Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Thyrogen (thyrotropin alfa) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - H01AB01

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaThyrogen
Kodiċi ATCH01AB01
Sustanzathyrotropin alfa
ManifatturGenzyme Europe B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Thyrogen 0.9 mg trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett ta’ Thyrogen fih valur nominali ta’ 0.9 mg thyrotropin alfa. Wara r-rikostituzzjoni, kull kunjett ta’ Thyrogen ikun fih 0.9 mg ta’ thyrotropin alfa f’1.0 ml.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni.

Trab lajofilizzat abjad għal offwajt.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Thyrogen hu indikat għal użu ma’ testijiet tat-thyroglobulin (Tg) fis-serum bl-immaġini ta’ jodju radjuattiv jew mingħajru biex ikun stabbilit jekk hemmx xi fdal tat-tirojde u kanċer tat-tirojde li hu differenzjat sewwa fil-pazjenti li kellhom tirojdektomija u li qegħdin fuq terapija ta’ trażżin tal- ormoni (THST).

Pazjenti li għandhom riskju baxx u li għandhom karċinoma tat-tirojde li hi differenzjata sewwa u livelli tat-Tg fis-serum li ma jistgħux jiġu intraċċati, li qegħdin fuq it-THST u ma għandhomx żieda fil-livelli tat-Tg stimulati minn rh TSH (rikombinant uman) jistgħu jerġgħu jkunu eżaminati aktar tard permezz ta’ analiżi tal-livelli tat-Tg stimulati minn rh TSH.

Thyrogen hu indikat għall-istimulazzjoni qabel it-terapija flimkien ma’ medda ta’ 30 mCi (1.1 GBq) sa 100 mCi (3.7 GBq) jodju radjuattiv għal tneħħija ta’ fdal ta’ tessut tat-tirojde f’pazjenti li kellhom intervent ta’ tneħħija totali jew kważi totali tat-tirojde minħabba kanċer differenzjat sew tat-tirojde u li ma jkollhomx evidenza ta’ kanċer tat-tirojde metastatiku distanti (ara sezzjoni 4.4).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-terapija għandha tkun taħt l-osservazzjoni ta’ tobba li huma esperti fil-qasam tal-kanċer tat-tirojde.

Pożoloġija

Il-kors tad-doża rrakkomandata hu żewġ dożi ta’ 0.9 mg ta’ thyrotropin alfa li jingħataw f’intervall ta’ 24 siegħa permezz ta’ injezzjoni ġol-muskoli biss.

Popolazzjoni pedjatrika

Peress li m’hemmx biżżejjed tagħrif disponibbli dwar l-użu ta’ Thyrogen fit-tfal, Thyrogen għandu jingħata lit-tfal f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss.

Anzjani

Riżultati minn provi kkontrollati jindikaw li m’hemmx differenza fis-sigurtà u l-effikaċja ta’ Thyrogen bejn pazjenti adulti li għandhom inqas minn 65 sena u dawk ta’ aktar minn 65 sena, meta Thyrogen jintuża għal skopijiet dijanjostiċi.

L-ebda tibdil fid-doża mhu meħtieġ fl-anzjani (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi/fwied

Tagħrif minn osservazzjoni wara t-tqegħid fis-suq, flimkien ma’ tagħrif ippubblikat, jissuġġerixxi li t-tneħħija ta’ Thyrogen hi ħafna iżjed bil-mod f’pazjenti li jbatu minn marda renali tal-aħħar stadju li huma dipendenti mid-dijalisi (ESRD), u dan jirriżulta f’żieda mtawla tal-livelli tal-ormon li jistimula t-tirojde (thyroid stimulating hormone - TSH) għal ħafna ġranet wara l-kura. Dan għandu mnejn iwassal għal riskju ogħla ta’ wġigħ ta’ ras u dardir. M’hemm l-ebda studji dwar skedi ta’ dożi alternattivi ta’ Thyrogen f’pazjenti b’ESRD biex jiggwidaw it-tnaqqis fid-doża f’din il-popolazzjoni.

Fil-każ ta’ pazjenti li għandhom indeboliment renali sinifikanti, l-attività tal-jodju radjuattiv għandha tintgħażel bir-reqqa mit-tabib tal-mediċina nukleari.

M’hemmx bżonn ta’ konsiderazzjonijiet speċjali għall-użu ta’ Thyrogen fil-pazjenti li l-fwied tagħhom mhux qed jaħdem tajjeb.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Wara r-rikonstituzzjoni bl-ilma għall-injezzjoni, 1.0 ml soluzzjoni (0.9 mg ta’ thyrotropin alfa) tingħata permezz ta’ injezzjoni ġol-muskoli fil-warrani. Għal istruzzjonijiet dwar ir-rikostituzzjoni tal- prodott mediċinali qabel ma jingħata, ara sezzjoni 6.6.

Għal fini ta’ immaġini jew asportazzjoni, il-jodju radjuattiv għandu jingħata 24 siegħa wara l-aħħar injezzjoni ta’ Thyrogen. Xintigrafija dijanjostika għandha ssir fi żmien 48 sa 72 siegħa wara l-għoti tal-jodju radjoattiv, filwaqt li x-xintegrafija ta’ wara l-asportazzjoni għandha mnejn tiġi mtawla bi ġranet addizzjonali biex tippermetti t-tnaqqis tal-attività fl-isfond.

Għal follow-up dijanjostiku tat-testijiet ta’ thyroglobulin (Tg) fis-serum, il-kampjun tas-serum għandu jittieħed 72 siegħa wara l-injezzjoni finali ta’ Thyrogen. L-użu ta’ Thyrogen bl-ittestjar ta’ Tg fil- follow-up tal-pazjenti b’kanċer tat-tirojde differenzjati sewwa wara li jkunu neħħew it-tirojde, għandu jkun skont il-linji gwida uffiċjali.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għal ormoni li ġejjin mill-baqar jew tal-bniedem li jistimulaw it-tirojde jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Tqala (ara sezzjoni 4.6).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Thyrogen m’għandux jingħata ġol-vina.

Meta jingħata bħala alternattiva wara waqfien tal-ormoni tat-tirojde, il-kombinazzjoni ta’ xintigrafija tal-ġisem kollu (WBS) u testijiet tat-Tg flimkien, wara li jkun ingħata Thyrogen, jiżguraw l-ogħla sensittività biex jiġi stabbilit jekk hemmx xi frak tat-tirojde jew kanċer. B’Thyrogen jistgħu joħorgu riżultati negattivi foloz. Jekk jibqa’ jkun hemm indiċi għoli ta’ suspett tal-marda metastatika, wieħed għandu jikkunsidra jekk hemmx bżonn it-twaqqif b’testijiet konfermatorji ta’ WBS u Tg.

Hu mistenni li bejn 18% sa 40% tal-pazjenti li għandhom kanċer tat-tirojde li hu differenzjat jista’ jkollhom awtoantikorpi Tg, u dan għandu mnejn jikkawża riżultati negattivi foloz ta’ Tg fis-serum. Għalhekk, hemm bżonn li jsiru assaġġi kemm ta’ TgAb u kif ukoll ta’ Tg.

Evalwazzjoni bir-reqqa tar-relazzjonijiet bejn il-benefiċċju u r-riskju għandha tiġi evalwata f’pazjenti li qegħdin f’riskju għoli ta’ mard tal-qalb li jingħataw Thyrogen (eż. mard valvulari tal-qalb , kardjomijopatija, mard fl-arterja koronarja, u jekk għandhom jew kellhomx takiarritmija fil-passat, li tinkludi fibrillazzjoni atrijali) u ma kellhomx tirojdektomija.

Thyrogen hu magħruf li jikkawża żieda temporanja imma sinifikanti fil-livell ta’ konċentrazzjoni ta’ ormon tat-tirojde, meta jingħata lil pazjenti li għandhom tessut sostanzjali tat-tirojde li għadu in situ.

Għalhekk, hu meħtieġ li jkun hemm evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskju u l-benefiċċju individwali għal pazjenti bi fdal sinifikanti tat-tessut tat-tirojde.

Tagħrif dwar l-użu fit-tul għadu mhux disponibbli fir-rigward tal-użu ta’ doża aktar baxxa ta’ jodju radjuattiv.

L-effett fuq l-iżvilupp u/jew daqs tat-tumur

F’pazjenti li għandhom kanċer tat-tirojde, ġew irrappurtati diversi każi fejn ġie stimulat l-iżvilupp tat- tumur waqt il-waqfien ta’ ormoni tat-tirojde għal fini ta’ proċeduri dijanostiċi li ġew attribwiti għal żieda mtawla assoċjata mal-livelli tat-TSH.

Hemm il-possibbilità teoretika li Thyrogen, bħal ma jiġri bil-waqfien tal-ormoni, għandu mnejn jikkawża l-iżvilupp stimulat tat-tumur. Fi provi kliniċi b’thyrotropin alfa, li jikkawża żieda fil-livelli tat-TSH fis-serum għal żmien qasir, ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ żvilupp ta’ tumur.

Minħabba ż-żieda fil-livelli ta’ TSH wara l-għoti ta’ Thyrogen, pazjenti b’kanċer metastatiku tat- tirojde li b’mod partikolari jinsab fi spazji ristretti bħal moħħ, is-sinsla tad-dahar u l-orbita jew mard li jinfiltra l-għonq, jista’ jkollhom edema lokali jew emorraġija fokata fis-sit ta’ dawn il-metastasijiet li jirriżultaw f’daqs akbar ta’ tumur. Dan jista’ jwassal għal sintomi akuti li jiddependu mis-sit anatomiku tat-tessut, eż. emipleġja, emiparesi, telf tal-vista seħħew f’pazjenti b’metastasi tas-SNĊ. Edema larinġeali, problemi respiratorji li jeħtieġu trakeotomija, u wġigħ fis-sit tal-metastasi ġew irrappurtati wkoll wara l-għoti ta’ Thyrogen. Hu rrakkomandat li jiġi kkunsidrat li jkun hemm kura minn qabel b’kortikosterojdi għal pazjenti li l-espansjoni lokali tat-tumur tista’ tikkomprometti strutturi anatomiċi vitali.

Sodium

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull injezzjoni, i.e essenzjalment mingħajr sodju.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju formali ta’ interazzjoni bejn Thyrogen u prodotti mediċinali oħra. Fi provi kliniċi, ma kienu osservati l-ebda interazzjonijiet bejn Thyrogen u l-ormoni tat-tirojde triiodothyronine (T3) u thyroxine(T4) meta ngħataw fl-istess ħin.

L-użu ta’ Thyrogen jippermetti l-użu ta’ immaġini b’jodju radjuattiv waqt li l-pazjenti jkollhom it-tirojde taħdem normali u jkunu qed jirċievu kura għat-trażżin tal-ormoni tat-tirojde.

Dejta dwar il-kinetiċi ta’ jodju radjuattiv turi li t-tneħħija ta’ jodju radjuattiv hi madwar 50% akbar meta t-tirojde tkun qed taħdem normali milli meta t-tirojde tkun qed taħdem bil-mod, meta l-funzjoni tal-kliewi tkun imnaqqsa, u b’hekk ikun hemm anqas akkumulazzjoni ta’ jodju radjuattiv fil-ġisem waqt l-użu tal-immaġini. Dan il-fattur għandu jiġi kkunsidrat meta tintgħazel l-attività tal-jodju radjuattiv għall-użu fl-immaġini ta’ jodju radjoattiv.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma saru l-ebda studji fuq l-effett ta’ Thyrogen fuq is-sistema riproduttiva tal-annimali.

Mhux magħruf jekk Thyrogen jistax jikkawża ħsara lill-fetu meta jingħata lil mara tqila jew jekk

Thyrogen jistax jaffettwa l-ħila riproduttiva.

Thyrogen flimkien ma’ xintingrafija tal-ġisem kollu permezz ta’ jodju radjuattiv għad-dijanjosi hu kontraindikat fit-tqala (ara sezzjoni 4.3), minħabba l-espożizzjoni konsegwenzjali ta’ doża qawwija ta’ materjal radjuattiv għall-fetu.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk thyrotropin alfa/metaboliti jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Ir- riskju gћat-trabi tat-twelid li jkunu qed jerdgħu ma jistax jiġi eskluż. Thyrogen m’għandux jintuża waqt it-treddigħ.

Fertilità

Mhux magħruf jekk Thyrogen jistax jaffettwa l-fertilità fil-bnedmin.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Thyrogen jista’ jnaqqas il-ħila biex issuq jew tħaddem magni, peress li sturdament u wġigħ ta’ ras kienu rrappurtati.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

L-effetti mhux mixtieqa l-aktar komuni rrappurtati huma d-dardir u l-uġigħ ta’ ras, li jseħħu f’madwar 11% u 6% tal-pazjenti, rispettivament.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

L-effetti mhux mixtieqa msemmija fit-tabella, jikkombinaw l-effetti mhux mixtieqa f’sitt provi kliniċi prospettivi (N=481) u effetti mhux mixtieqa li ġew irrappurtati lil Genzyme wara li ngħatat il-liċenzja ta’ Thyrogen.

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skont is-serjetà tagħhom. Ir-rata ta’ rappurtaġġ hi kklassifikata bħala komuni ħafna (1/10), komuni (1/100 sa <1/10), mhux komuni (1/1,000 sa <1/100), rari (1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafnae (<1/10,000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Mhux magħruf

klassifika tal-

Ħafna

 

 

 

organi MedDRA

 

 

 

 

Infezzjonijiet u

 

 

influwenza

 

infestazzjonijiet

 

 

 

 

Neoplażmi

 

 

 

nefħa tan-

beninni, malinni u

 

 

 

neoplażma, uġigħ

dawk mhux

 

 

 

metastatiku

speċifikati (inklużi

 

 

 

 

ċesti u polipi)

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

Sturdament, uġigħ ta’

ageusia,disgeusia

puplesija, tregħid

sistema nervuża

 

ras

, parestiżja

 

Disturbi fil-qalb

 

 

 

palpitazzjonijiet

Disturbi vaskulari

 

 

 

wiċċ ruxxan

Disturbi

 

 

 

dispnea

respiratorji,

 

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

Disturbi gastro-

dardir

rimettar

dijarea

 

intestinali

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u

 

 

urtikarja, raxx

ħakk, iperidrożi

fit-tessuti ta’ taħt

 

 

 

 

il-ġilda

 

 

 

 

Disturbi muskolu-

 

 

uġigħ fl-għonq,

artralġja, mijalġja

skeletriċi u tat-

 

 

uġigħ fid-dahar

 

tessuti konnettivi

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u

 

għeja, asthenia

mard simili għall-

skonfort, uġigħ,

kondizzjonijiet ta’

 

 

influwenza, deni,

ħakk, raxx u

mnejn jingħata

 

 

tertir, tħoss is-

urtikarja fis-sit tal-

 

 

 

sħana

injezzjoni

Investigazzjonijiet

 

 

 

Tnaqqis fit-TSH

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Każijiet rari ħafna ta’ ipertirojdiżmu jew fibrillazzjoni atrijali ġew osservati meta Thyrogen 0.9mg ngħata f’pazjenti li għandhom preżenza ta’ glandola tat-tirojde parzjali jew sħiħa.

Manifestazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva ġew irrappurtati mhux daqshekk ta’ spiss f’ambjenti kemm kliniċi u ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Dawn ir-reazzjonijiet jikkonsistu f’urtikarja, raxx, ħakk, fawra u sinjali u sintomi respiratorji.

Fi provi kliniċi li kienu jinvolvu 481 pazjent, l-ebda pazjent ma żviluppa antikorpi għal thyrotropin alfa wara użu wieħed jew użu ripetut limitat (27 pazjent) tal-prodott. Mhux irrakkomandat li tagħmel testijiet għat-TSH (assays) wara l-għoti ta’ Thyrogen. Il-preżenza ta’ antikorpi li jistgħu

jinterferixxu mal-assays- għal TSH endoġenu magħmula waqt il-visti ta’ rutina, ma tistax tiġi eskluża.

Jista’ jkun hemm tkabbir tal-frak tat-tessut tat-tirojde jew metastasi wara kura b’Thyrogen. Dan jista’ jwassal għal sintomi akuti, li jiddependu fuq is-sit anatomiku tat-tessut. Pereżempju, emipleġja, emiparesi jew telf tal-vista seħħew f’pazjenti b’metastasi tas-SNĊ. Edema larinġeali, problemi respiratorji li jeħtieġu trakeotomija, u wġigħ fis-sit tal-metastasi ġew irrappurtati wkoll wara li ngħata Thyrogen. Hu rrakkomandat li kura minn qabel b’kortikosterojdi tiġi kkunsidrata f’pazjenti fejn it- tkabbir lokali tat-tumur jista’ jikkomprometti strutturi anatomiċi vitali.

Każijiet rari ħafna ta’ aċċessjoni ġew irrappurtati minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq minn madwar id-dinja f’pazjenti nisa. Ir-relazzjoni mal-għoti ta’ Thyrogen mhijiex magħrufa.

Rapportar ta’ effetti sekondarji suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali elenkata f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Informazzjoni dwar espożizzjoni ogħla mid-doża rrakkomandata hi limitata għal studji kliniċi u programm ta’ kura speċjali. Tliet pazjenti fi provi kliniċi, u pazjent wieħed fi programm ta’ kura speċjali kellhom sintomi wara li rċivew Thyrogen f’dożi akbar minn dawk irrakkomandati. Żewġ pazjenti kellhom id-dardir wara doża IM ta’ 2.7 mg , u f’wieħed minn dawn il-pazjenti, kien hemm ukoll debbulizza, sturdamenti u wġigħ ta’ ras. It-tielet pazjent kellu dardir, rimettar u fwawar wara doża IM ta’ 3.6 mg. Fil-programm ta’ kura speċjali, pazjent ta’ 77 sena b’kanċer metastatiku tat- tirojde li ma kellux tirojdektomija, irċieva 4 dożi ta’ Thyrogen 0.9 mg fuq sitt ijiem, żviluppa fibrillazzjoni atrijali, dikompensazzjoni kardijaka u infart mijokardjali terminali jumejn wara.

Pazjent addizzjonali rreġistrat fi prova klinika kellu sintomi wara li rċieva Thyrogen minn ġol-vina. Dan il-pazjent irċieva 0.3 mg ta’ Thyrogen bħala doża bolus waħda ġol-vina (IV) u, 15-il minuta wara kellu dardir qawwi, rimettar, dijaforesi, pressjoni baxxa u takikardja.

It-tip ta’ kura li tista’ tkun meqjusa f’każ ta’ doża eċċessiva tinkludi li terġa’ ġġib il-bilanċ tal-fluwidi mill-ġdid u l-għoti ta’ mediċina kontra d-dardir tista’ jiġi kkunsidrat ukoll.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Ormoni u Analogi tal-Lobu Pitwitarju u tal-Ipotalamu, Ormoni u Analogi tal-Lobu Pitwitarju Anerjuri. Kodiċi ATC għal thyrotropin alfa: H01AB01

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Thyrotropin alfa (ormon rikombinanti li jistimula t-tirojde umana) hi glikoproteina eterodimerika magħmula permezz tat-teknoloġija tad-DNA rikombinanti. Tikkonsisti minn żewġ sottunitajiet li huma marbuta b’rabta li mhix kovalenti. L-encode cDNAs għal sottunità alfa ta’ 92 residwu ta’ amino acid li fihom żewġ N-linked glycosylation sites, u sottunità beta ta’ 118-il residwu li fih N-linked glycosylation site wieħed. Għandha karatteristiċi bijokimiċi li jikkomparaw mal-Ormon uman li Jistimula t-Tirojde (TSH). It-twaħħil ta’ thyrotropin alfa ma’ riċetturi ta’ TSH fuq iċ-ċelluli epiteljali tat-tirojde jistimula l-assorbiment tal-jodju u l-organifikazzjoni, u s-sintesi u l-ħruġ ta’ thyroglobulin, triiodothyronine (T3) u thyroxin (T4).

Fil-każ ta’ pazjenti li għandhom kanċer tat-tirojde differenzjat tajjeb, issir tirojdektomija kważi totali jew totali. Għall-aħjar dijanjosi ta’ fdal tat-tirojde jew kanċer permezz ta’ immaġini bil-jodju radjuattiv jew ittestjar ta’ thyroglobulin u għal terapija ta’ jodju radjuattiv ta’ fdalijiet tat-tirojde, livell għoli ta’ TSH fis-serum hu meħtieġ biex jistimula it-teħid tal-jodju radjuattiv u/jew il-ħruġ ta’ thyroidglobulin. Il-proċedura standard sabiex jintlaħqu livelli għolja ta’ TSH kienet li pazjenti jitneħħew minn fuq terapija ta’ trażżin tal-ormon tat-tirojde (THST), li ġeneralment tikkaġuna li l- pazjenti jkollhom sinjali u sintomi ta’ ipotirojdiżmu. Bl-użu ta’ Thyrogen, l-istimulazzjoni ta’ TSH meħtieġa għat-teħid ta’ jodju radjuattiv u l-ħruġ ta’ thyroglobulin tinkiseb waqt li pazjenti jinżammu b’funzjoni normali tat-tirojde fuq it-THST, u b’hekk tiġi evitata morbidità assoċjata b’ipotirojdiżmu.

Effikaċja klinika u sigurtà

Użu dijanjostiku

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Thyrogen għall-użu b’immaġini ta’ jodju radjuattiv flimkien ma’ testijiet ta’ thyroglobulin fis-serum għad-dijanjosi tal-fdal tat-tirojde u l-kanċer intwerew f’żewġ studji. F’wieħed minn dawn l-istudji, żewġ korsijiet ta’ doża ġew eżaminati: 0.9 mg mogħtija ġol-muskolu kull 24 siegħa għal żewġ dożi (0.9 mg x 2) u 0.9 mg ġol-muskolu kull 72 siegħa għal tliet dożi (0.9 mg x 3). Iż-żewġ korsijiet tad-doża kienu effettivi u ma kinux statistikament differenti mit-twaqqif tal-ormoni tat-tirojde fl-istimulazzjoni tat-teħid tal-jodju radjuattiv għall-immaġini dijajostika. Iż-żewġ korsijiet tad-dożi tejbu s-sensittività, il-preċizjoni u l-valur negattiv imbassar ta’ thyroglobulin waħdu li hu stimulat minn Thyrogen jew flimkien ma’ immaġini ta’ jodju radjuattiv meta mqabbel mat-testijiet li saru fuq il-pazjenti meta baqgħu jieħdu l-ormoni tat-tirojde.

Fi provi kliniċi, għall-intraċċar f’pazjenti ta’ fdal tat-tirojde jew kanċer asportati permezz ta’ analiżi ta’ thyroglobulin b’livell ta’ intraċċar ta’ taħt 0.5 ng/ml, livelli ta’ 3 ng/ml, 2 ng/ml u 1ng/ml ta’ thyroglobulin stimulat minn Thyrogen kienu jikkorrispondu ma’ livelli ta’ thyroglobulin wara l- waqfien tal-ormon ta’ 10 ng/ml, 5 ng/ml u 2 ng/ml rispettivament. F’dawn l-istudji, instab li l-użu tal- ittestjar ta’ thyroglobulin fuq Thyrogen kien aktar sensittiv mill-ittestjar ta’ thyroglobulin fuq TSHT.

Speċifikament, fi studju ta’ Fażi III li kien jinvolvi 164 pazjent, ir-rata ta’ intraċċar b’tessuti ta’ oriġini tat-tirojde wara test ta’ thyroglobulin ta’ Thyrogen kellha medda ta’ 73-87%, filwaqt, li permezz tal- użu ta’ thyroglobulin fuq it-TSHT kienet ta’ bejn 42-62% għall-istess valuri cut-off u standards ta’ riferenza komparabbli.

Il-marda metastastika kienet ikkonfermata permezz ta’ skan li sar wara l-kura jew permezz ta’ bijopsija tal-glandola limfatika f’35 pazjent. Il-livelli ta’ thyroglobulin stimulati minn Thyrogen kienu ogħla minn 2 ng/ml fil-35 pazjent kollha, filwaqt, li thyroglobulin fuq it-THST kien ogħla minn 2 ng/ml f’79 % ta’ dawn il-pazjenti.

Stimulazzjoni qabel it-terapija

Fi studju komparattiv li kien jinvolvi 60 pazjent li jistgħu jiġu evalwati, ir-rati ta’ asportazzjoni li rnexxew ta’ fdalijiet tat-tirojde b’100 mCi/3.7 GBq (± 10%) ta’ jodju radjuattiv f’pazjenti li kellhom tirojdektomija b’kanċer tat-tirojde, kienu paragunabbli għal pazjenti kkurati wara l-waqfien tal-ormon tat-tirojde meta mqabbla ma pazjenti kkurati wara l-għoti ta’ Thyrogen. Il-pazjenti studjati kienu adulti (> 18-il sena) b’karċinoma papillari jew follikulari tat-tirojde differenzjata u ddijanjostikata riċentement, li tinkludi varjant papillari-follikulari, ikkaratterizzat, prinċipalment (54 minn 60), bħala

Ti-T2, N0-N1, M0 (klassifikazzjoni TNM). Is-suċċess ta’ asportazzjoni tal-fdal kien evalwat b’immaġini ta’ jodju radjuattiv u b’testijiet ta’ thyroglobulin fis-serum, 8 ± 1 xhur wara l-kura. It-28 pazjent (100%) ilkoll ikkurati wara l-waqfien ta’ THST u t-32 pazjent (100%) ilkoll ikkurati wara l- għoti ta’ Thyrogen, kellhom jew l-ebda teħid viżibbli ta’ jodju radjoattiv fit-thyroid bed jew, jekk viżibbli, it-teħid fit-thyroid bed kien <0.1% tal-attività mogħtija ta’ jodju radjoattiv. Is-suċċess tal- asportazzjoni tal-fdal tat-tirojde kien evalwat ukoll bil-kriterju tal-livell ta’ < 2 ng/ml ta’ Tg fis-serum stimulat minn Thyrogen tmien xhur wara l-asportazzjoni, imma għal pazjenti li kienu negattivi għall- antikorpi anti-Tg li jinterferixxu biss. Bl-użu ta’ dan il-kriterju ta’ Tg, 18/21 pazjent (86%) u 23/24 pazjent (96%) kellhom asportazzjoni tal-fdal tat-tirojde li rnexxiet fil-grupp ta’ waqfien ta’ THST u fil-grupp ta’ kura ta’ Thyrogen rispettivament.

Il-kwalità tal-ħajja tbaxxiet b’mod sinifikanti wara li twaqqfu l-ormoni tat-tirojde, imma nżammet wara li ngħata xi wieħed mill-korsijiet tad-dożaġġ ta’ Thyrogen fiż-żewġ indikazzjonijiet.

Sar studju follow-up fuq pazjenti li kienu lestew l-istudju inizjali, u dejta fuq 51 pazjent hi disponibbli. L-għan prinċipali tal-istudju follow-up kien li jikkonferma l-istat ta’ tneħħija ta’ fdal ta’ tirojde bl-użu ta’ immaġini tal-għonq statiku permezz ta’ jodju radjuattiv stimulat b’Thyrogen wara follow-up medjan ta’ 3.7 snin (firxa minn 3.4 sa 4.4 snin) wara t-tneħħija b’jodju radjuattiv. Saru wkoll testijiet għal thyroglobulin stimulat b’Thyrogen.

Baqa’ jiġi kkunsidrat li l-fdal tneħħa b’suċċess minn fuq il-pazjenti jekk ma kien osservat l-ebda teħid viżibbli mit-thyroid bed fuq l-iskan, jew jekk viżibbli, it-teħid kien inqas minn 0.1%. Il-pazjenti kollha li kienu kkunsidrati li tneħħewlhom il-fdalijiet fl-istudju inizjali, kienu kkonfermati li l-fdal tagħhom tneħħa fl-istudju sussegwenti. Barra minn hekk, l-ebda pazjent ma kellu rikorrenza definittiva matul it-3.7 snin ta’ follow-up. Globalment, 48/51 pazjent (94%) ma kellhom l-ebda evidenza ta’ rikorrenza ta’ kanċer, pazjent wieħed kellu rikorrenza possibbli ta’ kanċer (għalkemm ma kienx ċar jekk dan il-pazjent kellux rikorrenza vera jew tumur persistenti mill-marda reġjonali nnutata fil-bidu tal-istudju oriġinali), u 2 pazjenti ma setgħux jiġu evalwati.

Fil-qosor, f’dan l-istudju pivotali u l-istudju ta’ follow-up tiegħu, Thyrogen ma kienx inferjuri għall- waqfien tal-ormon tat-tirojde għal żieda fil-livelli ta’ TSH għal stimulazzjoni terapewtika ta’ qabel flimkien ma’ jodju radjuattiv fit-tneħħija ta’ fdal tat-tirojde wara intervent kirurġiku.

Żewġ studji prospettivi kbar li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, l-istudju HiLo (Mallick) u l-istudju ESTIMABL (Schlumberger) ipparagunaw metodi ta’ tneħħija ta’ fdal tat-tirojde f’pazjenti li kellhom kanċer tat-tirojde li hu differenzjat sewwa u li kellhom tirojdektomija. Fiż-żewġ studji, il- pazjenti ntgħażlu b’mod każwali għal 1 minn 4 gruppi ta’ kura: Thyrogen + 30 mCi 131-I, Thyrogen + 100 mCi 131-I, waqfien tal-ormon tat-tirojde + 30 mCi 131-I, jew waqfien tal-ormon tat-tirojde + 100 mCi 131-I, u l-pazjenti ġew evalwati madwar 8 xhur wara. L-istudju HiLo għażel b’mod każwali 438 pazjent (stadji tat-tumur T1-T3, Nx, N0 u N1, M0) f’29 ċentru. Kif evalwat minn immaġni bil-jodju radjuattiv u livelli tat-Tg stimulati (n = 421), ir-rati ta’ suċċess tat-tneħħija kienu madwar 86% fl- erba’ gruppi. Kull intervall ta’ kunfidenza ta’ 95% għad-differenzi kien fil-qasam ta’ ± 10 punti perċentwali, li jindika b’mod partikulari in-nuqqas ta’ inferjorità tad-doża baxxa meta mqabbla mad- doża għolja ta’ jodju radjuattiv. Analiżi ta’ pazjenti T3 u N1 urew li dawn is-sottogruppi kellhom rati tajbin ta’ tneħħija li rnexxiet daqs pazjenti li kienu f’riskju iktar baxx. L-istudju ESTIMABL għażel b’mod każwali 752 pazjent b-kanċer tat-tirojde ta’ riskju baxx (stadji tat-tumur pT1 < 1 ċm u N1 jew Nx, pT1 >1-2 ċm u kwalunkwe stadju N, jew pT2 N0, il-pazjenti kollha M0) f’24 ċentru. Ibbażat fuq

684 pazjent li setgħu jiġu evalwati, ir-rata globali ta’ tneħħija li rnexxiet evalwata permezz ta’ ultrasounds tal-għonq u livelli tat-Tg stimulati kienet ta’ 92%, mingħajr l-ebda differenza statistikament sinifikanti fost l-erba’ gruppi. Meta wieħed jikkunsidra l-mod ta’ kif ġew magħmula

kull wieħed minn dawn iż-żewġ studji, wieħed irid jinnota li għadu mhuwiex disponibbli tagħrif dwar l-użu fit-tul (iktar minn madwar 9 xhur) fir-rigward tal-użu ta’ doża aktar baxxa ta’ jodju radjuattiv.

Fil-qosor, dawn l-istudji jissuġġerixxu li doża baxxa ta’ jodju radjuattiv flimkien ma’ thyrotropin alpha hi kura effettiva (b’esponiment imnaqqas għar-radjazzjoni) u Thyrogen ma kienx inferjuri għall- waqfien tal-ormon tat-tirojde għal stimulazzjoni terapewtika ta’ qabel flimkien ma’ jodju radjuattiv fit-tneħħija ta’ fdal tat-tirojde wara intervent kirurġiku.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetika ta’ Thyrogen kienet studjata f’pazjenti li kellhom kanċer tat-tirojde li kien differenzjat sewwa wara injezzjoni ġol-muskoli waħda ta’ 0.9 mg. Wara l-injezzjoni, l-ogħla livell medju (Cmax) li ntlaħaq kien ta’ 116 ± 38 mU/l u seħħ bejn wieħed u ieħor 13 ± 8 sigħat wara li ngħata. Il-half life ta’ eliminazzjoni kienet ta’ 22 ± 9 sigħat. Il-passaġġ prinċipali tal-eliminazzjoni ta’ thyrotropin alfa hu maħsub li hu mill-kliewi u fuq livell aktar baxx, mill-fwied.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif li mhux kliniku hu limitat, iżda jidher li m’hemm l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin bl-użu ta’ Thyrogen.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol

Sodium phosphate monobasic, monohydrate

Sodium phosphate dibasic, heptahydrate

Sodium chloride

6.2Inkompatibbilitajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn fl-istess injezzjoni.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjetti mhux miftuħa

3 snin.

Żmien kemm idum tajjeb wara r-rikostituzzjoni

Hu rrakkomandat li s-soluzzjoni ta’ Thyrogen tkun injettata fi żmien tliet sigħat.

Is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħazen sa 24 siegħa fi friġġ (2°C - 8°C) imħarsa mid-dawl, waqt li tkun evitata kontaminazzjoni mikrobjali.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjetti ta’ 5 ml fi ħġieġ ċar ta’ Tip 1. L-għatu jikkonsisti minn tapp ta’ butyl silikonizzat u għandu għatu li ma tistax tbagħbsu u li jinfetaħ b’daqqa ta’ saba’. Kull kunjett fih 1.1 mg ta’ thyrotropin alfa. Wara r-rikostituzzjoni b’1.2 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet, 1.0 ml ta’ soluzzjoni (ugwali għal 0.9 mg Thyrogen) tinġibed u tingħata lill-pazjent.

Biex jipprovdi volum biżżejjed ħalli jkun jista’ jingħata l-ammont eżatt, kull kunjett ta’ Thyrogen ikun fih ammont żejjed ta’ 0.2 ml.

Daqs tal-pakkett: kunjett wieħed jew żewġ kunjetti f’kull kartuna.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

It-trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni irid ikun rikostitwit bl-ilma għall-injezzjonijiet. Hemm bżonn kunjett wieħed biss ta’ Thyrogen għal kull injezzjoni. Kull kunjett ta’ thyrogen għandu jintuża darba biss.

Użu ta’ teknika asettika

Żid 1.2 ml ta’ ilma għall-injezzjoni fil-kunjett bit-trab ta’ Thyrogen. Dawwar bil-mod il-kontenut tal- kunjett sakemm il-materjal jinħall kollu. Tħawwadx is-soluzzjoni bis-saħħa. Meta t-trab jinħall, il- volum totali fil-kunjett ikun ta’ 1.2 ml. Il-pH tas-soluzzjoni ta’ Thyrogen hu ta’ madwar 7.0.

Emaina viżwalment is-soluzzjoni ta’ Thyrogen fil-kunjett biex tara jekk hemmx xi frak jew telf ta’ kulur. Is-soluzzjoni ta’ Thyrogen għandha tkun soluzzjoni ċara u bla kulur. Tużax kunjetti li jkun fihom frak, soluzzjoni mċajpra jew li tilfu l-kulur.

Iġbed 1.0 ml ta’ soluzzjoni ta’ Thyrogen mill-kunjett tal-prodott. Dan hu ekwivalenti għal 0.9 mg ta’ thyrotropin alfa li jkun ser jiġi injettat.

Thyrogen ma fihx preservattivi. Armi kull soluzzjoni li ma ġietx użata immedjatament. M’hemmx

ħtigijiet speċjali għar-rimi.

Is-soluzzjoni ta’ Thyrogen għandha tkun injettata fi żmien tliet sigħat, imma s-soluzzjoni ta’ Thyrogen tibqa’ kimikament stabbli għal sa 24 siegħa, jekk tinżamm fil-friġg (bejn 2°C - 8°C). Hu importanti li tkun taf li s-sigurtà mikrobijoloġika tiddependi fuq il-kundizzjonijiet asettiċi matul il-preparazzjoni tas-soluzzjoni.

7.ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Genzyme Europe B.V., Gooimeer 10, 1411 DD Naarden, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/99/122/001

EU/1/99/122/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 9 ta’ Marzu 2000

Data tal-aħħar tiġdid: 9 ta’ Marzu 2010

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati