Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Ulunar Breezhaler (glycopyrronium bromide / indacaterol...) – Fuljett ta’ tagħrif - R03AL04

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaUlunar Breezhaler
Kodiċi ATCR03AL04
Sustanzaglycopyrronium bromide / indacaterol maleate
ManifatturNovartis Europharm Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Ulunar Breezhaler 85 mikrogramma/43 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, kapsuli iebsa indacaterol/glycopyrronium

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta' mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Ulunar Breezhaler u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Ulunar Breezhaler

3.Kif għandek tuża Ulunar Breezhaler

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Ulunar Breezhaler

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Ulunar Breezhaler u għalxiex jintuża

X'inhu Ulunar Breezhaler

Din il-mediċina fiha żewġ sustanzi attivi msejħa indacaterol u glycopyrronium. Dawn jappartjenu għal grupp ta’ mediċini msejħin bronkodilataturi.

Għalxiex jintuża Ulunar Breezhaler

Din il-mediċina tintuża biex tgħin pazjenti adulti li għandhom problemi biex jieħdu n-nifs minħabba marda tal-pulmun imsejħa marda pulmonari ostruttiva kronika (COPD). F’COPD il-muskoli madwar il-passaġġ tal-arja jidjiequ. Dan jagħmilha diffiċli biex tieħu n-nifs. Din il-mediċina timblokka t-tidjiq ta’ dawn il-muskoli fil-pulmun, u b’hekk ikun eħfef għall-arja biex tgħaddi għall-pulmun u toħroġ minnu.

Jekk tuża din il-mediċina darba kuljum, se tgħinek tnaqqas l-effetti ta’ COPD fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Ulunar Breezhaler

Tużax Ulunar Breezhaler

-jekk int allerġiku għal indacaterol jew glycopyrronium jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib. l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tuża Ulunar Breezhaler, jekk xi wieħed minn dawn li ġejjin jgħoddu għalik:

-jekk tbati bl-ażma - din il-mediċina m’għandhiex tintuża biex tikkura l-ażma.

-jekk għandek problemi fil-qalb.

-jekk ikollok aċċessjonijiet jew puplesiji.

-jekk għandek problemi fil-glandola tat-tirojde (tirotossikożi).

-jekk għandek id-dijabete.

-jekk qed tuża xi mediċini minħabba l-mard tal-pulmun tiegħek li fihom sustanzi attivi li jixbhu (l-istess klassi) lil dawk ta’ Ulunar Breezhaler (ara t-taqsima “Mediċini oħra u Ulunar

Breezhaler”).

-jekk għandek problemi fil-kliewi.

-jekk għandek problemi serji fil-fwied.

-jekk għandek problema f’għajnek imsejħa glawkoma b’angolu dejjaq.

-jekk għandek diffikultà biex tgħaddi l-awrina.

Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tgħodd għalik (jew m’intix ċert), kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel ma tuża din il-mediċina.

Waqt li qed tieħu l-kura b’Ulunar Breezhaler

-Ieqaf ħu din il-mediċina u għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tħoss xi wieħed minn dawn li ġejjin:

-uġigħ jew skumdità f'għajnek, tara mżelleġ għall-mument, tara donnhom raġġieri jew stampi kkuluriti flimkien ma' għajnejn ħomor– dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ attakk qawwi ta’ glawkoma b’angolu dejjaq.

-diffikultà biex tieħu n-nifs jew tibla', nefħa fl-ilsien, fix-xofftejn jew fil-wiċċ, raxx fil- ġilda, ħakk u ħorriqija (sinjali ta’ allerġija).

-tagħfis f’sidrek, sogħla, tħarħir jew qtugħ ta’ nifs eżatt wara li tkun ħadt din il-mediċina – dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni msejħa spażmi paradossali tal-bronki.

-Għid minnufih lit-tabib tiegħek jekk is-sintomi tiegħek tas-COPD bħalma huma qtugħ ta’ nifs, tħarħir, sogħla ma jmorrux għall-aħjar jew imorru għall-agħar.

Ulunar Breezhaler jintuża bħala trattament kontinwu għas-COPD. Tużax din il-mediċina biex tittratta attakk f’daqqa ta' qtugħ ta' nifs jew tħarħir.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal jew adolexxenti li għandhom anqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u Ulunar Breezhaler

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. B’mod speċjali, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża:

-kwalunkwe mediċina li tista’ tixbaħ lil Ulunar Breezhaler (fiha sustanzi attivi li jixxiebhu).

-mediċini msejħa imblukkaturi beta li jistgħu jintużaw għall-pressjoni għolja tad-demm jew għal problemi oħrajn tal-qalb (bħall-propranolol), jew għal problemi tal-għajn msejħa glawkoma (bħat-timolol).

-mediċini li jbaxxu l-ammont ta’ potassju fid-demm tiegħek. Dawn jinkludu:

-sterojdi (eż. prednisolone),

-dijuretiċi (pilloli tal-pipì) użati għall-pressjoni għolja tad-demm bħall- hydrochlorothiazide),

-mediċini minħabba problemi tan-nifs (bħat-theophylline).

-mediċini użati għat-trattament tad-dipressjoni (bħalma huma l-antidipressanti triċikliċi, inibituri monoamini ossidasi).

Tqala u treddigħ

M’hemmx informazzjoni dwar l-użu ta’ din il-mediċina f’nisa tqal u mhuwiex magħruf jekk is- sustanza attiva ta' din il-mediċina tgħaddix mal-ħalib tal-bnedmin.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. M’għandekx tuża Ulunar Breezhaler sakemm ma jgħidlekx biex tagħmel dan it-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhux probabbli li din il-mediċina se taffettwa l-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni. Madankollu, din il-mediċina tista’ tikkawża sturdament (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”). Jekk tħossok sturdut waqt li qed tieħu din il-mediċina, issuqx u tħaddimx magni.

Ulunar Breezhaler fih il-lactose

Din il-mediċina fiha l-lactose (23.5 mg f’kull kapsula). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

3.Kif għandek tuża Ulunar Breezhaler

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tuża Ulunar Breezhaler

Id-doża normali hi li tiġbed man-nifs il-kontenut ta’ kapsula waħda kuljum.

Għandek bżonn tiġbed doża waħda kuljum minħabba li l-effett ta’ din il-mediċina jibqa’ għaddej 24 siegħa.Tużax aktar milli jgħidlek tuża t-tabib tiegħek.

Anzjani (età minn 75 sena ’l fuq)

Tista’ tuża din il-mediċina jekk għandek 75 sena u aktar bl-istess doża bħal adulti oħrajn.

Meta għandek tiġbed Ulunar Breezhaler man-nifs

Uża din il-mediċina fl-istess ħin kuljum. Dan jgħinek ukoll biex tiftakar tużaha. Tista’ tieħu Ulunar Breezhaler fi kwalunkwe ħin qabel ma tiekol jew tixrob jew wara.

Kif għandek tiġbed Ulunar Breezhaler man-nifs

-F’dan il-pakkett, se ssib inhaler u kapsuli (f'folji) li fihom il-mediċina bħala trab li jittieħed man-nifs. Uża dawn il-kapsuli mal-inhaler li hawn f’dan il-pakkett biss (l-inhaler Ulunar Breezhaler). Il-kapsuli għandhom jinżammu fil-folja sakemm jasal il-bżonn li tużahom.

-Qaxxar il-kisja ta’ wara minn mal-folja biex tiftaħa - timbuttax il-kapsula minn ġol-fojl.

-Meta tiftaħ pakkett ġdid, uża l-inhaler Ulunar Breezhaler il-ġdid misjub fil-pakkett.

-Armi l-inhaler wara 30 ġurnata minn meta tkun bdejt tużah.

-Tiblax il-kapsuli.

-Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet lejn tmiem dan il-fuljett għal aktar tagħrif dwar kif għandek tuża l-inhaler.

Jekk tuża Ulunar Breezhaler aktar milli suppost

Jekk ġbidt wisq minn din il-mediċina jew jekk xi ħaddieħor bi żball juża l-kapsuli tiegħek, għandek minnufih jew tkellem lit-tabib tiegħek jew tmur fl-eqreb ċentru ta' emerġenza. Uri l-pakkett ta’ Ulunar Breezhaler. Jista’ jkollok bżonn ta’ attenzjoni medika.

Jekk tinsa tuża Ulunar Breezhaler

Jekk tinsa tiġbed xi doża fil-ħin tas-soltu, ħu waħda minnufih dakinhar stess. Wara, ħu man-nifs id- doża li jmissek bħas-soltu il-ġurnata ta’ wara. Tiħux man-nifs aktar minn doża waħda fl-istess ġurnata.

Kemm għandek tibqa’ għaddej bil-kura b’Ulunar Breezhaler

-Għandek tibqa’ tuża Ulunar Breezhaler sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

-Is-COPD hija marda fit-tul u għandek tuża Ulunar Breezhaler kuljum u mhux biss meta jkollok problemi tan-nifs jew sintomi oħrajn marbuta mas-COPD.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kemm għandek tibqa’ għaddej tieħu din il-mediċina, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Uħud mill-effetti sekondarji jistgħu jkunu serji:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

diffikultà biex tieħu n-nifs u biex tibla’, nefħa tal-ilsien, xufftejn jew wiċċ, urtikarja, raxx tal- ġilda - dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika.

tħossok għajjien jew bil-għatx ħafna, ikollok ġuħ kbir mingħajr ma żżid fil-piż u tgħaddi aktar awrina mis-soltu – dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija).

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

uġigħ f’sidrek minn tagħfis b’żieda fl-għaraq – dan jista’ jkun problema serja tal-qalb (marda iskemika tal-qalb).

nefħa l-aktar tal-ilsien, xufftejn, wiċċ jew griżmejn (sinjali possibbli ta’ anġjoedima).

diffikultà biex tieħu n-nifs bi tħarħir jew sogħla.

uġigħ jew skumdità fl-għajnejn, vista mċajpra temporanjament, ċrieki ta’ dawl fil-vista jew imaġini kkuluriti assoċjati ma’ għajnejn ħomor - dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ glawkoma.

taħbit tal-qalb irregolari.

Jekk tħoss kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji, kellem lit-tabib

minnufih.

Effetti sekondarji oħrajn jistgħu jinkludu:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

imnieħer misdud, għatis, sogħla, uġigħ ta’ ras bid-deni jew mingħajru - dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-passaġġ tan-nifs.

Komuni

griżmejn juġgħu flimkien ma’ mnieħer iqattar - dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ nażofarinġite.

tgħaddi l-awrina ta’ spiss u b’uġigħ – dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infezzjoni fil-passaġġ tal- awrina msejħa ċistite.

tħoss pressjoni jew uġigħ fil-ħaddejn jew f’moħħok - dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni tas-sinusis imsejħa sinożite.

imnieħer iqattar jew fgat.

sturdament.

uġigħ ta’ ras.

sogħla.

griżmejn juġgħu.

istonku mdardar, indiġestjoni.

taħsir tas-snien.

diffikultà u uġigħ biex tgħaddi l-awrina – dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ostruzzjoni fil-bużżieqa tal-awrina jew retenzjoni tal-awrina.

deni.

uġigħ fis-sider.

Mhux komuni

diffikultà biex torqod.

qalb tħabbat mgħaġgel.

palpitazzjonijiet – sinjali ta’ taħbit tal-qalb mhux normali.

tibdil fil-vuċi (ħanqa).

fsada mill-imnieħer.

dijarea jew uġigħ fl-istonku.

ħalq xott.

ħakk jew raxx.

uġigħ li jaffettwa l-muskoli, ligamenti, tendini, ġogi u għadam.

spażmi fil-muskoli.

uġigħ, weġgħat jew tenerezza fil-muskoli.

uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn.

idejn, għekiesi u saqajn minfuħin.

għeja.

Rare (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000)

tingiż jew tnemnim.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Ulunar Breezhaler

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara “EXP”/“JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25ºC.

Aħżen il-kapsuli fil-folja oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità u toħroġhomx sa qabel ma jintużaw eżatt.

Kull inhaler għandu jintrema wara 30 jum ta’ użu.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pakkett imqatta’ jew juri sinjali ta’ tbagħbis.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ulunar Breezhaler

-Is-sustanzi attivi huma indacaterol (bħala maleate) u glycopyrronium bromide. Id-doża li tittieħed (id-doża li tħalli l-bokkin tal-inhaler) hija ekwivalenti għal 85 mikrogramma ta’ indacaterol (ekwivalenti għal 110 mikrogrammi ta’ indacaterol maleate) u 43 mikrogramma ta’ glycopyrronium (ekwivalenti għal 54 mikrogramma ta’ glycopyrronium bromide).

-Is-sustanzi l-oħra tat-trab li jittieħed man-nifs huma l-lactose monohydrate u magnesium stearate.

Kif jidher Ulunar Breezhaler u l-kontenut tal-pakkett

F’dan il-pakkett, se ssib apparat imsejjaħ inhaler, flimkien mal-kapsuli f'folji. Kull folja fiha 6 jew 10 kapsuli iebsin.

Il-kapsuli għandhom tapp isfar trasparenti u qafas trasparenti naturali. Għandhom trab minn abjad għal kważi abjad u għandhom il-kodiċi tal-prodott “IGP11050” stampat bil-blu taħt żewġ strixxi blu fuq il- qafas u l-marka tal-kumpanija () stampata bl-iswed fuq it-tapp.

Dawn huma d-daqsijiet tal-pakketti disponibbli:

Pakkett ta’ b’wieħed li fih 6x1, 10x1, 12x1 jew 30x1 kapsula iebsa, flimkien ma’ inhaler wieħed.

Pakketti multipli li fihom 90 (3 pakketti ta’ 30x1) kapsula iebsa u 3 inhalers. Pakketti multipli li fihom 96 (4 pakketti ta’ 24x1) kapsula iebsa u 4 inhalers. Pakketti multipli li fihom 150 (15-il pakkett ta’ 10x1) kapsula iebsa u 15-il inhaler. Pakketti multipli li fihom 150 (25 pakkett ta’ 6x1) kapsula iebsa u 25 inhaler.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu disponibbli f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

Manifattur

Novartis Pharma GmbH

Roonstraße 25

D-90429 Nürnberg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft. Pharma

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

 

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

UCB Innere Medizin GmbH & Co. KG

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 2173 48 4949

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Laboratorios Farmacéuticos ROVI, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 91 375 62 30

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Tagħrif dwar kif tuża l-inhaler Ulunar Breezhaler

Jekk jogħġbok aqra sew l-istruzzjonijiet li ġejjin biex tkun taf kif għandek tuża din il-mediċina.

Uża biss l-inhaler Ulunar Breezhaler misjub f’dan il-pakkett. Tużax il-kapsuli Ulunar

Breezhaler ma’ xi inhaler ieħor, u tużax l-inhaler Ulunar Breezhaler biex tieħu xi mediċina oħra maħżuna f’kapsuli.

Timbuttax il-kapsula minn ġol-fojl sabiex toħroġha mill-folja.

Meta tiftaħ pakkett ġdid, uża biss l-inhaler Ulunar Breezhaler il-ġdid misjub fil-pakkett.

Kull inhaler għandu jintrema wara 30 jum ta’ użu. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini u inhalers li m’għandekx bżonn.

Tiblax il-kapsuli. It-trab li hemm fil-kapsuli qiegħed biex tiġbdu man-nifs.

Il-pakkett tiegħek ta’ Ulunar Breezhaler:

Kull pakkett Ulunar Breezhaler fih:

-inhaler wieħed Ulunar Breezhaler

-folja waħda jew aktar, kull waħda b’6 jew 10 kapsuli Ulunar Breezhaler biex jintużaw mal- inhaler.

Bokkin

Tapp

Ilqugħ

 

 

 

 

 

Buttuna

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Toqba tal-kapsula

 

Qiegħ

 

 

 

Folji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Inhaler

 

Folja

 

Qiegħ tal-inhaler

Kif tuża l-inhaler tiegħek

Aqla’ t-tapp.

Iftaħ l-inhaler:

Żomm sew il-qiegħ tal-inhaler u mejjel il-bokkin.

B’hekk jinfetaħ l-inhaler.

Ħejji l-kapsula:

Ifred waħda mill-kapsuli mill-kumplament tal- folja billi taqta' madwar id-dawra maqsuma. Qaxxar il-kisja protettiva li hemm fuq wara tal- folja biex tikxef il-kapsula.

Timbuttax il-kapsula minn ġol-fojl.

Oħroġ il-kapsula:

Il-kapsuli għandhom dejjem jinħażnu fil-folja u għandhom jinħarġu eżatt qabel ma jintużaw. B’idejn xotti, oħroġ kapsula mill-folja.

Tiblax il-kapsula.

Daħħal il-kapsula:

Qiegħed il-kapsula fit-toqba tal-kapsula.

Qatt m’għandek tpoġġi l-kapsula direttament

ġol-bokkin.

Agħlaq l-inhaler:

Agħlaq l-inhaler sakemm tisimgħu jfaqqa’.

Taqqab il-kapsula:

Żomm l-inhaler wieqaf bil-bokkin iħares ’il fuq.

Taqqab il-kapsula billi tagħfas bis-saħħa ż- żewġ naħat tal-buttuni fl-istess ħin. Agħmel dan darba biss.

Waqt li qed tittaqqab il-kapsula, għandek tismagħha tfaqqa’.

Erħi għal kollox il-buttuni tal-ġenb.

Ħu nifs ’il barra minn ħalqek:

Qabel tqiegħed il-bokkin f’ħalqek, ħu nifs qawwi ’l barra minn ħalqek.

Tonfoħx fil-bokkin.

Iġbed il-mediċina man-nifs:

Sabiex tiġbed sew il-mediċina għal ġol-passaġġi tal-arja:

Żomm l-inhaler kif qed jidher fl-istampa. Il- buttuni tal-ġenb għandhom iħarsu lejn ix- xellug u l-lemin. Tagħfasx il-buttuni tal-

ġenb.

Qiegħed il-bokkin f’ħalqek u ross xofftejk sew madwaru.

Ħu nifs malajr ’il ġewwa imma b’saħħtu u fil-fond kemm jista' jkun. Tagħfasx il-

buttuni tal-ġenb. Attenzjoni:

Inti u tiġbed in-nifs mill-inhaler, il-kapsula tibda tagħqad fit-toqba u għandek tisma’ ħoss ta’ tidwir mgħaġġel. Għandek ittiegħem togħma ħelwa hekk kif il-mediċina tgħaddi għal ġol-pulmuni tiegħek.

Jekk ma tismax ħoss ta’ tidwir mgħaġġel:

Jista’ jkun li l-kapsula tkun weħlet fit-toqba tal- kapsula. Jekk jiġri dan:

Iftaħ l-inhaler u aqla' l-kapsula bil-mod billi ttekktek mal-qiegħ tal-inhaler. Tagħfasx il-

buttuni tal-ġenb.

Erġa’ ħu l-mediċina man-nifs billi tirrepeti stadji 9 u 10.

Żomm in-nifs:

Wara li tkun ġbidt il-mediċina:

Żomm in-nifs għal mill-inqas 5-10 sekondi jew sakemm jirnexxilek tissaporti filwaqt li toħroġ l-inhaler minn ħalqek.

Wara ħu nifs ’il barra.

Iftaħ l-inhaler biex tara jekk fadalx xi trab fil-kapsula.

Jekk fadal it-trab fil-kapsula:

Agħlaq l-inhaler.

Irrepeti l-istadji 9 sa 12.

Ħafna min-nies ikunu kapaċi jbattlu l-kapsula mal-ewwel nifs jew it-tieni.

Tagħrif ieħor

Xi wħud jistgħu kultant jisogħlu xi ftit eżatt wara li jkunu ġibdu l-mediċina. Jekk jiġrilek hekk, tinkwetax. Ġaladarba l-kapsula tkun tbattlet, ifisser li tkun ħadt biżżejjed mill-mediċina tiegħek.

Wara li tkun spiċċajt tieħu d-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Ulunar Breezhaler:

Erġa’ iftaħ il-bokkin, u oħroġ il-kapsula mbattla billi taqlagħha mit-toqba tal- kapsula. Itfa’ l-kapsula mbattla fil-landa tal- iskart.

Agħlaq l-inhaler u qiegħed it-tapp f’postu.

Taħżinx kapsuli mhux imtaqqba fl-inhaler.

Tagħrif ieħor

Xi kultant, biċċiet żgħar ħafna tal-kapsula jistgħu jgħaddu mill-ilqugħ li hemm fl-inhaler u jidħlu f’ħalqek. Jekk jiġri dan, jista' jkun li tħoss dawn il-biċċiet fuq ilsienek. Mhuwiex perikoluż jekk dawn il-biċċiet jinbelgħu jew jgħaddu man-nifs. Il-probabbiltajiet li l-kapsula titfarrak jiżdiedu jekk il- kapsula tittaqqab għal aktar minn darba (stadju 7).

Kif tnaddaf l-inhaler tiegħek

Qatt taħsel l-inhaler tiegħek bl-ilma. Jekk trid tnaddaf l-inhaler tiegħek, imsaħ il-bokkin minn ġewwa u minn barra b’biċċa nadifa, xotta u mingħjr tnietex sabiex tneħħi t-trab li jkun għad fadal. Żomm l- inhaler xott.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati