Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Tivicay (dolutegravir) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AX12

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTivicay
Kodiċi ATCJ05AX12
Sustanzadolutegravir
ManifatturViiV Healthcare

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Tivicay 10 mg pilloli miksijin b’rita

Tivicay 25 mg pilloli miksijin b’rita

Tivicay 50 mg pilloli miksijin b’rita

dolutegravir

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Tivicay u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tivicay

3.Kif għandek tieħu Tivicay

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Tivicay

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Tivicay u għalxiex jintuża

Tivicay fih is-sustanza attiva dolutegravir. Dolutegravir jappartjeni għal grupp ta’ mediċini antiretrovirali msejħa inibituri ta’ integrase (INIs).

Tivicay jintuża għall-kura ta’ infezzjoni bl-HIV (virus tal-immunodefiċjenza tal-bniedem) f’persuni adulti u tfal ta’aktar minn 6 snin, li jiżnu mill-anqas 15-il kg.

Tivicay ma jfejjaqx infezzjoni tal-HIV; huwa jnaqqas l-ammont tal-virus fil-ġisem tiegħek, u jżommu f’livell baxx. B’riżultat ta’ dan, huwa jżid ukoll l-għadd taċ-ċelloli CD4 fid-demm tiegħek. Iċ-ċelloli CD4 huma tip ta’ ċelloli bojod tad-demm li huma importanti biex jgħinu lill- ġisem tiegħek jiġġieled l-infezzjonijiet.

Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Tivicay bl-istess mod. It-tabib tiegħek se jimmonitorja l- effikaċja tal-kura tiegħek.

Tivicay jintuża dejjem f’kombinazzjoni ma’ mediċini antiretrovirali oħra (terapija kombinata). Biex tikkontrolla l-infezzjoni tiegħek tal-HIV, u biex twaqqaf il-marda tiegħek milli tmur għall-

agħar, inti trid tibqa’ tieħu l-mediċini tiegħek kollha, sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tieqaf tieħu xi waħda minnhom.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tivicay

Tiħux Tivicay:

jekk inti allerġiku għal dolutegravir jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

jekk qed tieħu mediċina oħra msejħa dofetilide (għall-kura ta’ kundizzjonijiet tal-qalb).

Jekk taħseb li xi waħda minn dawn tapplika għalik, għid lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Oqgħod attent għal xi sintomi importanti

Xi persuni li jkunu qegħdin jieħdu mediċini għall-infezzjoni tal-HIV jiżviluppaw kundizzjonijiet oħra, li jistgħu jkunu serji. Dawn jinkludu:

sintomi ta’ infezzjonijiet u infjammazzjoni

uġigħ fil-ġogi, ebusija u problemi fl-għadam

Għandek tkun taf dwar sinjali u sintomi importanti li trid toqgħod attent għalihom waqt li tkun qed tieħu Tivicay.

Aqra l-informazzjoni ‘Effetti sekondarji possibbli oħra’ f’Sezzjoni 4 ta’ dan il- fuljett.

Ipproteġi persuni oħra

L-infezzjoni tal-HIV tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li jkollu l-infezzjoni, jew bit-trasferiment ta’ demm infettat (pereżempju, billi tużaw l-istess labar tal-injezzjoni). Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra.

Tfal

Din il-mediċina m’għandhiex tingħata lil tfal ta’ taħt is-6 snin, li jiżnu anqas minn 15-il kg jew b’infezzjoni tal-HIV reżistenti għal mediċini simili għal Tivicay. L-użu ta’ Tivicay fit-tfal ta’ taħt is-6 snin jew li jiżnu anqas minn 15-il kg għadu ma ġiex studjat.

Mediċini oħra u Tivicay

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tiħux Tivicay mal-mediċina li ġejja:

dofetilide, użata għall-kura ta’ kundizzjonijiet tal-qalb

Xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-mod kif jaħdem Tivicay, jew jagħmluha iżjed probabbli li jkollok effetti sekondarji. Tivicay jista’ jaffettwa wkoll il-mod kif jaħdmu xi mediċini oħra.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda mill-mediċini fil-lista li ġejja:

metformin, għall-kura tad-dijabete

mediċini msejħa antaċidi, għall-kura tal-indiġestjoni u l-ħruq ta’ stonku. Tiħux antaċidu matul is-6 sigħat qabel ma tieħu Tivicay, jew għal mill-anqas sagħtejn wara li tieħdu. (Ara wkoll Sezzjoni 3).

supplimenti tal-kalċju, supplimenti tal-ħadid u multivitamini. Tiħux suppliment tal- kalċju, suppliment tal-ħadid jew multivitamina matul is-6 sigħat qabel ma tieħu Tivicay, jew għal mill-anqas sagħtejn wara li tieħdu (ara wkoll Sezzjoni 3).

etravirine, efavirenz, fosamprenavir/ritonavir, nevirapine jew tipranavir/ritonavir, għall- kura ta’ infezzjoni tal-HIV

rifampicin, għall-kura tat-tuberkulożi (TB) u infezzjonijiet batteriċi oħra

phenytoin u phenobarbital, għall-kura tal-epilessija

oxcarbazepine u carbamazepine, għall-kura tal-epilessija jew disturb bipolari

St. John’s wort

(Hypericum perforatum), rimedju mill-ħxejjex għall-kura tad- dipressjoni

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda minn dawn il- mediċini. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jaġġustalek id-doża jew li għandek bżonn kontrolli addizzjonali.

Tqala

Jekk inti tqila, jekk tinqabad tqila, jew jekk qed tippjana li jkollok tarbija:

Kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji u l-benefiċċji li tieħu Tivicay.

Treddigħ

Nisa li huma pożittivi għall-HIV m’għandhomx ireddgħu minħabba li l-infezzjoni tal-HIV tista’ tiġi mgħoddija lit-tarbija fil-ħalib tas-sider.

Mhuwiex magħruf jekk l-ingredjenti ta’ Tivicay jistgħux jgħaddu fil-ħalib tas-sider tiegħek.

Jekk qed tredda’, jew qed taħseb li tibda tredda’:

Kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Tivicay jista’ jistordik u jkollok effetti sekondarji oħra li jagħmluk inqas attent.

→ M’għandekx issuq jew tħaddem magni sakemm ma tkunx ċert li m’intix affettwat.

3.Kif gћandek tieћu Tivicay

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża tas-soltu hija pillola ta’ 50 mg darba kuljum; jekk qed tieħu certi medicini oħra (ara sezzjoni 2, aktar il-fuq f’dan il-fuljett), id-doża hija pillola ta’ 50 mg darbtejn kuljum; jew

Għall-kura ta’ HIV li jkun reżistenti għal mediċini oħra simili għal Tivicay, id-doża tas-soltu ta’ Tivicay hija pillola waħda ta’ 50 mg, darbtejn kuljum.

It-tabib tiegħek se jiddeċiedi dwar id-doża korretta ta’ Tivicay għalik.

Ibla’ l-pillola ma’ xi likwidu. Tivicay jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt. Meta Tivicay jittieħed darbtejn kuljum, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir li tieħdu mal-ikel.

Id-doża ta’ 50 mg għandha tittieħed bħala pillola waħda ta’ 50 mg. M’għandhiex tittieħed bħala ħames pilloli ta’ 10 mg.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Tfal u adolexxenti li jiżnu mill-anqas 40 kg jistgħu jieħdu d-doża adulta ta’ pillola waħda

(50 mg), darba kuljum. Tivicay m’għandux jintuża fi tfal u adolexxenti b’infezzjoni tal-HIV li tkun reżistenti għal mediċini oħra simili għal Tivicay.

Għal tfal ta’ bejn 6 u12-il sena, it-tabib tiegħek se jiddeċiedi dwar id-doża korretta ta’ Tivicay, skont il-piż tal-wild tiegħek.

Mediċini antiaċidi

L-antaċidi, għall-kura tal-indiġestjoni u l-ħruq ta’ stonku, jistgħu jwaqqfu lil Tivicay milli jiġi assorbit fil-ġisem tiegħek u jagħmluh inqas effettiv.

Tiħux antaċidu matul is-6 sigħat qabel ma tieħu Tivicay, jew għal mill-anqas sagħtejn wara li tieħdu. Mediċini oħra li jbaxxu l-aċidu bħal ranitidine u omeprazole jistgħu jittieħdu fl-istess ħin ma’ Tivicay.

→ Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar parir dwar it-teħid ta’ mediċini li jbaxxu l-aċidu ma’

Tivicay.

Supplimenti tal-kalċju, supplimenti tal-ħadid jew multivitamini

Is-supplimenti tal-kalċju, is-supplimenti tal-ħadid jew il-multivitamini jistgħu jwaqqfu lil Tivicay milli jiġi assorbit fil-ġisem tiegħek u jagħmluh inqas effettiv.

Tiħux suppliment tal-kalċju jew tal-ħadid matul is-6 sigħat qabel ma tieħu Tivicay, jew għal mill- anqas sagħtejn wara li tieħdu.

→ Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar parir dwar it-teħid ta’ supplimenti tal-kalċju, supplimenti tal-ħadid jew multivitamini ma’ Tivicay.

Jekk tieħu Tivicay aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar pilloli ta’ Tivicay milli suppost, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir. Jekk ikun possibbli, urihom il-pakkett ta’ Tivicay.

Jekk tinsa tieħu Tivicay

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Iżda jekk id-doża li jmissek tkun fi żmien 4 sigħat, aqbeż id-doża li nsejt tieħu u ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu. Imbagħad kompli l-kura tiegħek bħal qabel.

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Tieqafx tieħu Tivicay mingħajr parir mit-tabib tiegħek

Ħu Tivicay għal kemm jirrakkomanda t-tabib tiegħek. Tiqafx sakemm it-tabib tiegħek ma jagħtikx parir biex tagħmel dan.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Meta tkun qed tiġi kkurat għall-HIV, jista’ jkun diffiċli tgħid jekk sintomu jkunx effett sekondarju ta’ Tivicay jew ta’ xi mediċini oħra li tkun qed tieħu, jew effett tal-marda tal-HIV innifisha. Għalhekk huwa importanti ħafna li tkellem lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe bidla f’saħħtek.

Reazzjonijiet allerġiċi

Dawn mhumiex komuni f’persuni li jkunu qegħdin jieħdu Tivicay. Is-sinjali jinkludu:

raxx fil-ġilda

temperatura għolja (deni)

nuqqas ta’ enerġija (għeja)

nefħa, xi drabi fil-wiċċ jew fil-ħalq (anġjoedema), li tikkawża diffikultà fit-teħid tan-nifs

uġigħ fil-muskoli jew fil-ġogi.

Ara tabib mill-ewwel. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jagħmillek testijiet tal-fwied, tal- kliewi jew tad-demm, u jista’ jgħidlek biex tieqaf tieħu Tivicay.

Effetti sekondarji komuni ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10:

uġigħ ta’ ras

dijarea

tħossok imdardar (nawsja).

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10:

raxx

ħakk (pruritus)

tkun imdardar (rimettar)

uġigħ fl-istonku (uġigħ addominali)

skumdità fl-istonku (addominali)

nuqqas ta’ rqad

sturdament

ħolm abnormali

depressjoni (dwejjaq kbar u sens ta’ nuqqas ta’ valur)

nuqqas ta’ enerġija (għeja)

riħ (gass fl-istonku)

żieda fil-livell tal-enzimi tal-fwied

żieda fil-livell tal-enzimi prodotti fil-muskoli (creatine phosphokinase).

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100:

infjammazzjoni tal-fwied (epatite)

ħsibijiet u mġiba suwiċidali (speċjalment f’pazjenti li kellhom depressjoni jew problemi ta’ saħħa mentali qabel)

Jekk ikollok xi effett sekondarju

Kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Effetti sekondarji possibbli oħra

Persuni li jkunu qegħdin jieħdu terapija kombinata għall-HIV jista’ jkollhom effetti sekondarji oħra.

Sintomi ta’ infezzjoni u infjammazzjoni

Persuni b’infezzjoni avanzata tal-HIV (AIDS) għandhom sistemi immuni dgħajfa, u huma aktar probabbli li jiżviluppaw infezzjonijiet serji (infezzjonijiet opportunistiċi). Infezzjonijiet bħal dawn setgħu kienu “siekta” u ma ntgħarfux mis-sistema immuni dgħajfa qabel ma nbdiet il-kura. Wara li tinbeda l-kura, is-sistema immuni ssir aktar b’saħħitha, u tista’ tattakka l-infezzjonijiet, li jista’ jikkawża sintomi ta’ infezzjoni jew infjammazzjoni. Is-sintomi ġeneralment jinkludu deni, u xi wħud minn dawn li ġejjin:

uġigħ ta’ ras

uġigħ fl-istonku

diffikultà biex tieħu n-nifs

F’każijiet rari, hekk kif is-sistema immuni ssir aktar b’saħħitha, hija tista’ tattakka wkoll tessuti tal-ġisem b’saħħithom (disturbi awtoimmuni). Is-sintomi ta’ disturbi awtoimmuni jistgħu jiżviluppaw bosta xhur wara li tibda l-mediċina għall-kura tal-infezzjoni tiegħek tal-HIV. Is- sintomi jistgħu jinkludu:

palpitazzjonijiet (taħbita tal-qalb mgħaġġla jew irregolari) jew rogħda

attività eċċessiva (irrekwitezza u moviment eċċessivi)

dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u titla’ ’l fuq lejn it-tronk tal-ġisem.

Jekk ikollok xi sintomi ta’ infezzjoni u infjammazzjoni jew jekk tinnota xi wieħed mis-sintomi ta’ hawn fuq:

Għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel. Tiħux mediċini oħra għall-infezzjoni mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Uġigħ fil-ġogi, ebusija u problemi fl-għadam

Xi persuni li jkunu qegħdin jieħdu terapija kombinata għall-HIV jiżviluppaw kundizzjoni msejħa osteonekrożi. B’din il-kundizzjoni, partijiet mit-tessut tal-għadam imutu minħabba t-tnaqqis fil- provvista tad-demm lejn l-għadma. Persuni jistgħu jkunu aktar probabbli li taqbadhom din il- kundizzjoni:

jekk ikunu ilhom jieħdu terapija kombinata għal żmien twil

jekk ikunu qegħdin jieħdu wkoll mediċini antiinfjammatorji msejħa kortikosterojdi

jekk jixorbu l-alkoħol

jekk is-sistemi immuni tagħhom ikunu dgħajfin ħafna

jekk ikollhom piż eċċessiv.

Is-sinjali ta’ osteonekrożi jinkludu:

ebusija fil-ġogi

uġigħ fil-ġogi (speċjalment fil-ġenbejn, l-irkoppa jew l-ispalla)

diffikultà biex tiċċaqlaq.

Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi:

Għid lit-tabib tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Tivicay

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-flixkun wara JIS.

Tivicay 10 mg pilloli miksijin b’rita

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Żomm il-flixkun magħluq sewwa. Tneħħix id-dessikant. Din il-mediċina m’għandha bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-

ħażna.

Tivicay 25 mg u 50 mg pilloli miksijin b’rita

Din il-mediċina m’għandha bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Tivicay

-Is-sustanza attiva hi dolutegravir. Kull pillola fiha dolutegravir sodium ekwivalenti għal 10 mg, 25 mg jew 50 mg dolutegravir.

-Is-sustanzi l-oħra huma mannitol (E421), microcrystalline cellulose, povidone, sodium starch glycolate, sodium stearyl fumarate, polyvinyl alcohol-partially hydrolyzed, titanium dioxide (E171), macrogol, talc u għall-pilloli ta’ 25 mg u 50 mg, iron oxide yellow (E172).

Kif jidher Tivicay u l-kontenut tal-pakkett

Tivicay 10 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli bojod, tondi, bikonvessi u mmarkati bil-kodiċi ‘SV 572’ fuq naħa u ‘10’ fuq in-naħa l-oħra. Il-flixkun fih dessikant biex inaqqas l-umdità. Ladarba tiftaħ il-flixkun, żomm id-dessikant fil-flixkun, tneħħihx.

Tivicay 25 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli sofor ċari, tondi, bikonvessi u mmarkati bil- kodiċi ‘SV 572’ fuq naħa u ‘25’ fuq in-naħa l-oħra.

Tivicay 50 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli sofor, tondi, bikonvessi u mmarkati bil-kodiċi ‘SV 572’ fuq naħa u ‘50’ fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli miksijin b’rita jiġu fi fliexken li fihom 30 jew 90 pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu disponibbli fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

ViiV Healthcare UK Limited

980 Great West Road

Brentford, Middlesex

TW8 9GS

Ir-Renju Unit.

Manifattur

Glaxo Wellcome, S.A., Avda. Extremadura 3, 09400 Aranda De Duero, Burgos, Spanja Jew:

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals S.A., ul., Grunwaldzka 189, 60-322 Poznan, Il-Polonja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

ViiV Healthcare sprl/bvba

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 65 00

Tel: + 370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

България

Luxembourg/Luxemburg

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

ViiV Healthcare sprl/bvba

Teл.: + 359 2 953 10 34

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 65 00

Česká republika

Magyarország

GlaxoSmithKline, s.r.o.

GlaxoSmithKline Kft.

Tel: + 420 222 001 111

Tel.: + 36 1 225 5300

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Malta

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline (Malta) Limited

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 356 21 238131

dk-info@gsk.com

 

Deutschland

Nederland

ViiV Healthcare GmbH

ViiV Healthcare BV

Tel.: + 49 (0)89 203 0038-10

Tel: + 31 (0)30 6986060

viiv.med.info@viivhealthcare.com

contact-nl@viivhealthcare.com

Eesti

Norge

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline AS

Tel: + 372 6676 900

Tlf: + 47 22 70 20 00

estonia@gsk.com

firmapost@gsk.no

Ελλάδα

Österreich

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

GlaxoSmithKline Pharma GmbH

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Tel: + 43 (0)1 97075 0

 

at.info@gsk.com

España

Polska

Laboratorios ViiV Healthcare, S.L.

GSK Services Sp. z o.o.

Tel: + 34 902 051 260

Tel.: + 48 (0)22 576 9000

es-ci@viivhealthcare.com

 

France

Portugal

ViiV Healthcare SAS

VIIVHIV HEALTHCARE, UNIPESSOAL, LDA

Tél.: + 33 (0)1 39 17 69 69

Tel: + 351 21 094 08 01

Infomed@viivhealthcare.com

viiv.fi.pt@viivhealthcare.com

Hrvatska

România

GlaxoSmithKline d.o.o.

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tel: + 385 1 6051 999

Tel: + 4021 3028 208

Ireland

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 4955000

Tel: + 386 (0)1 280 25 00

 

medical.x.si@gsk.com

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o.

Sími: + 354 535 7000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

ViiV Healthcare S.r.l

GlaxoSmithKline Oy

Tel: + 39 (0)45 9212611

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

ViiV Healthcare UK Limited

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)800 221441

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {xahar SSSS}.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati