Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Teysuno (tegafur / gimeracil / oteracil) – Fuljett ta’ tagħrif - L01BC53

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTeysuno
Kodiċi ATCL01BC53
Sustanzategafur / gimeracil / oteracil
ManifatturNordic Group BV

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Teysuno 15 mg/4.35 mg/11.8 mg kapsuli ibsin tegafur/gimeracil/oteracil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina għax fih informazzjoni importanti għalik.

- Żomm dan il-fuljett. Jista' jkollok bżonn terġa' taqrah.

-

Jekk ikollok

aktar mistoqsijiet,

staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-

Din il-mediċina ġiet mogħtija

lilek biss. M'għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista'

 

tagħmlilhom

il-ħsara, anke jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarji kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f'dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett:

1.X'inhu Teysuno u għal xiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Teysuno

3.Kif għandek tieħu Teysuno

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Teysuno

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X'inhu Teysuno u għal xiex jintuża

Teysuno fih is-sustanzi attivi tegafur, gimeracil u oteracil.

Teysuno jappartjeni għall-kategorija ta' mediċini magħrufa bħala “sustanzi antineoplastiċi” li jwaqqfu l-iżvilupp ta' ċelluli tal-kanċer.

Teysuno jingħata b'riċetta minn tobba lill-adulti għall-kura ta' kanċer tal-istonku (gastriku) u jingħata ma' cisplatin, li huwa mediċina oħra li taġixxi kontra l-kanċer.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Teysuno

Tiħux Teysuno:

-jekk inti allerġiku għal tegafur, gimeracil, oteracil jew xi sustanza oħra ta' din il-mediċina

(elenkati fis-sezzjoni 6).

-qed tieħu mediċina fluoropyrimidine oħra ta' kontra l-kanċer bħal fluorouracil u capecitabine,

jew kellek reazzjonijiet severi jew mhux mistennija bi fluoropyrimidines

-għandek nuqqas ġenetiku tal-enzima dihydropyrimidine dehydrogenase (DPD)

-inti tqila jew qed tredda'

-jekk kellek disturbi tad-demm severi

-jekk għandek mard tal-kliewi li jeħtieġ id-dijalisi

-attwalment qed tiġi kkurat jew kont qed tiġi kkurat għal dawn l-aħħar 4 ġimgħat b'sorivudine, brivudine jew klassi simili ta' mediċini antivirali

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Teysuno

-disturbi tad-demm

-mard tal-kliewi

- problemi bl-istonku u/jew l-imsaren bħal uġigħ, dijarea, remettar u diżidrazzjoni - disturbi fl-għajnejn, bħal “għajnejn xott”jew żieda fid-dmugħ.

Tfal u adolexxenti

Teysuno mhux rakkomandat għal tfal li għadhom m’għalqux it-18-il sena

Mediċini oħra u Teysuno

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra. Hemm bżonn li tkun partikolarment attent jekk qed tieħu wieħed minn dawn li ġejjin:

-mediċini oħra bbażati fuq fluoropyrimidine bħal dak ta' kontra l-moffa flucytosine.

Teysuno ma jistax jiġi sostitwit għal mediċini oħra orali ta’ fluoropyrimidine

-antivirali bħal brivudine jew sorivudine

-

impedituri tal-enzima CYP2A6 li tattiva Teysuno bħal tranylcypromine u methoxsalen

-

aċidu foliniku (li xi kultant jintuża fil-kimoterapija b'methotrexate)

-

mediċini li jraqqu d-demm: antikoagulanti derivattivi ta' kumarin bħal warfarina

-

mediċini għall-kura ta' puplesiji jew rogħda bħal phenytoin

-mediċini li jikkuraw il-gotta bħal allopurinol

Teysuno ma’ ikel u xorb

Teysuno għandu jittieħed tal-anqas siegħa qabel jew siegħa wara xi ikla.

Tqala u treddigħ

Qabel tibda l-kura, għarraf lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jekk inti tqila, jew jekk taħseb li inti tqila jew jekk trid tinqabad tqila. M'għandekx tieħu Teysuno jekk inti tqila jew taħseb li tista' tinqabad tqila. Waqt u għal 6 xhur wara l-kura b'Teysuno, inti għandek tieħu miżuri kontraċettivi. Jekk inti tinqabad tqila waqt dan iż-żmien, għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek.

M'għandekx tredda' waqt li qed tieħu Teysuno.

Itlob il-parir tat-tabib u l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Uża l-kawtela meta ssuq jew tħaddem xi magna, peress li Teysuno jista' jagħmlek għajjien, mdardar jew ikollok vista mċajpra. Jekk għandek xi dubji kellem lit-tabib tiegħek.

Teysuno fih Lactose

Lactose (tip ta' zokkor). Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta' zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Teysuno

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek ser jgħidlek x'doża għandek tieħu, meta għandek teħodha, u għal kemm żmien għandek teħodha. Id-doża tiegħek ta' Teysuno għandha tiġi stabbilita mit-tabib tiegħek skont it-tul u l-piż tiegħek. It-tabib tiegħek għandu mnejn inaqqas id-doża jekk ikollok effetti kollaterali li huma severi ħafna.

Il-kapsuli ta' Teysuno għandhom jinbelgħu sħaħ bl-ilma tal-anqas siegħa qabel jew wara l-ikla. Teysuno għandu jittieħed darbtejn kuljum (filgħodu u filgħaxija).

Il-kapsuli ta' Teysuno ġeneralment jittieħdu għal 21 jum segwiti minn perijodu ta' mistrieħ ta' 7 ijiem (meta l-ebda kapsula ma ttieħed). Il-perijodu ta' 28 jum huma ċiklu ta' kura waħda. Iċ-ċikli jiġu ripetuti.

Teysuno ser jingħata ma' mediċina ta' kontra l-kanċer oħra li tissejjaħ cisplatin. Cisplatin għandu jitwaqqaf wara 6 ċikli ta' kura. Teysuno jista jitkompla wara l-waqfien ta' cisplatin.

Jekk tieħu Teysuno aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar kapsuli milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Jekk tinsa tieħu Teysuno

M’għandekx tieħu d-doża li nsejt tieħu u doża doppja biex tpatti għal doża li ma ħadtx. Minflok, ibqa' imxi mal-iskeda regolari tad-dożaġġ u ċċekkja mat-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Teysuno

Mhemmx effetti kollaterali kkawżati meta tieqaf tieħu l-kura b'Teysuno. F'każ li qed tuża mediċini li jraqqu d-demm jew kontra l-puplesiji, il-waqfien ta' Teysuno għandu mnejn ikun jetieġ li t-tabib tiegħek jaġġusta d-doża tal-mediċini tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta' din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Filwaqt li xi effetti jistgħu jkunu identifikati faċilment bħala effetti sekondarji mill-pazjenti nfushom, test tad-demm huwa meħtieġ biex jidentifika xi sintomi oħrajn. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek u jispjegalek r-riskji possibbli u s-siwi tal-kura.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f'10) jinkludu:

-Dijarea, dardir, remettar, stitikezza

o Jekk tesperjenza d-dijarea għal aktar minn 4 darbiet kuljum jew f'nofs ta' lejl, jew jekk ikollok ħalqek juġgħak flimkien ma' dijarea, waqqaf Teysuno u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

o Jekk tesperjenza d-dijarea, evita ikel li jkollu ħafna fibri,grass u bil-ħwawar.

o Ixrob ħafna likwidi bejn l-ikliet sabiex tissostitwixxi l-fluwidi li jkunu ntilfu u tevita d-deżidrazzjoni, volum tad-demm baxx, u żbilanċ fl-imluħa jew kimiċi fid-demm.

oJekk ikollok id-dardir u tirremetti d-doża ta' mediċina, kun żgur li tgħarraf lit-tabib tiegħek. M'għandekx tissostitwixxi d-doża li int irremettajt.

oJekk tirremetti darbtejn f'24 siegħa, waqqaf Teysuno u kkuntattja lit-tabib tigħek minnufih.

oSabiex tiġġestixxi d-dardir u r-remettar:

Imtedd u ħu nifsijiet twal meta tħossok mdardar

Evita l-ħwejjeġ issikkati

-Għadd baxx ta' ċelluli ħomor tad-demm: li jikkaġuna anemija:

o Jista' jkollok sintomi bħal idejn u saqajn kesħin, tkun pallidu, rasek fl-arja, għeja, bla nifs.

oJekk tħoss is-sintomi t'hawn fuq, ipprova taħdimx iżżejjed u ara li torqod u tistrieħ biżżejjed.

-

Għadd baxx ta' ċelluli bojod tad-demm li jikkaġuna riskju ogħla ta; infezzjonijiet severi u

 

lokali (eż.,orali, pulmun, awrina) jew tad-demm

 

o Jista' jkollok sintomi bħal deni, sirdat, sogħla jew griżmejn juġawk.

oJekk ikollok id-deni b'temperatura ta' 38.5o C jew ogħla, tibqax tieħu Teysuno u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

oSabiex tevita l-infezzjoni, żomm 'il bogħod minn postijiet ffulati, iggargarizza malli tasal id-dar, u aħsel idejk sew qabel l-ikliet u wara t-tojlit.

-Għadd baxx ta' plejtlits li jikkaġuna ċans aħjar ta' emorraġiji:

oJekk ikollok ġilda, ħalq (ikkaġunati meta tnaddaf sninek), mnieħer, passaġġ respiratorju respitarotory, msaren eċċ., waqqaf Teysuno u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

oSabiex tevita li jkollok fsada, evita ix-xogħol iebes jew sports enerġetiku sabiex tevita ġrieħi u tbenġil. Ilbes ilbies mhux issikkat u pproteġi l-ġilda. Aħsel sninek u omħot bil-mod.

-Nuqqas t'aptit (anoreksja) jista' jwassal għal telf fil-piż u diżidrazzjoni

o

Tista' tispiċċa diżidrat

jekk ma tiekolx u/jew tixrob biżżejjed ilma.

o

Jekk tispiċċa diżidrat

jista' jkollok sintomi bħal ħalq xott, dgħufija, ġilda xotta,

 

sturdament, bugħawwieġ

oIpprova kul ikliet ta' spiss u żgħar. Evita ikla bil-grass u li jkollu riħa qawwija. Anke jekk ma jkollokx ġuħ, ibqa' kul kemm tista' sabiex iżżomm nutrizzjoni tajba.

oJekk tħossok għajjien u għandek id-deni flimkien ma' nuqqas t'aptit, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

-Disturbi tan-nervituri : għandek mnejn tħoss tnemnim tingis, uġigħ, sensazjoni abnormali,

muskolu dgħajjef,rogħda, jew diffikultajiet bil-movimenti.

-Dgħufija u għeja, li jistgħu jkunu effetti kollaterali kkaġunati minn mediċini oħra.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw minn persuna 1 sa 10 f'100) jinkludu:

-Sistema servuża: uġigħ ta' ras, sturdament, ħedla, bidliet fit-togħma

-Għajnejn: problemi fl-għajnejn, żieda jew tnaqqis fid-dmugħ, problemi fl-għajnejn, Mard serju b’infafet fl-għajnejn, xedd tar-rita tas-superfiċje tal-għajn (tmermir tal-kornea).

-Widnejn: problemi bis-smigħ

-Vażi tad-demm: pressjoni għolja jew baxxa tad-demm, emboli tad-demm fir-riġel jew il-pulmun

-Passaġġi fil-pulmun u nażali: qtugħ ta’ nifs, sogħla

-L-imsaren u l-ħalq: ħalq xott, postumetti fil-ħalq, uġigħ fil-griżmejn, u l-esofagu,sulluzzu, uġigħ ta' żaqq, indiġestjoni, infjammazzjoni tal-istonku jew tal-imsaren, perforazzjoni fl- istonku, musrana ż-żgħirau l-musrana l-kbira.

-Fwied: għajnejn u ġilda sofor, bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm li juri l-mod kif il-fwied

qed jaħdem,

- Ġilda: telf ta' xagħar, ħakk, raxx ew dermatite, reazzjoni tal-ġilda ġilda xotta, reazzjoni tal-idejn u tas-saqajn (uġigħ, nefħa u ħmura tal-idejn u/jew is-saqajn), dbabar tal-ġilda pigmentati

-Kliewi: tnaqqis fil-volum tal-awrina, bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm li juri l-mod kif

il-kliewi qed jaħdmu, l-indeboliment u l-falliment tal-kliewi

-Oħrajn: sirdat, tnaqqis fil-piż, in-nefħa f'partijiet speċifiċi u uġigħ fl-għadam tal-muskolu

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 10 persuni f'1,000) jinkludu:

-Mentali: tara u tisma' affarijiet li mhumiex hemm, bidla fil-personalità, mhux kapaċi toqgħod

bilqegħda, konfużjoni, tħossok nervuż, dipressjoni, impotenza sesswali

-Sistema nervuża:, disturb fil-vuċi, inkapaċità biex titkellem u tifhem il-kliem, problemi ta' memorja, pass mhux stabbli, problemi ta' bilanċ, dgħufija fuq naħa waħda tal-ġisem, ħedla, infjammazzjoni tan-nervi, sens distort ta' xamm, disfunzjoni tal-moħħ, sturdament, nuqqas ta' konoxxenza, puplesija, aċċessjoniiet,

-Għajnejn: ħakk u ħmura tal-għajnejn, reazzjonijiet allerġiċi fl-għajnejn, il-kappel tal-għajn ta'

fuq titbaxxa

-Widnejn: vertigo, il-widna timblokka, skonfort tal-widnejn

-Il-qalb: taħbit tal-qalb irregolari u mgħaġġel, uġigħ fis-sider, akkumulazzjoni ta' fluwidu żejjed

 

madwar il-qalb, attakk tal-qalb, falliment tal-qalb

-

Vażi tad-demm: infjammazzjoni ta' vina, fwawar sħan

-Passaġġi tal-pulmun u tal-imnieħer:, mnieħer iqattar, disturb fil-vuċi, mnieħer imblokkat, eritema farinġeali, deni tal-ħuxlief

-L-imsaren u l-ħalq: fluwidu fiż-żaqq, mard ta' reflux gastroesofaġeali, żieda fit-tnixxija ta' riq, tifwieq u ddixxar, infjammazzjoni tax-xofftejn, disturb gastrointestnali, uġigħ fil-ħalq, kontrazzjonijiet abnormali tal-muskoli tal-esofagu, imblokkar tal-istonku u tal-imsaren, ulċera tal-istonku, fibrosi retroperitoneali, snien li jixxaqqu jew jinkisru malajr, diffikultà biex tibla', disturb fil-glandola tar-riq, murliti

-Ġilda: telf tal-kulur tal-ġilda, ġilda li titqaxxar, xagħar eċċessiv fil-ġisem, dwiefer mqassra, ħafna għaraq,

-Ġenerali: kundizzjoni ġenerali li tmur għall-agħar,żieda fil-piż, ħmura u nefħa fis-sit

tal-injezzjoni, uġigħ u emorraġija tal-kanċer, falliment ta' diversi organi

-Bidliet fit-testijiet tad-demm: zokkor għoli fid-demm, lipidi għoljin fid-demm,bidliet fil-ħin

biex jgħaqad id-demm, għadd għoli ta' ċelluli tad-demm, livelli għoljin jew baxxi ta' proteina

-Oħrajn: urinazzjoni ta' spiss, demm fl-awrina, uġigħ fl-għonq, uġigħ fid-dahar, uġigħ fis-sider, ebusija tal-muskolu jew bugħawwieġ, nefħa tal-ġog, skumdita fir-riġel/driegħ, dgħufija muskolari, infjammazzjoni tal-artrite u uġigħ

Effetti sekondarji rari (li jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 10 persuni f'10,000) u effett sekondarji rari

ħafna (li jaffettwa inqas minn persuna 1 f'10,000) jinkludu:

-falliment tal-fwied akut

-infezzjoni fil-frixa

-il-muskoli iċedu

-telf fix-xamm

-allerġija għax-xemx

-emboli tad-demm u emorraġiji mifruxa

-mard li jaffettwa l-materja l-bajda tal-moħħ

-mard serju b’infafet fuq il-ġilda, il-ħalq u l-ġenitali

Jekk tesperjenza xi wieħed mill-effetti sekondarji, jew jekk tinduna b'xi effetti sekondarji li m'humiex imsemmijin f'dan il-fuljett, jekk jogħġbok għid lit-tabib.

Jekk xi effett sekondarji isir aktar serju, waqqaf Teysuno u għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas- sistems ta’ rappurtar nazzjonali minżżla f’Appendiċi V . Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen TEYSUNO

- Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

-Tużax din il-mediċina wara d-data ta' skadenza li tidher fuq il-kartuna ta' barra u t-tikketta wara EXP. Id-data ta' skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata tax-xahar.

-Din il-mediċina m'għandha bżonn l-ebda kundizzjoni ta' ħażna speċjali.

-Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi mediċini li m'għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X'fih Teysuno

-Is-sustanzi attivi huma tegafur, gimeracil u oteracil.

Kull kapsula iebsa fiha 15 mg tegafur, 4.35 mg gimeracil, u 11.8 mg oteracil (bħala monopotassium).

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Kull kapsula fiha: lactose monohydrate, magnesium stearate

Il-qoxra tal-kapsula: gelatin, red iron oxide (E172), titanium dioxide (E171), sodium lauryl sulphate, talc

Linka: red iron oxide (E172), yellow iron oxide (E172), Indigo carmine (E132), carnauba wax, bleached shellac, glyceryl monooleate

Kif jidher Teysuno u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli ibsin għandhom korp bajdani u kappa kannella opaka li fuqha hemm stampat "TC448" bil-griż. Dawn jiġu f’folji li fihom 14-il kapsula kull waħda.

Kull pakkett fih jew 42 kapsula, 84 kapsula jew 126 kapsula.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Nordic Group BV Siriusdreef 22

2132 WT Hoofddorp L-Olanda

Manifattur

Nordic Pharma

Tolweg 15

3741 LM Baarn

L-Olanda

QPharma AB

Agneslundsvagen 27

P.O. Box 590

SE-201 25 Malmo

L-Iżvezja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Nordic Pharma

Nordic Pharma (France)

Tél/Tel: +32 (0)3 820 5224

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

info@nordicpharma.be

info@nordicpharma.com

България

Luxembourg/Luxemburg

NORDIC Pharma, s.r.o.

Nordic Pharma

Tel: +420 241 080 770

Tél/Tel: +32 (0)3 820 5224

info@nordicpharma.cz

info@nordicpharma.be

Česká republika

Magyarország

NORDIC Pharma, s.r.o.

NORDIC Pharma, s.r.o.

Tel: +420 241 080 770

Tel: +420 241 080 770

info@nordicpharma.cz

info@nordicpharma.cz

Danmark

Malta

Nordic Drugs

Nordic Pharma (France)

Tlf: +45 70 20 08 40

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

info@nordicdrugs.dk

info@nordicpharma.com

Deutschland

Nederland

Nordic Pharma

Nordic Pharma BV

Tel: +49 (0)89 889 690 680

Tel: +31 (0)35 54 80 580

info@nordicpharma.de

info@nordicpharma.nl

Eesti

Norge

Nordic Pharma (France)

Nordic Drugs

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tlf: +46 40-36 66 00

info@nordicpharma.com

info@nordicdrugs.no

Ελλάδα

Österreich

Aenorasis S.A.

Nordic Pharma

Τηλ: +30 210 6136332

Tel: +49 (0)89 889 690 680

info@aenorasis.gr

info@nordicpharma.de

España

Polska

Nordic Pharma (France)

NORDIC Pharma, s.r.o.

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tel: +420 241 080 770

info@nordicpharma.com

info@nordicpharma.cz

France

Portugal

Nordic Pharma (France)

Nordic Pharma (France)

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

info@nordicpharma.com

info@nordicpharma.com

Hrvatska

România

Nordic Pharma (France)

NORDIC Pharma, s.r.o.

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tel.: +420 241 080 770

info@nordicpharma.com

info@nordicpharma.cz

 

Slovenija

Ireland

NORDIC Pharma, s.r.o.

Nordic Pharma Ireland

Tel.: +420 241 080 770

Tel: +353 (0)1 400 4141

info@nordicpharma.cz

info@nordicpharma.ie

 

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

NORDIC Pharma, s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel.: +420 241 080 770

vistor@vistor.is

info@nordicpharma.cz

Italia

Suomi/Finland

Nordic Pharma

Nordic Drugs

Tel: +39 (0)2 753 2629

Puh/Tel: +358 (0)10 231 1040

info@nordicpharma.it

info@nordicdrugs.fi

Κύπρος

Sverige

Nordic Pharma (France)

Nordic Drugs AB

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tel: +46 (0)40 36 66 00

info@nordicpharma.com

info@nordicdrugs.se

Latvija

United Kingdom

Nordic Pharma (France)

Nordic Pharma

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tel: +44 (0) 118 207 9160

info@nordicpharma.com

info@nordicpharma.co.uk

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettronika tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Teysuno 20 mg/5.8 mg/15.8 mg kapsuli ibsin tegafur/gimeracil/oteracil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina għax fih informazzjoni importanti għalik.

- Żomm dan il-fuljett. Jista' jkollok bżonn terġa' taqrah.

-

Jekk ikollok

aktar mistoqsijiet,

staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-

Din il-mediċina ġiet mogħtija

lilek biss. M'għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista'

 

tagħmlilhom

il-ħsara, anke jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard.

-Jekk ikollok xi effetti sekondarji kellem lit-tabib r tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett:

1.X'inhu Teysuno u għal xiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Teysuno

3.Kif għandek tieħu Teysuno

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Teysuno

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X'inhu Teysuno u għal xiex jintuża

Teysuno fih is-sustanzi attivi tegafur, gimeracil u oteracil.

Teysuno jappartjeni għall-kategorija ta' mediċini magħrufa bħala “sustanzi antineoplastiċi” li jwaqqfu l-iżvilupp ta' ċelluli tal-kanċer.

Teysuno jingħata b'riċetta minn tobba lill-adulti għall-kura ta' kanċer tal-istonku (gastriku) u jingħata ma' cisplatin, li huwa mediċina oħra li taġixxi kontra l-kanċer.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Teysuno

Tiħux Teysuno:

-jekk inti allerġiku għal tegafur, gimeracil, oteracil jew xi sustanza oħra ta' din il-mediċina

(elenkati fis-sezzjoni 6).

-qed tieħu mediċina fluoropyrimidine oħra ta' kontra l-kanċer bħal fluorouracil u capecitabine,

jew kellek reazzjonijiet severi jew mhux mistennija bi fluoropyrimidines

-għandek nuqqas ġenetiku tal-enzima dihydropyrimidine dehydrogenase (DPD)

-inti tqila jew qed tredda'

-jekk kellek disturbi tad-demm severi

-jekk għandek mard tal-kliewi li jeħtieġ dijalisi

-attwalment qed tiġi kkurat jew kont qed tiġi kkurat għal dawn l-aħħar 4 ġimgħat b'sorivudine, brivudine jew klassi simili ta' mediċini antivirali

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Teysuno

-disturbi tad-demm

-mard tal-kliewi

-problemi bl-istonku u/jew l-imsaren bħal uġigħ, dijarea, remettar u diżidrazzjoni

-disturbi fl-għajnejn, bħal “għajnejn xott”jew żieda fid-dmugħ

Tfal u adolexxenti

Teysuno mhux rakkomandat għal tfal li għadhom m’għalqux it-18-il sena

Mediċini oħra u Teysuno

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra. Hemm bżonn li tkun partikolarment attentjekk qed tieħu wieħed minn dawn li ġejjin:

-mediċini oħra bbażati fuq fluoropyrimidine bħal dak ta' kontra l-moffa flucytosine.

Teysuno ma jistax jiġi sostitwit għal mediċini oħra orali ta’ fluoropyrimidine

-antivirali bħal brivudine jew sorivudine

-

impedituri tal-enzima CYP2A6 li tattiva Teysuno bħal tranylcypromine u methoxsalen

-

aċidu foliniku (li xi kultant jintuża fil-kimoterapija b'methotrexate)

-

mediċini li jraqqu d-demm: antikoagulanti derivattivi ta' kumarin bħal warfarina

-

mediċini għall-kura ta' puplesiji jew rogħda bħal phenytoin

-mediċini li jikkuraw il-gotta bħal allopurinol

Teysuno ma’ ikel u orb

Teysuno għandu jittieħed tal-anqas siegħa qabel jew siegħa wara xi ikla.

Tqala u treddigħ

Qabel tibda l-kura, għarraf lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, jekk inti tqila, jew jekk taħseb li inti tqila jew jekk trid tinqabad tqila. M'għandekx tieħu Teysuno jekk inti tqila jew taħseb li tista' tinqabad tqila. Waqt u għal 6 xhur wara l-kura b'Teysuno, inti għandek tieħu miżuri kontraċettivi. Jekk inti tinqabad tqila waqt dan iż-żmien, għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek.

M'għandekx tredda' waqt li qed tieħu Teysuno.

Itlob il-parir tat-tabib u l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Uża l-kawtela meta ssuq jew tħaddem xi magna, peress li Teysuno jista' jagħmlek għajjien, mdardar jew ikollok vista mċajpra. Jekk għandek xi dubji kellem lit-tabib tiegħek.

Teysuno fih Lactose

Lactose (tip ta' zokkor). Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta' zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3. Kif għandek tieħu Teysuno

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek ser jgħidlek x'doża għandek tieħu, meta għandek teħodha, u għal kemm żmien għandek teħodha. Id-doża tiegħek ta' Teysuno għandha tiġi stabbilita mit-tabib tiegħek skont it-tul u l- piż tiegħek. It-tabib tiegħek għandu mnejn inaqqas id-doża jekk ikollok effetti kollaterali li huma severi ħafna.

Il-kapsuli ta' Teysuno għandhom jinbelgħu sħaħ bl-ilma tal-anqas siegħa qabel jew wara l-ikla. Teysuno għandu jittieħed darbtejn kuljum (filgħodu u filgħaxija).

Il-kapsuli ta' Teysuno ġeneralment jittieħdu għal 21 jum segwiti minn perijodu ta' mistrieħ ta' 7 ijiem (meta l-ebda kapsula ma ttieħed). Il-perijodu ta' 28 jum huma ċiklu ta' kura waħda. Iċ-ċikli jiġu ripetuti.

Teysuno ser jingħata ma' mediċina ta' kontra l-kanċer oħra li tissejjaħ cisplatin. Cisplatin għandu jitwaqqaf wara 6 ċikli ta' kura. Teysuno jista’ jitkompla wara l-waqfien ta' cisplatin.

Jekk tieħu Teysuno aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar kapsuli milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

Jekk tinsa tieħu Teysuno

M’għandekx tieħu d-doża li nsejt tieħu u doża doppja biex tpatti għal kull doża li ma ħadtx. Minflok, ibqa' imxi mal-iskeda regolari tad-dożaġġ u ċċekkja mat-tabib tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Teysuno

Mhemmx effetti kollaterali kkawżati meta tieqaf tieħu l-kura b'Teysuno. F'każ li qed tuża mediċini li jraqqu d-demm jew kontra l-puplesiji, il-waqfien ta' Teysuno għandu mnejn ikun jetieġ li t-tabib tiegħek jaġġusta d-doża tal-mediċini tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta' dan il-prodott, staqsi lit-tabib tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista' tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Filwaqt li xi effetti jistgħu jkunu identifikati faċilment bħala effetti sekondarji mill-pazjenti nfushom, test tad-demm huwa meħtieġ biex jidentifika xi sintomi oħrajn. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek u jispjegalek r-riskji possibbli u s-siwi tal-kura.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f'10) jinkludu:

-Dijarea, dardir, remettar, stitikezza

oJekk tesperjenza d-dijarea għal aktar minn 4 darbiet kuljum jew f'nofs ta' lejl, jew jekk ikollok ħalqek juġgħak flimkien ma' dijarea, waqqaf Teysuno u kkuntattja lit-tabib

tiegħek minnufih.

o Jekk tesperjenza d-dijarea, evita ikel li jkollu ħafna fibri,grass u bil-ħwawar.

o Ixrob ħafna likwidi bejn l-ikliet sabiex tissostitwixxi l-fluwidi li jkunu ntilfu u tevita d- deżidrazzjoni, volum tad-demm baxx, u żbilanċ fl-imluħa jew kimiċi fid-demm.

oJekk ikollok id-dardir u tirremetti d-doża ta' mediċina, kun żgur li tgħarraf lit-tabib tiegħek. M'għandekx tissostitwixxi d-doża li int irremettajt.

oJekk tirremetti darbtejn f'24 siegħa, waqqaf Teysuno u kkuntattja lit-tabib tigħek minnufih.

oSabiex tiġġestixxi d-dardir u r-remettar:

Imtedd u ħu nifsijiet twal meta tħossok mdardar

Evita l-ħwejjeġ issikkati

-Għadd baxx ta' ċelluli ħomor tad-demm li jikkaġuna anemija:

o Jista' jkollok sintomi bħal idejn u saqajn kesħin, tkun pallidu, rasek fl-arja, għeja, bla nifs.

oJekk tħoss is-sintomi t'hawn fuq, ipprova taħdimx iżżejjed u ara li torqod u tistrieħ biżżejjed.

-

Għadd baxx ta' ċelluli bojod tad-demm li jikkaġuna riskju ogħla ta; infezzjonijiet severi u

 

lokali (eż.,orali, pulmun, awrina) jew tad-demm

 

o Jista' jkollok sintomi bħal deni, sirdat, sogħla jew griżmejn juġawk.

oJekk ikollok id-deni b'temperatura ta' 38.5o C jew ogħla, tibqax tieħu Teysuno u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

o Sabiex tevita l-infezzjoni, żomm 'il bogħod minn postijiet ffulati, iggargarizza malli tasal id-dar, u aħsel idejk sew qabel l-ikliet u wara t-tojlit.

-Għadd baxx ta' plejtlits li jikkaġuna ċans aħjar ta' emorraġiji:

oJekk ikollok ġilda, ħalq (ikkaġunati meta tnaddaf sninek), mnieħer, passaġġ respiratorju respitarotory, msaren eċċ., waqqaf Teysuno u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

oSabiex tevita li jkollok fsada, evita ix-xogħol iebes jew sports enerġetiku sabiex tevita ġrieħi u tbenġil. Ilbes ilbies mhux issikkat u pproteġi l-ġilda. Aħsel sninek u omħot bil- mod.

-Nuqqas t'aptit (anoreksja) jista' jwassal għal telf fil-piż u diżidrazzjoni

o Tista' tispiċċa diżidrat jekk ma tiekolx u/jew tixrob biżżejjed ilma.

oJekk tispiċċa diżidrat jista' jkollok sintomi bħal ħalq xott, dgħufija, ġilda xotta, sturdament, bugħawwieġ

oIpprova kul iklet ta' spiss u żgħar. Evita ikla bil-grass u li jkollu riħa qawwija. Anke jekk ma jkollokx ġuħ, ibqa' kul kemm tista' sabiex iżżomm nutrizzjoni tajba.

oJekk tħossok għajjien u għandek id-deni flimkien ma' nuqqas t'aptit, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.

-Disturbi tan-nervituri: għandek mnejn tħoss tnemnim, tingis, uġigħ, sensazzjoni abnormali,

muskolu dgħajjef,rogħda, jew diffikultajiet bil-movimenti.

-Dgħufija u għeja, li jistgħu jkunu effetti kollaterali kkaġunati minn mediċini oħra.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw minn persuna 1 sa 10 f'100) jinkludu:

-Sistema servuża: uġigħ ta' ras, sturdament, ħedla, bidliet fit-togħma

-Għajnejn: problemi fl-għajnejn, żieda jew tnaqqis fl-iskomfort tal-għajnejn, problemi bil-vista,

b’infafet fl-għajnejn, xedd tar-rita tas-superfiċje tal-għajn (tmermir tal-kornea).

-Widnejn: problemi bis-smiegħ

-Vażi tad-demm: pressjoni għolja jew baxxa tad-demm, emboli tad-demm fir-riġel jew il-pulmun

-Passaġġi fil-pulmun u nażali: qtugħ ta’ nifs, sogħla

-L-imsaren u l-ħalq: ħalq xott, postumetti fil-ħalq, uġigħ fil-griżmejn, u l-esofagu,sulluzzu, uġigħ ta' żaqq, indiġestjoni, infjammazzjoni tal-istonku jew tal-imsaren, perforazzjoni fl- istonku, musrana ż-żgħirau l-musrana l-kbira.

-Fwied: għajnejn u ġilda sofor, bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm li juri l-mod kif il-fwied qed jaħdem,

-Ġilda: telf ta' xagħar, ħakk, raxx jew dermatite, reazzjoni tal-ġilda, ġilda xotta, reazzjoni tal-idejn u tas-saqajn (uġigħ, nefħa u ħmura tal-idejn u/jew is-saqajn), dbabar tal-ġilda pigmentati

-Kliewi: tnaqqis fil-volum tal-awrina, bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm li juri l-mod kif

il-kliewi qed jaħdmu, l-indeboliment u l-falliment tal-kliewi

-Oħrajn: sirdat, tnaqqis fil-piż, nefħa f'partijiet speċifiċi u uġigħ fl-għadam tal-muskolu

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 10 persuni f'1,000) jinkludu:

-Mentali: tara u tisma' affarijiet li mhumiex hemm, bidla fil-personalità, mhux kapaċi toqgħod

bilqegħda, konfużjoni, tħossok nervuż, dipressjoni, impotenza sesswali

-Sistema nervuża:, disturb fil-vuċi, inkapaċità biex titkellem u tifhem il-kliem, problemi ta' memorja, pass mhux stabbli, problemi ta' bilanċ, dgħufija fuq naħa waħda tal-ġisem, ħedla, infjammazzjoni tan-nervi, sens distort ta' xamm, disfunzjoni tal-moħħ, sturdament, nuqqas ta' konoxxenza, puplesija, aċċessjonijiet,

-Għajnejn: ħakk u ħmura tal-għajnejn, reazzjonijiet allerġiċi fl-għajnejn, il-kappel tal-għajn ta'

fuq titbaxxa

-Widnejn: vertigo, il-widna timblokka, skonfort tal-widnejn

-Il-qalb: taħbit il-qalb irregolari u mgħaġġel, uġigħ fis-sider, akkumulazzjoni ta' fluwidu żejjed

madwar il-qalb, attakk tal-qalb, falliment tal-qalb

-Vażi tad-demm: infjammazzjoni ta' vina, fwawar sħan

-Passaġġi tal-pulmun u tal-imnieħer:, mnieħer iqattar, disturb fil-vuċi, mnieħer imblokkat, eritema farinġeali, deni tal-ħuxlief

-L-imsaren u l-ħalq: fluwidu fiż-żaqq, mard ta' reflux gastroesofaġeali, żieda fit-tnixxija ta' riq, tifwieq u ddixxar, infjammazzjoni tax-xofftejn, disturb gastrointestnali, uġigħ fil-ħalq, kontrazzjonijiet abnormali tal-muskoli tal-esofagu, imblokkar tal-istonku u tal-imsaren, ulċera

tal-istonku, fibrosi retroperitoneali, snien li jixxaqqu jew jinkisru malajr, diffikultà biex tibla', disturb fil-glandola tar-riq, murliti

-Ġilda: telf tal-kulur tal-ġilda, ġilda li titqaxxar, xagħar eċċessiv fil-ġisem, dwiefer mqassra, ħafna għaraq,

-Ġenerali: kundizzjoni ġenerali li tmur għall-agħar,żieda fil-piż, ħmura u nefħa fis-sit tal-

injezzjoni, uġigħ u emorraġija tal-kanċer, falliment ta' diversi organi

-Bidliet fit-testijiet tad-demm: zokkor għoli fid-demm, lipidi għoljin fid-demm,bidliet fil-ħin

biex jgħaqad id-demm, għadd għoli ta' ċelluli tad-demm, livelli għoljin jew baxxi ta' proteina

-Oħrajn: urinazzjoni ta' spiss, demm fl-awrina, uġigħ fl-għonq, uġigħ fid-dahar, uġigħ fis-sider, ebusija tal-muskolu jew bugħawwieġ, nefħa tal-ġog, skumdità tar-riġel/driegħ, dgħufija muskolari, infjammazzjoni tal-artrite u uġigħ

Effetti sekondarji rari (li jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 10 persuni f'10,000) u effett sekondarji rari

ħafna (li jaffettwa inqas minn persuna 1 f'10,000) jinkludu:

-falliment tal-fwied akut

-infezzjoni fil-frixa

-il-muskoli jċedu

-telf fix-xamm

-allerġija għax-xemx

-emboli tad-demm u emorraġiji mifruxa

-mard li jaffettwa l-materja l-bajda tal-moħħ

-mard serju b’infafet fuq il-ġilda, il-ħalq u l-ġenitali

Jekk tesperjenza xi wieħed mill-effetti sekondarji, jew jekk tinduna b'xi effetti sekondarji li m'humiex imsemmijin f'dan il-fuljett, jekk jogħġbok għid lit-tabib.

Jekk xi effett sekondarji isir aktar serju, waqqaf Teysuno u għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V.. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Teysuno

- Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

-Tużax din il-mediċina wara d-data ta' skadenza li tidher fuq il-kartuna ta' barra u l-folja wara EXP. Id-data ta' skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata tax-xahar.

-Din il-mediċina m'għandha bżonn l-ebda kundizzjoni ta' ħażna speċjali.

-Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi mediċini li m'għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjonital- ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X'fih Teysuno

-Is-sustanzi attivi huma tegafur, gimeracil u oteracil.

Kull kapsula iebsa fiha 20 mg tegafur, 5.8 mg gimeracil, u 15.8 mg oteracil (bħala monopotassium).

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Kull kapsula fiha: lactose monohydrate, magnesium stearate

Il-qoxra tal-kapsula tikkonsisti minn gelatin, titanium dioxide (E171), sodium lauryl sulphate, talc

Linka: red iron oxide (E172), yellow iron oxide, Indigo carmine (E132), carnauba wax, bleached shellac, glyceryl monooleate

Kif jidher Teysuno u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli ibsin għandhom korp bajdani u kappa bajda li fuqha hemm stampat "TC442" bil-griż. Dawn jiġu f’folji li jkun fihom 14-il kapsula kull waħda.

Kull pakkett fih jew 42 kapsula jew 84 kapsula.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Siq

Nordic Group BV Siriusdreef 22

2132 WT Hoofddorp L-Olanda

Manifattur

Nordic Pharma

Tolweg 15

3741 LM Baarn

L-Olanda

QPharma AB

Agneslundsvagen 27

P.O. Box 590

SE-201 25 Malmo

L-Iżvezja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok

ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur

tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

 

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Nordic Pharma

Nordic Pharma (France)

Tél/Tel: +32 (0)3 820 5224

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

info@nordicpharma.be

info@nordicpharma.com

България

Luxembourg/Luxemburg

NORDIC Pharma, s.r.o.

Nordic Pharma

Tel: +420 241 080 770

Tél/Tel: +32 (0)3 820 5224

info@nordicpharma.cz

info@nordicpharma.be

Česká republika

Magyarország

NORDIC Pharma, s.r.o.

NORDIC Pharma, s.r.o.

Tel: +420 241 080 770

Tel: +420 241 080 770

info@nordicpharma.cz

info@nordicpharma.cz

Danmark

Malta

Nordic Drugs

Nordic Pharma (France)

Tlf: +45 70 20 08 40

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

info@nordicdrugs.dk

info@nordicpharma.com

Deutschland

Nederland

Nordic Pharma

Nordic Pharma BV

Tel: +49 (0)89 889 690 680

Tel: +31 (0)35 54 80 580

info@nordicpharma.de

info@nordicpharma.nl

Eesti

Norge

Nordic Pharma (France)

Nordic Drugs

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tlf: +46 40-36 66 00

info@nordicpharma.com

info@nordicdrugs.no

Ελλάδα

Österreich

Aenorasis S.A.

Nordic Pharma

Τηλ: +30 210 6136332

Tel: +49 (0)89 889 690 680

info@aenorasis.gr

info@nordicpharma.de

España

Polska

Nordic Pharma (France)

NORDIC Pharma, s.r.o.

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tel: +420 241 080 770

info@nordicpharma.com

info@nordicpharma.cz

France

Portugal

Nordic Pharma (France)

Nordic Pharma (France)

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

info@nordicpharma.com

info@nordicpharma.com

Hrvatska

România

Nordic Pharma (France)

NORDIC Pharma, s.r.o.

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tel.: +420 241 080 770

info@nordicpharma.com

info@nordicpharma.cz

 

Slovenija

Ireland

NORDIC Pharma, s.r.o.

Nordic Pharma Ireland

Tel.: +420 241 080 770

Tel: +353 (0)1 400 4141

info@nordicpharma.cz

info@nordicpharma.ie

 

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

NORDIC Pharma, s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel.: +420 241 080 770

vistor@vistor.is

info@nordicpharma.cz

Italia

Suomi/Finland

Nordic Pharma

Nordic Drugs

Tel: +39 (0)2 753 2629

Puh/Tel: +358 (0)10 231 1040

info@nordicpharma.it

info@nordicdrugs.fi

Κύπρος

Sverige

Nordic Pharma (France)

Nordic Drugs AB

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tel: +46 (0)40 36 66 00

info@nordicpharma.com

info@nordicdrugs.se

Latvija

United Kingdom

Nordic Pharma (France)

Nordic Pharma

Tel/Τηλ/Tél/Tel.: +33 (0)1 70 37 28 00

Tel: +44 (0) 118 207 9160

info@nordicpharma.com

info@nordicpharma.co.uk

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettronika tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati