u Telmisartan Teva

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jibdel id-doża ta’ dawn il-mediċini l-oħra jew jieħu prekawzjonijiet oħra. F’xi każijiet għandu mnejn ikollok tieqaf tieħu xi wieħed minn dawn il-mediċini. Dan japplika speċjalment għall-mediċini elenkati hawn isfel li jittieħedu fl-istess ħin ta’ Telmisartan

Teva.

Jekk qed tieħu inibitur ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux

Telmisartan Teva” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Mediċini li fihom il-litju sabiex jittrattaw xi tipi ta’ dipressjoni.

Mediċini li jistgħu jżidu l-livelli ta’ potassju fid-demm bħal sostituti għall-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li jirristrinġu t-tnixxija ta’ potassju (ċertu ‘pilloli tal-ilma’), impedituri ta’ ACE, antagonisti riċettaturi ta’ aniotensin II, NSAIDS (mediċini ta’ kontra l-infjammazzjoni mhux sterojdi eż. aspirina jew ibuprofen), eparina, immunosoppressivi (eż. cyclosporin jew tacrolimus) u l-antibijotiku trimethoprim.

Dijuretiċi (‘pilloli tal-ilma’), speċjalment jekk jittieħdu f’dożi għoljin flimkien ma’ Telmisartan Teva, jistgħu jwasslu għal telf eċċessiv ta’ ilma u pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni).

Digoxin.

L-effetti ta’ Telmisartan Teva jistgħu jitnaqqsu meta tieħu NSAIDs (mediċini ta’ kontra l-infjammazzjoni mhux sterojdi) eż. aspirina jew ibuprofen) jew kortikosterojdi.

Telmisartan Teva għandu mnejn iżid l-effett ti jbaxxi l-pressjoni tad-demm li mediċini oħra għandhom meta jintużaw kontra l-pressjoni għolja.

Jekk tbati minn kundizzjoni li tissejjaħ “ipotensjoni ortostatika” (fejn tinżillek bi ftit il-pressjoni tad-demm malli tqum bilwieqfa jew minn bilqegħda jew tkun qed timtedd u li tirriżulta f’ħass ħażin jew sturdament) il-kundizzjoni tiegħek tista’ taqleb għall-agħar jekk tieħu Telmisartan Teva flimkien ma’:

Mediċini oħra li jintużaw għal pressjoni għolja

Baclofen (rilassant tal-muskoli)

Amisofine (mediċina protettiva li tingħata waqt ir-radjuterapija għal pazjenti bil-kanċer)

Alkoħol

Barbiturati (pilloli tal-irqad qawwija)

Narkotiċi (pilloli qawwija kontra l-uġigħ)

Pilloli kontra d-dipressjoni

Tqala u treddigħ

Tqala

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Telmisartan Teva, għax Telmisartan Teva mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel stadji tat-tqala, u jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara 3 xhur ta’ tqala. Mediċina adattata kontra l-pressjoni għolja trid normalment tissostitwixxi

Telmisartan Teva qabel il-bidu ta’ tqala. Telmisartan Teva m’għandux jintuża matul it-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala.

Treddigħ

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew biħsiebek tibda tredda’. Telmisartan Teva mhux rakkomandat għal nisa li qed ireddgħu u t-tabib tiegħek għandu mnejn juża trattament ieħor jekk tkun tixtieq tredda’, speċjalment jekk it-tarbija tiegħek għadha kif titwieled, jew twieldet qabel iż-żmien.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew għajjenin meta jieħdu Telmisartan Teva. Jekk tħossok sturdut jew għajjien, m’għandekx issuq jew tħaddem l-inġenji.

Telmisartan Teva fih is-sorbitol

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Telmisartan Teva.

3.Kif għandek tieħu Telmisartan Teva

Dejjem għandek tieħu Telmisartan Teva skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata ta’ Telmisartan Teva hi ta’ pillola waħda darba kuljum. Għandek tipprova tieħu l- pillola fl-istess ħin kuljum. Tista’ tieħu Telmisartan Teva mal-ikel jew mingħajru. Il-pilloli jistgħu jinbelgħu bi ftit ilma jew b’xarba mhux alkoħolika oħra. Huwa importanti li tieħu Telmisartan Teva kuljum sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek mod ieħor. Jekk tħoss li l-effett ta’ Telmisartan Teva hu qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja, id-doża normali ta’ Telmisartan Teva għall-maġġoranza tal- pazjenti hi ta’ pillola waħda ta’ 40 mg pillola darba kuljum biex tikkontrolla l-pressjoni tad-demm għal perjodu ta’ 24 siegħa. It-tabib tiegħek rrakomanda doża aktar baxxa ta’ 20 mg kuljum. Inkella, Telmisartan Teva jista’ jintuża flimkien ma’ dijuretiċi (“pilloli tal-ilma”) bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il-pressjoni tad-demm b’Telmisartan Teva.

Għal tnaqqis ta’ avvenimenti kardjovaskulari, id-doża tas-soltu ta’ Telmisartan Teva hi ta’ pillola waħda ta’ 80 mg darba kuljum. Fil-bidu tat-terapija preventiva b’Telmisartan Teva 80mg, il-pressjoni tad-demm għandha tiġi mmonitorjata ta’ spiss.

Jekk il-fwied mhux jaħdem sew, id-doża normali m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum.

Jekk tieħu pilloli ta’ Telmisartan Teva aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu pilloli żejda, ikkuntattja lit-tabib, spiżjar jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza tal-isptar minnufih.

Jekk tinsa tieħu l-pilloli Telmisartan Teva

Jekk tinsa tieħu d-doża tiegħek, tinkwetax. Ħudha malli tiftakar imbagħad kompli bħas-soltu. Jekk ma tiħux il-pillola f’jum wieħed, ħu d-doża normali tiegħek fil-jum ta’ wara. Tiħux doża doppja biex tpatti għal doża waħda li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji u jeħtieġu attenzjoni medika minnufih:

Għandek tkellek lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed mis-sintomi li ġejjin:

Sepsis (ta’ spiss imsejħa "avvelenament tad-demm", hi infezzjoni severa b’rispons infjammatorju mal-

ġisem kollu, normalment akkompanjata b’deni għoli, ġilda ħamranija bil-fwawar, rata tat-taħbit tal-qalb qawwija, teħid ta’ nifs rapidu, stejtus mentali mibdul, nefħa, u pressjoni tad-demm baxxa), nefħa mgħaġġla tal-ġilda u tal-mukuża (anġjoedema); dawn l-effetti sekondarji huma rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000) imma huma mill-aktar serji u l-pazjenti għandhom jieqfu jieħdu l-mediċina u jaraw lit-tabib tagħhom minnufih. Jekk dawn l-effetti ma jkunux ittrattati jistgħu jkunu fatali.

Effetti sekondarji possibbli oħrajn ta’ telmisartan:

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

Infezzjonijiet fl-apparat urinarju, infezzjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-apparat respiratorju (eż. uġigħ fil- griżmejn, sinuses infjammati, riħ komuni), infezzjoni fl-apparat urinarju, tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija), livelli għolja ta’ potassium, diffikultà biex torqod, tħossok imdejjaq/imdejqa

(dipressjoni), ħass ħażin (sinkope), diffikultà biex torqod, sensazzjoni li kollox qed idur bik (sturdament), taħbit tal-qalb bil-mod (bradikardija), pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni) f’persuni kkurati għal pressjoni tad-demm għolja, sturdament meta wieħed iqum bilwieqfa (ipotensjoni ortostatika), qtugħ ta’ nifs, sogħla, uġigħ ta’ żaqq, dijarea, skonfort fiż-żaqq, nefħa fiż-żaqq, rimettar, ħakk, żieda fl-għaraq, ħakk, raxx minħabba l-mediċina, uġigħ fid-dahar, bugħawwieġ fil-muskoli, uġigħ fil-muskoli (majalġja), uġigħ fid-dahar, bugħawwieġ fil-muskoli, indeboliment fil-kliewi li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi, uġigħ fis-sider, sensazzjoni ta’ dgħufija, u żieda fil-livell ta’ krejatinina fid-demm.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

Żieda f’ċerti ċelluli bojod tad-demm (eosinofilija), għadd baxx ta’ plejtlits (tromboċitopenja), reazzjoni allerġika severa (reazzjoni anafilattika), reazzjoni allerġika (eż. raxx, ħakk, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir, nefħa tal-wiċċ jew pressjoni tad-demm baxxa), livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (f’pazjenti dijabetiċi, tħossok ansjuż/a, ngħas, indeboliment fil-vista, rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb (takikardija),

ħalq xott, stonku mqalleb, disturb fis-sens tat-togħma (disgwesja), funzjoni anormali tal-fwied, (hemm aktar ċans li pazjenti Ġappuniżi jkollhom dawn l-effetti sekondarji), ekżema (disturb tal-ġilda), ħmura tal- ġilda, urtikarja (ħorriqija), raxx sever minħabba l-mediċina, uġigħ fil-gogi (artralġja), uġigħ fl- estremitajiet, uġigħ fit-tendini, mard li jixbah l-influwenza, tnaqqis fl-emoglobina (proteina fid-demm), żieda fil-livelli tal-uric acid, żieda fl-enzimi epatiċi jew ta’ creatine phosphokinase fid-demm.

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000): Ċikatriċi progressivi ta’ tessut tal-pulmun (mard interstizjali tal-pulmun)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Telmisartan Teva

Żomm din il-mediċina fejn ma u tidhirx ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Telmisartan Teva

Is-sustanza attiva hi telmisartan. Kull pillola ta’ Telmisartan Teva fiha 20 mg telmisartan.

Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose (Avicel PH 102), sodium starch glycolate (Type A), poloxamers, meglumine, povidone (PVP K-30), sorbitol (E420) u magnesium stearate

Kif jidher Telmisartan Teva u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli ta’ Telmisartan Teva 20 mg huma bojod għal ofwajt, f’għamla ovali; naħa minnhom hi intaljata bil-kodiċi, “93”. In-naħa l-oħra tal-pillola hi intaljata il-kodiċi, “7458”.

Telmisartan Teva jiġi f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu jitqaxxru magħmulin minn aluminju- aluminju u folji perforati ta’ doża waħda magħmulin minn aluminju-aluminju ta’ 14x1, 28x1, 30x1, 40x1, 56x1, 60x1, 84x1, 90x1, 98x1, 100x1 pillola għal kull tip ta’ preżentazzjoni ta’ folja, għalkemm jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Jekk jogħġbok innota li l-istruzzjonijiet dwar kif tneħħi l-pillola mill-istrixxa bil-folji qegħdin fuq il- kaxxa tal-kartun ta’ barra tal-folji li jistgħu jitqaxxru.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq hu:

Teva B.V.

Swensweg 5 2031GA Haarlem L-Olanda

Il-Manifattur hu:

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company

H-4042 Debrecen,

Pallagi út 13,

L-Ungerija

Jew:

H-2100 Gödöllő,

Táncsics Mihály út 82

L-Ungerija

Jew:

TEVA UK Ltd

Brampton Road,

Hampden Park,

Eastbourne,

East Sussex,

BN22 9AG

Ir-Renju Unit

Jew:

Pharmachemie B.V.

Swensweg 5,

2031 GA, Haarlem,

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A.

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

Teva Pharma Belgium S.A.

Teл: +359 2 489 95 82

Belgien/Belgique

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt. (TPW)

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

Teva GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: (49) 731 40208

Tel: +31 (0) 800 0228400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filiaal

Tlf: +47 66 77 55 90

Tel: +372 661 0801

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 00 7

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +(34) 91 387 32 80

Tel.: +(48) 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +(33) 1 55 91 7800

Tel: (351) 214 235 910

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: + 385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)51 321 740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Finnland

Tel: +(421) 2 5726 7911

Sími: +358 9 180 452 5900

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +(39) 028917981

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

Teva Sweden AB

Ελλάδα

Tel: +(46) 42 12 11 00

Τηλ: +30 210 72 79 099

Latvija

United Kingdom

UAB Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67 784 980

Tel: +(44) 1977 628 500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {12/2014}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Telemisartan Teva 40 mg pilloli

Telmisartan

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellemlit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Telmisartan Teva u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Telmisartan Teva

3.Kif għandek tieħu Telmisartan Teva

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Telmisartan Teva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Telmisartan Teva u għalxiex jintuża

Telmisartan Teva jappartjeni għal klassi ta’ mediċini magħrufa bħala antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II. Angiotensin-II hija sustanza li tinsab fil-ġisem li tikkawża l-vini u l-arterji tad-demm biex jiddjiequ, u b’hekk l-pressjoni tad-demm tiegħek togħla. Telmisartan Teva jimblokka dan l-effett ta’ angiotensin II, sabiex il-vażi tad-demm tiegħek jistrieħu, u l-pressjoni tad-demm tiegħek titbaxxa.

Telmisartan Teva jintuża għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja (ipertensjoni essenzjali) f’pazjenti adulti. ‘Essenzjali’ tfisser li l-pressjoni tad-demm mhix ikkawżata minn xi kundizzjoni oħra.

Il-pressjoni tad-demm għolja, jekk ma tkunx ikkurata, tista’ tagħmel il-ħsara lil diversi organi, li tista’ twassal għal attakki tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb jew tal-kliewi, attakki ta’ puplesija jew li tagħma. Ġeneralment ma jkunx hemm sintomi ta’ pressjoni tad-demm għolja qabel ma ssir il-ħsara. Għalhekk, hu importanti li tkejjel il-pressjoni tad-demm u tivverifika hekk hiex fil-medda normali jew le.

Telmisartan Teva jintuża wkoll biex inaqqas avvenimenti kardjovaskulari (i.e. attakk tal-qalb jew puplesija) f’pazjenti adulti li huma f’riskju minħabba li għandhom provvista ta’ demm imnaqqsa jew imblukkata lejn il-qalb jew ir-riġlejn, jew li kellhom puplesija jew li għandhom dijabete ta’ riskju qawwi. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek jekk għandekx riskju qawwi għal dawn l-avvenimenti.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Telmisartan Teva

Tiħux Telmisartan Teva

jekk inti allerġiku għal telmisartan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

jekk inti ilek aktar minn 3 xhur tqila (huwa wkoll aħjar li tevita Telmisartan Teva fil-bidu tat-tqala - ara s-sezzjoni tat-tqala)

jekk għandek problemi severi tal-fwied bħal kolestasi (problemi bit-tneħħija tal-bilja mill-fwied u l- bużżieqa tal-marrara) jew kull mard sever tal-fwied ieħor.

jekk għandek dijabete jew indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi qed tiġi kkurat b’mediċina li tbaxxi l-pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.

Jekk xi wieħed minn dawn t’hawn fuq japplika għalik, għarraf lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu

Telmisartan Teva.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek jekk qed tbati jew jekk qatt kellek il-kundizzjonijiet jew mard li ġej:

-Mard tal-kliewi jew kellek trapjant tal-kliewi

-Stenosi tal-arterja tal-kliewi (tidjieq tal-vażi tad-demm għal kilwa waħda jew ż-żewġ kliewi

-Mard tal-fwied

-Problemi fil-qalb

-Livelli ta’ aldosterone ogħla (żamma tal-ilma u mluħa fil-ġisem flimkien ma’ żbilanċ ta’ minerali differenti tad-demm)

-Pressjoni tad-demm baxxa (ipotenjoni), li x’aktarx isseħħ jekk inti diżidrat (telf ta’ ħafna ilma mill-ġisem) jew għandek nuqqas ta’ mluħa minħabba terapija dijuretika (‘pilloli tal-ilma’), dieta magħmula minn ammont ta’ melħ baxx, dijarea jew remettar

-Livelli għoljin ta’ potassju fid-demm

-Dijabete

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Telmisartan Teva:

jekk qed tieħu digoxin.

jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad- demm għolja:

-inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.

-aliskiren

It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.

Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Telmisartan Teva”

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Telmisartan Teva mhux rakkomandat matul l-ewwel stadji tat-tqala u m’għandux jittieħed jekk inti aktar minn 3 xhur tqila, peress li jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dak l-istadju (ara s-sezzjoni tat-tqala).

F’każ ta’ xi intervent kirurġiku jew anestesija, inti għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu

Telmisartan Teva.

Telmisartan Teva jista’ jkun inqas effettiv biex inaqqas il-pressjoni tad-demm f’pazjenti suwed.

Tfal u adolexxenti

L-użu ta’ Telmisartan Teva fi tfal u adoloxxenti li għadhom m’għalqux 18-il sena mhux rakkomandat.

Bħal fil-każ ta’ antagonisti għar-riċettatur ta’ angiotensin II, Telmisartan Teva jista’ jkun anqas effettiv biex ibaxxi l-pressjoni tad-demm f’pazjenti suwed.

Mediċini oħra u Telmisartan Teva

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jibdel id-doża ta’ dawn il-mediċini l-oħra jew jieħu prekawzjonijiet oħra. F’xi każijiet għandu mnejn ikollok tieqaf tieħu xi wieħed minn dawn il-mediċini. Dan japplika speċjalment għall-mediċini elenkati hawn isfel li jittieħedu fl-istess ħin ta’ Telmisartan

Teva.

Jekk qed tieħu inibitur ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux

Telmisartan Teva” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Mediċini li fihom il-litju sabiex jittrattaw xi tipi ta’ dipressjoni.

Mediċini li jistgħu jżidu l-livelli ta’ potassju fid-demm bħal sostituti għall-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li jirristrinġu t-tnixxija ta’ potassju (ċertu ‘pilloli tal-ilma’), impedituri ta’ ACE, antagonisti riċettaturi ta’ aniotensin II, NSAIDS (mediċini ta’ kontra l-infjammazzjoni mhux sterojdi eż. aspirina jew ibuprofen), eparina, immunosoppressivi (eż. cyclosporin jew tacrolimus) u l-antibijotiku trimethoprim.

Dijuretiċi (‘pilloli tal-ilma’), speċjalment jekk jittieħdu f’dożi għoljin flimkien ma’ Telmisartan Teva, jistgħu jwasslu għal telf eċċessiv ta’ ilma u pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni).

Digoxin.

L-effetti ta’ Telmisartan Teva jistgħu jitnaqqsu meta tieħu NSAIDs (mediċini ta’ kontra l-infjammazzjoni mhux sterojdi) eż. aspirina jew ibuprofen) jew kortikosterojdi.

Telmisartan Teva għandu mnejn iżid l-effett ti jbaxxi l-pressjoni tad-demm li mediċini oħra għandhom meta jintużaw kontra l-pressjoni għolja.

Jekk tbati minn kundizzjoni li tissejjaħ “ipotensjoni ortostatika” (fejn tinżillek bi ftit il-pressjoni tad-demm malli tqum bilwieqfa jew minn bilqegħda jew tkun qed timtedd u li tirriżulta f’ħass ħażin jew sturdament) il-kundizzjoni tiegħek tista’ taqleb għall-agħar jekk tieħu Telmisartan Teva flimkien ma’:

Mediċini oħra li jintużaw għal pressjoni għolja

Baclofen (rilassant tal-muskoli)

Amisofine (mediċina protettiva li tingħata waqt ir-radjuterapija għal pazjenti bil-kanċer)

Alkoħol

Barbiturati (pilloli tal-irqad qawwija)

Narkotiċi (pilloli qawwija kontra l-uġigħ)

Pilloli kontra d-dipressjoni

Tqala u treddigħ

Tqala

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Telmisartan Teva, għax Telmisartan Teva mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel stadji tat-tqala, u jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara 3 xhur ta’ tqala. Mediċina adattata kontra l-pressjoni għolja trid normalment tissostitwixxi Telmisartan Teva qabel il-bidu ta’ tqala. Telmisartan Teva m’għandux jintuża matul it-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala.

Treddigħ

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew biħsiebek tibda tredda’. Telmisartan Teva mhux rakkomandat għal nisa li qed ireddgħu u t-tabib tiegħek għandu mnejn juża trattament ieħor jekk tkun tixtieq tredda’, speċjalment jekk it-tarbija tiegħek għadha kif titwieled, jew twieldet qabel iż-żmien.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew għajjenin meta jieħdu Telmisartan Teva. Jekk tħossok sturdut jew għajjien, m’għandekx issuq jew tħaddem l-inġenji.

Telmisartan Teva fih is-sorbitol

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Telmisartan Teva.

3. Kif għandek tieħu Telmisartan Teva

Dejjem għandek tieħu Telmisartan Teva skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata ta’ Telmisartan Teva hi ta’ pillola waħda darba kuljum. Għandek tipprova tieħu l- pillola fl-istess ħin kuljum. Tista’ tieħu Telmisartan Teva mal-ikel jew mingħajru. Il-pilloli jistgħu jinbelgħu bi ftit ilma jew b’xarba mhux alkoħolika oħra. Huwa importanti li tieħu Telmisartan Teva kuljum sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek mod ieħor. Jekk tħoss li l-effett ta’ Telmisartan Teva hu qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja, id-doża normali ta’ Telmisartan Teva għall-maġġoranza tal- pazjenti hi ta’ pillola waħda ta’ 40 mg pillola darba kuljum biex tikkontrolla l-pressjoni tad-demm għal perjodu ta’ 24 siegħa. It-tabib tiegħek rrakomanda doża aktar baxxa ta’ 40 mg kuljum. Inkella, Telmisartan Teva jista’ jintuża flimkien ma’ dijuretiċi (“pilloli tal-ilma”) bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il-pressjoni tad-demm b’Telmisartan Teva.

Għal tnaqqis ta’ avvenimenti kardjovaskulari, id-doża tas-soltu ta’ Telmisartan Teva hi ta’ pillola waħda ta’ 80 mg darba kuljum. Fil-bidu tat-terapija preventiva b’Telmisartan Teva 80mg, il-pressjoni tad-demm għandha tiġi mmonitorjata ta’ spiss.

Jekk il-fwied mhux jaħdem sew, id-doża normali m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum.

Jekk tieħu pilloli ta’ Telmisartan Teva aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu pilloli żejda, ikkuntattja lit-tabib, spiżjar jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza tal-isptar minnufih.

Jekk tinsa tieħu l-pilloli Telmisartan Teva

Jekk tinsa tieħu d-doża tiegħek, tinkwetax. Ħudha malli tiftakar imbagħad kompli bħas-soltu. Jekk ma tiħux il-pillola f’jum wieħed, ħu d-doża normali tiegħek fil-jum ta’ wara. Tiħux doża doppja biex tpatti għal doża waħda li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji u jeħtieġu attenzjoni medika minnufih:

Għandek tkellek lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed mis-sintomi li ġejjin:

Sepsis (ta’ spiss imsejħa "avvelenament tad-demm", hi infezzjoni severa b’rispons infjammatorju mal-

ġisem kollu, normalment akkompanjata b’deni għoli, ġilda ħamranija bil-fwawar, rata tat-taħbit tal-qalb qawwija, teħid ta’ nifs rapidu, stejtus mentali mibdul, nefħa, u pressjoni tad-demm baxxa), nefħa mgħaġġla tal-ġilda u tal-mukuża (anġjoedema); dawn l-effetti sekondarji huma rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000) imma huma mill-aktar serji u l-pazjenti għandhom jieqfu jieħdu l-mediċina u jaraw lit-tabib tagħhom minnufih. Jekk dawn l-effetti ma jkunux ittrattati jistgħu jkunu fatali.

Effetti sekondarji possibbli oħrajn ta’ telmisartan:

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

Infezzjonijiet fl-apparat urinarju, infezzjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-apparat respiratorju (eż. uġigħ fil- griżmejn, sinuses infjammati, riħ komuni), infezzjoni fl-apparat urinarju, tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija), livelli għolja ta’ potassium, diffikultà biex torqod, tħossok imdejjaq/imdejqa

(dipressjoni), ħass ħażin (sinkope), diffikultà biex torqod, sensazzjoni li kollox qed idur bik (sturdament), taħbit tal-qalb bil-mod (bradikardija), pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni) f’persuni kkurati għal pressjoni tad-demm għolja, sturdament meta wieħed iqum bilwieqfa (ipotensjoni ortostatika), qtugħ ta’ nifs, sogħla, uġigħ ta’ żaqq, dijarea, skonfort fiż-żaqq, nefħa fiż-żaqq, rimettar, ħakk, żieda fl-għaraq, ħakk, raxx minħabba l-mediċina, uġigħ fid-dahar, bugħawwieġ fil-muskoli, uġigħ fil-muskoli (majalġja), uġigħ fid-dahar, bugħawwieġ fil-muskoli, indeboliment fil-kliewi li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi, uġigħ fis-sider, sensazzjoni ta’ dgħufija, u żieda fil-livell ta’ krejatinina fid-demm.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

Żieda f’ċerti ċelluli bojod tad-demm (eosinofilija), għadd baxx ta’ plejtlits (tromboċitopenja), reazzjoni allerġika severa (reazzjoni anafilattika), reazzjoni allerġika (eż. raxx, ħakk, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir, nefħa tal-wiċċ jew pressjoni tad-demm baxxa), livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (f’pazjenti dijabetiċi, tħossok ansjuż/a, ngħas, indeboliment fil-vista, rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb (takikardija),

ħalq xott, stonku mqalleb, disturb fis-sens tat-togħma (disgwesja), funzjoni anormali tal-fwied, (hemm aktar ċans li pazjenti Ġappuniżi jkollhom dawn l-effetti sekondarji), ekżema (disturb tal-ġilda), ħmura tal- ġilda, urtikarja (ħorriqija), raxx sever minħabba l-mediċina, uġigħ fil-gogi (artralġja), uġigħ fl- estremitajiet, uġigħ fit-tendini, mard li jixbah l-influwenza, tnaqqis fl-emoglobina (proteina fid-demm), żieda fil-livelli tal-uric acid, żieda fl-enzimi epatiċi jew ta’ creatine phosphokinase fid-demm.

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000): Ċikatriċi progressivi ta’ tessut tal-pulmun (mard interstizjali tal-pulmun)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Telmisartan Teva

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Telmisartan Teva

Is-sustanza attiva hi telmisartan. Kull pillola ta’ Telmisartan Teva fiha, 40 mg telmisartan.

Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose (Avicel PH 102), sodium starch glycolate (Type A), poloxamers, meglumine, povidone (PVP K-30), sorbitol (E420) u magnesium stearate

Kif jidher Telmisartan Teva u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli ta’ Telmisartan Teva 40 mg huma bojod għal ofwajt, f’għamla ovali; naħa minnhom hi intaljata bil-kodiċi, “93”. In-naħa l-oħra tal-pillola hi intaljata il-kodiċi, “7459”.

Telmisartan Teva jiġi f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu jitqaxxru magħmulin minn aluminju- aluminju u folji perforati ta’ doża waħda magħmulin minn aluminju-aluminju ta’ 14x1, 28x1, 30x1, 40x1, 56x1, 60x1, 84x1, 90x1, 98x1, 100x1 pillola għal kull tip ta’ preżentazzjoni ta’ folja, għalkemm jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Telmisartan Teva jiġi wkoll f’pakketti b'folji tal-aluminju-aluminju bi 30 pillola.

Jekk jogħġbok innota li l-istruzzjonijiet dwar kif tneħħi l-pillola mill-istrixxa bil-folji qegħdin fuq il- kaxxa tal-kartun ta’ barra tal-folji li jistgħu jitqaxxru.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq hu:

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

Il-Manifattur hu:

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company

H-4042 Debrecen,

Pallagi út 13,

L-Ungerija

Jew:

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company

H-2100 Gödöllő,

Táncsics Mihály út 82

L-Ungerija

Jew:

TEVA UK Ltd

Brampton Road,

Hampden Park,

Eastbourne,

East Sussex,

BN22 9AG

Ir-Renju Unit

Jew:

Pharmachemie B.V.

Swensweg 5,

2031 GA, Haarlem,

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A.

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

Teva Pharma Belgium S.A.

Teл: +359 2 489 95 82

Belgien/Belgique

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt. (TPW)

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

Teva GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: (49) 731 40208

Tel: +31 (0) 800 0228400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filiaal

Tlf: +47 66 77 55 90

Tel: +372 661 0801

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 00 7

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +(34) 91 387 32 80

Tel.: +(48) 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +(33) 1 55 91 7800

Tel: (351) 214 235 910

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: + 385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)51 321 740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Finnland

Tel: +(421) 2 5726 7911

Sími: +358 9 180 452 5900

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +(39) 028917981

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

Teva Sweden AB

Ελλάδα

Tel: +(46) 42 12 11 00

Τηλ: +30 210 72 79 099

Latvija

United Kingdom

UAB Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67 784 980

Tel: +(44) 1977 628 500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {12/2014}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Telemisartan Teva 80 mg pilloli

Telmisartan

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Telmisartan Teva u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Telmisartan Teva

3.Kif għandek tieħu Telmisartan Teva

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Telmisartan Teva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Telmisartan Teva u għalxiex jintuża

Telmisartan Teva jappartjeni għal klassi ta’ mediċini magħrufa bħala antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II. Angiotensin-II hija sustanza li tinsab fil-ġisem li tikkawża l-vini u l-arterji tad-demm biex jiddjiequ, u b’hekk l-pressjoni tad-demm tiegħek togħla. Telmisartan Teva jimblokka dan l-effett ta’ angiotensin II, sabiex il-vażi tad-demm tiegħek jistrieħu, u l-pressjoni tad-demm tiegħek titbaxxa.

Telmisartan Teva jintuża għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja (ipertensjoni essenzjali) f’pazjenti adulti. ‘Essenzjali’ tfisser li l-pressjoni tad-demm mhix ikkawżata minn xi kundizzjoni oħra.

Il-pressjoni tad-demm għolja, jekk ma tkunx ikkurata, tista’ tagħmel il-ħsara lil diversi organi, li tista’ twassal għal attakki tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb jew tal-kliewi, attakki ta’ puplesija jew li tagħma. Ġeneralment ma jkunx hemm sintomi ta’ pressjoni tad-demm għolja qabel ma ssir il-ħsara. Għalhekk, hu importanti li tkejjel il-pressjoni tad-demm u tivverifika hekk hiex fil-medda normali jew le.

Telmisartan Teva jintuża wkoll biex inaqqas avvenimenti kardjovaskulari (i.e. attakk tal-qalb jew puplesija) f’pazjenti adulti li huma f’riskju minħabba li għandhom provvista ta’ demm imnaqqsa jew imblukkata lejn il-qalb jew ir-riġlejn, jew li kellhom puplesija jew li għandhom dijabete ta’ riskju qawwi. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek jekk għandekx riskju qawwi għal dawn l-avvenimenti.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Telmisartan Teva

Tiħux Telmisartan Teva

jekk inti allerġiku għal telmisartan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

jekk inti ilek aktar minn 3 xhur tqila (huwa wkoll aħjar li tevita Telmisartan Teva fil-bidu tat-tqala - ara s-sezzjoni tat-tqala)

jekk għandek problemi severi tal-fwied bħal kolestasi (problemi bit-tneħħija tal-bilja mill-fwied u l- bużżieqa tal-marrara) jew kull mard sever tal-fwied ieħor.

jekk għandek dijabete jew indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi qed tiġi kkurat b’mediċina li tbaxxi l-pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.

Jekk xi wieħed minn dawn t’hawn fuq japplika għalik, għarraf lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu

Telmisartan Teva.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek jekk qed tbati jew jekk qatt kellek il-kundizzjonijiet jew mard li ġej:

-Mard tal-kliewi jew kellek trapjant tal-kliewi

-Stenosi tal-arterja tal-kliewi (tidjieq tal-vażi tad-demm għal kilwa waħda jew ż-żewġ kliewi

-Mard tal-fwied

-Problemi fil-qalb

-Livelli ta’ aldosterone ogħla (żamma tal-ilma u mluħa fil-ġisem flimkien ma’ żbilanċ ta’ minerali differenti tad-demm)

-Pressjoni tad-demm baxxa (ipotenjoni), li x’aktarx isseħħ jekk inti diżidrat (telf ta’ ħafna ilma mill-ġisem) jew għandek nuqqas ta’ mluħa minħabba terapija dijuretika (‘pilloli tal-ilma’), dieta magħmula minn ammont ta’ melħ baxx, dijarea jew remettar

-Livelli għoljin ta’ potassju fid-demm

-Dijabete

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Telmisartan Teva:

jekk qed tieħu digoxin.

jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad- demm għolja:

-inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.

-aliskiren

It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.

Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Telmisartan Teva”

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Telmisartan Teva mhux rakkomandat matul l-ewwel stadji tat-tqala u m’għandux jittieħed jekk inti aktar minn 3 xhur tqila, peress li jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dak l-istadju (ara s-sezzjoni tat-tqala).

F’każ ta’xi intervent kirurġiku jew anestesija, inti għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu

Telmisartan Teva.

Telmisartan Teva jista’ jkun inqas effettiv biex inaqqas il-pressjoni tad-demm f’pazjenti suwed.

Tfal u adolexxenti

L-użu ta’ Telmisartan Teva fi tfal u adoloxxenti li għadhom m’għalqux 18-il sena mhux rakkomandat.

Bħal fil-każ ta’ antagonisti għar-riċettatur ta’ angiotensin II, Telmisartan Teva jista’ jkun anqas effettiv biex ibaxxi l-pressjoni tad-demm f’pazjenti suwed.

Mediċini oħra u Telmisartan Teva

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jibdel id-doża ta’ dawn il-mediċini l-oħra jew jieħu prekawzjonijiet oħra. F’xi każijiet għandu mnejn ikollok tieqaf tieħu xi wieħed minn dawn il-mediċini.

Dan japplika speċjalment għall-mediċini elenkati hawn isfel li jittieħedu fl-istess ħin ta’ Telmisartan

Teva.

Jekk qed tieħu inibitur ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux

Telmisartan Teva” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Mediċini li fihom il-litju sabiex jittrattaw xi tipi ta’ dipressjoni.

Mediċini li jistgħu jżidu l-livelli ta’ potassju fid-demm bħal sostituti għall-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li jirristrinġu t-tnixxija ta’ potassju (ċertu ‘pilloli tal-ilma’), impedituri ta’ ACE, antagonisti riċettaturi ta’ aniotensin II, NSAIDS (mediċini ta’ kontra l-infjammazzjoni mhux sterojdi eż. aspirina jew ibuprofen), eparina, immunosoppressivi (eż. cyclosporin jew tacrolimus) u l-antibijotiku trimethoprim.

Dijuretiċi (‘pilloli tal-ilma’), speċjalment jekk jittieħdu f’dożi għoljin flimkien ma’ Telmisartan Teva, jistgħu jwasslu għal telf eċċessiv ta’ ilma u pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni).

Digoxin.

L-effetti ta’ Telmisartan Teva jistgħu jitnaqqsu meta tieħu NSAIDs (mediċini ta’ kontra l-infjammazzjoni mhux sterojdi) eż. aspirina jew ibuprofen) jew kortikosterojdi.

Telmisartan Teva għandu mnejn iżid l-effett ti jbaxxi l-pressjoni tad-demm li mediċini oħra għandhom meta jintużaw kontra l-pressjoni għolja.

Jekk tbati minn kundizzjoni li tissejjaħ “ipotensjoni ortostatika” (fejn tinżillek bi ftit il-pressjoni tad-demm malli tqum bilwieqfa jew minn bilqegħda jew tkun qed timtedd u li tirriżulta f’ħass ħażin jew sturdament) il-kundizzjoni tiegħek tista’ taqleb għall-agħar jekk tieħu Telmisartan Teva flimkien ma’:

Mediċini oħra li jintużaw għal pressjoni għolja

Baclofen (rilassant tal-muskoli)

Amisofine (mediċina protettiva li tingħata waqt ir-radjuterapija għal pazjenti bil-kanċer)

Alkoħol

Barbiturati (pilloli tal-irqad qawwija)

Narkotiċi (pilloli qawwija kontra l-uġigħ)

Pilloli kontra d-dipressjoni

Tqala u treddigħ

Tqala

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jew jekk tista’ toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Telmisartan Teva, għax Telmisartan Teva mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel stadji tat-tqala, u jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara 3 xhur ta’ tqala. Mediċina adattata kontra l-pressjoni għolja trid normalment tissostitwixxi Telmisartan Teva qabel il-bidu ta’ tqala. Telmisartan Teva m’għandux jintuża matul it-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala.

Treddigħ

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew biħsiebek tibda tredda’. Telmisartan Teva mhux rakkomandat għal nisa li qed ireddgħu u t-tabib tiegħek għandu mnejn juża trattament ieħor jekk tkun tixtieq tredda’, speċjalment jekk it-tarbija tiegħek għadha kif titwieled, jew twieldet qabel iż-żmien.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xi persuni jistgħu jħossuhom sturduti jew għajjenin meta jieħdu Telmisartan Teva. Jekk tħossok sturdut jew għajjien, m’għandekx issuq jew tħaddem l-inġenji.

Telmisartan Teva fih is-sorbitol

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Telmisartan Teva.

3. Kif għandek tieħu Telmisartan Teva

Dejjem għandek tieħu Telmisartan Teva skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib jew ma’l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata ta’ Telmisartan Teva hi ta’ pillola waħda darba kuljum. Għandek tipprova tieħu l- pillola fl-istess ħin kuljum. Tista’ tieħu Telmisartan Teva mal-ikel jew mingħajru. Il-pilloli jistgħu jinbelgħu bi ftit ilma jew b’xarba mhux alkoħolika oħra. Huwa importanti li tieħu Telmisartan Teva kuljum sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek mod ieħor. Jekk tħoss li l-effett ta’ Telmisartan Teva hu qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja, id-doża normali ta’ Telmisartan Teva għall-maġġoranza tal- pazjenti hi ta’ pillola waħda ta’ 40 mg pillola darba kuljum biex tikkontrolla l-pressjoni tad-demm għal perjodu ta’ 24 siegħa. It-tabib tiegħek jista’ jirrakomanda doża aktar għolja ta’ 80 mg kuljum. Inkella, Telmisartan Teva jista’ jintuża flimkien ma’ dijuretiċi (“pilloli tal-ilma”) bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il-pressjoni tad-demm b’Telmisartan Teva.

Għal tnaqqis ta’ avvenimenti kardjovaskulari, id-doża tas-soltu ta’ Telmisartan Teva hi ta’ pillola waħda ta’ 80 mg darba kuljum. Fil-bidu tat-terapija preventiva b’Telmisartan Teva 80mg, il-pressjoni tad-demm għandha tiġi mmonitorjata ta’ spiss.

Jekk il-fwied mhux jaħdem sew, id-doża normali m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum.

Jekk tieħu pilloli ta’ Telmisartan Teva aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu pilloli żejda, ikkuntattja lit-tabib, spiżjar jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza tal-isptar minnufih.

Jekk tinsa tieħu l-pilloli Telmisartan Teva

Jekk tinsa tieħu d-doża tiegħek, tinkwetax. Ħudha malli tiftakar imbagħad kompli bħas-soltu. Jekk ma tiħux il-pillola f’jum wieħed, ħu d-doża normali tiegħek fil-jum ta’ wara. Tiħux doża doppja biex tpatti għal doża waħda li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji u jeħtieġu attenzjoni medika minnufih:

Għandek tkellek lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed mis-sintomi li ġejjin:

Sepsis (ta’ spiss imsejħa "avvelenament tad-demm", hi infezzjoni severa b’rispons infjammatorju mal-

ġisem kollu, normalment akkompanjata b’deni għoli, ġilda ħamranija bil-fwawar, rata tat-taħbit tal-qalb qawwija, teħid ta’ nifs rapidu, stejtus mentali mibdul, nefħa, u pressjoni tad-demm baxxa), nefħa mgħaġġla tal-ġilda u tal-mukuża (anġjoedema); dawn l-effetti sekondarji huma rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000) imma huma mill-aktar serji u l-pazjenti għandhom jieqfu jieħdu l-mediċina u jaraw lit-tabib tagħhom minnufih. Jekk dawn l-effetti ma jkunux ittrattati jistgħu jkunu fatali.

Effetti sekondarji possibbli oħrajn ta’ telmisartan:

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

Infezzjonijiet fl-apparat urinarju, infezzjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-apparat respiratorju (eż. uġigħ fil- griżmejn, sinuses infjammati, riħ komuni), infezzjoni fl-apparat urinarju, tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija), livelli għolja ta’ potassium, diffikultà biex torqod, tħossok imdejjaq/imdejqa

(dipressjoni), ħass ħażin (sinkope), diffikultà biex torqod, sensazzjoni li kollox qed idur bik (sturdament), taħbit tal-qalb bil-mod (bradikardija), pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni) f’persuni kkurati għal pressjoni tad-demm għolja, sturdament meta wieħed iqum bilwieqfa (ipotensjoni ortostatika), qtugħ ta’ nifs, sogħla, uġigħ ta’ żaqq, dijarea, skonfort fiż-żaqq, nefħa fiż-żaqq, rimettar, ħakk, żieda fl-għaraq, ħakk, raxx minħabba l-mediċina, uġigħ fid-dahar, bugħawwieġ fil-muskoli, uġigħ fil-muskoli (majalġja), uġigħ fid-dahar, bugħawwieġ fil-muskoli, indeboliment fil-kliewi li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi, uġigħ fis-sider, sensazzjoni ta’ dgħufija, u żieda fil-livell ta’ krejatinina fid-demm.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

Żieda f’ċerti ċelluli bojod tad-demm (eosinofilija), għadd baxx ta’ plejtlits (tromboċitopenja), reazzjoni allerġika severa (reazzjoni anafilattika), reazzjoni allerġika (eż. raxx, ħakk, diffikultà biex tieħu n-nifs, tħarħir, nefħa tal-wiċċ jew pressjoni tad-demm baxxa), livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (f’pazjenti dijabetiċi, tħossok ansjuż/a, ngħas, indeboliment fil-vista, rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb (takikardija),

ħalq xott, stonku mqalleb, disturb fis-sens tat-togħma (disgwesja), funzjoni anormali tal-fwied, (hemm aktar ċans li pazjenti Ġappuniżi jkollhom dawn l-effetti sekondarji), ekżema (disturb tal-ġilda), ħmura tal- ġilda, urtikarja (ħorriqija), raxx sever minħabba l-mediċina, uġigħ fil-gogi (artralġja), uġigħ fl- estremitajiet, uġigħ fit-tendini, mard li jixbah l-influwenza, tnaqqis fl-emoglobina (proteina fid-demm), żieda fil-livelli tal-uric acid, żieda fl-enzimi epatiċi jew ta’ creatine phosphokinase fid-demm.

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000): Ċikatriċi progressivi ta’ tessut tal-pulmun (mard interstizjali tal-pulmun)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Telmisartan Teva

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Telmisartan Teva

Is-sustanza attiva hi telmisartan. Kull pillola ta’ Telmisartan Teva fiha 80 mg telmisartan.

Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose (Avicel PH 102), sodium starch glycolate (Type A), poloxamers, meglumine, povidone (PVP K-30), sorbitol (E420) u magnesium stearate

Kif jidher Telmisartan Teva u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli ta’ Telmisartan Teva 80 mg huma bojod għal ofwajt, f’għamla ovali; naħa minnhom hi intaljata bil-kodiċi, “93”. In-naħa l-oħra tal-pillola hi intaljata il-kodiċi, “7460”.

Telmisartan Teva jiġi f’folji perforati ta’ doża waħda li jistgħu jitqaxxru magħmulin minn aluminju- aluminju u folji perforati ta’ doża waħda magħmulin minn aluminju-aluminju ta’ 14x1, 28x1, 30x1, 40x1, 56x1, 60x1, 84x1, 90x1, 98x1, 100x1 pilloli għal kull tip ta’ preżentazzjoni ta’ folja, għalkemm jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Telmisartan Teva jiġi wkoll f’pakketti b'folji tal-aluminju-aluminju bi 30 pillola.

Jekk jogħġbok innota li l-istruzzjonijiet dwar kif tneħħi l-pillola mill-istrixxa bil-folji qegħdin fuq il- kaxxa tal-kartun ta’ barra tal-folji li jistgħu jitqaxxru.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

Il-Manifattur hu:

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company

H-4042 Debrecen,

Pallagi út 13,

L-Ungerija

Jew:

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company

H-2100 Gödöllő,

Táncsics Mihály út 82

L-Ungerija

Jew:

TEVA UK Ltd

Brampton Road,

Hampden Park,

Eastbourne,

East Sussex,

BN22 9AG

Ir-Renju Unit

Jew:

Pharmachemie B.V.

Swensweg 5,

2031 GA, Haarlem,

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A.

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

Teva Pharma Belgium S.A.

Teл: +359 2 489 95 82

Belgien/Belgique

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt. (TPW)

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

Teva GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: (49) 731 40208

Tel: +31 (0) 800 0228400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filiaal

Tlf: +47 66 77 55 90

Tel: +372 661 0801

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 00 7

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +(34) 91 387 32 80

Tel.: +(48) 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +(33) 1 55 91 7800

Tel: (351) 214 235 910

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: + 385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)51 321 740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Finnland

Tel: +(421) 2 5726 7911

Sími: +358 9 180 452 5900

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +(39) 028917981

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

Teva Sweden AB

Ελλάδα

Tel: +(46) 42 12 11 00

Τηλ: +30 210 72 79 099

Latvija

United Kingdom

UAB Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67 784 980

Tel: +(44) 1977 628 500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {12/2014}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati