Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ultibro Breezhaler (indacaterol / glycopyrronium bromide) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - R03AL04

Updated on site: 19-Sep-2017

Isem tal-MediċinaUltibro Breezhaler
Kodiċi ATCR03AL04
Sustanzaindacaterol / glycopyrronium bromide
ManifatturNovartis Europharm Ltd

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Ultibro Breezhaler 85 mikrogramma/43 mikrogramma, trab li jittieħed man-nifs, kapsuli iebsa

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kapsula fiha 143 µg ta’ indacaterol maleate ekwivalenti għal 110 µg ta’ indacaterol u 63 µg ta’ glycopyrronium bromide ekwivalenti għal 50 µg ta’ glycopyrronium.

Kull doża meħuda (id-doża li tħalli l-bokkin tal-inhaler) fiha 110 µg ta’ indacaterol maleate ekwivalenti għal 85 µg ta’ indacaterol u 54 µg ta’ glycopyrronium bromide ekwivalenti għal 43 µg ta’ glycopyrronium.

Eċċipjent(i) b’effett magħruf:

Kull kapsula fiha 23.5 mg lactose (bħala monohydrate).

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab li jittieħed man-nifs, kapsula iebsa

Il-kapsuli għandhom tapp isfar trasparenti u qafas trasparenti natural u għandhom trab minn abjad għal kważi abjad u għandhom il-kodiċi tal-prodott “IGP11050” stampat bil-blu taħt żewġ strixxi blu fuq il-

qafas u l-marka tal-kumpanija () stampata bl-iswed fuq it-tapp.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Ultibro Breezhaler hu indikat bħala trattament bronkodilatatur ta’ manutenzjoni biex iserraħ lil pazjenti adulti b’mard pulmonari ostruttiv kroniku (COPD) mis-sintomi.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rrakkomandata hija ta’ kapsula waħda kuljum, fejn il-kontenut jittieħed man-nifs billi jintuża l-inhaler Ultibro Breezhaler.

Hu rrakkomandat li Ultibro Breezhaler jittieħed kuljum, fl-istess ħin tal-ġurnata. Jekk tinqabeż xi doża, għandha tittieħed kemm jista’ jkun malajr dakinhar stess. Il-pazjenti għandhom ikunu mgħarrfa biex ma jiħdux aktar minn doża waħda kuljum.

Popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni anzjana

Ultibro Breezhaler jista’ jintuża skont id-doża rrakkomandata f’pazjenti anzjani (minn 75 sena 'l fuq).

Indeboliment tal-kliewi

Ultibro Breezhaler jista’ jintuża skont id-doża rrakkomandata f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi bejn ħafif u moderat. F’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi gravi jew li jinsabu fl-aħħar stadju tal-marda tagħhom tal-kliewi u li jenħtieġu dijaliżi, dan għandu jintuża biss jekk il-benefiċċji mistennija jegħlbu r-riskju li jista’ jkun hemm (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Ultibro Breezhaler jista’ jintuża skont id-dożi rrakkomandati f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied bejn

ħafif u moderat. Ma teżisti l-ebda informazzjoni dwar l-użu ta’ Ultibro Breezhaler f’pazjenti b’indeboliment epatiku gravi, għaldaqstant wieħed għandu joqgħod attent fil-każ ta’ dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Ultibro Breezhaler fil-popolazzjoni pedjatrika (taħt it-18-il sena) m’għandux użu relevanti fl- indikazzjoni ta’ COPD. Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Ultibro Breezhaler fit-tfal ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Biex jittieħed man-nifs biss. Il-kapsuli m'għandhomx jinbelgħu.

Il-kapsuli għandhom jittieħdu biss billi jintuża l-inhaler Ultibro Breezhaler (ara sezzjoni 6.6).

Il-pazjenti għandhom ikunu mgħarrfa tajjeb kif jużaw il-prodott. Wieħed għandu jistaqsi lil dawk il- pazjenti li ma jkollhomx titjib fit-teħid tan-nifs jekk kenux qed jibilgħu l-mediċina minflok jeħduha man-nifs.

Għal istruzzjonijiet fuq l-użu tal-prodott mediċinali qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanzi attivi jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ultibro Breezhaler m’għandux jingħata flimkien ma’ prodotti mediċinali li fihom agonisti beta- adrenerġiċi oħrajn b’azzjoni fit-tul jew antagonisti muskariniċi b’azzjoni fit-tul, il-gruppi farmakoterapewtiċi li jagħmlu parti minnhom il-komponenti ta’ Ultibro Breezhaler (ara sezzjoni 4.5).

Ażma

Ultibro Breezhaler m’għandux jintuża għat-trattament tal-ażma minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar din l-indikazzjoni.

L-agonisti beta2-adrenerġiċi jistgħu jżidu r-riskju ta’ episodji avversi serji relatati mal-ażma, inkluż imwiet minħabba l-ażma, meta jintużaw għat-trattament tal-ażma.

Mhux biex jintuża f’każ gravi

Ultibro Breezhaler mhuwiex indikat sabiex jikkura episodji gravi ta’ spażmi fil-bronki.

Sensittività eċċessiva

Reazzjonijiet immedjati ta’ sensittività eċċessiva ġew irrappurtati wara l-għoti ta’ indacaterol jew glycopyrronium, li huma komponenti ta’ Ultibro Breezhaler. Jekk iseħħu sinjali li jissuġġerixxu reazzjonijiet allerġiċi, b'mod partikolari anġjoedima (diffikultajiet biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, nefħa tal-ilsien, tax-xufftejn u tal-wiċċ) urtikarja jew raxx, it-trattament għandu jitwaqqaf minnufih u għandha tinbeda terapija alternattiva

Spażmi paradossali tal-bronki

Bħal b’kull terapija oħra li tittieħed man-nifs, l-għoti ta’ Ultibro Breezhaler, jista’ jirriżulta f’spażmi paradossali li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ħajja. F’każ li jseħħ dan, it-trattament għandu jitwaqqaf minnufih u jinbidel ma’ terapija oħra stabbilita.

Effett antikolinerġiku b’rabta ma’ glycopyrronium

Glawkoma tal-angolu dejjaq

Ma teżistix dejta disponibbli dwar pazjenti bi glawkoma tal-angolu dejjaq, għaldaqstant Ultibro Breezhaler għandu jintuża b’kawtela ma’ dawn il-pazjenti.

Il-pazjenti għandhom ikunu mgħarrfa dwar is-sinjali u s-sintomi ta’ glawkoma b’angolu dejjaq u għandhom ikunu mgħarrfa sabiex jieqfu jieħdu Ultibro Breezhaler kemm-il darba jiżviluppa xi wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi.

Retenzjoni tal-awrina

Ma teżistix dejta disponibbli dwar pazjenti b’retenzjoni tal-awrina, għaldaqstant Ultibro Breezhaler għandu jintuża b’kawtela ma’ dawn il-pazjenti.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Kien hemm żieda moderata fil-medja tal-espożizzjoni sistemika totali (AUClast) għal glcopyrronium sa 1.4 drabi f’suġġetti b’indeboliment tal-kliewi ħafif u moderat u sa 2.2 drabi f'suġġetti b'indeboliment tal-kliewi gravi u li jinsabu fl-aħħar stadju tal-mard tal-kliewi. F’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi gravi (rata ta’ filtrazzjoni glomerulari stmata taħt it-30 ml/min/1.73 m2), inkluż dawk li jinsabu fl- aħħar stadju tal-marda tagħhom tal-kliewi u li jeħtieġu dijaliżi, Ultibro Breezhaler għandu jintuża biss jekk il-benefiċċji mistennija jegħlbu r-riskju li jista’ jkun hemm (ara sezzjoni 5.2). Dawn il-pazjenti għandhom ikunu osservati mill-qrib għal reazzjonijiet avversi li jista’ jkun hemm.

Effetti kardjovaskulari

Ultibro Breezhaler għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b'disturbi kardjovaskulari (mard tal-arterja koronarja, infart mijokardijaku akut, arritmija kardijaka, pressjoni għolja).

L-agonisti beta2-adrenerġiċi jistgħu jwasslu għal effett kardjovaskulari sinifikanti klinikament f’uħud mill-pazjenti billi jkun hemm żieda fir-rata tal-polz, fil-pressjoni tad-demm, u/jew f’sintomi oħra. F’każ li jkun hemm dawn l-effetti b’dan il-prodott mediċinali, jista’ jkun hemm il-bżonn li titwaqqaf il-kura. Barra minn hekk, kien irrappurtat li l-agonisti beta-adrenerġiċi jipproduċu tibdiliet elettrokardjografiċi (ECG), bħalma huma l-iċċattjar tal-mewġa T, it-titwil tal-intervall QT u d- depressjoni tas-segment ST, minkejja li l-effett kliniku ta’ dawn l-osservazzjonijiet mhuwiex magħruf. Għaldaqstant, l-agonisti beta2-adrenerġiku li jdumu attivi għandhom jintużaw b’għaqal f’pazjenti b’titwil magħruf jew issuspettat tal-intervall QT jew ittrattati bi prodotti mediċinali li jaffettwaw l- intervall QT.

Pazjenti b’mard tal-qalb iskemiku instabbli, insuffiċjenza tal-ventrikolu tax-xellug, storja ta’ infart mijokardijaku, arritmija (mhux inkluża fibrillazzjoni atrijali kronika stabbli), storja ta’ QT twil jew li l- QTc tagħhom (metodu ta’ Fridericia) kien imtawwal (>450 ms) kienu esklużi mill-provi kliniċi, u għalhekk m’hemmx esperjenza f’dawn il-gruppi ta’ pazjenti. Ultibro Breezhaler għandu jintuża b'kawtela f'dawn il-gruppi ta' pazjenti.

Ipokalemija

L-agonisti beta2-adrenerġiċi jistgħu jikkawżaw ipokalimja qawwija f’uħud mill-pazjenti, li kapaċi tikkawża effetti kardjovaskulari avversi. It-tnaqqis fil-potassju tas-serum normalment jgħaddi waħdu, u ma jeħtieġx xi supplimenti. F’pazjenti b’COPD gravi, l-ipossija u l-għoti ta’ kura oħra fl-istess ħin jistgħu jwasslu għal ipokalimja u li tagħmilhom aktar suxxettibbli għal arritmija kardijaka (ara sezzjoni 4.5).

Fi studji kliniċi dwar Ultibro Breezhaler ma dehrux effetti relevanti klinikament ta’ ipokalimja meta mogħti skont id-doża terapewtika rrakkomandata (ara sezzjoni 5.1).

Ipergliċemija

Meta jittieħdu man-nifs dożi eċċessivi ta’ agonisti beta2-adrenerġiċi, dan jista’ jwassal biex jogħla l- glukosju tal-plażma. Malli tinbeda l-kura b’Ultibro Breezhaler wieħed għandu josserva aktar mill-qrib il-glukosju tal-plażma f’pazjenti dijabetiċi.

Waqt studji kliniċi fit-tul, aktar pazjenti mogħtija Ultibro Breezhaler kellhom tibdil notevoli klinikament fil-livell tal-glukosju (4.9%) fid-demm skont id-doża rrakkomandata milli meta ngħata l- plaċebo (2.7%). Ultibro Breezhaler ma ġiex mistħarreġ f’pazjenti b’dijabete mellitus mhux ikkontrollata kif jixraq.

Disturbi ġenerali

Ultibro Breezhaler għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b'disturbi konvulżivi jew tirotossikożi, u f’pazjenti li jirrispondu b'mod mhux tas-soltu għall-agonisti beta2-adrenerġiċi.

Eċċipjenti

Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-galactose, nuqqas ta’ Lapp lactase jew malassorbiment tal-glucose-galactose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-użu flimkien ta’ indacaterol u glycopyrronimum meħuda mill-ħalq, biż-żewġ komponenti fi stat fiss, ma affettwax il-farmakokinetiċi ta’ xi wieħed mill-komponenti.

Ma sarux studji speċifiċi interattivi b’Ultibro Breezhaler. It-tagħrif dwar il-potenzjal ta’ interazzjonijiet jissejjes fuq il-potenzjal ta’ kull wieħed miż-żewġ komponenti tiegħu.

Mhuwiex irrakkomandat l-użu flimkien

Imblukkaturi beta-adrenerġiċi

L-imblukkaturi beta-adrenerġiċi jistgħu jdgħajfu jew jantagonizzaw l-effett tal-agonisti beta2- adrenerġiċi. Għaldaqstant Ultibro Breezhaler m’għandux jingħata flimkien ma’ imblukkaturi beta- adrenerġiċi (inkluż qtar għall-għajnejn) sakemm m’hemmx raġunijiet konvinċenti għal dan. Meta jkun meħtieġ, għandha tingħata preferenza lill-imblukkaturi beta-adrenerġiċi kardjoselettivi, avolja dawn għandhom jingħataw b’kawtela.

Antikolinerġiċi

L-għoti flimkien ta’ Ultibro Breezhaler ma’ prodotti mediċinali oħrajn li fihom antikolinerġiċi ma ġiex studjat u għalhekk mhuwiex irrakkomandat (ara sezzjoni 4.4).

Aġenti simpatomimetiċi

L-għoti flimkien ma’ aġenti simpatomimetiċi oħrajn (waħedhom jew inkella bħala parti minn terapija kkombinata) jista’ jżid fil-qawwa l-episodji avversi ta’ indacaterol (ara sezzjoni 4.4.).

Attenzjoni meta jingħata flimkien ma’ mediċini oħrajn

Kura għall-ipokalimja

Meta mal-kura għall-ipokalimja jingħataw derivattivi ta’ methylxanthine, sterojdi, jew dijuretiċi li ma jħallux il-potassju joħroġ fl-awrina jista’ jwassal biex tiżdied il-qawwa tal-effett ipokalimiku tal- agonisti beta2-adrenerġiċi, għaldaqstant użah b’kawtela (ara sezzjoni 4.4).

X’għandu jitqies meta jingħata flimkien ma’ mediċini oħrajn

Interazzjonijiet metaboliċi u oħrajn dipendenti fuq it-trasportaturi

L-inibizzjoni tal-kontributuri ewlenin fit-tneħħija tal-indacaterol, is-CYP3A4 u l-P-glikoproteina (P- gp) tgħolli sa darbtejn l-espożizzjoni sistemika tal-indacaterol. Iż-żidiet tal-espożizzjoni minħabba interazzjonijiet ma jqanqalx biża’ ta’ xi perikli skont l-esperjenza miksuba fejn tidħol is-sigurtà tal- kura mogħtija b’indacaterol waqt studji kliniċi li damu għaddejjin sa sena u li matulhom ingħataw dożi sa darbtejn l-ogħla doża ta’ indacaterol irrakkomandata.

Cimetidine jew inibituri oħrajn tat-trasport ta’ cation organiku

Fi studju klinku fost voluntiera b’saħħithom, cimetidine, inibitur tat-trasport ta’ cations organiċi li hu maħsub li għandhom sehem fl-eskrezzjoni ta’ glycopyrronium mill-kliewi, żied l-espożizzjoni totali (AUC) għal glycopyrronium bi 22% u naqqas it-tneħħija tiegħu mill-kliewi bi 23%. Skont id-daqs ta’ dawn it-tibdiliet, mhux mistenni li jkun hemm interazzjonijiet ma’ mediċini oħrajn b’relevanza klinika meta glycopyrronium jingħata flimkien ma' cimetidine jew inibituri oħrajn ta’ trasport ta’ cations organiċi.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx tagħrif biżżejjed disponibbli dwar l-użu ta’ Ultibro Breezhaler waqt it-tqala. Studji f’annimali ma wrewx effetti diretti jew indiretti tossiċi fuq is-sistema riproduttiva waqt espożizzjonijiet relevanti klinikament (ara sezzjoni 5.3).

Indacaterol jista’ jwaqqaf il-ħlas minħabba li għandu effett rilassanti fuq il-muskolu lixx tal-utru.

Għaldaqstant, Ultibro Breezhaler għandu jintuża biss waqt it-tqala kemm-il darba l-benefiċċji mistennija jisbqu r-riskji li jista’ jkun hemm.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk indacaterol, glycopyrronium u l-metaboliti tagħhom jiġux eliminati mill-ħalib tas- sider tal-bniedem. Dejta farmakokinetika/tossikoloġika wriet l-eliminazzjoni ta’ indacaterol, glycopyrronium u l-metaboliti tagħhom tal-ħalib ta’ firien ireddgħu. L-użu ta’ Ultibro Breezhaler minn nisa jreddgħu għandu jitqies biss jekk il-benefiċċju mistenni għall-mara hu akbar minn kull possibbiltà ta’ riskju għat-tarbija (ara sezzjoni 5.3).

Fertilità

Studji dwar ir-riproduzzjoni u informazzjoni oħra fl-annimali ma jurux xi inkwiet dwar il-fertilità kemm fl-irġiel kif ukoll fin-nisa.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Dan il-prodott mediċinali m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, l-okkorrenza ta’ sturdament tista’ tinfluwenza l-ħila biex issuq u tħaddem magni (ara sezzjoni 4.8).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Il-preżentazzjoni tal-profil ta’ sigurtà tissejjes fuq l-esperjenza ta’ Ultibro Breezhaler u l-komponenti individwali.

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-esperjenza dwar is-sigurtà ta’ Ultibro Breezhaler kienet tinkludi l-espożizzjoni sa 15-il xahar għad- doża terapewtika rrakkomandata.

Ultibro Breezhaler wera reazzjonijiet avversi simili għall-komponenti individwali. Peress li fih indacaterol u glycopyrronium, bit-taħlita jistgħu jkunu mistennija it-tip u s-severità tar-reazzjonijiet avversi assoċjati ma’ kull wieħed minn dawn il-komponenti.

Il-profil ta’ sigurtà hu kkaratterizzat b’sintomi antikolinerġiċi u beta-adrenerġiċi tipiċi b’rabta mal- komponenti individwali tal-kombinazzjoni. Reazzjonijiet avversi oħrajn l-aktar komuni marbuta mal- prodott (mill-inqas 3% tal-pazjenti għal Ultibro Breezhaler u wkoll akbar minn tal-plaċebo) kienu s- sogħla, n-nażofarinġite u l-uġigħ ta’ ras.

Sommarju ttabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi osservati matul il-provi kliniċi u minn sorsi ta’ wara t-tqegħid fis-suq qed jitniżżlu skont is-sistema ta’ klassifika tal-organi fid-databażi MedDRA (Tabella 1). F’kull sistema tal- klassifika tal-organi, ir-reazzjonijiet avversi qed jidhru skont il-frekwenza, bl-aktar reazzjonijiet frekwenti jidhru l-ewwel. F’kull ġabra ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżla skont is- serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel. Barra minn hekk, il-kategorija ta’ frekwenza korrispondenti għal kull reazzjoni avversa tissejjes fuq il-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Tabella 1 Reazzjonijiet avversi

Reazzjonijiet avversi

Kategorija tal-frekwenza

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Infezzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-passaġġ respiratorju

Komuni ħafna

Nażofarinġite

Komuni

Infezzjoni fl-apparat tal-awrina

Komuni

Sinużite

Komuni

Rinite

Komuni

Disturbi fis-sistema immuni

 

Sensittività eċċessiva

Komuni

Anġjoedima2

Mhux komuni

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

 

Ipergliċemija u dijabete mellitus

Komuni

Disturbi psikjatriċi

 

Nuqqas ta’ rqad

Mhux komuni

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Sturdament

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Komuni

Paraesteżija

Rari

Disturbi fl-għajnejn

 

Glawkoma1

Mhux komuni

Disturbi fil-qalb

 

Mard iskemiku tal-qalb

Mhux komuni

Fibrillazzjoni atrijali

Mhux komuni

Takikardija

Mhux komuni

Palpitazzjonijiet

Mhux komuni

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

 

Sogħla

Komuni

Uġigħ orofarinġeali li jinkludi irritazzjoni tal-griżmejn

Komuni

Spażmi paradossali fil-bronki

Mhux komuni

Disfonja2

Mhux komuni

Epistassi

Mhux komuni

Disturbi gastrointestinali

 

Dispepsja

Komuni

Tħassir tas-snien

Komuni

Gastroenterite

Mhux komuni

Ħalq xott

Mhux komuni

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

Ħakk/raxx

Mhux komuni

Disturbi muskoluskelettriċi u tat-tessuti konnettivi

 

Uġigħ muskoluskelettriku

Mhux komuni

Spażmi fil-muskoli

Mhux komuni

Mijalġija

Mhux komuni

Uġigħ fl-estremitajiet

Mhux komuni

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

 

Ostruzzjoni tal-bużżieqa tal-awrina u retenzjoni tal-awrina

Komuni

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

 

Deni1

Komuni

Uġigħ fis-sider

Komuni

Edima periferali

Mhux komuni

Għeja

Mhux komuni

1Reazzjoni avversa li dehret b’Ultibro Breezhaler imma mhux bil-komponenti individwali.

2Rapporti riċevuti minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq; madankollu, il-frekwenzi huma ikkalkulati abażi ta’ dejta minn provi kliniċi.

Deskrizzjoni ta’ għażla ta’ reazzjonijiet avversi

Is-sogħla kienet komuni, imma normalment ħafifa bħala intensità.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

M’hemm l-ebda informazzjoni dwar doża eċċessiva klinikament rilevanti b’Ultibro Breezhaler.

Doża eċċessiva tista’ twassal sabiex l-effetti tipiċi tal-istimulanti beta2-adrenerġiċi jkunu esaġerati, jiġifieri takikardija, tregħid, palpitazzjonijiet, uġigħ ta’ ras, dardir, rimettar, sturdament, arritmija ventrikulari, aċidożi metabolika, ipokalimja u ipergliċemija jew tista’ tinduċi effetti antikolinerġiċi bħal żieda fil-pressjoni ta’ ġewwa l-għajn (li tikkawża uġigħ, disturbi fil-vista jew ħmura fll-għajn), stitikezza jew diffikultajiet biex titbattal. Għandha tingħata kura supportiva u sintomatika. F’każijiet gravi, il-pazjenti għandhom jiddaħħlu l-isptar. Jista’ jkun ikkunsidrat l-użu ta’ imblukkaturi beta kardjoselettivi għall-kura ta’ effetti beta2-adrenerġiċi, imma biss taħt is-superviżjoni ta’ tabib u b’kawtela kbira minħabba li l-użu ta’ imblukkaturi beta-adrenerġiċi jistgħu jwasslu għal spażmi fil- bronki.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini għal mard li jdejjaq il-passaġġi tal-arja, adrenerġiċi flimkien ma’ antikolinerġiċi, Kodiċi ATC: R03AL04

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Ultibro Breezhaler

Meta indacaterol u glycopyrronium jingħataw flimkien f’Ultibro Breezhaler, dawn jipprovdu effikaċja miżjuda minħabba l- mod differenti tagħhom ta’ azzjoni mmirata lejn riċetturi u mogħdijiet differenti sabiex jinkiseb rilassament tal-muskoli lixxi. Minħabba d-differenza fid-densità ta’ beta2-adrenoċetturi u M3-riċetturi fil-passaġġi tal-arja ċentrali kontra dawk periferali, il-beta2-agonisti għandhom ikunu aktar effettivi biex jirrilassaw il-passaġġi tal-arja periferali, filwaqt li kompost antikolinerġiku jista’ jkun aktar effettiv fil-passaġġi tal-arja ċentrali. Għaldaqstant għal dilatazzjoni tal-bronki fil-passaġġi tal-arja periferali u ċentrali tal-pulmun tal-bniedem taħlita ta’ beta2-adrenerġiċi u agonisti u antagonist muskariniku tista’ tkun ta’ benefiċċju.

Indacaterol

Indacaterol hu beta2-adrenerġiku b’azzjoni fit-tul biex jingħata darba kuljum. L-effetti farmakoloġiċi tal-agonisti beta2-adrenoriċetturi, inkluż ta’ indacaterol, huma sa ċertu punt attribwiti lill- istimulazzjoni tal-adenyl cyclase intraċellulari, l-enżima li tikkatalizza l-bidla tal-adenosina trifosfat (ATP) f'adenosina monofosfat-3’, 5’ ċikliku (AMP ċikliku). Żieda fil-livelli tal-AMP ċikliku tikkawża rilassament tal-muskolu lixx tal-bronki. Studji in vitro wrew li l-indacaterol għandu attività agonista għar-riċetturi-beta2 ħafna drabi aktar meta mqabbla mar-riċetturi-beta1 u beta3.

Meta jittieħed man-nifs, indacaterol jaħdem lokalment fil-pulmun bħala bronkodilatatorju. Indacaterol huwa agonist parzjali għar-riċettur beta2-adrenerġiku b’qawwa nanomolari.

Minkejja li r-riċetturi-beta2-adrenerġiċi huma r-riċetturi adrenerġiċi predominanti fil-muskolu lixx tal- bronki u r-riċetturi-beta1-adrenerġiċi huma r-riċetturi predominanti fil-qalb tal-bniedem, hemm ukoll riċetturi beta2-adrenerġiċi fil-qalb tal-bniedem li jiffurmaw bejn 10 u 50% tar-riċetturi adrenerġiċi kollha. Il-preżenza tagħhom fil-qalb iżżid il-possibbiltà li anke agonisti beta2-adrenerġiċi mill-aktar selettivi jaf ikollhom effetti fuq il-qalb.

Glycopyrronium

Glycopyrronium hu antagonist tar-riċettur muskariniku li jittieħed man-nifs u li jaħdem fit-tul (antikolinerġiku) għat-trattament bronkodilatatur ta’ manutenzjoni ta’ COPD li jintuża darba kuljum. In-nervi parasimpatetiċi huma l-mogħdija bronkokostruttiva newrali maġġura fil-passaġġi tal-arja, u t- ton kolinerġiku hu l-komponent ewlieni riversibbli li jimblokka l-influss tal-arja f'COPD. Glycopyrronium jaħdem billi jimblokka l-azzjoni bronkokostruttriċi ta' acetylcholine fuq iċ-ċelloli tal- muskoli lixxi tal-passaġġ tal-arja, u għalhekk idejjaq il-passaġġi tal-arja.

Glycopyrronium bromide hu antagonist tar-riċettur muskariniku b’affinità għolja. Intweriet selettività ta’ aktar minn 4 darbiet għar-riċetturi umani M3 fuq ir-riċettur uman M2 permezz ta’ studji ta’ rbit ma' radioligand.

Effetti farmakodinamiċi

Il-kombinazzjoni ta’ indacaterol u glycopyrronium f’Ultibro Breezhaler uriet bidu qawwi u malajr tal- azzjoni fi żmien 5 minuti mill-għoti tad-doża. L-effett baqa’ kostanti matul l-24 siegħa sħaħ wara li ngħatat id-doża.

L-effett medju fuq il-bronkodilatatur minn sensiela ta’ kejl tal-FEV1 tul 24 siegħa kien ta’ 320 ml wara 26 ġimgħa ta’ trattament. L-effett kien ħafna akbar għal Ultibro Breezhaler, meta mqabbel ma’ indacaterol, glycopyrronium jew tiotropium waħedhom (differenza ta’ 110 ml, għal kull tqabbila).

Ma kienx hemm evidenza ta’ tachyphylaxis minħabba Ultibro Breezhaler matul iż-żmien imqabbel mal-plaċebo jew il-komponenti monoterapewtiċi tiegħu.

Effetti fuq ir-rata tal-qalb

L-effetti fuq ir-rata tal-qalb f’voluntiera b’saħħithom kienu investigati wara doża singola ta’ 4 darbiet id-doża terapewtika rrakkomandata ta’ Ultibro Breezhaler mogħti f’doża mqassma f’4 stadji kull wieħed imbiegħed mill-ieħor b'siegħa u mqabbel mal-effetti tal-plaċebo, indacaterol, glycopyrronium u salmeterol.

L-akbar żieda skont il-ħin tar-rata tal-qalb imqabbla mal-plaċebo kienet ta’ +5.69 bpm (90% CI [2.71, 8.66]), l-akbar tnaqqis kien ta’ -2.51 bpm (90% CI [-5.48, 0.47]). Kollox ma’ kollox l-effett fuq ir-rata tal-qalb maż-żmien ma weriex effett farmakodinamiku konsistenti għal Ultibro Breezhaler.

Sar stħarriġ tar-rata tal-qalb f’pazjenti b'COPD b’livelli ta’ doża sopraterapewtika. Ma kienx hemm effetti relevanti ta’ Ultibro Breezhaler fuq il-medja tar-rata tal-qalb fuq medda ta’ 24 siegħa u r-rata tal-qalb evalwata wara 30 minuta, 4 sigħat u 24 siegħa.

L-intervall tal-QT

Mhux magħruf li l-komponenti ta’ Ultibro Breezhaler jistgħu jwasslu għal titwil tal-QT meta jingħataw livelli ta’ doża klinika. Studju mirqum tal-QT (TQT) f’voluntiera b’saħħithom b’dożi għoljin ta’ indacaterol meħud man-nifs (sa darbtejn id-doża terapewtika massima rrakkomandata) ma wrietx effett relevanti klinikament fuq l-intervall tal-QT. Bl-istess mod, fil-każ ta’ glycopyrronium ma kienx hemm titwil tal-QT fi studju tat-TQT wara li doża meħuda man-nifs 8 darbiet aktar id-doża terapewtika rrakkomandata.

L-effetti ta’ Ultibro Breezhaler fuq l-intervall tal-QTc kien mistħarreġ fost voluntiera b’saħħithom wara li ħadu man-nifs Ultibro Breezhaler sa 4 darbiet aktar id-doża terapewtika rrakkomandata mqassma f’4 stadji kull wieħed imbiegħed mill-ieħor b'siegħa. L-akbar differenza fil-ħin mqabbel mal- plaċebo kien ta’ 4.62 ms (90% CO 0.40, 8.85 ms), l-akbar tnaqqis fil-ħin imqabbel kien ta’ -2.71 ms (90% CI -6.97, 1.54 ms), li juri li Ultibro Breezhaler ma kellu l-ebda impatt relevanti fuq l-intervall tal-QT, kif kien mistenni minħabba l-proprjetajiet tal-komponenti tiegħu.

Fost pazjenti b’COPD, dożi supraterapewtiċi ta’ bejn 116 µg/86 µg u 464 µg/86 µg ta’ Ultibro Breezhaler urew proporzjon ogħla ta' pazjenti b'żidiet fil-QTcF imqabbel mal-linja bażi ta' bejn 30 ms u 60 ms (fuq medda ta' bejn 16.0% u 21.6% kontra 1.9% għall-plaċebo), imma ma kienx hemm żidiet fil-QTcF ta' >60 ms mil-linja bażi. L-ogħla livell ta’ doża ta’ 464 µg/86 µg Ultibro Breezhaler wera wkoll proporzjon ogħla tal-valuri assoluti tal-QTcF ta’ >450 ms (12.2% kontra 5.7% għall-plaċebo).

Il-potassju fis-serum u l-glukosju fid-demm

L-effett fuq il-potassju fis-serum fost voluntiera b’saħħithom, wara l-għoti ta’ 4 darbiet aktar mid-doża terapewtika rrakkomandata ta’ Ultibro Breezhaler, kien żgħir ħafna (id-differenza massima ta’ –

0.14 mmol/l meta mqabbel mal-plaċebo). L-effett massimu fuq il-glukosju tad-demm kien ta’ 0.67 mmol/l.

Effikaċja klinika u sigurtà

Il-programm ta’ żvilupp ta’ Ultibro Breezhaler f’Fażi III kien jinkludi sitt studji li matulhom issieħbu aktar minn 8,000 pazjent: 1) studju ta’ 26 ġimgħa kkontrollat bil-plaċebo u bl-attiv (indacaterol darba kuljum, glycopyrronium darba kuljum, tiotropium open-label darba kuljum); 2) studju ta’ 26 ġimgħa kkontrollat bl-attiv (fluticasone/salmeterol darbtejn kuljum); 3) studju ta’ 64 ġimgħa kkontrollat bl- attiv (glycopyrronium darba kuljum, tiotropium open-label darba kuljum); 4) studju ta’ 52 ġimgħa kkontrollat bi plaċebo; 5) studju ta’ 3 ġimgħat dwar it-tolleranza għall-eżerċizzju ikkontrollat bi plaċebo u b’attiv (tiotropium darba kuljum); u 6) studju ta’ 52 ġimgħa kkontrollat bl-attiv (fluticasone/salmeterol darbtejn kuljum).

F’erba’ minn dawn l-istudji l-pazjenti li ħadu sehem kellhom dijanjosi klinika b’COPD minn moderata għal gravi. Fl-istudju li dam għaddej 64 ġimgħa, il-pazjenti li ħadu sehem kellhom COPD minn gravi għal gravi ħafna bi storja ta’ ≥1 taħrix moderat jew sever tas-COPD fis-sena ta’ qabel. Fl-istudju ta’ 52 ġimgħa kkontrollat bl-attiv, il-pazjenti li ħadu sehem kellhom COPD moderata sa severa ħafna bi storja ta’ ≥1 taħrix moderat jew sever ta’ COPD fis-sena ta’ qabel.

Effetti fuq il-funzjoni tal-pulmun

F'għadd ta' studji kliniċi, Ultibro Breezhaler wera titjib importanti klinikament fil-funzjoni tal-pulmun (kif imkejjel skont il-volum ta’ nifs sfurzat ’il barra, FEV1). Skont studji f'Fażi III, l-effetti bronkodilataturi dehru fi żmien 5 minuti wara l-għoti tal-ewwel doża u nżammu tul 24 siegħa wara li ngħatat l-ewwel doża. Ma kien hemm l-ebda tnaqqis fl-effett bronkodilatatur matul iż-żmien.

Il-qawwa tal-effett kienet tiddependi mill-grad ta’ riversabbiltà tal-limitazzjoni tal-influss tal-arja fil- linja bażi (ittesstjata bl-għoti ta’ antagonist bronkodilataturi muskariniku b’azzjoni immedjata u ta’agonist bronkodilatatur beta 2 b’azzjoni immdejata): Pazjenti bl-anqas grad ta’ riversibbiltà fil-linja bażi (<5%) normalment urew rispons bronkodilataturi aktar baxx minn pazjenti bi grad ogħla ta’ riversabbiltà fil-linja bażi (≥5%). Fis-26 ġimgħa (endpoint primarju), Ultibro Breezhaler żied l-anqas FEV1 bi 80 ml f’pazjenti (Ultibro Breezhaler n=82; plaċebo n=42) bl-anqas grad ta’ riversibbiltà (<5%) (p=0.053) u b’220 ml f'dawk il-pazjenti (Ultibro Breezhaler n=392, plaċebo n=190) b’livell ogħla ta’ riversibbiltà fil-linja bażi (≥5%) imqabbel mal-plaċebo (p<0.001).

L-anqas u l-ogħla FEV1:

Kien hemm żieda ta’ 200 ml fl-anqas FEV1 wara l-għoti tad-doża mqabbel mal-plaċebo mas-

26 ġimgħa tal-endpoint primarju (p<0.001) u dehru żidiet qawwija statistikament imqabbel ma' kull komponent fil-grupp mogħti t-trattament monoterapewtiku (indacaterol u glycopyrronium) kif ukoll fil-grupp mogħti tiotropium, kif qed jidher fit-tabella ta' hawn taħt.

L-anqas FEV1 wara l-għoti tad-doża (medja tal-anqas kwadri) fl-1 ġurnata u fis-26 ġimgħa

(endpoint primarju)

Differenza fit-trattament

L-1 ġurnata

Is-26 ġimgħa

Ultibro Breezhaler – plaċebo

190 ml (p<0.001)

200 ml (p<0.001)

Ultibro Breezhaler – indacaterol

80 ml (p<0.001)

70 ml (p<0.001)

Ultibro Breezhaler – glycopyrronium

80 ml (p<0.001)

90 ml (p<0.001)

Ultibro Breezhaler – tiotropium

80 ml (p<0.001)

80 ml (p<0.001)

Il-medja tal-FEV1 wara l-għoti tad-doża (il-medja tal-valuri ttieħdet -45 u -15-il minuta qabel ma ngħatat id-doża tal-mediċina mogħtija waqt l-istudju għal filgħodu) kienet sinjifikanti statistikament favur Ultibro Breezhaler fis-26 ġimgħa mqabbel ma’ fluticasone/salmeterol (differenza fil-medja tal- kura tal-anqas kwadri [LS] 100 ml, p<0.001), fit-52 ġimgħa mqabbel ma’ plaċebo (differenza fil- medja tal-kura ta’ LS ta’ 189 ml, p<0.001) u waqt il-viżti kollha sal-64 ġimgħa mqabbel ma’ glycopyrronium (differenza fil-medja tal-kura ta’ LS ta’ 70-80 ml, p <0.001) u tiotropium (differenza fil-medja tal-kura ta’LS ta’ 60-80 ml, p <0.001). Fl-istudju ta’ 52 ġimgħa kkontrollat bl-attiv, il-medja tal-FEV1 ta’ qabel id-doża kienet statistikament sinifikanti favur Ultibro Breezhaler waqt il-viżti kollha sat-52 ġimgħa, meta mqabbel ma’ fluticasone/salmeterol (differenza fil-medja tal-kura ta’ LS ta’ 62-86 ml, p<0.001). Mas-26 ġimgħa, Ultibro Breezhaler ipproduċa titjib sinjifikanti statistikament fl-ogħla FEV1 imqabbel mal-plaċebo fl-ewwel 4 sigħat wara l-għoti tad-doża (differenza fil-medja tal- kura ta’ LS ta’ 330 ml) (p<0.001).

FEV1 AUC:

Ultibro Breezhaler żied il-FEV1 u l-AUC0-12 (endpoint primarju) wara l-għoti tad-doża b’140 ml wara 26 ġimgħa (p<0.001) imqabbel ma’ fluticasone/salmeterol.

Riżultati sintomatiċi

Qtugħ ta’ nifs:

Ultibro Breezhaler naqqas b’mod sinjifikanti statistikament il-qtugħ ta’ nifs kif evalwat skont it-

Transitional Dyspnoea Index (TDI); dan wera titjib sinjifikanti statistikament fl-iskor fokali TDI mas- 26 ġimgħa mqabbel ma' plaċebo (differenza medja fil-kura ta’ LS ta’ 1.09, p<0.001), tiotropium (differenza medja fil-kura ta’ LS ta’ 0.51, p=0.007) u fluticasone/salmeterol (differenza medja fil-kura ta’ LS ta’ 0.76, p=0.003). It-titjib kontra indacaterol u glycopyrronium kien ta' 0.26 u 0.21, rispettivament.

Persentaġġ ogħla u sinjifikanti statistikament ta’ pazjenti mogħtija Ultibro Breezhaler irrispondew b’titjib ta’ punt 1 jew akbar fl-iskor fokali tat-TDI fis-26 ġimgħa mqabbel mal-plaċebo (68.1% u 57.5% rispettivament, p=0.004). Proporzjon akbar ta’ pazjenti wrew rispons sinjifikanti klinikament fis-26 ġimgħa b’Ultibro Breezhaler imqabbel ma’ tiotropium (68.1% Ultibro Breezhaler kontra 59.2% tiotropium, p=0.016) u fluticasone/salmeterol (65.1% Ultibro Breezhaler kontra 55.5% fluticasone/salmeterol, p=0.088).

Il-kwalità tal-ħajja b’rabta mas-saħħa:

Ultibro Breezhaler wera wkoll effett sinjifikanti klinikament fuq il-kwalità tal-ħajja b'rabta mas-saħħa mkejla skont is-St. George’s Respiratory Questionnaire (SGRQ) kif indikat bi tnaqqis fl-iskor totali ta’ SGRQ mas-26 ġimgħa mqabbel mal-plaċebo (differenza fil-medja tal-kura ta’ LS ta’ -3.01, p=0.002) u tiotropium (differenza fil-medja tal-kura ta’ LS ta’ -2.13, p=0.009) u tnaqqis kontra indacaterol u glycopyrronium kienu ta’ -1.09% u -1.18, rispettivament. Mal-64 ġimgħa, it-tnaqqis imqabbel ma' tiotropium kien sinjifikanti statistikament (differenza fil-medja tal-kura ta’ LS -2.69, p<0.001). Mat-52 ġimgħa, it-tnaqqis meta mqabbel ma’ fluticasone/salmeterol kien statistikament sinifikanti (differenza fil-medja tal-kura ta’ LS ta’ -1.3, p=0.003).

Persentaġġ ogħla ta’ pazjenti mogħtija Ultibro Breezhaler irrispondew b’titjib sinjifikanti klinikament fl-iskor tal-SGRQ (iddefinit bħala tnaqqis ta’ mill-inqas 4 unitajiet mil-linjabażi) fis-26 ġimgħa mqabbel mal-plaċebo (63.7% u 56.6% rispettivament, p=0.088) u tiotropium (63.7% Ultibro

Breezhaler kontra 56.4% tiotropium, p=0.047), fl-64 ġimgħa mqabbel ma’ glycopyrronium u tiotropium (57.3% Ultibro Breezhaler kontra 51.8% glycopyrronium, p=0.055; kontra 50.8% tiotropium, p=0.051, rispettivament), u mat-52 ġimgħa meta mqabbel ma’ fluticasone/salmeterol (49.2% Ultibro Breezhaler vs. 43.7% fluticasone/salmeterol, proporzjon ta’ probabbiltà: 1.30, p<0.001).

Attivitajiet ta’ kuljum

Ultibro Breezhaler wera titjib superjuri statistikament kontra tiotropium fil-perċentwali ta’ “jiem li fihom tkun kapaċi twettaq attivitajiet ta’ kuljum” tul medda ta’ 26 ġimgħa (differenza fil-medja tal- kura ta’ LS ta’ 8.45%, p<0.001). Fl-64 ġimgħa, Ultibro Breezhaler wera titjib numeriku fuq glycopyrronium (differenza fil-medja tal-kura ta’ LS ta’ 1.95%, p=0.175) u titjib statistikament fuq tiotropium (differenza fil-medja tal-kura ta’ LS ta’ 4.96%; p=0.001).

Taħrix tas-COPD

Fi studju ta’ 64 ġimgħa li qabbel Ultibro Breezhaler (n=729), glycopyrronium (n=739) u tiotropium (n=737), Ultibro Breezhaler naqqas ir-rata anwalizzata ta’ taħrix moderat jew serju tas-COPD bi 12% mqabbel ma' glycopyrronium (p=0.038) u b'10% mqabbel ma' tiotropium (p=0.096). In-numru ta' taħrix moderat jew sever ta’ COPD/snin ta’ pazjent kien ta’ 0.94 għal Ultibro Breezhaler (812 il- avveniment), 1.07 għal glycopyrronium (900 avveniment) u 1.06 għal tiotropium (898 avveniment). Ultibro Breezhaler naqqas ukoll b’mod statistikament sinifikanti ir-rata anwalizzata ta’ kull taħrix ta’ COPD (ħafif, moderat jew sever) b’15% meta mqabbel ma’ glycopyrronium (p=0.001) u b’14% meta mqabbel ma’ tiotropium (p=0.002). In-numru ta’ kull taħrix ta’ COPD/snin ta’ pazjent kien ta’ 3.34 għal Ultibro Breezhaler (2,893 avveniment), 3.92 għal glycopyrronium (3,294 avveniment) u 3.89 għal tiotropium (3,301 avveniment).

Fl-istudju ta’ 52 ġimgħa li qabbel Ultibro Breezhaler (n=1,675) u fluticasone/salmeterol (n=1,679), Ultibro Breezhaler laħaq l-objettiv primarju tal-istudju ta’ non-inferjorità fir-rata ta’ kull taħrix ta’ COPD (ħafif, moderat jew sever) meta mqabbel ma’ fluticasone/salmeterol. In-numru ta’ kull taħrix ta’ COPD/snin ta’ pazjent kien ta’ 3.59 għal Ultibro Breezhaler (4,531 avveniment) u 4.03 għal fluticasone/salmeterol (4,969 avveniment). Ultibro Breezhaler wera wkoll superjorità fit-tnaqqis tar- rata anwalizzata ta’ kull taħrix bi 11% meta mqabbel ma’ fluticasone/salmeterol (p=0.003).

Meta mqabbel ma’ fluticasone/salmeterol, Ultibro Breezhaler naqqas ir-rata anwalizzata kemm tat- taħrix moderat kif ukoll dak sever bi 17% (p<0.001), u ta’ taħrix sever (li jeħtieġ rikoveru l-isptar) bi 13% (mhux statistikament sinifikanti, p=0.231). In-numru ta’ taħrix moderat jew sever ta’ COPD/snin ta’ pazjent kien ta’ 0.98 għal Ultibro Breezhaler (1,265 avveniment) u 1.19 għal fluticasone/salmeterol (1,452 avveniment). Ultibro Breezhaler tawwal il-ħin sal-ewwel taħrix moderat jew sever bi tnaqqis ta’ 22% fir-riskju ta’ taħrix (p<0.001) u tawwal il-ħin sal-ewwel taħrix sever bi tnaqqis ta’ 19% fir- riskju ta’ taħrix (p=0.046).

L-inċidenza ta’ pnewmonja kienet ta’ 3.2% fil-fergħa ta’ Ultibro Breezhaler meta mqabbel ma’ 4.8% fil-fergħa ta’ fluticasone/salmeterol (p = 0.017). Il-ħin sal-ewwel avveniment ta’ pnewmonja ttawwal b’Ultibro Breezhaler meta mqabbel ma’ fluticasone/salmeterol (p=0.013).

Fi studju ieħor li qabbel Ultibro Breezhaler (n=258) u fluticasone/salmeterol (n=264) għal 26 ġimgħa, l-għadd ta’ taħrixiet ta’ COPD ħfief jew moderat/snin ta’ pazjent kien ta’ 0.15 kontra 0.18 (18-

il avveniment kontra 22 avveniment), rispettivament (p=0.512), u n-numru ta’ kull taħrix tas- COPD/snin ta’ pazjent (ħafif, moderat jew sever) kien ta’ 0.72 kontra 0.94 (86 episodju kontra 113-il episodju), rispettivament (p=0.098).

L-użu ta’ medikazzjoni ta’ salvataġġ

Matul 26 ġimgħa, Ultibro Breezhaler naqqas b’mod qawwi statistikament l-użu ta’ medikazzjoni ta’ riskju (salbutamol) b’0.96 sprejjaturi kuljum (p<0.001) imqabbel mal-plaċebo, 0.54 sprejjaturi kuljum

(p<0.001) imqabbel ma’ tiotropium u b’0.39 sprejjatura kuljum (p=0.019) mqabbel ma’ fluticasone/salmetrol. Matul 64 ġimgħa, dan it-tnaqqis kien ta' 0.76 sprejjaturi kuljum (p<0.001) imqabbel ma’ tiotropium. Matul 52 ġimgħa, Ultibro Breezhaler naqqas l-użu ta’ medikazzjoni ta’ riskju b’0.25 sprejjaturi kuljum meta mqabbel ma’ fluticasone/salmeterol (p<0.001).

Tolleranza ta’ eżerċizzju

Ultibro Breezhaler, iddożat filgħodu, naqqas l-iperinflazzjoni dinamika u tejjeb it-tul ta’ ħin ta' eżerċizzju u dan baqa' jinżamm sa mill-ewwel doża 'l quddiem. Fl-ewwel jum ta' trattament, il-ħila ispiratorja waqt l-eżerċizzju tjiebet sinjifikament (differenza fil-medja tal-kura ta’ LS ta’ 250 ml, p<0.001) imqabbel ma’ plaċebo. Wara tliet ġimgħat mit-trattament, it-titjib fil-ħila ispiratorja b’Ultibro Breezhaler kienet akbar (differenza fil-medja tal-kura ta’ LS ta’ 320 ml, p<0.001) u kien hemm żieda fl-ammont ta' ħin ta' eżerċizzju (differenza fil-medja tal-kura ta’ LS ta’ 59.5 sekondi, p=0.006) imqabbel mal-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Ultibro Breezhaler f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika bil-marda pulmonari ostruttiva kronika

(COPD) (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Ultibro Breezhaler

Wara li Ultibro Breezhaler jittieħed man-nifs, il-ħin medjan sakemm jintlaħqu l-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ indacaterol u glycopyrronium kien ta’ madwar 15-il minuta u 5 minuti, rispettivament.

Skont id-dejta ta’ wirja in vitro, id-doża ta’ indacaterol imwassla fil-pulmun hi mistennija li tkun tixbah lil dik ta’ Ultibro Breezhaler u l-prodott monoterapewtiku b’indacaterol. L-espożizzjoni fi stat fiss għal indacaterol wara li Ultibro Breezhaler ittieħed man-nifs kienet jew tixbah jew kemxejn inqas mill-espożizzjoni sistemika wara t-teħid man-nifs tal-prodott monoterapewtiku b’indacaterol.

Wara li Ultibro Breezhaler jittieħed man-nifs, il-bijodisponibbiltà assoluta ta’ indacaterol kienet stmata li tvarja minn 61 għal 85% tad-doża meħuda, u dik ta’ glycopyrronium kienet ta’ madwar 47% tad- doża meħuda.

L-espożizzjoni fi stat fiss ta’ glycopyrronium wara t-teħid man-nifs ta’ Ultibro Breezhaler kienet tixbah lill-espożizzjoni sistemika wara t-teħid man-nifs tal-prodott monoterapewtiku bi glycopyrronium.

Indacaterol

Konċentrazzjonijiet fi stat fiss ta’ indacaterol intlaħqu bejn it-12 u l-15-il ġurnata wara għoti ta’ darba kuljum. Il-proporzjon medju tal-akkumulazzjoni ta’ indacaterol, jiġifieri l-AUC wara intervall fl-għoti tad-doża ta’ 24 siegħa fl-14-jew il-15-il ġurnata meta mqabbel mal-ewwel ġurnata, kien ta’ bejn 2.9 u 3.8 għal dożi ta’ bejn 150 mikrogramma u ta’ 600 µg and 480 µg (doża meħuda).

Glycopyrronium

F’pazjenti b’COPD, il-farmakokinetika ta' glycopyrronium fi stat fiss ntlaħqet fi żmien ġimgħa mit- tnehdija tat-trattament. Il-quċċata medja milħuqa waqt stat stabbli u permezz tal-konċentrazzjonijiet tal-plażma ta’ glycopyrronium skont id-doża rrakkomandata ta’ doża waħda kuljum kienet ta’

166 pikogramma/ml u 8 pikogrammi/ml rispettivament. L-espożizzjoni għal glycopyrronium fi stat fiss (l-AUC wara intervall mill-aħħar doża ta’ 24 siegħa) kien ta’ madwar 1.4 sa 1.7 drabi ogħla minn dik ta’ wara l-ewwel doża.

Distribuzzjoni

Indacaterol

Wara infużjoni fil-vini l-volum tad-distribuzzjoni tal-indacaterol matul il-fażi ta’ eliminazzjoni terminali kien ta’ 2557 litru li juri distribuzzjoni estensiva. Il-perċentwali tas-serum uman u tat-twaħħil mal-proteini tal-plasma tad-demm in vitro kien ta’ 95%.

Glycopyrronium

Wara l-għoti tad-doża mill-vina, il-volum tad-distribuzzjoni ta’ glycopyrronium fi stat fiss kien ta’

83 litru u l-volum tad-distribuzzjoni fil-fażi terminali kien ta’ 376 litru. Il-volum apparenti tad- distribuzzjoni fil-fażi terminali wara t-teħid tal-mediċina man-nifs kien kważi 20 darba akbar, li jirrifletti l-eliminazzjoni mill-aktar kajmana wara t-teħid tal-mediċina man-nifs. It-twaħħil in vitro tal- proteini mal-plażma umana ta’ glycopyrronium kien ta’ bejn 38% u 41% f’konċentrazzjonijiet ta’ bejn

1 u 10 nanogrammi/ml.

Bijotransformazzjoni

Indacaterol

Wara li ttieħdet doża orali ta’ indacaterol radjuttikkettjat waqt studju dwar l-ADME (assorbiment, distribuzzjoni, metaboliżmu u eliminazzjoni) fost il-bnedmin, il-komponent ewlieni tas-serum kien l- indacaterol mhux mibdul, li kien jammonta għal madwar terz tal-AUC tal-mediċina sħiħa fuq medda ta’ 24 siegħa. L-iktar metabolit prominenti fis-serum kien derivattiv idrosillat. Metaboliti prominenti oħrajn kienu l-O-glukuronidi fenoliċi tal-indacaterol u l-indacaterol idrosillat. Metaboliti oħrajn identifikati kienu d-diastereomer tad-derivattiv idrosillat, l-N-glukuronid tal-indacaterol, u l-prodotti C- u N-dealkilati.

In vitro l-isoform UGT1A1 hu kontributur ewlieni għat-tneħħija metabolika ta’ indacaterol. Madanakollu, kif jidher fi studju kliniku f’popolazzjonijiet b’ġenotipi UGT1A1 differenti, l- espożizzjoni sistemika għal indacaterol mhijiex affettwata b’mod qawwi mill-ġenotip UGT1A1.

Instabu metaboliti ossidattivi f’inkubazzjonijiet b’CYP1A1, CYP2D6, u CYP3A4 rrikombinanti. Ġie konkluż li CYP3A4 huwa l-iżoenzima predominanti responsabbli għall-idrosillazzjoni tal-indacaterol. Investigazzjonijiet in vitro komplew juru li l-indacaterol huwa substrat b’affinità baxxa għall-pompa ta’ effluss P-gp.

Glycopyrronium

Studji in vitro dwar il-metaboliżmu wrew mogħdijiet metaboliċi konsistenti għal glycopyrronium bromide bejn l-annimali u l-bnedmin. Kien hemm idroksillazzjoni li wasslet għal varjetà ta’ metaboliti mono u bisidroksillati u idrolisi diretta li wasslet biex jiffurmaw derivattivi ta’ aċdi karboksilliċi (M9). In vivo, M9 hu ffurmat mill-frazzjoni ta' doża miblugħa ta' glycopyrronium bromide meħud man-nifs. Instab li kien hemm glucuronide u/jew konjugati tas-sulfat ta’ glycopyrronium fl-awrina tal-bnedmin wara teħid ripetut tal-mediċina man-nifs, li jammontaw għal madwar 3% tad-doża meħuda.

Iżoenzimi multipli ta’ CYP jikkontribwixxu għall-bijotrasformazzjoni ossidattiva ta’ glycopyrronium. M’hemmx il-probabbiltà li inibizzjoni jew induzzjoni tal-metaboliżmu ta’ glycopyrronium iwasslu għal bidla relevanti fl-espożizzjoni sistemika tas-sustanza attiva.

Studji in vitro dwar l-inibizzjoni wrew li glycopyrronium bromide m’għandux kapaċità relevanti li jinibixxi CYP1A2, CYP2A6, CYP2C8, CYP2C9, CYP2C19, CYP2D6, CYP2E1 jew CYP3A4/5, it- trasportaturi tal-effluss MDR1, MRP2 jew MXR, u t-trasportaturi tal-uptake OCT1 jew OCT2. Studji in vitro dwar l-induzzjoni tal-enzimi ma indikawx induzzjoni klinikament relevanti bi glycopyrronium bromide għaċ-ċitokromu tal-iżoenzimi P450 ttestjati jew għal UGT1A1 u t-trasportaturi MDR1 u MRP2.

Eliminazzjoni

Indacaterol

Waqt studji kliniċi, l-ammont ta’ indacaterol mgħoddi mhux mibdul mal-awrina kien ġeneralment anqas minn 2.5% tad-doża meħuda. Il-medja tat-tneħħija tal-indacaterol mill-kliewi kienet ta' bejn

0.46 u ta’ 1.20 litri/siegħa. Meta mqabbel mat-tneħħija tas-serum tal-indacaterol ta’ 23.3 litri/siegħa, jidher ċar li l-proċess tat-tneħħija mill-kliewi għandu sehem żgħir (ta’ bejn 2 u 5% tat-tneħħija sistemika) fl-eliminazzjoni tal-indacaterol disponibbli sistemikament.

Studju dwar l-ADME fost il-bnedmin, indacaterol mogħti mill-ħalq għadda mal-ippurgar tal-bniedem primarjament bħala sustanza ewlenija mhux mibdula (54% tad-doża) u bħala metaboliti tal-indacaterol idrosillat, għalkemm b’anqas qawwa (23% tad-doża).

Il-konċentrazzjonijiet tas-serum tal-indacaterol battew f'fażijiet differenti b’medja tal-half-life terminali ta' bejn 45.5 u 126 siegħa. Il-half-life effettiva, ikkalkulata skont kemm inġabar indacaterol wara li ngħataw dożi ripetuti varjat bejn 40 u 52 siegħa li hu konsistenti mar-relazzjoni osservata bejn il-ħin u l-istabbiltà tal-kundizzjoni ta’ madwar it-12 u l-15-il ġurnata.

Glycopyrronium

Wara l-għoti mill-vina ta’ glycopyrronium bromide b’tikketta [3H], l-eskrezzjoni medja tar- radjuattività mal-awrina fi żmien 48 siegħa kien ta’ 85% tad-doża. 5% oħra tad-doża nstab mal-bajl.

L-eliminazzjoni tal-mediċina ewlenija mill-kliewi kien ta’ madwar 60 u 70% tat-tneħħija totali ta’ glycopyrronium disponibbli sistemikament filwaqt li l-proċessi tat-tneħħija mhux mill-kliewi kienu ta’ madwar 30 sa 40%. It-tneħħija mal-bajl tikkontribwixxi għat-tneħħija mhux mill-kliewi, imma hu maħsub li l-biċċa l-kbira tat-tneħħija mhux mill-kliewi sseħħ minħabba l-metaboliżmu.

It-tneħħija medja ta’ glycopyrronium mill-kliewi wara t-teħid tal-mediċina man-nifs kienet ta’ bejn 17.4 u 24.4 litri/siegħa. Is-sekrezzjoni tubulari attiva tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni mill-kliewi ta’ glycopyrronium. Sa 23% tad-doża meħuda nstabet fl-awrina bħala mediċina ewlenija.

Il-konċentrazzjonijiet tal-plażma ta’ glycopyrronium niżlu f'fażijiet differenti. Il-half life medja tal- eliminazzjoni terminali kienet itwal wara t-teħid tal-mediċina man-nifs (33 sa 57 siegħa) milli wara t- teħid mill-vina (6.2 sigħat) u mill-ħalq (2.8 sigħat). Il-mod kif tiġi eliminata jissuġġerixxi li hemm assorbiment sostenibbli mill-pulmun u/jew trasferiment ta’ glycopyrronium fis-sistema ċirkulatorja malli jgħaddu u jaqbżu l-24 siegħa minn xħin tittieħed il-mediċina man-nifs.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

Indacaterol

L-espożizzjoni sistemika għal indacaterol żdiedet hekk kif id-doża (meħuda) żdiedet (120 µg sa 480 µg) u dan proporzjonalment skont id-doża.

Glycopyrronium

F’pazjenti b’COPD kemm l-espożizzjoni sistemika u l-eskrezzjoni totali mal-awrina ta' glycopyrronium fi stat farmakokinetiku fiss żdiedet proporzjonalment skont id-doża (meħuda) fuq il- medda tad-dożi mogħtija minn 44 sa 176 µg.

Popolazzjonijiet speċjali

Ultibro Breezhaler

Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni tad-dejta fost pazjenti b'COPD wara li ħadu Ultibro

Breezhaler man-nifs uriet li ma hemmx effett sinjifikanti tal-età, is-sess u (ġisem immejjel) l-piż fuq l- espożizzjoni sistemika ta' indicaterol u glycopyrronium. Il-piż tal-ġisem immejjel (li hi funzjoni tal-piż u t-tul) kien identifikat bħala kovarjat. Dehret korrelazzjoni negattiva bejn l-espożizzjoni sistemika u l- piż tal-ġisem immejjel (jew tal-piż tal-ġisem); madanakollu, mhuwiex irrakkomandat aġġustament tad- doża minħabba s-saħħa tal-bidla jew tal-preċiżjoni mbassra tal-piż tal-ġisem immejjel.

L-istat tat-tipjip u tal-FEV1 fil-linjabażi ma jidhirx li kellu effett fuq l-espożizzjoni sistemika ta’ indacaterol u glycopyrronium wara li Ultibro Breezhaler jittieħed man-nifs.

Indacaterol

Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni wriet li l-età (adulti sa 88 sena), is-sess, il-piż (32-168 kg) jew ir-razza m’għandhomx effett relevanti klinikament fuq il-farmakokinetiċi tal-indacaterol. Ma wrietx li jista' jkun hemm differenzi bejn sottogruppi etniċi f’din il-popolazzjoni.

Glycopyrronium

Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni tad-dejta miksuba minn pazjenti b’COPD identifikat il-piż tal-ġisem u l-età bħala fatturi li jikkontribwixxu għall-varjabbiltà bejn il-pazjenti fl-espożizzjoni sistemika. Glycopyrronium skont id-doża rrakkomandata jista’ jintuża bla periklu minn nies ta' kull età u piż.

Is-sess ta’ dak li jkun, jekk ipejjipx jew le u l-FEV1 fil-linja bażi ma dehrux li kellhom effett fuq l- espożizzjoni sistemika.

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Ultibro Breezhaler:

Skont karatteristiċi farmakokinetiċi kliniċi tal-komponenti monoterapewtiċi tiegħu, Ultibro Breezhaler jista’ jintuża skont id-doża rrakkomandata f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied minn ħafif sa moderat. Ma teżistix dejta għal suġġetti b’indeboliment renali gravi.

Indacaterol:

Pazjenti b’indeboliment ħafif jew moderat tal-fwied ma wrew l-ebda tibdil relevanti fis-Cmax jew fl- AUC tal-indacaterol, u lanqas ma kien hemm differenza fil-proċess ta’ twaħħil mal-proteini tad-demm bejn suġġetti b’diffikultà epatika bejn ħafifa u moderata u suġġetti oħrajn b’saħħithom. Ma sarux studji f’suġġetti b’indeboliment gravi tal-fwied.

Glycopyrronium:

Ma sarux studji kliniċi f'pazjenti b'indeboliment tal-fwied. Glycopyrronium jitneħħa primarjament miċ-ċirkulazzjoni sistemika permezz tal-eskrezzjoni renali. Mhux maħsub li indeboliment fil- metaboliżmu epatiku ta’ glycopyrronium iwassal għal żieda relevanti klinikament fl-espożizzjoni sistemika.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Ultibro Breezhaler:

Skont karatteristiċi farmakokinetiċi kliniċi tal-komponenti monoterapewtiċi tiegħu, Ultibro Breezhaler jista’ jintuża skont id-doża rrakkomandata f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied minn ħafif sa moderat. F’pazjenti b’indeboliment tal-fwied gravi jew li jinsabu fl-aħħar stadju tal-marda tagħhom tal-kliewi u li jeħtieġu dijaliżi, Ultibro Breezhlaer għandu jintuża biss jekk il-benefiċċju mistenni jegħleb ir-riskju li jista’ jkun hemm.

Indacaterol:

Minħabba li ftit li xejn tal-mediċina totali fil-ġisem titneħħa mal-awrina, ma sarx studju f’suġġetti b’indeboliment tal-kliewi.

Glycopyrronium:

Indeboliment tal-kliewi għandu impatt fuq l-espożizzjoni sistemika ta’ glycopyrronium bromide. Kien hemm żieda moderata fil-medja tal-espożizzjoni sistemika sħiħa (AUClast) sa 1.4 drabi f’suġġetti b’indeboliment tal-kliewi ħafif u moderat u sa 2.2 drabi f'suġġetti b'indeboliment tal-kliewi gravi u b'mard tal-kliewi fl-aħħar stadju. F’pazjenti b’COPD b’indeboliment tal-kliewi minn ħafif għal moderat (rata ta’ filtrazzjoni glomerulari, eGFR taħt it-30 ml/min/1.73 m2) glycopyrronium bromide jista’ jintuża skont id-doża rrakkomandata.

Etniċità

Ultibro Breezhaler:

Ma kienx hemm differenzi kbar fl-espożizzjoni sistemika totali (AUC) għaż-żewġ komponenti bejn suġġetti Ġappuniżi u Kawkażi. Ma teżistix biżżejjed dejta farmakokinetika dwar etniċitajiet jew razez oħrajn.

Indacaterol:

Ma kinitx identifikata differenza bejn sottogruppi etniċi. Hemm esperjenza limitata dwar it-trattament disponibbli għall-popolazzjoni ta’ lewn iswed.

Glycopyrronium:

Ma kienx hemm differenzi kbar fl-espożizzjoni sistemika totali (AUC) bejn suġġetti Ġappuniżi u Kawkażi. M’hemmx biżżejjed dejta farmakokinetika dwar etniċitajiet jew razez oħrajn.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ultibro Breezhaler

Studji ta’ qabel l-użu kliniku kienu jinkludu evalwazzjonijiet dwar is-sigurtà farmakoloġika in vitro u in vivo, studji dwar it-tossiċità f’każ ta’ teħid ripetut ta’ dożi man-nifs fil-firien u l-klieb u studju dwar l-iżvilupp tal-embrijun fetali fil-firien meta l-mediċina tittieħed man-nifs.

Kien hemm żieda fir-rata tal-qalb tal-klieb meta mogħtija d-dożi kollha ta’ Ultibro Breezhaler u kull komponent tal-monoterapija. L-effetti fuq ir-rata tal-qalb b’Ultibro Breezhaler żdiedu fil-qawwa u d- dewmien meta mqabbla mat-tibdiliet osservati f’kull komponent waħdu u dan b’konsistenza mar- rispons addittiv. Dehru wkoll tqassir tal-intervalli elettrokardjografiċi u tnaqqis fil-pressjoni tad-demm sistolika u dijastolika. Meta indacaterol ingħata lill-klieb waħdu jew flimkien ma’ Ultibro Breezhaler, dan kien assoċjat ma’ inċidenza u gravità simili ta' feriti mijokardijaċi. L-espożizzjonijiet sistemiċi (AUC) fil-livell ta’ effetti avversi mhux osservati (NOAEL) għal feriti mijokardijaċi kienu 64 u 59 darba aktar milli għall-bnedmin, għal kull komponenti rispettivament.

Ma dehrux effetti fuq l-embrijun jew il-fetu fi kwalunkwe doża ta’ Ultibro Breezhaler matul studju ta’ żvilupp tal-embrijun fetali fil-firien. L-espożizzjonijiet sistemiċi (AUC) fil-livell ta’ effetti avversi mhux osservati (NOAEL) għal feriti mijokardijaċi kienu 79 u 126 darba aktar milli għall-bnedmin, għal indacaterol u glycopyrronium rispettivament.

Indacaterol

Fost l-effetti fuq is-sistema kardjovaskulari fil-klieb attribwiti lill-proprjetajiet tal-beta2-agonisti tal- indacaterol kien hemm it-takikardija, l-arritmija u feriti mijokardijaċi. Fil-rodenti dehret irritazzjoni

ħafifa fil-kavità nażali u fil-larinġi. Dawn is-sejbiet kollha seħħu waqt espożizzjonijiet li kienu jiżbqu biżżejjed lil dawk imbassra għall-bnedmin.

Minkejja li l-indacaterol ma affettwax il-ħila riproduttiva waqt studju dwar il-fertilità fost il-firien, kien osservat tnaqqis fl-għadd ta’ frieħ F1 tqal waqt studju magħmul tul l-iżvilupp tal-firien u wara u li ngħataw doża 14-il darba aktar minn dik mogħtija lill-bnedmin ikkurati b’indacaterol. Indacaterol u l- metaboliti tiegħu għaddew b’ħeffa fil-ħalib tal-firien qed ireddgħu. L-indacaterol ma kienx tossiku għall-embrijuni jew teratoġeniku għall-firien jew il-fniek.

Studji ġenotossiċi ma wrew l-ebda potenzjal ta’ mutaġeniċità jew klastoġeniċità. Saret evalwazzjoni tal-karċinoġeniċità waqt studju fuq il-firien li dam għaddej sentejn u waqt studju transġeniku fuq il- ġrieden li dam għaddej sitt xhur. Iż-żieda fl-inċidenza tal-leiomyoma beninn tal-ovarji u iperplasja fokali tal-muskoli lixxi tal-ovarji fil-firien kienet konsistenti ma’ sejbiet simili rrappurtati għal agonisti beta2-adrenerġiċi oħrajn. Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ karċinoġeniċità fil-ġrieden. L- espożizzjonijiet sistemiċi (AUC) fil-firien u l-ġrieden fuq livelli ta’ effett avvers mhux osservat f’dawn l-istudji kienu mill-inqas 7 u 49 darba aktar, rispettivament, milli fil-bnedmin ikkurati b’indacaterol bl- ogħla terapewtika rrakkomandata darba kuljum.

Glycopyrronium

Tagħrif mhux kliniku bbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, riskju ta’ kanċer, effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva u l- iżvilupp, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Effetti attribwiti għall-proprjetatjiet tar-riċettur muskariniku antagonist ta’ glycopyrronium bromide kienu jinkludu żidiet bejn ħfief u moderati fir-rata tat-taħbit tal-qalb tal-klieb, opaċitajiet tal-lenti fil- firien u, tibdiliet riversibbli assoċjati ma’ tnaqqis fis-sekrezzjonijiet mill-glandoli fil-firien u l-klieb.

Dehru wkoll stat ħafif ta’ irritazzjoni jew tibdiliet adattivi fil-passaġġ respiratorju fil-firien. Dawn is- sejbiet kollha seħħu waqt espożizzjonijiet li kienu jisbqu biżżejjed lil dawk imbassra għall-bnedmin.

Glycopyrronium ma kienx teratoġeniku fil-firien jew fil-fniek wara li ttieħed man-nifs. Ma kenux affettwati l-fertilità u l-iżvilupp ta’ qabel u wara t-twelid fil-firien. Glycopyrronium bromide u l- metaboliti tiegħu ma għaddewx b’mod sinifikanti mill-barriera plaċentali tal-ġrieden, fniek u klieb tqal. Glycopyrronium bromide (inkluż il-metaboliti tiegħu) għadda mal-ħalib tal-firien ireddgħu u kellu konċentrazzjonijiet sa 10 darbiet ogħla fil-ħalib milli kellu fid-demm tal-omm.

Studji ġenotossiċi ma wrew l-ebda potenzjal ta’ mutaġeniċità jew klastoġeniċità minn glycopyrronium bromide. Studji dwar il-karċinoġeniċità fi ġrieden transġeniċi li ħadu dożi mill-ħalq u f’firien li ħadu dożi man-nifs ma wrew l-ebda evidenza ta’ karċinoġeniċità f’espożizzjonijiet sistemiċi (AUC) ta’ madwar 53 darba ogħla fil-ġrieden u ta’ 75 darba ogħla fil-firien mid-doża massima rrakkomandata darba kuljum għall-bnedmin.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Kontenut tal-kapsula

Lactose monohydrate

Magnesium stearate

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

sentejn

Kull inhaler għandu jintrema wara 30 jum ta’ użu.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25ºC.

Il-kapsuli għandhom dejjem jinħażnu fil-folja oriġinali sabiex jitħarsu mill-umdità u għandhom jinħarġu eżatt qabel ma jintużaw.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Ultibro Breezhaler huwa inhaler li minnu tinġibed doża waħda. Il-qafas tal-inhaler u t-tapp huma magħmulin minn akrilonitril butadiene stirene, il-buttuni fejn tagħfas huma magħmulin minn metil metakrillat akrilonitril butadiene stirene. Il-labar u l-molol huma magħmulin mill-istainless steel.

Folja pperforata b’dożi waħdiena PA/Alu/PVC – Alu. Kull folja fiha 6 jew 10 kapsuli iebsin.

Pakkett b’wieħed li fih 6x1, 10x1, 12x1 jew 30x1 kapsula iebsa, flimkien ma’ inhaler wieħed.

Pakketti multipli li fihom 90 (3 pakketti ta’ 30x1) kapsula iebsa u 3 inhalers. Pakketti multipli li fihom 96 (4 pakketti ta’ 24x1) kapsula iebsa u 4 inhalers. Pakketti multipli li fihom 150 (15-il pakkett ta’ 10x1) kapsula iebsa u 15-il inhaler. Pakketti multipli li fihom 150 (25 pakkett ta’ 6x1) kapsula iebsa u 25 inhaler.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Għandu jintuża l-inhaler mogħti ma' kull riċetta ġdida. Kull inhaler għandu jintrema wara 30 jum ta’ użu.

Tagħrif dwar kif għandek iżżommu u tużah

Kif tuża l-inhaler tiegħek

Aqla’ t-tapp.

Iftaħ l-inhaler:

Żomm sew il-qiegħ tal-inhaler u mejjel il-bokkin.

B’hekk jinfetaħ l-inhaler.

Ħejji l-kapsula:

Ifred waħda mill-kapsuli mill-kumplament tal- folja billi taqta' madwar id-dawra maqsuma. Qaxxar il-kisja protettiva li hemm fuq wara tal- folja biex tikxef il-kapsula.

Timbuttax il-kapsula minn ġol-fojl.

Oħroġ il-kapsula:

Il-kapsuli għandhom dejjem jinħażnu fil-folja u għandhom jinħarġu eżatt qabel ma jintużaw. B’idejn xotti, oħroġ kapsula mill-folja.

Tiblax il-kapsula.

Daħħal il-kapsula:

Qiegħed il-kapsula fit-toqba tal-kapsula.

Qatt m’għandek tpoġġi l-kapsula direttament

ġol-bokkin.

Agħlaq l-inhaler:

Agħlaq l-inhaler sakemm tisimgħu jfaqqa’.

Taqqab il-kapsula:

Żomm l-inhaler wieqaf bil-bokkin iħares ’il fuq.

Taqqab il-kapsula billi tagħfas bis-saħħa ż- żewġ naħat tal-buttuni fl-istess ħin. Agħmel dan darba biss.

Waqt li qed tittaqqab il-kapsula, għandek tismagħha tfaqqa’.

Erħi għal kollox il-buttuni tal-ġenb.

Ħu nifs ’il barra minn ħalqek:

Qabel tqiegħed il-bokkin f’ħalqek, ħu nifs qawwi ’l barra minn ħalqek.

Tonfoħx fil-bokkin.

Iġbed il-mediċina man-nifs:

Sabiex tiġbed sew il-mediċina għal ġol-passaġġi tal-arja:

Żomm l-inhaler kif qed jidher fl-istampa. Il- buttuni tal-ġenb għandhom iħarsu lejn ix- xellug u l-lemin. Tagħfasx il-buttuni tal-

ġenb.

Qiegħed il-bokkin f’ħalqek u ross xofftejk sew madwaru.

Ħu nifs malajr ’il ġewwa imma b’saħħtu u fil-fond kemm jista' jkun. Tagħfasx il-

buttuni tal-ġenb. Attenzjoni:

Inti u tiġbed in-nifs mill-inhaler, il-kapsula tibda tagħqad fit-toqba u għandek tisma’ ħoss ta’ tidwir mgħaġġel. Għandek ittiegħem togħma ħelwa hekk kif il-mediċina tgħaddi għal ġol-pulmuni tiegħek.

Jekk ma tismax ħoss ta’ tidwir mgħaġġel:

Jista’ jkun li l-kapsula tkun weħlet fit-toqba tal- kapsula. Jekk jiġri dan:

Iftaħ l-inhaler u aqla' l-kapsula bil-mod billi ttekktek mal-qiegħ tal-inhaler. Tagħfasx il- buttuni tal-ġenb.

Erġa’ ħu l-mediċina man-nifs billi tirrepeti stadji 9 u 10.

Żomm in-nifs:

Wara li tkun ġbidt il-mediċina:

Żomm in-nifs għal mill-inqas 5-10 sekondi jew sakemm jirnexxilek tissaporti filwaqt li toħroġ l-inhaler minn ħalqek.

Wara ħu nifs ’il barra.

Iftaħ l-inhaler biex tara jekk fadalx xi trab fil- kapsula.

Jekk fadal it-trab fil-kapsula:

Agħlaq l-inhaler.

Irrepeti l-istadji 9 sa 12.

Ħafna min-nies ikunu kapaċi jbattlu l-kapsula mal-ewwel nifs jew it-tieni.

Tagħrif ieħor

Xi wħud jistgħu kultant jisogħlu xi ftit eżatt wara li jkunu ġibdu l-mediċina. Jekk jiġrilek hekk, tinkwetax. Ġaladarba l-kapsula tkun tbattlet, ifisser li tkun ħadt biżżejjed mill-mediċina tiegħek.

Wara li tkun spiċċajt tieħu d-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Ultibro Breezhaler:

Erġa’ iftaħ il-bokkin, u oħroġ il-kapsula mbattla billi taqlagħha mit-toqba tal- kapsula. Itfa’ l-kapsula mbattla fil-landa tal- iskart.

Agħlaq l-inhaler u qiegħed it-tapp f’postu.

Taħżinx il-kapsuli mhux imtaqqba fl-inhaler.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/862/001-008

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

19 ta’ Settembru 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati