Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Tractocile (atosiban acetate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - G02CX01

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTractocile
Kodiċi ATCG02CX01
Sustanzaatosiban acetate
ManifatturFerring Pharmaceuticals A/S

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Tractocile 6.75 mg/0.9 ml soluzzjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett ta’ 0.9ml soluzzjoni fih 6.75mg atosiban (bħala acetate).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni)

Soluzzjoni trasparenti bla lewn u mingħajr frak.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Tractocile hu indikat biex jittardja ħlas imminenti qabel iż-żmien f'nisa adulti tqal b’:

kontrazzjonijiet regolari ta' l-utru twal mill-inqas 30 sekonda b'rata ta' 4 kull 30 minuta

fetħa ċervikali minn 1 sa 3 cm (0-3 nulliparas) u effacement ta' 50%

tqala minn 24 sa 33 ġimgħa magħluqa

rata tal-qalb tal-fetu normali

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Il-kura bi Tractocile għandha tinbeda u titkompla minn tabib bl-esperjenza fil-kura tal-ħlas qabel iż- żmien.

Tractocile jingħata fil-vina fi tliet stadji wara xulxin: doża tal-bidu f'daqqa (6.75 mg), b'soluzzjoni għall- injezzjoni ta' Tractocile 6.75 mg/0.9 ml, u eżatt wara infużjoni kontinwa ta' doża qawwija (infużjoni tal- bidu ta' 300 mikrogrammi/min) ta’ Tractocile 37.5 mg/ml konċentrat ta' soluzzjoni għall-infużjoni għal tliet sigħat, u wara doża inqas ta' Tractocile 37.5 mg/5 ml konċentrat ta' soluzzjoni għall-infużjoni (infużjoni ta' wara 100 mikrogrammi/min) sa 45 siegħa. Il-kura m'għandhiex iddum iktar minn 48 siegħa. Id-doża totali li tingħata waqt kors sħiħ ta' terapija bi Tractocile preferibbilment m'għandhiex tkun iktar minn 330.75 mg ta’atosiban.

It-terapija fil-vina bl-użu ta' l-injezzjoni f'daqqa tal-bidu għandha tinbeda kemm jista' jkun malajr wara d- djanjosi tal-ħlas qabel iż-żmien. Ladarba l-injezzjoni f'daqqa tkun saret, kompli bl-infużjoni (ara s- Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott ta' Tractocile 37.5 mg/5 ml, konċentrat għas-soluzzjoni għall- infużjoni). F'każ li l-kontrazzjonijiet ta' l-utru ma jiqfux waqt il-kura bi Tractocile, għandha titqies terapija alternattiva.

It-tabella li ġejja turi l-pożoloġija sħiħa ta' l-injezzjoni f'daqqa segwita b'infużjoni:

Pass

Kura

Rata ta' infużjoni

Doża ta' Atosiban

0.9 ml injezzjoni f'daqqa fil-

mhux applikabli

6.75 mg

 

vina mgħotija f’temp ta’ minuta

 

 

3 sigħat infużjoni tal-bidu fil-

24 ml/siegħa (300 µg/min)

54 mg

 

vina

 

 

Sa 45 siegħa infużjoni

8 ml/ siegħa (100 µg/min)

sa 270 mg

 

sussegwenti fil-vina

 

 

Kura ripetuta:

F'każ li jkun hemm bżonn kura ripetuta, din għandha tibda b'injezzjoni f'daqqa ta' 67.5 mg/0.9 ml soluzzjoni għall-injezzjoni ta' Tractocile, u wara infużjoni ta' konċentrat ta' soluzzjoni għall-infużjoni ta'

37.5 mg/5 ml ta' Tractocile.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied

M'hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal-kliewi. Indeboliment tal-kliewi x’aktarx mhux se jkun jeħtieġ aġġustament tad-doża, u dan għaliex ammont żgħir jitneħħa fl-awrina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’kawtela.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Tractocile f’nisa tqal li jkollhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal istruzzjonijiet fuq il-preparazzjoni tal-prodott mediċinali qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Tractocile m'għandux jintuża f'dawn il-kondizzjonijiet:

Tqala ta’ inqas minn 24 ġimgħa jew f’dik ta’ iktar minn 33 ġimgħa magħluqa

L-ilma jinfaqa' qabel iż-żmien > 30 ġimgħa tqala

Taħbit mhux normali tal-qalb tal-fetu

Emorraġija ta' l-utru qabel il-ħlas li tinħtieġ ħlas ma’ l-ewwel

Eklampsja u pre-eklampsja serja li teħtieġ il-ħlas

Mewt tal-fetu fil-ġuf

Suspett ta' infezzjoni fil-ġuf

Plaċenta praevia

Abruptio plaċenta

Xi kondizzjoni oħra ta' l-omm jew tal-fetu li minħabba fiha t-tkomplija tat-tqala tkun perikoluża

Sensitività eċċessiva għas-sustanza attiva jew jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Meta atosiban jintuża f’pazjenti li dwarhom ma jistax jiġi eskluż li l-ilma jinfaqa’ qabel iż-żmien, il- benefiċċji tad-dewmien fil-ħlas iridu jitkejlu mar-riskju potenzjali ta’ chorioamnionitis.

M'hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal- kliewi. Indeboliment renali aktarx mhux se jiggarantixxi aġġustament tad-doża, dan għaliex ammont żgħir ħafna ta’atosiban jiġi mneħħi fl-urina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’attenzjoni. (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Ftit hemm tagħrif kliniku dwar l-użu ta' atosiban fi tqala b'iktar minn fetu wieħed jew bi tqala ta' bejn l-24 u s-27 ġimgħa, minħabba li n-numru ta' pazjenti kkurati kien żgħir. Għalhekk il-benefiċċju ta’ atosiban f'dawn il-gruppi mhux ċar.

Għalkemm Tractocile tista’ tarġa’ tużah għall-kura, għad hemm ftit wisq tagħrif dwar l-effetti meta dan jintuża għal aktar minn darba sa tliet darbiet wara (ara sezzjoni 4.2, ).

F'każ ta' nuqqas fl-iżvilupp ġo l-utru, id-deċiżjoni jekk għandhiex titkompla jew terġa' tibda l-għotja ta' Tractocile tiddependi minn kif titqies il-maturita` tal-fetu.

Għandu jitqies il-monitoraġġ tal-kontrazzjonijiet ta' l-utru u tar-rata tal-qalb tal-fetu waqt li qed jingħata atosiban u f'każ ta’ kontrazzjonijiet persistenti ta' l-utru.

Billi atosiban jaħdem kontra oxytocin, teoretikament jista' jgħin ir-rilassament ta' l-utru u d-dmija wara l- ħlas, għalhekk għandu jsir monitoraġġ tad-dmija wara l-ħlas. Madankollu fi provi kliniċi ma ġewx osservati wara l-ħlas kontrazzjonijiet mhux adegwati ta' l-utru.

Tqala multipla u prodotti mediċinali b’attività tokolitika bħal imblokkaturi tal-kanal tal-calcium u betamimetiċi huma magħrufa li huma assoċjati ma’ riskju miżjud ta’ edema pulmonari. Għalhekk, atosiban għandu jintuża b’kawtela f’każ ta’ tqaliet multipli u/jew l-għoti fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali b’attività tokolitika (ara sezzjoni 4.8).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Mhux probabbli li atosiban hu involut f'interazzjonijiet bejn prodotti mediċinali permezz taċ-ċitokroma P450, billi investigazzjonijiet in vitro wrew li atosiban mhux substrat għas-sistema taċ-ċitokroma P450, u ma jwaqqafx l-enzimi taċ-ċitokroma P450 li jimmetabolizzaw prodotti mediċinali.

Saru studji ta’ interazzjoni ma’ labetalol u betamethasone f’voluntiera nisa b’saħħithom. Ma nstabet l- ebda interazzjoni klinika relevanti bejn atosiban u betamethasone jew labetalol.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Atosiban għandu jintuża biss meta twelid pre-matur jiġi dijanjożizzat bejn l-24 u t-33 ġimgħa magħluqa ta’ tqala. Jekk waqt it-tqala l-omm qed tredda tarbija oħra li kellha qabel, it-treddih ghandu jitwaqqaf waqt it-trattament bi Tractocile, dan għaliex ir-rilaxx ta oxytocin waqt it-treddih jista jzid il- kontrazzjonijiet tal-utru u jista jaħdem kontral-effett tat-terapija tokolitika.

Fil-provi kliniċi ta’ atosiban ma ġewx osservati effetti fuq it-treddigħ. Deher biss li ammonti żgħar ta' atosiban għaddew mill-plażma għall-ħalib ta' l-omm li qed tredda'.

Studji tossiċi fuq embrijo-fetali ma wrewx effetti tossiċi ta' atosiban.

Ma sar ebda studju dwar il-fertilità u l-iżvilupp bikri ta’ l-embriju (ara taqsima 5.3)

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Waqt provi kliniċi deher li seta’ kien hemm xi effetti mhux mixtieqa għall-omm waqt l-użu ta' atosiban. B’kollox 48% tal-pazjenti mogħtija atosiban kellhom effetti mhux mixtieqa waqt il-provi kliniċi.

Ir-reazzjonijiet mhux mixtieqa li ġew osservati b’mod ġenerali ma kienux severi. L-aktar effett mhux mixtieq li kien komuni fl-omm kien dardir (14%).

It-testijiet kliniċi ma wrew ebda effetti speċifiċi mhux mixtieqa ta' atosiban fit- tarbija li għadha kemm twieldet. Meta fit-trabi kien hemm reazzjonijiet avversi kienu fil-medda normali ta' varjazzjoni, u setgħu jitqabblu tajjeb mad-drabi li ġraw bl-użu tal-plaċebo u tal-grupp beta-mimetiku.

Il-freqwenza ta’reazzjonijiet mhux mixtieqa li qedin fil-lista li ġejja hawn taħt huma definiti billi tuża il- konvenzjoni li ġejja: Serji ħafna (≥1/10); Komuni (≥1/100 sa <1/10); Mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); Rari (≥1/10,000 to <1/1,000). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skond is-serjetà tagħhom, bl- aktar serji jitniżżlu l-ewwel:

Sistema tal-Klassifika

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

tal-organi fid-database

ħafna

 

komuni

 

MedDRA

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

 

Reazzjoni allerġika

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

 

Ipergliċemija

 

 

nutrizzjoni

 

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

 

Nuqqas ta’

 

 

 

 

rqad

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Uġiegħ ta’ ras,

 

 

 

 

Sturdament

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Takikardija

 

 

Disturbi vaskulari

 

Pressjoni

 

 

 

 

baxxa,

 

 

 

 

Fwawar

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Dardir

Rimettar

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

 

 

Ħakk, Raxx

 

ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

 

 

Emorraġija fl-utru, Il-

riproduttiva u fis-sider

 

 

 

muskulatura tal-utru

 

 

 

 

titlef is-saħħa

Disturbi ġenerali u

 

Reazzjoni fil-

Deni

 

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

post ta’ l-

 

 

jingħata

 

injezzjoni

 

 

Esperjenza wara t- tqegħid fis-suq

Każijiet respiratorji bħal qtugħ ta’ nifs u edema pulmonari, partikularment b'rabta mal-għoti fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali b’attività tokolitika bħal antagonisti tal-calcium u beta-mimetiċi u/jew f’nisa bi tqala multipla, ġew irrappurtati wara t-tqegħid fis-suq.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Kien hemm ftit każi rappurtati li seħħew ta' doża eċċessiva ta' atosiban, mingħajr ebda sinjali jew sintomi speċifiċi. Mhux magħruf x’kura speċifika hemm f'każ ta' doża eċċessiva.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Ġinekoloġiċi oħra, Kodiċi ATC: G02CX01

Tractocile fih atosiban(INN), peptide sintetiku ([Mpa1,D-Tyr(Et)2,Thr4,Orn8]- oxytocin) li jikkompeti ma' oxytocin għar-riċetturi fil-bniedem. Fil-firien u l-fniek ta' l-Indi, atosiban intwera li jingħaqad mar- riċetturi ta' oxytocin, biex inaqqas il-frekwenza tal-kontrazzjonijiet u s-sodizza tal-muskoli ta' l-utru, bir- riżultat li jnaqqas il-kontrazzjonijiet ta' l-utru. Intwera wkoll li atosiban jingħaqad mar-reċettur ta' vasopressin, u b'hekk itellef l-effett ta' vasopressin. Fl-annimali atosiban ma kellux effetti kardjovaskulari.

Fit-tqala qabel iż-żmien fil-bnedmin, meta atosiban jittieħed fid-doża rakkomandata jaħdem kontra l- kontrazzjonijiet ta' l-utru u jikkalma l-utru. Wara l-għoti ta’ atosiban l-utru malajr jistrieħ, billi f’10

minuti l-kontrazzjonijiet ta' l-utru jonqsu sew ħalli tintlaħaq stabbiltà fl-utru (4 kontrazzjonijiet/siegħa) għal 12-il siegħa.

Provi kliniċi tal-Fażi III (studji CAP-001) jinkludu tagħrif minn 742 mara li kellhom djanjosi ta' ħlas qabel iż-żmien fit-23-33 ġimgħa tat-tqala u tqassmu bl-addoċċ biex jingħataw atosiban (skond din it- tikketta) jew β-agonist (dose-titrated).

Primary endpoint: ir-riżultat ewlieni ta' l-effikaċja tal-prodott kien il-proporzjon ta' nisa li jibqgħu ma jeħilsux u li ma jkollhomx bżonn tokolisi alternattiva fi żmien 7 ijiem wara li tinbeda l-kura. It-tagħrif juri li 59.6% (n=201) u 47.7% (n=163) min-nisa li ngħataw atosiban u β-agonist (p=0.0004), rispettivament, ma welldux u ma kellhomx bżonn tokolisi alternattiva fi żmien 7 ijiem wara li tinbeda l- kura. Il-biċċa l-kbira tad-drabi meta falliet il-kura f'CAP-001 kien minħabba li l-prodott ma kienx tollerat sew. Il-fallimenti tal-kura għax ma kienx effikaċi biżżejjed kienu iktar frekwenti b'mod sinifikanti

(p=0.0003) fin-nisa li ngħataw atosiban (n=48, 14.2%) milli fin-nisa li ngħataw β-agonist (n=20, 5.8%). Fl-istudji CAP-001 il-probabilita` li ma jkunx hemm ħlas u ma jkunx hemm bżonn tokolitiċi alternattivi fi żmien 7 ijiem wara l-bidu tal-kura kien simili għan-nisa bi tqala ta' bejn 24-28 ġimgħa li ngħataw atosiban jew il-beta-mimetiċi. Madankollu, dan it-tagħrif nħadem fuq numru żgħir ħafna (n=129 pazjenti).

Secondary endpoints: il-parametri sekondarji ta' l-effikaċja tal-prodott inkludew il-proporzjon ta' nisa li baqgħu ma ħelsux 48 siegħa wara l-bidu tal-kura. F'dan il-kuntest ma kienx hemm differenza bejn atosiban u l-gruppi beta-mimetiċi.

Iż-żmien medju (SD) tat-tqala meta sar il-ħlas kien l-istess fiż-żewġ gruppi: 35.6 (3.9) u 35.3 (4.2) ġimgħa għall-gruppi ta' atosiban u tal-β-agonist, rispettivament (p=0.37). Ir-rata ta' dħul f'dipartiment ta' kura intensiva tat-trabi (NICU) kien l-istess għaż-żewġ gruppi (bejn wieħed u ieħor 30%), u dan jgħodd ukoll għal kemm it-trabi damu għall-kura u għall-użu tal-terapija tal-ventilazzjoni. Il-piz medju (SD) fit- twelid kien ta' 2491 (813) g fil-grupp ta' atosiban, u 2461 (831) g fil-grupp tal-β-agonist (p=0.58).

Ma kienx hemm differenza bejn il-grupp ta’ atosiban u dak tal-β-agonist fejn kellhom x’jaqsmu il-fetu u l-omm, imma l-istudji kliniċi setgħu ma kinux tajba biżżejjed biex jeskludu l-possibbilta’ li hemm xi differenzi.

Mit-361 mara li ngħataw il-kura ta' atosiban fi studji ta' fażi III, 73 ngħataw mill-inqas kura waħda ripetuta, 8 ngħataw mill-inqas 2 kuri ripetuti u 2 ngħataw 3 kuri ripetuti (ara sezzjoni 4.4, Avviżi speċjali u prekawzjonijiet speċjali għall-użu).

Billi, fi studji kontrollati miġbura bl-addoċċ, għadha ma ġietx stabbilita s-sigurta` u l-effikaċja ta' atosiban f'nisa bi tqala ta' inqas minn 24 ġimgħa magħluqa, il-kura b’ atosiban lil dan il-grupp ta' pazjenti mhix rakkomandata (ara sezzjoni 4.3, Kontraindikazzjonijiet).

Fi studju kontrollat bill-plaċebo, ir-rata ta' mwiet tal-fetu jew tat-trabi kienet ta' 5/295 (1.7%) fil-grupp tal-plaċebo u 15/288 (5.2%) fil-grupp ta' atosiban, li minnhom żewġt imwiet seħħew wara ħames u tmien xhur ta' ħajja. Ħdax mill-15-il mewt fil-grupp ta' atosiban seħħew fit-tqala ta' bejn l-20 u l-24 ġimgħa,

għalkemm id-distribuzzjoni ta' dawn il-pazjenti skond il-grupp ta' kura ma kinitx l-istess (19-il mara fuq atosiban, 4 nisa fuq il-plaċebo). Għan-nisa li kellhom tqala ta' iktar minn 24 ġimgħa ma kienx hemm differenza fir-rata ta' mwiet (1.7% fil-grupp tal-plaċebo u 1.5% fil-grupp ta' atosiban).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

F'nies f'saħħithom mhux tqal li ngħataw infużjonijiet ta' atosiban (minn 10 sa 300 µg/min fuq medda ta' 12-il siegħa), il-konċentrazzjonijiet fissi fil-plażma żdiedu proporzjonalment mad-doża.

Instab li t-tneħħija, il-volum tad-distribuzzjoni u l-half-life ma jiddependux mid-doża.

F'nisa bi ħlas qabel iż-żmien li kienu qed jingħataw atosiban bl-infużjoni (300 µg/min għal bejn 6 sa 12-il siegħa), il-konċentrazzjonijiet fissi tal-plażma ntlaħqu siegħa wara l-bidu ta' l-infużjoni (medja ta' 442 ±

73 ng/ml, medda ta' 298 sa 533 ng/ml).

Wara li ntemmet l-infużjoni, il-konċentrazzjoni fil-plażma reġgħet niżlet malajr b'valuri tal-half-life tal- bidu (tα) u ta' l-aħħar (tβ) ta' 0.21 ± 0.01 u 1.7 ± 0.3 siegħa, rispettivament. Il-volum medju tat-tneħħija kien ta' 41.8 ± 8.2 l/siegħa. Il-valur medju tal- volum tad-distribuzzjoni kien ta' 18.3 ± 6.8 l.

L-ammont ta' rbit ta' atosiban mal-proteina tal-plażma huwa ta' 46 sa 48% f'nisa tqal. Mhux magħruf jekk il-parti mhix marbuta fl-omm jew fil-fetu hix differenti b'mod sostanzjonali. Atosiban ma jinqasamx fiċ-

ċelloli ħomor tad-demm.

Atosiban jgħaddi mill-plaċenta. Wara infużjoni ta' 300 microgrammi/min f'nisa tqal f'saħħithom fl-aħħar tat-tqala, il-proporzjon ta' konċentrazzjoni ta' atosiban bejn il-fetu u l-omm kien ta' 0.12.

Ġew identifikati żewġ metaboliti fil-plażma u l-awrina tal-bnedmin. Il-proporzjonijiet tal-metobolit prinċipali M1 (des-(Orn8, Gly-NH29)-[Mpa1, D-Tyr(Et)2, Thr4]- oxytocin) għall-konċentrazzjonijiet ta' atosiban fil-plażma kienu ta' 1.4 u 2.8 wara sagħtejn u fl-aħħar ta' l-infużjoni rispettivament. Mhux magħruf jekk il-metabolit M1 jakkumulax fit-tessuti. Atosiban instab biss f’ammonti żgħar fl-awrina, il- konċentrazzjoni fl-awrina kienet 50 darba inqas minn dik ta' l-M1. Il-proporzjon ta' atosiban eliminat fl- ippurgar mhux magħruf. Il-metabolit prinċipali M1 huwa bejn wieħed u ieħor 10 darbiet inqas b’saħħtu minn atosiban biex iwaqqaf il-kontrazzjonijiet ta' l-utru kaġunati minn oxytocin in-vitro. Il-metabolit M1 jitneħħa fil-ħalib (ara sezzjoni 4.6 Tqala u effetti fuq il-ħalib tas-sider).

M'hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal- kliewi. Indeboliment renali aktarx mhux se jiggarantixxi aġġustament tad-doża, dan għaliex ammont żgħir ħafna jiġi mneħħi fl-urina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’attenzjoni. (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Ma jidhirx li l-atosiban iwaqqaf l-effett ta’ l-isoforomi ta’ cytochrome P450 tal-fwied (ara sezzjoni 4.5).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ma deherx li kien hemm effetti tossiċi sistemiċi waqt studji ta' gimagħtejn dwar it-tossicita` li fihom il- prodott ingħata fil-vina (fil-firien u l-klieb) b'dożi li kienu bejn wieħed u ieħor 10 darbiet ogħla mid-doża terapewtika għall-bnedmin, kif ukoll waqt studji ta' tliet xhur dwar it-tossiċita` fil-firien u l-klieb (sa 20 mg/kg kuljum s.c.). L-ikbar doża subkutanja ta' atosiban li ma kellhiex effetti avversi kienet bejn wieħed u ieħor darbtejn id-doża terapewtika li tingħata lill-bnedmin.

Ma sarux studji dwar il-fertilita u l-iżvilupp bikri tal-embriju. Studji dwar tossiċità riproduttiva ma wrew l-ebda effett fuq l-ommijiet jew il-feti, meta ngħataw dożi mill-bidu sa l-aħħar stadji tat-tqala. Il-fetu tal- far kien espost għal bejn wieħed u ieħor erba' darbiet id-doża li jiġi espost għaliha l-fetu uman waqt infużjonijiet fil-vina fin-nisa. Studji fuq l-annimali wrew li kien hemm waqfien fil-produzzjoni tal-ħalib kif inhu mistenni meta titwaqqaf l-azzjoni ta' oxytocin.

Atosiban ma kellux effett onkoġeniku u lanqas mutaġeniku f'testijiet in vitro u in vivo.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol hydrochloric acid 1M ilma għall-injezzjoni.

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

4 snin.

Ladarba jinfetaħ il-kunjett, il-prodott għandu jintuża fil-pront.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura ta’ bejn 2°C – 8°C. Aħżen fil-kontenitur oriġinali biex tipproteġi Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara l-ewwel

mid-dawl.

ftuħ tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett ta' soluzzjoni għall-injezzjoni fih 0.9 ml jikkorrispondi għal 6.75mg atosiban.

Kunjett trasparenti tal-ħġieġ, borosilikata ċara (tip I) issiġillat b'tapp silikonat griż tal-gomma bromo- butyl, tip I, u għatu ta’ polypropylene u aluminium li jinfetaħ min-naħa waħda.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Qabel ma tuża l-prodott agħti daqqa ta’ għajn lill-kunjett għal xi frak li jista’ jkun fihom jew xi bidla fil- lewn.

Kif tipprepara l-ewwel injezzjoni għal ġol-vina:

Iġbed soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 0.9 ml minn kunjett ta' 0.9 ml bit-tikketta Tractocile 6.75 mg/0.9 ml, u agħtiha bilmod fil-vina f'doża waħda f’medda ta' minuta, taħt superviżjoni medika xierqa f'dipartiment ostetriku. Is-soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ Tractocile 67.5 mg/0.9 ml għandha tintuża fil-pront.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Ferring Pharmaceuticals A/S

Kay Fiskers Plads 11

2300 København S

Id-Danimarka

Tel: +45 88 33 88 34

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/99/124/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 20 ta' Jannar, 2000

Data tal-aħħar t-tiġdid: 20 ta' Jannar, 2010

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Tractocile 37.5 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett ta’ 5 ml soluzzjoni fih 37.5 mg atosiban (bħala acetate).

Kull ml ta’ soluzzjoni fiha 7.5mg atosiban.

Wara li jiġi dilwit il-konċentrazzjoni ta' atosiban issir 0.75 mg/ml.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili)

Soluzzjoni trasparenti bla lewn u mingħajr frak.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Tractocile hu indikat biex jittardja ħlas imminenti qabel iż-żmien f'nisa adulti tqal b’:

kontrazzjonijiet regolari ta' l-utru twal mill-inqas 30 sekonda b'rata ta' 4 kull 30 minuta

fetħa ċervikali minn 1 sa 3 cm (0-3 nulliparas) u effacement ta' 50%

tqala minn 24 sa 33 ġimgħa magħluqa

rata tal-qalb tal-fetu normali

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Il-kura bi Tractocile għandha tinbeda u titkompla minn tabib bl-esperjenza fil-kura tal-ħlas qabel iż- żmien.

Tractocile jingħata fil-vina fi tliet stadji wara xulxin: doża tal-bidu f'daqqa (6.75 mg), b'soluzzjoni għall- injezzjoni ta' Tractocile 6.75 mg/0.9 ml, u eżatt wara infużjoni kontinwa ta' doża qawwija (infużjoni tal- bidu ta' 300 mikrogrammi/min) ta’ Tractocile 37.5 mg/5 ml konċentrat ta' soluzzjoni għall-infużjoni għal tliet sigħat, u wara doża inqas ta' Tractocile 7.5 mg/ml konċentrat ta' soluzzjoni għall-infużjoni (infużjoni ta' wara 100 mikrogrammi/min) sa 45 siegħa. Il-kura m'għandhiex iddum iktar minn 48 siegħa. Id-doża totali li tingħata waqt kors sħiħ ta' terapija bi Tractocile preferibbilment m'għandhiex tkun iktar minn 330.75 mg ta’ atosiban.

It-terapija fil-vina bl-użu ta' l-injezzjoni f'daqqa tal-bidu ta’ Tractocile 6.75mg /0.9 ml, soluzzjoni għall- infużjoni (ara s-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-prodott) għandha tinbeda kemm jista' jkun malajr wara d- djanjosi tal-ħlas qabel iż-żmien. Ladarba l-injezzjoni f'daqqa tkun saret, kompli bl-infużjoni. F'każ li l- kontrazzjonijiet ta' l-utru ma jiqfux waqt il-kura bi Tractocile, għandha titqies terapija alternattiva.

It-tabella li ġejja turi l-pożoloġija sħiħa ta' l-injezzjoni f'daqqa segwita b'infużjoni:

Pass

Kura

Rata ta' infużjoni

Doża ta' Atosiban

0.9 ml injezzjoni f'daqqa fil-

mhux applikabli

6.75 mg

 

vina mgħotija f’temp ta’ minuta

 

 

3 sigħat infużjoni tal-bidu fil-

24 ml/siegħa (300 µg/min)

54 mg

 

vina

 

 

Sa 45 siegħa infużjoni

8 ml/ siegħa (100 µg/min)

sa 270 mg

 

sussegwenti fil-vina

 

 

Kura ripetuta:

F'każ li jkun hemm bżonn kura ripetuta, din għandha tibda b'injezzjoni f'daqqa ta' 6.75 mg/0.9 ml soluzzjoni għall-injezzjoni ta' Tractocile, u wara infużjoni ta' konċentrat ta' soluzzjoni għall-infużjoni ta'

37.5 mg/5 ml ta' Tractocile.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied

M'hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal-kliewi. Indeboliment tal-kliewi x’aktarx mhux se jkun jeħtieġ aġġustament tad-doża, u dan għaliex ammont żgħir jitneħħa fl-awrina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’kawtela.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Tractocile f’nisa tqal li jkollhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal istruzzjonijiet fuq il-preparazzjoni tal-prodott mediċinali qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Tractocile m'għandux jintuża f'dawn il-kondizzjonijiet:

Tqala ta’ inqas minn 24 ġimgħa jew f’dik ta’ iktar minn 33 ġimgħa magħluqa

L-ilma jinfaqa' qabel iż-żmien > 30 ġimgħa tqala

Taħbit mhux normali tal-qalb tal-fetu

Emorraġija ta' l-utru qabel il-ħlas li tinħtieġ ħlas ma’ l-ewwel

Eklampsja u pre-eklampsja serja li teħtieġ il-ħlas

Mewt tal-fetu fil-ġuf

Suspett ta' infezzjoni fil-ġuf

Plaċenta praevia

Abruptio plaċenta

Xi kondizzjoni oħra ta' l-omm jew tal-fetu li minħabba fiha t-tkomplija tat-tqala tkun perikoluża

Sensitività eċċessiva għas-sustanza attiva jew jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Meta atosiban jintuża f’pazjenti li dwarhom ma jistax jiġi eskluż li l-ilma jinfaqa’ qabel iż-żmien, il- benefiċċji tad-dewmien fil-ħlas iridu jitkejlu mar-riskju potenzjali ta’ chorioamnionitis.

M'hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal- kliewi. Indeboliment renali aktarx mhux se jiggarantixxi aġġustament tad-doża, dan għaliex ammont żgħir ħafna ta’ atosiban jiġi mneħħi fl-urina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’attenzjoni. (ara sezzjonijiet 4.2 and 5.2).

Ftit hemm tagħrif kliniku dwar l-użu ta' atosiban fi tqala b'iktar minn fetu wieħed jew bi tqala ta' bejn l-24 u s-27 ġimgħa, minħabba li n-numru ta' pazjenti kkurati kien żgħir. Għalhekk il-benefiċċju ta’ atosiban f'dawn il-gruppi mhux ċar.

Għalkemm Tractocile tista’ tarġa’ tużah għall-kura, għad hemm ftit wisq tagħrif dwar l-effetti meta dan jintuża għal aktar minn darba sa tliet darbiet wara (ara sezzjoni 4.2, Pożoloġija u metodu ta' kif jingħata). F'każ ta' nuqqas fl-iżvilupp ġo l-utru, id-deċiżjoni jekk għandhiex titkompla jew terġa' tibda l-għotja ta' Tractocile tiddependi minn kif titqies il-maturita` tal-fetu.

Għandu jitqies il-monitoraġġ tal-kontrazzjonijiet ta' l-utru u tar-rata tal-qalb tal-fetu waqt li qed jingħata atosiban u f'każ ta’ kontrazzjonijiet persistenti ta' l-utru.

Billi atosiban jaħdem kontra oxytocin, teoretikament jista' jgħin ir-rilassament ta' l-utru u d-dmija wara l-

ħlas, għalhekk għandu jsir monitoraġġ tad-dmija wara l-ħlas. Madankollu fi provi kliniċi ma ġewx osservati wara l-ħlas kontrazzjonijiet mhux adegwati ta' l-utru.

Tqala multipla u prodotti mediċinali b’attività tokolitika bħal imblokkaturi tal-kanal tal-calcium u betamimetiċi huma magħrufa li huma assoċjati ma’ riskju miżjud ta’ edema pulmonari. Għalhekk, atosiban għandu jintuża b’kawtela f’każ ta’ tqaliet multipli u/jew l-għoti fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali b’attività tokolitika (ara sezzjoni 4.8).

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Mhux probabbli li atosiban hu involut f'interazzjonijiet bejn prodotti mediċinali permezz taċ-ċitokroma

P450, billi investigazzjonijiet in vitro wrew li atosiban mhux substrat għas-sistema taċ-ċitokroma P450, u ma jwaqqafx l-enzimi taċ-ċitokroma P450 li jimmetabolizzaw prodotti mediċinali.

Saru studji ta’ interazzjoni ma’ labetalol u betamethasone f’voluntiera nisa b’saħħithom. Ma nstabet l- ebda interazzjoni klinika relevanti bejn atosiban u betamethasone jew labetalol.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Atosiban għandu jintuża biss meta twelid pre-matur jiġi dijanjożizzat bejn l-24 u t-33 ġimgħa magħluqa ta’ tqala. Jekk waqt it-tqala l-omm qed tredda tarbija oħra li kellha qabel, it-treddih ghandu jitwaqqaf waqt it-trattament bi Tractocile, dan għaliex ir-rilaxx ta oxytocin waqt it-treddih jista jżzid il- kontrazzjonijiet tal-utru i jista jaħdem kontral-effett tat-terapija tokolitika.

Fil-provi kliniċi ta’ atosiban ma ġewx osservati effetti fuq it-treddigħ. Deher biss li ammonti żgħar ta' atosiban għaddew mill-plażma għall-ħalib ta' l-omm li qed tredda'.

Studji tossiċi fuq embrijo-fetali ma wrewx effetti tossiċi ta' atosiban.

Ma sar ebda studju dwar il-fertilità u l-iżvilupp bikri ta’ l-embriju (ara taqsima 5.3)

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Waqt provi kliniċi deher li seta’ kien hemm xi effetti mhux mixtieqa għall-omm waqt l-użu ta' atosiban. B’kollox 48% tal-pazjenti mogħtija atosiban kellhom effetti mhux mixtieqa waqt il-provi kliniċi.

Ir-reazzjonijiet mhux mixtieqa li ġew osservati b’mod ġenerali ma kienux severi. L-aktar effett mhux mixtieqli kien komuni fl-omm kien dardir (14%).

It-testijiet kliniċi ma wrew ebda effetti speċifiċi mhux mixtieqa ta' atosiban fit- tarbija li għadha kemm twieldet. Meta fit-trabi kien hemm reazzjonijiet avversi kienu fil-medda normali ta' varjazzjoni, u setgħu jitqabblu tajjeb mad-drabi li ġraw bl-użu tal-plaċebo u tal-grupp beta-mimetiku.

Il-freqwenza ta’reazzjonijiet mhux mixtieqa li qedin fil-lista li ġejja hawn taħt huma definiti billi tuża il- konvenzjoni li ġejja: Serji ħafna (≥1/10); Komuni (≥1/100 sa <1/10); Mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); Rari (≥1/10,000 to <1/1,000). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skond is-serjetà tagħhom, bl- aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Sistema tal-Klassifika tal-

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

organi fid-database MedDRA

ħafna

 

komuni

 

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

 

Reazzjoni allerġika

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

 

Ipergliċemija

 

 

nutrizzjoni

 

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

 

Nuqqas ta’

 

 

 

 

rqad

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Uġiegħ ta’ ras,

 

 

 

 

Sturdament

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Takikardija

 

 

Disturbi vaskulari

 

Pressjoni

 

 

 

 

baxxa,

 

 

 

 

Fwawar

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Dardir

Rimettar

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti

 

 

Ħakk, Raxx

 

ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

 

 

Emorraġija fl-utru, Il-

riproduttiva u fis-sider

 

 

 

muskulatura tal-utru

 

 

 

 

titlef is-saħħa

Disturbi ġenerali u

 

Reazzjoni fil-

Deni

 

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

post ta’ l-

 

 

jingħata

 

injezzjoni

 

 

Esperjenza wara t- tqegħid fis-suq

Każijiet respiratorji bħal qtugħ ta’ nifs u edema pulmonari, partikularment b'rabta mal-għoti fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali b’attività tokolitika bħal antagonisti tal-calcium u beta-mimetiċi u/jew f’nisa bi tqala multipla, ġew irrappurtati wara t-tqegħid fis-suq.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Kien hemm ftit każi rappurtati li seħħew ta' doża eċċessiva ta' atosiban, mingħajr ebda sinjal jew sintomi speċifiċi. Mhux magħruf x’kura speċifika hemm f'każ ta' doża eċċessiva.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Ġinekoloġiċi oħra, Kodiċi ATC: G02CX01

Tractocile fih atosiban(INN), peptide sintetiku ([Mpa1,D-Tyr(Et)2,Thr4,Orn8]- oxytocin) li jikkompeti ma' oxytocin għar-riċetturi fil-bniedem. Fil-firien u l-fniek ta' l-Indi, Atosiban intwera li jingħaqad mar-

riċetturi ta' oxytocin, biex inaqqas il-frekwenza tal-kontrazzjonijiet u s-sodizza tal-muskoli ta' l-utru, bir- riżultat li jnaqqas il-kontrazzjonijiet ta' l-utru. Intwera wkoll li atosiban jingħaqad mar-reċettur ta' vasopressin, u b'hekk itellef l-effett ta' vasopressin. Fl-annimali atosiban ma kellux effetti kardjovaskulari.

Fit-tqala qabel iż-żmien fil-bnedmin, meta atosiban jittieħed fid-doża rakkomandata jaħdem kontra l- kontrazzjonijiet ta' l-utru u jikkalma l-utru. Wara l-għoti ta’ atosiban l-utru malajr jistrieħ, billi f’10

minuti l-kontrazzjonijiet ta' l-utru jonqsu sew ħalli tintlaħaq stabbiltà fl-utru (4 kontrazzjonijiet/siegħa) għal 12-il siegħa.

Provi kliniċi tal-Fażi III (studji CAP-001) jinkludu tagħrif minn 742 mara li kellhom djanjosi ta' ħlas qabel iż-żmien fit-23-33 ġimgħa tat-tqala u tqassmu bl-addoċċ biex jingħataw atosiban (skond din it- tikketta) jew β-agonist (dose-titrated).

Primary endpoint: ir-riżultat ewlieni ta' l-effikaċja tal-prodott kien il-proporzjon ta' nisa li jibqgħu ma jeħilsux u li ma jkollhomx bżonn tokolisi alternattiva fi żmien 7 ijiem wara li tinbeda l-kura. It-tagħrif juri li 59.6% (n=201) u 47.7% (n=163) min-nisa li ngħataw atosiban u β-agonist (p=0.0004), rispettivament, ma welldux u ma kellhomx bżonn tokolisi alternattiva fi żmien 7 ijiem wara li tinbeda l- kura. Il-biċċa l-kbira tad-drabi meta falliet il-kura f'CAP-001 kien minħabba li l-prodott ma kienx tollerat sew. Il-fallimenti tal-kura għax ma kienx effikaċi biżżejjed kienu iktar frekwenti b'mod sinifikanti

(p=0.0003) fin-nisa li ngħataw atosiban (n=48, 14.2%) milli fin-nisa li ngħataw β-agonist (n=20, 5.8%). Fl-istudji CAP-001 il-probabbilita` li ma jkunx hemm ħlas u ma jkunx hemm bżonn tokolitiċi alternattivi fi żmien 7 ijiem wara l-bidu tal-tkura kien simili għan-nisa bi tqala ta' bejn 24-28 ġimgħa li ngħataw atosiban jew il-beta-mimetiċi. Madankollu, dan it-tagħrif nħadem fuq numru żgħir ħafna (n=129 pazjenti).

Secondary endpoints: il-parametri sekondarji ta' l-effikaċja tal-prodott inkudew il-proporzjon ta' nisa li baqgħu ma ħelsux 48 siegha wara l-bidu tal-tkura. F'dan il-kuntest ma kienx hemm differenza bejn atosiban u l-gruppi beta-mimetiċi.

Iż-żmien medju (SD) tat-tqala meta sar il-ħlas kien l-istess fiż-żewġ gruppi: 35.6 (3.9) u 35.3 (4.2) ġimgħa għall-gruppi ta' atosiban u tal-β-agonist, rispettivament (p=0.37). Ir-rata ta' dħul f'dipartiment ta' kura intensiva tat-trabi (NICU) kien l-istess għaż-żewġ gruppi (bejn wieħed u ieħor 30%), u dan jgħodd ukoll għal kemm it-trabi damu għall-kura u għall-użu tal-terapija tal-ventilazzjoni. Il-piz medju (SD) fit- twelid kien ta' 2491 (813) g fil-grupp ta' atosiban, u 2461 (831) g fil-grupp tal-β-agonist (p=0.58).

Ma kienx hemm differenza bejn il-grupp ta’ atosiban u dak tal-β-agonist fejn kellhom x’jaqsmu il-fetu u l-omm, imma l-istudji kliniċi ma kinux tajba biżżejjed biex jeskludu l-possibbilita’ li hemm xi differenzi.

Mit-361 mara li ngħataw il-kura ta' atosiban fi studji ta' fażi III, 73 ngħataw mill-inqas kura waħda ripetuta, 8 ngħataw mill-inqas 2 kuri ripetuti u 2 ngħataw 3 kuri ripetuti (ara sezzjoni 4.4, Avviżi speċjali u prekawzjonijiet speċjali għall-użu).

Billi, fi studji kontrollati miġbura bl-addoċċ, għadha ma ġietx stabbilita s-sigurta` u l-effikaċja ta' atosiban f'nisa bi tqala ta' inqas minn 24 ġimgħa magħluqa, il-kura bi atosiban lil dan il-grupp ta' pazjenti mhix rakkomandata (ara sezzjoni 4.3, Kontraindikazzjonijiet).

Fi studju kkontrollat bill-plaċebo, ir-rata ta' mwiet tal-fetu jew tat-trabi kienet ta' 5/295 (1.7%) fil-grupp tal-plaċebo u 15/288 (5.2%) fil-grupp ta' atosiban, li minnhom żewġt imwiet seħħew wara ħames u tmien xhur ta' ħajja. Ħdax mill-15-il mewt fil-grupp ta' atosiban seħħew fit-tqala ta' bejn l-20 u l-24 ġimgħa, għalkemm id-distribuzzjoni ta' dawn il-pazjenti skond il-grupp ta' kura ma kinitx l-istess (19-il mara fuq atosiban, 4 nisa fuq il-plaċebo). Għan-nisa li kellhom tqala ta' iktar minn 24 ġimgħa ma kienx hemm differenza fir-rata ta' mwiet (1.7% fil-grupp tal-plaċebo u 1.5% fil-grupp ta' atosiban).

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

F'nies f'saħħithom mhux tqal li ngħataw infużjonijiet ta' atosiban (minn 10 sa 300 µg/min fuq medda ta' 12-il siegħa), il-konċentrazzjonijiet fissi fil-plażma żdiedu proporzjonalment mad-doża.

Instab li t-tneħħija, il-volum tad-distribuzzjoni u l-half-life ma jiddependux mid-doża.

F'nisa bi ħlas qabel iż-żmien li kienu qed jingħataw atosiban bl-infużjoni (300 µg/min għal bejn 6 sa 12-il siegħa), il-konċentrazzjonijiet fissi tal-plażma ntlaħqu siegħa wara l-bidu ta' l-infużjoni (medja ta' 442 ±

73 ng/ml, medda ta' 298 sa 533 ng/ml).

Wara li ntemmet l-infużjoni, il-konċentrazzjoni fil-plażma reġgħet niżlet malajr b'valuri tal-half-life tal- bidu (tα) u ta' l-aħħar (tβ) ta' 0.21 ± 0.01 u 1.7 ± 0.3 siegħa, rispettivament. Il-volum medju tat-tneħħija kien ta' 41.8 ± 8.2 l/siegħa. Il-valur medju tal- volum tad-distribuzzjoni kien ta' 18.3 ± 6.8 l.

L-ammont ta' rbit ta' atosiban mal-proteina tal-plażma huwa ta' 46 sa 48% f'nisa tqal. Mhux magħruf jekk il-parti mhix marbuta fl-omm jew fil-fetu hix differenti b'mod sostanzjonali. Atosiban ma jinqasamx fiċ-

ċelloli ħomor tad-demm.

Atosiban jgħaddi mill-plaċenta. Wara infużjoni ta' 300 µg/min f'nisa tqal f'saħħithom fl-aħħar tat-tqala, il- proporzjon ta' konċentrazzjoni ta' atosiban bejn il-fetu u l-omm kien ta' 0.12.

Ġew identifikati żewġ metaboliti fil-plażma u l-awrina tal-bnedmin. Il-proporzjonijiet tal-metobolit prinċipali M1 (des-(Orn8, Gly-NH29)-[Mpa1, D-Tyr(Et)2, Thr4]- oxytocin) għall-konċentrazzjonijiet ta' atosiban fil-plażma kienu ta' 1.4 u 2.8 wara sagħtejn u fl-aħħar ta' l-infużjoni rispettivament. Mhux maghruf jekk il-metabolit M1 jakkumulax fit-tessuti. Atosiban instab biss f’ammonti żgħar fl-awrina, il- konċentrazzjoni fl-awrina kienet 50 darba inqas minn dik ta' l-M1. Il-proporzjon ta' atosiban eliminat fl- ippurgar mhux magħruf. Il-metabolit prinċipali M1 huwa bejn wieħed u ieħor 10 darbiet inqas b’saħħtu minn atosiban biex iwaqqaf il-kontrazzjonijiet ta' l-utru kaġunati minn oxytocin in-vitro. Il-metabolit M1 jitneħħa fil-ħalib (ara sezzjoni 4.6 Tqala u effetti fuq il-ħalib tas-sider).

M'hemmx esperjenza bit-terapija ta’ atosiban f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied jew tal- kliewi. Indeboliment renali aktarx mhux se jiggarantixxi aġġustament tad-doża, dan għaliex ammont żgħir ħafna jiġi mneħħi fl-urina. F’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, atosiban għandu jintuża b’attenzjoni. (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Ma jidhirx li l-atosiban iwaqqaf l-effett ta’ l-isoforomi ta’ cytochrome P450 tal-fwied (ara sezzjoni 4.5).

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ma deherx li kien hemm effetti tossiċi sistemiċi waqt studji ta' gimgħatejn dwar it-tossicita` li fihom il- prodott ingħata fil-vina (fil-firien u l-klieb) b'dożi li kienu bejn wieħed u ieħor 10 darbiet ogħla mid-doża terapewtika għall-bnedmin, kif ukoll waqt studji ta' tliet xhur dwar it-tossiċita` fil-firien u l-klieb (sa 20 mg/kg kuljum s.c.). L-ikbar doża subkutanja ta' atosiban li ma kellhiex effetti avversi kienet bejn wieħed u ieħor darbtejn id-doża terapewtika li tingħata lill-bnedmin.

Ma sarux studji dwar il-fertilita u l-iżvilupp bikri tal-embriju. Studji dwar tossiċità riproduttiva ma wrew l-ebda effett fuq l-ommijiet jew il-feti, meta ngħataw dożi mill-bidu sa l-aħħar stadji tat-tqala. Il-fetu tal- far kien espost għal bejn wieħed u ieħor erba' darbiet id-doża li jiġi espost għaliha l-fetu uman waqt infużjonijiet fil-vina fin-nisa. Studji fuq l-annimali wrew li kien hemm waqfien fil-produzzjoni tal-ħalib kif inhu mistenni meta titwaqqaf l-azzjoni ta' oxytocin.

Atosiban ma kellux effett onkoġeniku u l-anqas mutaġeniku f'testijiet in vitro u in vivo.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol hydrochloric acid 1M ilma għall-injezzjoni.

6.2 Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

4 snin.

Ladarba jinfetaħ il-kunjett, il-prodott għandu jintuża fil-pront.

Is-soluzzjoni dilwita li tingħata fil-vina għandha tintuża fi żmien 24 siegħa minn meta tiġi ppreparata.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura ta’ bejn 2°C – 8°C.

Aħżen fil-kontenitur oriġinali biex tipproteġi Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara l-ewwel

mid-dawl.

ftuħ tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett ta' konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni li fih 5 ml, li jikkorrispondi għal 37.5 mg atosiban. Kunjett trasparenti tal-ħġieġ, borosilikata ċara (tip I) issiġillat b'tapp silikonat griż tal-gomma bromo- butyl, tip I, u għatu ta’ polypropylene u aluminium li jinfetaħ min-naħa waħda.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Qabel ma tuża l-prodott agħti daqqa ta’ għajn lill-kunjett għal xi frak li jista’ jkun fihom jew xi bidla fil- lewn.

Kif tipprepara l-ewwel soluzzjoni għall-infużjoni għal ġol-vina:

Għall-infużjoni għal ġol-vina, wara li tingħata d-doża f’daqqa ta’ Tractocile 7.5 mg/ml, il-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jkun dilwit ma' waħda minn dawn is-soluzzjonijiet:

-sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni

-soluzzjoni ta' Ringer’s lactate

-5% w/v soluzzjoni ta’ glucose.

Iġbed soluzzjoni ta’ 10 ml minn borża għall-infużjoni tal-100 ml u armi. Minflokha ixħet 10 ml Tractocile 37.5 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni minn żewġ fjali ta’ 5 ml biex ikollok konċentrazzjoni ta' 75 mg ta' atosiban f'100 ml.

Il-prodott rikostitwit huwa ċar, trasparenti u mingħjr frak.

L-infużjoni tal-bidu tingħata billi ssir infużjoni ta' 24 ml/siegħa (i.e. 18 mg/siegħa) tas-soluzzjoni li tkun ġiet preparata, fuq medda ta' tliet sigħat taħt superviżjoni medika xierqa f'dipartiment ostetriku. Wara tliet sigħat ir-rata ta' l-infużjoni titnaqqas għal 8 ml/siegħa.

Ipprepara boroż ġodda tal-100 ml bl-istess mod kif imfisser biex l-infużjoni tkun tista' titkompla.

Jekk tintuża borża ta’ l-infużjoni b’volum differenti, għandu jsir kalkolu proporzjonat fil-preparazzjoni.

Biex id-doża tkun eżatta, hu rakkomandat l-użu ta' strument li jikkontrolla r-rata ta' l-infużjoni ta' qtar fil- minuta. Microdrip chamber fil-vina tista' tipprovdi medda konvenjenti ta' rati ta' infużjoni fil-limiti tad- dożi rakkomandati għal Tractocile.

Jekk hemm bżonn li jingħataw prodotti oħra mediċinali fil-vina fl-istess ħin, il-kannula fil-vina tista' tintuża għal iktar minn prodott wieħed jew jista' jintuża post ieħor għall-għotja fil-vina. Dan jippremetti li jkun hemm kontroll indipendenti tar-rata ta' l-infużjoni.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Ferring Pharmaceuticals A/S

Kay Fiskers Plads 11

2300 København S

Id-Danimarka

Tel: +45 88 33 88 34

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/99/124/002

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 20 ta' Jannar, 2000

Data tal-aħħar t-tiġdid: 20 ta' Jannar, 2010

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati