Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ucedane (carglumic acid) – Fuljett ta’ tagħrif - A16AA05

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaUcedane
Kodiċi ATCA16AA05
Sustanzacarglumic acid
ManifatturLucane Pharma

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Ucedane 200 mg pilloli li jinxterdu

Carglumic acid

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista jkollok bżonn terġa taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Ucedane u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ucedane

3.Kif għandek tieħu Ucedane

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Ucedane

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Ucedane u għalxiex jintuża

Ucedane jista’ jgħin jelimina livelli t’ammonja eċċessivi fil-plażma (livell għoli ta’ ammonja fid-demm). L-ammonja hi speċjalment tossika għall-moħħ u tista’ twassal, f’każijiet severi, għal livelli mnaqqsa ta’ koxjenza u għal koma.

L-iperammonemija tista’ tkun dovuta għal nuqqas ta’ enżima speċifika tal-fwied, N-acetylglutamate synthase. Pazjenti b’din il-marda rari ma jkunux jistgħu jeliminaw in-nitroġenu mill-ġisem, li jinġabar wara li jittieklu l-proteini.

Din il-marda tippersisti matul il-ħajja kollha tal-pazjent affettwat u għalhekk il-bżonn għal dan it-trattament jibqa’ tul il-ħajja kollha.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ucedane

Tiħux Ucedane:

-jekk inti allerġiku għal carglumic acid jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6);

-jekk qed tredda’.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Ucedane.

It-trattament b’Ucedane għandu jinbeda taħt is-superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza fit-trattament ta’ disturbi tal-metaboliżmu.

It-tabib tiegħek ser jevelwa r-rispons individwali għal carglumic acid qabel jingħata bidu għal xi trattament fuq medda twila ta’ żmien.

Id-doża għandha tiġi aġġustata individwalment biex jinżammu l-livelli normali ta’ ammonja fil-plażma.

It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu ammont żejjed ta’ arginine jew biex tnaqqas l-ammont ta’ proteini li tieħu.

Sabiex ikun jista’ jsegwi l-kondizzjoni u t-trattament tiegħek, it-tabib għandu mnejn jeżaminalek il- fwied, il-kliewi, il-qalb u d-demm tiegħek fuq bażi regolari.

Mediċini oħra u Ucedane

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċini oħra.

Ucedane mal-ikel u x-xorb

Ucedane għandu jittieħed mill-ħalq qabel l-ikel jew tmigħ.

Il-pilloli għandhom jinfirxu f’minimu ta’ 5 sa 10 ml ilma u għandhom jittieħdu minnufih.

Tqala u treddigħ

L-effetti ta’ Ucedane fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhix imwielda mhumiex magħrufa. Ikkonsulta t-tabib tiegħek għal parir jekk inti tqila jew qed taħseb biex tinqabad tqila.

L-eliminazzjoni ta’ carglumic acid fil-ħalib tal-omm għadu ma ġiex studjat fin-nisa. Madankollu, peress li carglumic acid ġie muri li hu preżenti fil-ħalib ta’ ommijiet firien b’effetti potenzjali tossiċi għal ġriewi mredda’ tagħhom, inti m’għandekx tredda’ t-tarbija tiegħek jekk qed tieħu Ucedane.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni mhumiex magħrufa.

3.Kif għandek tieħu Ucedane

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

id-doża inizjali ta’ kuljum hi ġeneralment ta’ 100 mg kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem, sa massimu ta’ 250 mg kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem (pereżempju jekk inti tiżen 10 kg, għandek tieħu 1 g kuljum jew 5 pilloli ta’ 200 mg). Fuq medda twila ta’ żmien, id-doża ta’ kuljum normalment tvarja minn 10 mg sa 100 mg kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem. Jekk id-doża tiegħek teħtieġ tiżdied jew titnaqqas b’50 mg, hemm prodotti ta’ carglumic acid oħrajn disponibbli.

It-tabib tiegħek ser jiddetermina d-doża xierqa għalik biex jinżammu livelli normali ta’ ammonja fid- demm tiegħek.

Ucedane għandu jingħata BISS mill-ħalq jew permezz ta' tubu għat-tmigħ fl-istonku (permezz ta’ siringa, jekk ikun meħtieġ).

Meta l-pazjent ikun f'koma iperammonemika, Ucedane jingħata b’għafsa ta’malajr minn siringa permezz ta’ tubu kkonfigurat u użat biex jitimgħek.

Jekk tieħu Ucedane aktar milli suppost

Staqsi għal parir lit-tabib jew spiżjar tiegħek.

Jekk tinsa tieħu Ucedane

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Ucedane

M’għandekx tieqaf tieħu Ucedane mingħajr ma tinforma lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn 10):

żieda fl-għaraq

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn 100):

bradikardija (tnaqqis fil-frekwenza tat-taħbit tal-qalb),

dijarea,

deni,

żieda fit-transaminases (enzimi tal-fwied),

rimettar

Effetti sekondarji mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

raxx

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Ucedane

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ucedane

-Is-sustanza attiva hi carglumic acid.

-Sustanzi oħra jinkludu microcrystalline cellulose, colloidal anhydrous silica, sodium stearyl fumarate, mannitol, copovidone K28, crospovidone tip B.

Kif jidher Ucedane u l-kontenut tal-pakkett

Il-pillola li tinfirex Ucedane hija bajda, ovali u bikonvessa b’sinjal imnaqqax wieħed u b’inċiżjoni LL. Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ndaqs.

Il-pilloli huma ppreżentati f’folja ta’ Aluminju/Aluminju ppakkjata f’kartuniet.

Daqs tal-pakkett ta’ 60 pillola.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Lucane Pharma

172 rue de Charonne

75011 Pariġi

Franza

Għal kull tagħrif dwar dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lucane Pharma

Tél/Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

България

Lucane Pharma

Teл.: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Česká republika

Medical Need Europe AB Tel: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Danmark

Medical Need Europe AB Tlf: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Deutschland

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Eesti

Medical Need Europe AB Tel: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Ελλάδα

Lucane Pharma

Τηλ: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

España

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

France

Lucane Pharma

Tél: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Hrvatska

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Ireland

Lucane Pharma

Lietuva

Medical Need Europe AB Tel: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Luxembourg/Luxemburg

Lucane Pharma

Tél/Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Magyarország

Lucane Pharma

Tel.: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Malta

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Nederland

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Norge

Medical Need Europe AB Tlf: + 46 8 533 39 500 info@medicalneed.com

Österreich

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Polska

Lucane Pharma

Tel.: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Portugal

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

România

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750 info@lucanepharma.com

Slovenija

Lucane Pharma

Tel: + 33 153 868 750

Tel: + 33 153 868 750

info@lucanepharma.com

info@lucanepharma.com

Ísland

Slovenská republika

Medical Need Europe AB

Lucane Pharma

Sími: + 46 8 533 39 500

Tel: + 33 153 868 750

info@medicalneed.com

info@lucanepharma.com

Italia

Suomi/Finland

Lucane Pharma

Medical Need Europe AB

Tel: + 33 153 868 750

Puh/Tel: + 46 8 533 39 500

info@lucanepharma.com

info@medicalneed.com

Κύπρος

Sverige

Lucane Pharma

Medical Need Europe AB

Τηλ: + 33 153 868 750

Tel: + 46 8 533 39 500

info@lucanepharma.com

info@medicalneed.com

Latvija

United Kingdom

Medical Need Europe AB

Lucane Pharma

Tel: + 46 8 533 39 500

Tel: + 33 153 868 750

info@medicalneed.com

info@lucanepharma.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f {XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati