Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Urorec (silodosin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - G04CA04

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaUrorec
Kodiċi ATCG04CA04
Sustanzasilodosin
ManifatturRecordati Ireland Ltd

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Urorec 4 mg kapsuli iebsin

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kapsula iebsa fiha 4 mg silodosin.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Kapsula iebsa.

Kapsula iebsa safra, opaka tal-ġelatina, daqs 3.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura tas-sinjali u s-sintomi ta’ iperplasija beninna tal-prostata (benign prostatic hyperplasia, BPH) f’irġiel adulti.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rrakkomandata hija kapsula waħda ta’ Urorec 8 mg kuljum. Għal gruppi ta’ pazjenti speċjali, hija rrakkomandata kapsula waħda ta’ Urorec 4 mg kuljum (ara taħt).

Anzjani

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament tad-doża fl-anzjani (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-kliewi

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment ħafif tal-kliewi (CLCR ≥50 sa ≤80 ml/min).

F’pazjenti b’indeboliment moderat tal-kliewi (CLCR ≥30 sa <50 ml/min) hija rrakkomandata doża inizjali ta’ 4 mg darba kuljum, li tista’ tiżdied għal 8 mg darba kuljum wara ġimgħa ta’ kura, jiddependi fuq ir-rispons tal-pazjent individwali. Mhux irrakkomandat l-użu f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (CLCR <30 ml/min) (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Indeboliment tal-fwied

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment ħafif għal moderat tal-fwied. Billi m’hemmx informazzjoni disponibbli, mhux irrakkomandat l-użu f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Urorec fil-popolazzjoni pedjatrika m’għandux użu rilevanti fl-indikazzjoni.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu orali.

Il-kapsula għandha tittieħed mal-ikel, preferibbilment fl-istess ħin kuljum. Il-kapsula m’għandhiex titkisser jew tiġi mimgħuda iżda għandha tinbela’ sħiħa, preferibbilment ma’ tazza ilma.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Sindromu tal-Iris Mitluqa Waqt Operazzjoni (Intraoperative Floppy Iris Syndrome, IFIS)

IFIS (varjant tas-sindromu tal-pupilla żgħira) ġie osservat waqt operazzjoni tal-katarretti f’xi pazjenti fuq imblokkaturi-α1 jew li qabel ingħataw kura b’imblokkaturi-α1. Dan jista’ jwassal għal żieda fil- kumplikazzjonijiet ta’ xi proċedura waqt l-operazzjoni.

Il-bidu ta’ kura b’silodosin mhux irrakkomandat f’pazjenti li għalihom tkun ippjanata operazzjoni tal- katarretti. Ġie rrakkomandat it-twaqqif tal-kura b’imblokkatur-α1 ġimgħa sa ġimagħtejn qabel l- operazzjoni tal-katarretti iżda l-benefiċċju u d-dewmien tat-twaqqif tal-kura qabel l-operazzjoni tal- katarretti għadhom ma ġewx stabbiliti.

Waqt valutazzjoni ta’ qabel l-operazzjoni, il-kirurgi tal-għajnejn u t-tim tagħhom għandhom jikkunsidraw jekk il-pazjenti ippjanati għal operazzjoni tal-katarretti jkunux qegħdin jew kinux ġew ittrattati b’silodosin, sabiex jiġi żgurat li jittieħdu l-miżuri xierqa biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa għall-IFIS waqt l-operazzjoni.

Effetti ortostatiċi

L-inċidenza tal-effetti ortostatiċi b’silodosin hija baxxa ħafna. Madankollu, il-pressjoni tad-demm tista’ titbaxxa f’xi pazjenti individwali, li f’każijiet rari jwassal għal sinkope. Mal-ewwel sinjali ta’ pressjoni baxxa ortostatika (bħal sturdament ikkaġunat mill-pożizzjoni), il-pazjent għandu jpoġġi bilqiegħda jew jimtedd sakemm jgħaddu s-sintomi. Il-kura b’silodosin mhux irrakkomandata f’pazjenti bi pressjoni baxxa ortostatika.

Indeboliment tal-kliewi

Mhux irrakkomandat l-użu ta’ silodosin f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (CLCR <30 ml/min) (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Billi m’hemmx dejta disponibbli minn pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied, mhux irrakkomandat l- użu ta’ silodosin f’dawn il-pazjenti (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Karċinoma tal-prostata

Billi l-BPH u l-karċinoma tal-prostata jistgħu jippreżentaw bl-istess sintomi u jistgħu jeżistu fl-istess ħin, il-pazjenti maħsuba li għandhom BPH għandhom jiġu eżaminati qabel ma tinbeda l-kura b’silodosin, sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta’ karċinoma tal-prostata. Qabel il-kura u f’intervalli regolari wara, għandu jsir eżami diġitali tar-rektum u, fejn ikun meħtieġ, kejl fil-laboratorju ta’ antiġen speċifiku tal-prostata (PSA).

Kura b’silodosin twassal għal tnaqqis fl-ammont ta’ semen li joħroġ matul l-orgażmu li jista’ jaffettwa temporanjament il-fertilità tar-raġel. Dan l-effett imur fi żmien ftit ġranet wara t-twaqqif ta’ silodosin (ara sezzjoni 4.8).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Silodosin huwa mmetabolizzat b’mod estensiv, l-aktar permezz ta’ CYP3A4, alcohol dehydrogenase u UGT2B7. Silodosin huwa wkoll substrat għall-glikoproteina P. Sustanzi li jimpedixxu (bħal ketoconazole, itraconazole, ritonavir jew cyclosporine) jew jinduċu (bħal rifampicin, barbiturates, carbamazepine, phenytoin) dawn l-enzimi u trasportaturi jistgħu jaffettwaw il-konċentrazzjonijiet fil- plażma ta’ silodosin u l-metabolit attiv tiegħu.

Imblokkaturi alpha

M’hemmx informazzjoni adegwata dwar l-użu mingħajr periklu ta’ silodosin f’kombinazzjoni ma’ antagonisti oħrajn tal-adrenoriċettur-α. Għaldaqstant, mhux irrakkomandat l-użu konkomittanti ta’ antagonisti oħrajn tal-adrenoriċettur-α.

Inibituri ta’ CYP3A4

Fi studju tal-interazzjoni, ġiet osservata żieda ta’ 3.7 darbiet fil-konċentrazzjonijiet massimi ta’ silodosin fil-plażma u żieda ta’ 3.1 darbiet fl-esponiment għal silodosin (jiġifieri AUC) bl-għoti simultanju ta’ inibitur b’saħħtu ta’ CYP3A4 (ketoconazole 400 mg). L-użu fl-istess ħin ma’ inibituri b’saħħithom ta’ CYP3A4 (bħal ketoconazole, itraconazole, ritonavir jew cyclosporine) mhux irrakkomandat.

Meta silodosin ingħata fl-istess ħin ma’ inibitur CYP3A4 ta’ qawwa moderata bħal diltiazem, ġiet osservata żieda ta’ madwar 30% fl-AUC ta’ silodosin, iżda is-Cmax u l-half-life ma kinux affettwati. Din il-bidla mhijiex klinikament rilevanti u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża.

Inibituri ta’ PDE-5

Ġew osservati interazzjonijiet farmakodinamiċi minimi bejn silodosin u dożi massimi ta’ sildenafil jew tadalafil. Fi studju kkontrollat bil-plaċebo fuq 24 pazjent ta’ 45-78 sena li kienu qegħdin jieħdu silodosin, l-għoti fl-istess ħin ta’ sildenafil 100 mg jew tadalafil 20 mg ma kkaġunax tnaqqis medju klinikament sinifikanti fil-pressjoni sistolika jew dijastolika tad-demm, kif imkejjel b’testijiet ortostatiċi (bilwieqfa mqabbel ma’ mimdud). Fil-persuni ta’ iżjed minn 65 sena, it-tnaqqis medju f’ħinijiet varji kien bejn 5 u 15 mmHg (sistolika) u 0 u 10 mmHg (dijastolika). It-testijiet ortostatiċi pożittivi kienu biss ftit aktar komuni meta ngħataw flimkien; madankollu, ma kienx hemm ortostasi sintomatika jew sturdament. Il-pazjenti li jieħdu inibituri ta’ PDE-5 fl-istess ħin ma’ silodosin għandhom jiġu mmonitorjati għar-reazzjonijiet avversi li jista’ jkun hemm.

Sustanzi kontra l-pressjoni għolja

Fil-programm ta’ studju kliniku, ħafna pazjenti kienu fuq kura simultanja kontra l-pressjoni għolja (l- aktar is-sustanzi li jaħdmu fuq is-sistema rennin-angiotensin, imblokkaturi beta, antagonisti tal-kalċju u dijuretiċi) mingħajr ma esperjenzaw żieda fl-inċidenza tal-pressjoni baxxa ortostatika. Madankollu, wieħed għandu joqgħod attent meta jinbeda użu simultanju ma’ sustanzi kontra l-pressjoni għolja u l- pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għar-reazzjonijiet avversi li jista’ jkun hemm.

Digoxin

Il-livelli fissi ta’ digoxin, substrat tal-glikoproteina P, ma ġewx affettwati b’mod sinifikattiv mill-għoti simultanju ma’ silodosin 8 mg darba kuljum. M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala u treddigħ

Ma japplikax billi silodosin huwa maħsub għal pazjenti rġiel biss.

Fertilità

Fi studji kliniċi, ġie osservat is-seħħ ta’ eġakulazzjoni b’inqas jew l-ebda semen waqt kura b’silodosin (ara sezzjoni 4.8), dovut għall-karatteristiċi farmakodinamiċi ta’ silodosin. Qabel ma tinbeda l-kura, il- pazjent għandu jiġi nfurmat li jista’ jkun hemm dan l-effett temporanju fuq il-fertilità tar-raġel.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Urorec għandu effett żgħir jew moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Il-pazjenti għandhom jiġu nfurmati li jista’ jkun hemm sintomi relatati ma’ pressjoni baxxa posturali (bħal sturdament) u għandhom jiġu mwissija biex ma jsuqux u ma jħaddmux magni sakemm ikunu jafu kif sejjer jaffettwahom silodosin.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Is-sigurtà ta’ silodosin ġiet evalwata f’erba’ studji kliniċi ta’ Fażi II-III, double-blind ikkontrollati (b’931 pazjent ħadu silodosin 8 mg darba kuljum u 733 pazjent ħadu plaċebo) u f’żewġ studji open-label ta’ fażi ta’ estensjoni fuq perijodu fit-tul. B’kollox, 1,581 pazjent irċevew silodosin f’doża ta’ 8 mg darba kuljum, fosthom 961 pazjent esposti għal mill-anqas 6 xhur u 384 pazjent esposti għal sena.

L-iżjed reazzjonijiet avversi spissi rrappurtati b’silodosin fl-istudji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo u fl- użu fit-tul kienu disturbi eġakulatorji bħal eġakulazzjoni retrograd u n-nuqqas ta’ eġakulazzjoni (volum tal-eġakulazzjoni mnaqqas jew nieqes), bi frekwenza ta’ 23%. Dan jista’ jaffettwa temporanjament il-fertilità tar-raġel. L-effett huwa riversibbli wara ftit ġranet mit-twaqqif tal-kura (ara sezzjoni 4.4).

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Fit-tabella ta’ hawn taħt, ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati fl-istudji kliniċi kollha u li għalihom teżisti relazzjoni kawżali raġonevoli huma elenkati skond is-sistema tal-klassifika tal-organi tal-ġisem fid- database MedDRA u l-frekwenza: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi osservati huma mniżżla skond kemm huma serji, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

Fit-tabella ta’ hawn taħt, ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati fl-istudji kliniċi kollha u fl-esperjenza mid- dinja kollha ta’ wara t-tqegħid fis-suq u li għalihom teżisti relazzjoni kawżali raġonevoli huma elenkati skont is-sistema tal-klassifika tal-organi tal-ġisem fid-database MedDRA u l-frekwenza: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi osservati huma mniżżla skond kemm huma serji, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

 

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Rari ħafna

Mhux

 

 

 

komuni

 

 

magħruf

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

 

Reazzjonijiet

 

sistema immuni

 

 

 

 

ta’ tip

 

 

 

 

 

 

allerġiku

 

 

 

 

 

 

inklużi nefħa

 

 

 

 

 

 

fil-wiċċ,

 

 

 

 

 

 

nefħa fl-

 

 

 

 

 

 

ilsien, edema

 

 

 

 

 

 

fil-farinġi1

 

Disturbi

 

 

Tnaqqis fil-

 

 

 

psikjatriċi

 

 

libido

 

 

 

Disturbi fis-

 

Sturdament

 

Sinkope

 

 

sistema nervuża

 

 

 

Tintilef minn

 

 

 

 

 

 

sensik1

 

 

Disturbi fil-qalb

 

 

Takikardija1

Palpitazzjonijiet1

 

 

Disturbi

 

Pressjoni

Pressjoni

 

 

 

vaskulari

 

baxxa

baxxa1

 

 

 

 

 

ortostatika

 

 

 

 

Disturbi

 

Konġestjoni

 

 

 

 

respiratorji,

 

tal-

 

 

 

 

toraċiċi u

 

imnifsejn

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-

 

Dijarea

Dardir

 

 

 

intestinali

 

 

Ħalq xott

 

 

 

 

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Rari ħafna

Mhux

 

 

 

komuni

 

 

magħruf

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-fwied

 

 

Testijiet tal-

 

 

 

u fil-marrara

 

 

fwied

 

 

 

 

 

 

b’riżultat

 

 

 

 

 

 

mhux

 

 

 

 

 

 

normali1

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

 

 

Raxx tal-

 

 

 

u fit-tessuti ta’

 

 

ġilda1

 

 

 

taħt il-ġilda

 

 

Ħakk1

 

 

 

 

 

 

Urtikarja1

 

 

 

 

 

 

Eruzzjoni

 

 

 

 

 

 

minħabba l-

 

 

 

 

 

 

mediċina1

 

 

 

Disturbi fis-

Disturbi fl-

 

Problema

 

 

 

sistema

eġakulazzjoni,

 

ta’ l-

 

 

 

riproduttiva u fis-

li jinkludu

 

erezzjoni

 

 

 

sider

eġakulazzjoni

 

tal-pene

 

 

 

 

retrograd

 

 

 

 

 

 

Nuqqas ta’

 

 

 

 

 

 

eġakulazzjoni

 

 

 

 

 

Korriment,

 

 

 

 

 

Sindromu

avvelenament u

 

 

 

 

 

tal-Iris

komplikazzjonijiet

 

 

 

 

 

Mitluqa

ta’ xi proċedura

 

 

 

 

 

Waqt

 

 

 

 

 

 

Operazzjoni

1 – reazzjonijiet avversi minn rappurtaġġ spontanju mid-dinja kollha mill-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq (frekwenzi kkalkulati minn avvenimenti rrappurtati fi provi kliniċi ta’ fażi I-IV u tal-istudji mingħajr intervent).

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Pressjoni ortostatika baxxa

L-inċidenza ta’ pressjoni ortostatika baxxa fl-istudji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo kienet 1.2% b’silodosin u 1.0% bil-plaċebo. Il-pressjoni ortostatika baxxa tista’ kultant twassal għal sinkope (ara sezzjoni 4.4).

Sindromu tal-Iris Mitluqa Waqt Operazzjoni (IFIS)

IFIS ġie rrappurtat waqt operazzjoni tal-katarretti (ara sezzjoni 4.4).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Silodosin ġie evalwat f’dożi sa 48 mg/ġurnata f’irġiel b’saħħithom. Ir-reazzjoni avversa li tillimita d- doża kienet il-pressjoni baxxa posturali. Jekk l-inġestjoni tkun riċenti, wieħed jista’ jipprova jġiegħel lill-pazjent jirrimetti jew jaħsillu l-istonku. Jekk id-doża eċċessiva ta’ silodosin iġġib pressjoni baxxa, għandu jiġi pprovdut appoġġ kardjovaskulari. Id-dijalisi mhijiex probabbli li tkun ta’ benefiċċju sinifikanti billi silodosin jeħel ħafna (96.6%) mal-proteini tal-plażma.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Uroloġiċi, antagonisti tal-adrenoriċetturi alpha, Kodiċi ATC: G04CA04.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Silodosin huwa selettiv ħafna għall-adrenoriċetturi-α1A li jinsabu primarjament fil-prostata umana, fil- bażi tal-bużżieqa tal-awrina, fl-għonq tal-bużżieqa tal-awrina, fil-kapsula tal-prostata u fl-uretra tal- prostata. L-imblokk ta’ dawn l-adrenoriċetturi-α1A jġiegħel il-muskolu lixx f’dawn it-tessuti li jirrilassa, u b’hekk inaqqas ir-reżistenza tal-iżbokk tal-bużżieqa tal-awrina, mingħajr ma jaffettwa l-kontratilità tal-muskolu lixx detrusor. Dan jikkawża titjib kemm fis-sintomi ta’ ħażna (irritattivi) kif ukoll ta’ tbattil (ostruttivi) (Sintomi fil-parti ta’ isfel tal-apparat urinarju) assoċjati ma’ iperplasija beninna tal- prostata.

Silodosin għandu affinità ferm aktar baxxa għall-adrenoriċetturi-α1B li jinsabu primarjament fis- sistema kardjovaskulari. In vitro ġie muri li l-proporzjon ta’ rbit α1A1B ta’ silodosin (162:1) huwa għoli ħafna.

Effikaċja klinika u sigurtà

Fi studju kliniku biex tinstab doża xierqa, double-blind, ikkontrollat bil-plaċebo, ta’ Fażi II b’silodosin 4 jew 8 mg darba kuljum, ġie osservat titjib akbar fil-punteġġ ta’ indiċi tas-sintomi tal- Assoċjazzjoni Uroloġika Amerikana (AUA) b’silodosin 8 mg (-6.8±5.8, n=90; p=0.0018) u silodosin 4 mg (-5.7±5.5, n=88; p=0.0355) meta mqabbel mal-plaċebo (-4.0±5.5, n=83).

Iżjed minn 800 pazjent b’sintomi moderati għal severi ta’ BPH (Skor Internazzjonali tas-Sintomi tal- Prostata (International Prostate Symptom Score, IPSS), valur tal-linja bażi ≥13) irċevew silodosin

8 mg darba kuljum f’żewġ studji kliniċi ta’ Fażi III ikkontrollati bil-plaċebo li twettqu fl-Istati Uniti u studju kliniku kkontrollat bil-plaċebo u bis-sustanza attiva li sar fl-Ewropa. Fl-istudji kollha, il- pazjenti li ma kellhomx rispons għall-plaċebo matul il-fażi tal-bidu ta’ 4 ġimgħat bi plaċebo ġew randomizzati sabiex jieħdu l-kura li kienet qed tiġi studjata. Fl-istudji kollha, il-pazjenti ttrattati b’silodosin kellhom tnaqqis akbar fis-sintomi kemm ta’ ħażna (irritattivi) kif ukoll tat-tbattil (ostruttivi) tal-BPH meta mqabbla mal-plaċebo kif ivvalutati wara 12-il ġimgħa ta’ kura. Id-dejta osservata fil-popolazzjonijiet b’Intent-to-treat ta’ kull studju tidher hawn taħt:

 

 

 

IPSS

 

 

IPSS

 

IPSS

 

 

Fergħa tal-

Nru ta’

Skor totali

 

 

Sintomi irritattivi

Sintomi ostruttivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Studju

Valur

 

Bidla

Differenza

Bidla

Differenza

Bidla

Differenza

kura

pazjenti

 

 

tal-linja

 

(95% CI)

(95% CI)

(95% CI)

 

 

 

bażi

 

mil-linja

vs

mil-linja

vs

mil-linja

vs

 

 

 

(±SD)

 

bażi

plaċebo

bażi

plaċebo

bażi

plaċebo

 

 

 

 

 

 

 

US-1

Silodosin

22±5

 

-6.5

-2.8*

-2.3

-0.9*

-4.2

-1.9*

 

 

 

 

 

 

 

Plaċebo

21±5

 

-3.6

(-3.9, -1.7)

-1.4

(-1.4, -0.4)

-2.2

(-2.6, -1.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

US-2

Silodosin

21±5

 

-6.3

-2.9*

-2.4

-1.0*

-3.9

-1.8*

 

 

 

 

 

 

 

Plaċebo

21±5

 

-3.4

(-4.0, -1.8)

-1.3

(-1.5, -0.6)

-2.1

(-2.5, -1.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IPSS

 

 

IPSS

 

IPSS

 

 

Fergħa tal-

Nru ta’

Skor totali

 

 

Sintomi irritattivi

Sintomi ostruttivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Studju

Valur

 

Bidla

Differenza

Bidla

Differenza

Bidla

Differenza

kura

pazjenti

 

 

tal-linja

 

(95% CI)

(95% CI)

(95% CI)

 

 

 

bażi

 

mil-linja

vs

mil-linja

vs

mil-linja

vs

 

 

 

(±SD)

 

bażi

plaċebo

bażi

plaċebo

bażi

plaċebo

 

 

 

 

 

 

 

 

Silodosin

19±4

 

-7.0

-2.3*

-2.5

-0.7°

-4.5

-1.7*

 

Tamsulosin

 

 

 

 

(-3.2, -1.4)

 

(-1.1, -0.2)

 

(-2.2, -1.1)

Ewropa

19±4

 

-6.7

-2.0*

-2.4

-0.6°

-4.2

-1.4*

 

 

 

 

 

 

 

 

(-2.9, -1.1)

 

(-1.1, -0.2)

 

(-2.0, -0.8)

 

Plaċebo

19±4

 

-4.7

 

-1.8

 

-2.9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

* p<0.001 vs Plaċebo; ° p =0.002 vs Plaċebo

Fl-istudju kliniku kkontrollat bis-sustanza attiva li twettaq fl-Ewropa, silodosin 8 mg darba kuljum intwera li mhux inferjuri għal tamsulosin 0.4 mg darba kuljum: id-differenza medja aġġustata

(95% CI) fl-Iskor Totali tal-IPSS bejn il-kura fil-popolazzjoni għal kull protokoll kienet ta’ 0.4 (0.4 sa 1.1). Ir-rata ta’ rispons (jiġifieri titjib fl-iskor totali tal-IPSS għallinqas ta’ 25%) kienet ferm ogħla fil- grupp li ħadu silodosin (68%) u tamsulosin (65%), meta mqabbel mal-plaċebo (53%).

Fil-fażi ta’ estensjoni open-label, fuq perijodu fit-tul ta’ dawn l-istudji kkontrollati, il-pazjenti li rċevew silodosin għal perijodu sa sena, it-titjib tas-sintomi miġjub b’silodosin f’ġimgħa 12 tal-kura inżamm għal aktar minn sena.

Fi studju kliniku ta’ Fażi IV li twettaq fl-Ewropa, bi skor totali tal-IPSS tal-linja bażi medju ta’

18.9 punti, 77.1% kellhom rispons għal silodosin (kif evalwat minn bidla mil-linja bażi fl-iskor totali tal-IPSS ta’ mill-inqas 25%). Madwar nofs il-pazjenti rrappurtaw titjib fl-iktar sintomi ta’ dwejjaq irrappurtati fil-linja bażi mill-pazjenti (jiġifieri nokturja, frekwenza, tnaqqis fit-tnixxija, urġenza, taqtir terminali u żvojtar mhux komplet), kif evalwat mill-kwestjonarju ICS għall-irġiel.

Ma ġie osservat l-ebda tnaqqis sinifikanti fil-pressjoni tad-demm ta’ persuna minduda fl-istudji kliniċi kollha li saru b’silodosin.

Silodosin 8 mg u 24 mg kuljum ma kellhom ebda effett statistikament sinifikanti fuq l-intervalli tal- ECG jew ir-ripolarizzazzjoni tal-qalb meta mqabbel mal-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Urorec f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-BPH (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l- użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetika ta’ silodosin u tal-metaboliti prinċipali tiegħu ġew evalwati f’irġiel bi jew mingħajr BPH wara li ngħataw darba u aktar minn darba dożi li jvarjaw minn 0.1 mg għal 48 mg kuljum. Il- farmakokinetika ta’ silodosin hija lineari tul din il-firxa tad-doża.

L-esponiment għall-metabolit prinċipali fil-plażma, silodosin glucuronide (KMD-3213G), fl-istat fiss huwa madwar 3 darbiet dak tas-sustanza oriġinali. Silodosin u l-glucoronide tiegħu jilħqu stat fiss wara 3t ijiem u 5t ijiem ta’ kura, rispettivament.

Assorbiment

Silodosin mogħti mill-ħalq huwa assorbit tajjeb u l-assorbiment huwa proporzjonali mad-doża. Il- bijodisponibilità assoluta hija ta’ madwar 32%.

Studju in vitro b’ċelloli Caco-2 wera li silodosin huwa substrat għall-glikoproteina P.

L-ikel inaqqas Cmax b’madwar 30%, iżid it-tmax b’madwar siegħa u ftit għandu effett fuq l-AUC. F’irġiel b’saħħithom fil-medda ta’ etajiet fil-mira (n=16, età medja 55±8 snin) wara l-għoti mill-ħalq ta’ 8 mg darba kuljum immedjatament wara l-kolazzjon għal 7t ijiem, kienu miksuba l-parametri farmakokinetiċi li ġejjin: Cmax 87±51 ng/ml (SD), tmax 2.5 sigħat (medda 1.0-3.0), AUC

433±286 ng • h/ml.

Distribuzzjoni

Silodosin għandu volum ta’ distribuzzjoni ta’ 0.81 l/kg u 96.6% jeħel mal-proteini tal-plażma. Huwa ma jixteridx fiċ-ċelloli tad-demm.

91% ta’ silodosin glucuronide jeħel mal-proteini tad-demm.

Bijotrasformazzjoni

Silodosin jiġi mmetabolizzat b’mod estensiv permezz ta’ glukoronidazzjoni (UGT2B7), alkoħol u aldehyde dehydrogenase u mogħdijiet ossidattivi, b’mod prinċipali CYP3A4. Il-metabolit prinċipali fil-plażma, il-konjugat glucuronide ta’ silodosin (KMD-3213G), li ntwera li huwa attiv in vitro, għandu half-life estiża (madwar 24 siegħa) u jilħaq konċentrazzjonijiet fil-plażma bejn wieħed u ieħor erba’ darbiet ogħla minn dawk ta’ silodosin. Informazzjoni in vitro tindika li silodosin m’għandux il- potenzjal li jinibixxi jew jinduċi s-sistemi tal-enzimi taċ-ċitokromu P450.

Eliminazzjoni

Wara l-għoti mill-ħalq ta’ silodosin 14C-tikkettat, l-irkupru tar-radjuattività wara 7 ijiem kien madwar 33.5% fl-awrina u 54.9% fl-ippurgar. It-tneħħija ta’ silodosin mill-ġisem kienet madwar

0.28 l/siegħa/kg. Silodosin jitneħħa prinċipalment bħala metaboliti, ammonti żgħar ħafna biss ta’ mediċina mhux mibdula jiġu rkuprati fl-awrina. Il-half-life terminali tal-mediċina oriġinali u l- glucoronide tagħha hija madwar 11-il siegħa u 18-il siegħa, rispettivament.

Gruppi speċjali

Anzjani

L-esponiment għal silodosin u l-metaboliti prinċipali tiegħu ma jinbidilx b’mod sinifikanti mal-età, anki f’pazjenti ta’ aktar minn 75 sena.

Popolazzjoni pedjatrika

Silodosin ma ġiex evalwat f’pazjenti taħt it-18-il sena.

Indeboliment tal-fwied

Fi studju ta’ doża waħda, il-farmakokinetika ta’ silodosin ma nbidlitx f’disa’ pazjenti b’indeboliment moderat tal-fwied (skor Child-Pugh 7 sa 9), meta mqabbel ma’ disa’ voluntiera b’saħħithom. Ir- riżultati minn dan l-istudju għandhom jiġu interpretati b’attenzjoni, minħabba li pazjenti rreġistrati kellhom valuri bijokimiċi normali, li jindikaw funzjoni metabolika normali, u dawn ġew ikklassifikati bħala li għandhom indeboliment moderat tal-fwied, fuq il-bażi ta’ axxite u enċefalopatija tal-fwied. Il-farmakokinetika ta’ silodosin f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied ma ġietx studjata.

Indeboliment tal-kliewi

Fi studju ta’ doża waħda, l-esponiment għal silodosin (mhux imwaħħal) f’pazjenti b’indeboliment ħafif (n=8) u moderat tal-kliewi (n=8) rriżulta, bħala medja, f’żieda fil-Cmax (1.6 darbiet) u fl-AUC (1.7 darbiet) meta mqabbel ma’ persuni b’funzjoni tal-kliewi normali (n=8). F’pazjenti b’indeboliment

sever tal-kliewi (n=5), iż-żieda fl-esponiment kienet ta’ 2.2 darbiet għall-Cmax u 3.7 darbiet għall-AUC. Żdied ukoll l-esponiment għall-metaboliti prinċipali, silodosin glucuronide u KMD-3293. Il-monitoraġġ tal-livell fil-plażma fi studju kliniku ta’ Fażi III wera li l-livelli totali ta’ silodosin wara 4 ġimgħat ta’ kura ma nbidlux f’pazjenti b’indeboliment ħafif (n=70), meta mqabbla ma’ pazjenti b’funzjoni tal-kliewi normali (n=155), filwaqt li l-livelli bħala medja rduppjaw f’pazjenti b’indeboliment moderat (n=7).

Valutazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-pazjenti rreġistrati fl-istudji kliniċi kollha ma tindikax li indeboliment ħafif tal-kliewi (n=487) joħloq riskju addizzjonali tas-sigurtà waqt kura b’silodosin (bħal żieda fl-isturdament jew fil-pressjoni baxxa ortostatika) meta mqabbel ma’ pazjenti b’funzjoni tal-kliewi normali (n=955). Għalhekk, m’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal

pazjenti b’indeboliment ħafif tal-kliewi. Billi teżisti biss esperjenza limitata f’pazjenti b’indeboliment moderat tal-kliewi (n=35), hija rrakkomandata doża inizjali aktar baxxa ta’ 4 mg. L-għoti ta’ Urorec mhux irrakkomandat f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, riskju ta’ kanċer, potenzjal mutaġeniku u teratoġeniku, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Effetti fuq l- annimali (li jaffettwaw il-glandola tat-tirojde f’annimali gerriema) dehru biss wara esponimenti meqjusa ferm aktar għolja mill-massimu ta’ l-esponiment fil-bniedem, li juru ftit li xejn rilevanza għall-użu kliniku.

Ġo firien irġiel, ġie osservat tnaqqis fil-fertilità minn esponimenti li kienu bejn wieħed u ieħor id- doppju tal-esponiment bid-doża massima rrakkomandata fil-bniedem. L-effett osservat kien riversibbli.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Kontenut tal-kapsula

Starch, pregelatinised (maize)

Mannitol (E421)

Magnesium stearate

Sodium laurilsulfate

Qoxra tal-kapsula Ġelatina

Titanium dioxide (E171) Yellow iron oxide (E172)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdita’.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Il-kapsuli jiġu f’folji tal-PVC/PVDC/fojl tal-aluminju, ippakkjati f’kartun.

Pakketti ta’ 5, 10, 20, 30, 50, 90, 100 kapsula.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Recordati Ireland Ltd.

Raheens East

Ringaskiddy Co. Cork

L-Irlanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/608/001

EU/1/09/608/002

EU/1/09/608/003

EU/1/09/608/004

EU/1/09/608/005

EU/1/09/608/006

EU/1/09/608/007

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 29/01/2010

Data tal-aħħar tiġdid: 18/09/2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Urorec 8 mg kapsuli iebsin

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kapsula iebsa fiha 8 mg silodosin.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Kapsula iebsa.

Kapsula iebsa bajda, opaka tal-ġelatina, daqs 0.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura tas-sinjali u s-sintomi ta’ iperplasija beninna tal-prostata (benign prostatic hyperplasia, BPH) f’irġiel adulti.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rrakkomandata hija kapsula waħda ta’ Urorec 8 mg kuljum. Għal gruppi ta’ pazjenti speċjali, hija rrakkomandata kapsula waħda ta’ Urorec 4 mg kuljum (ara taħt).

Anzjani

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament tad-doża fl-anzjani (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-kliewi

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment ħafif tal-kliewi (CLCR ≥50 sa ≤80 ml/min).

F’pazjenti b’indeboliment moderat tal-kliewi (CLCR ≥30 sa <50 ml/min) hija rrakkomandata doża inizjali ta’ 4 mg darba kuljum, li tista’ tiżdied għal 8 mg darba kuljum wara ġimgħa ta’ kura, jiddependi fuq ir-rispons tal-pazjent individwali. Mhux irrakkomandat l-użu f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (CLCR <30 ml/min) (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Indeboliment tal-fwied

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment ħafif għal moderat tal-fwied. Billi m’hemmx informazzjoni disponibbli, mhux irrakkomandat l-użu f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Urorec fil-popolazzjoni pedjatrika m’għandux użu rilevanti fl-indikazzjoni.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu orali.

Il-kapsula għandha tittieħed mal-ikel, preferibbilment fl-istess ħin kuljum. Il-kapsula m’għandhiex titkisser jew tiġi mimgħuda iżda għandha tinbela’ sħiħa, preferibbilment ma’ tazza ilma.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Sindromu tal-Iris Mitluqa Waqt Operazzjoni (Intraoperative Floppy Iris Syndrome, IFIS)

IFIS (varjant tas-sindromu tal-pupilla żgħira) ġie osservat waqt operazzjoni tal-katarretti f’xi pazjenti fuq imblokkaturi-α1 jew li qabel ingħataw kura b’imblokkaturi-α1. Dan jista’ jwassal għal żieda fil- kumplikazzjonijiet ta’ xi proċedura waqt l-operazzjoni.

Il-bidu ta’ kura b’silodosin mhux irrakkomandat f’pazjenti li għalihom tkun ippjanata operazzjoni tal- katarretti. Ġie rrakkomandat it-twaqqif tal-kura b’imblokkatur-α1 ġimgħa sa ġimagħtejn qabel l- operazzjoni tal-katarretti iżda l-benefiċċju u d-dewmien tat-twaqqif tal-kura qabel l-operazzjoni tal- katarretti għadhom ma ġewx stabbiliti.

Waqt valutazzjoni ta’ qabel l-operazzjoni, il-kirurgi tal-għajnejn u t-tim tagħhom għandhom jikkunsidraw jekk il-pazjenti ippjanati għal operazzjoni tal-katarretti jkunux qegħdin jew kinux ġew ittrattati b’silodosin, sabiex jiġi żgurat li jittieħdu l-miżuri xierqa biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa għall-IFIS waqt l-operazzjoni.

Effetti ortostatiċi

L-inċidenza tal-effetti ortostatiċi b’silodosin hija baxxa ħafna. Madankollu, il-pressjoni tad-demm tista’ titbaxxa f’xi pazjenti individwali, li f’każijiet rari jwassal għal sinkope. Mal-ewwel sinjali ta’ pressjoni baxxa ortostatika (bħal sturdament ikkaġunat mill-pożizzjoni), il-pazjent għandu jpoġġi bilqiegħda jew jimtedd sakemm jgħaddu s-sintomi. Il-kura b’silodosin mhux irrakkomandata f’pazjenti bi pressjoni baxxa ortostatika.

Indeboliment tal-kliewi

Mhux irrakkomandat l-użu ta’ silodosin f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (CLCR <30 ml/min) (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Billi m’hemmx dejta disponibbli minn pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied, mhux irrakkomandat l- użu ta’ silodosin f’dawn il-pazjenti (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Karċinoma tal-prostata

Billi l-BPH u l-karċinoma tal-prostata jistgħu jippreżentaw bl-istess sintomi u jistgħu jeżistu fl-istess ħin, il-pazjenti maħsuba li għandhom BPH għandhom jiġu eżaminati qabel ma tinbeda l-kura b’silodosin, sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta’ karċinoma tal-prostata. Qabel il-kura u f’intervalli regolari wara, għandu jsir eżami diġitali tar-rektum u, fejn ikun meħtieġ, kejl fil-laboratorju ta’ antiġen speċifiku tal-prostata (PSA).

Kura b’silodosin twassal għal tnaqqis fl-ammont ta’ semen li joħroġ matul l-orgażmu li jista’ jaffettwa temporanjament il-fertilità tar-raġel. Dan l-effett imur fi żmien ftit ġranet wara t-twaqqif ta’ silodosin (ara sezzjoni 4.8).

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Silodosin huwa mmetabolizzat b’mod estensiv, l-aktar permezz ta’ CYP3A4, alcohol dehydrogenase u UGT2B7. Silodosin huwa wkoll substrat għall-glikoproteina P. Sustanzi li jimpedixxu (bħal ketoconazole, itraconazole, ritonavir jew cyclosporine) jew jinduċu (bħal rifampicin, barbiturates, carbamazepine, phenytoin) dawn l-enzimi u trasportaturi jistgħu jaffettwaw il-konċentrazzjonijiet fil- plażma ta’ silodosin u l-metabolit attiv tiegħu.

Imblokkaturi alpha

M’hemmx informazzjoni adegwata dwar l-użu mingħajr periklu ta’ silodosin f’kombinazzjoni ma’ antagonisti oħrajn tal-adrenoriċettur-α. Għaldaqstant, mhux irrakkomandat l-użu konkomittanti ta’ antagonisti oħrajn tal-adrenoriċettur-α.

Inibituri ta’ CYP3A4

Fi studju tal-interazzjoni, ġiet osservata żieda ta’ 3.7 darbiet fil-konċentrazzjonijiet massimi ta’ silodosin fil-plażma u żieda ta’ 3.1 darbiet fl-esponiment għal silodosin (jiġifieri AUC) bl-għoti simultanju ta’ inibitur b’saħħtu ta’ CYP3A4 (ketoconazole 400 mg). L-użu fl-istess ħin ma’ inibituri b’saħħithom ta’ CYP3A4 (bħal ketoconazole, itraconazole, ritonavir jew cyclosporine) mhux irrakkomandat.

Meta silodosin ingħata fl-istess ħin ma’ inibitur CYP3A4 ta’ qawwa moderata bħal diltiazem, ġiet osservata żieda ta’ madwar 30% fl-AUC ta’ silodosin, iżda is-Cmax u l-half-life ma kinux affettwati. Din il-bidla mhijiex klinikament rilevanti u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża.

Inibituri ta’ PDE-5

Ġew osservati interazzjonijiet farmakodinamiċi minimi bejn silodosin u dożi massimi ta’ sildenafil jew tadalafil. Fi studju kkontrollat bil-plaċebo fuq 24 pazjent ta’ 45-78 sena li kienu qegħdin jieħdu silodosin, l-għoti fl-istess ħin ta’ sildenafil 100 mg jew tadalafil 20 mg ma kkaġunax tnaqqis medju klinikament sinifikanti fil-pressjoni sistolika jew dijastolika tad-demm, kif imkejjel b’testijiet ortostatiċi (bilwieqfa mqabbel ma’ mimdud). Fil-persuni ta’ iżjed minn 65 sena, it-tnaqqis medju f’ħinijiet varji kien bejn 5 u 15 mmHg (sistolika) u 0 u 10 mmHg (dijastolika). It-testijiet ortostatiċi pożittivi kienu biss ftit aktar komuni meta ngħataw flimkien; madankollu, ma kienx hemm ortostasi sintomatika jew sturdament. Il-pazjenti li jieħdu inibituri ta’ PDE-5 fl-istess ħin ma’ silodosin għandhom jiġu mmonitorjati għar-reazzjonijiet avversi li jista’ jkun hemm.

Sustanzi kontra l-pressjoni għolja

Fil-programm ta’ studju kliniku, ħafna pazjenti kienu fuq kura simultanja kontra l-pressjoni għolja (l- aktar is-sustanzi li jaħdmu fuq is-sistema rennin-angiotensin, imblokkaturi beta, antagonisti tal-kalċju u dijuretiċi) mingħajr ma esperjenzaw żieda fl-inċidenza tal-pressjoni baxxa ortostatika. Madankollu, wieħed għandu joqgħod attent meta jinbeda użu simultanju ma’ sustanzi kontra l-pressjoni għolja u l- pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għar-reazzjonijiet avversi li jista’ jkun hemm.

Digoxin

Il-livelli fissi ta’ digoxin, substrat tal-glikoproteina P, ma ġewx affettwati b’mod sinifikattiv mill-għoti simultanju ma’ silodosin 8 mg darba kuljum. M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala u treddigħ

Ma japplikax billi silodosin huwa maħsub għal pazjenti rġiel biss.

Fertilità

Fi studji kliniċi, ġie osservat is-seħħ ta’ eġakulazzjoni b’inqas jew l-ebda semen waqt kura b’silodosin (ara sezzjoni 4.8), dovut għall-karatteristiċi farmakodinamiċi ta’ silodosin. Qabel ma tinbeda l-kura, il- pazjent għandu jiġi nfurmat li jista’ jkun hemm dan l-effett temporanju fuq il-fertilità tar-raġel.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Urorec għandu effett żgħir jew moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Il-pazjenti għandhom jiġu nfurmati li jista’ jkun hemm sintomi relatati ma’ pressjoni baxxa posturali (bħal sturdament) u għandhom jiġu mwissija biex ma jsuqux u ma jħaddmux magni sakemm ikunu jafu kif sejjer jaffettwahom silodosin.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Is-sigurtà ta’ silodosin ġiet evalwata f’erba’ studji kliniċi ta’ Fażi II-III, double-blind ikkontrollati (b’931 pazjent ħadu silodosin 8 mg darba kuljum u 733 pazjent ħadu plaċebo) u f’żewġ studji open-label ta’ fażi ta’ estensjoni fuq perijodu fit-tul. B’kollox, 1,581 pazjent irċevew silodosin f’doża ta’ 8 mg darba kuljum, fosthom 961 pazjent esposti għal mill-anqas 6 xhur u 384 pazjent esposti għal sena.

L-iżjed reazzjonijiet avversi spissi rrappurtati b’silodosin fl-istudji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo u fl- użu fit-tul kienu disturbi eġakulatorji bħal eġakulazzjoni retrograd u n-nuqqas ta’ eġakulazzjoni (volum tal-eġakulazzjoni mnaqqas jew nieqes), bi frekwenza ta’ 23%. Dan jista’ jaffettwa temporanjament il-fertilità tar-raġel. L-effett huwa riversibbli wara ftit ġranet mit-twaqqif tal-kura (ara sezzjoni 4.4).

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Fit-tabella ta’ hawn taħt, ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati fl-istudji kliniċi kollha u fl-esperjenza mid- dinja kollha ta’ wara t-tqegħid fis-suq u li għalihom teżisti relazzjoni kawżali raġonevoli huma elenkati skont is-sistema tal-klassifika tal-organi tal-ġisem fid-database MedDRA u l-frekwenza: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi osservati huma mniżżla skond kemm huma serji, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

 

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Rari ħafna

Mhux

 

 

 

komuni

 

 

magħruf

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

 

Reazzjonijiet

 

sistema immuni

 

 

 

 

ta’ tip

 

 

 

 

 

 

allerġiku

 

 

 

 

 

 

inkluż nefħa

 

 

 

 

 

 

fil-wiċċ,

 

 

 

 

 

 

nefħa fl-

 

 

 

 

 

 

ilsien, edema

 

 

 

 

 

 

fil-farinġi1

 

Disturbi

 

 

Tnaqqis fil-

 

 

 

psikjatriċi

 

 

libido

 

 

 

Disturbi fis-

 

Sturdament

 

Sinkope

 

 

sistema nervuża

 

 

 

Tintilef minn

 

 

 

 

 

 

sensik1

 

 

Disturbi fil-qalb

 

 

Takikardija1

Palpitazzjonijiet1

 

 

Disturbi

 

Pressjoni

Pressjoni

 

 

 

vaskulari

 

baxxa

baxxa1

 

 

 

 

 

ortostatika

 

 

 

 

Disturbi

 

Konġestjoni

 

 

 

 

respiratorji,

 

tal-

 

 

 

 

toraċiċi u

 

imnifsejn

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-

 

Dijarea

Dardir

 

 

 

intestinali

 

 

Ħalq xott

 

 

 

Disturbi fil-fwied

 

 

Testijiet tal-

 

 

 

u fil-marrara

 

 

fwied

 

 

 

 

 

 

b’riżultat

 

 

 

 

 

 

mhux

 

 

 

 

 

 

normali1

 

 

 

 

Komuni ħafna

Komuni

Mhux

Rari

Rari ħafna

Mhux

 

 

 

komuni

 

 

magħruf

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

 

 

Raxx tal-

 

 

 

u fit-tessuti ta’

 

 

ġilda1

 

 

 

taħt il-ġilda

 

 

Ħakk1

 

 

 

 

 

 

Urtikarja1

 

 

 

 

 

 

Eruzzjoni

 

 

 

 

 

 

minħabba l-

 

 

 

 

 

 

mediċina1

 

 

 

Disturbi fis-

Disturbi fl-

 

Problema

 

 

 

sistema

eġakulazzjoni,

 

ta’ l-

 

 

 

riproduttiva u fis-

li jinkludu

 

erezzjoni

 

 

 

sider

eġakulazzjoni

 

tal-pene

 

 

 

 

retrograd

 

 

 

 

 

 

Nuqqas ta’

 

 

 

 

 

 

eġakulazzjoni

 

 

 

 

 

Korriment,

 

 

 

 

 

Sindromu

avvelenament u

 

 

 

 

 

tal-Iris

komplikazzjonijiet

 

 

 

 

 

Mitluqa

ta’ xi proċedura

 

 

 

 

 

Waqt

 

 

 

 

 

 

Operazzjoni

1 – reazzjonijiet avversi minn rappurtaġġ spontanju mid-dinja kollha mill-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq (frekwenzi kkalkulati minn avvenimenti rrappurtati fi provi kliniċi ta’ fażi I-IV u tal-istudji mingħajr intervent).

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Pressjoni ortostatika baxxa

L-inċidenza ta’ pressjoni ortostatika baxxa fl-istudji kliniċi kkontrollati bil-plaċebo kienet 1.2% b’silodosin u 1.0% bil-plaċebo. Il-pressjoni ortostatika baxxa tista’ kultant twassal għal sinkope (ara sezzjoni 4.4).

Sindromu tal-Iris Mitluqa Waqt Operazzjoni (IFIS)

IFIS ġie rrappurtat waqt operazzjoni tal-katarretti (ara sezzjoni 4.4).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Silodosin ġie evalwat f’dożi sa 48 mg/ġurnata f’irġiel b’saħħithom. Ir-reazzjoni avversa li tillimita d- doża kienet il-pressjoni baxxa posturali. Jekk l-inġestjoni tkun riċenti, wieħed jista’ jipprova jġiegħel lill-pazjent jirrimetti jew jaħsillu l-istonku. Jekk id-doża eċċessiva ta’ silodosin iġġib pressjoni baxxa, għandu jiġi pprovdut appoġġ kardjovaskulari. Id-dijalisi mhijiex probabbli li tkun ta’ benefiċċju sinifikanti billi silodosin jeħel ħafna (96.6%) mal-proteini tal-plażma.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Uroloġiċi, antagonisti tal-adrenoriċetturi alpha, Kodiċi ATC: G04CA04.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Silodosin huwa selettiv ħafna għall-adrenoriċetturi-α1A li jinsabu primarjament fil-prostata umana, fil- bażi tal-bużżieqa tal-awrina, fl-għonq tal-bużżieqa tal-awrina, fil-kapsula tal-prostata u fl-uretra tal- prostata. L-imblokk ta’ dawn l-adrenoriċetturi-α1A jġiegħel il-muskolu lixx f’dawn it-tessuti li jirrilassa, u b’hekk inaqqas ir-reżistenza tal-iżbokk tal-bużżieqa tal-awrina, mingħajr ma jaffettwa l-kontratilità tal-muskolu lixx detrusor. Dan jikkawża titjib kemm fis-sintomi ta’ ħażna (irritattivi) kif ukoll ta’ tbattil (ostruttivi) (Sintomi fil-parti ta’ isfel tal-apparat urinarju) assoċjati ma’ iperplasija beninna tal- prostata.

Silodosin għandu affinità ferm aktar baxxa għall-adrenoriċetturi-α1B li jinsabu primarjament fis- sistema kardjovaskulari. In vitro ġie muri li l-proporzjon ta’ rbit α1A1B ta’ silodosin (162:1) huwa għoli ħafna.

Effikaċja klinika u sigurtà

Fi studju kliniku biex tinstab doża xierqa, double-blind, ikkontrollat bil-plaċebo, ta’ Fażi II b’silodosin 4 jew 8 mg darba kuljum, ġie osservat titjib akbar fil-punteġġ ta’ indiċi tas-sintomi tal- Assoċjazzjoni Uroloġika Amerikana (AUA) b’silodosin 8 mg (-6.8±5.8, n=90; p=0.0018) u silodosin 4 mg (-5.7±5.5, n=88; p=0.0355) meta mqabbel mal-plaċebo (-4.0±5.5, n=83).

Iżjed minn 800 pazjent b’sintomi moderati għal severi ta’ BPH (Skor Internazzjonali tas-Sintomi tal- Prostata (International Prostate Symptom Score, IPSS), valur tal-linja bażi ≥13) irċevew silodosin

8 mg darba kuljum f’żewġ studji kliniċi ta’ Fażi III ikkontrollati bil-plaċebo li twettqu fl-Istati Uniti u studju kliniku kkontrollat bil-plaċebo u bis-sustanza attiva li sar fl-Ewropa. Fl-istudji kollha, il- pazjenti li ma kellhomx rispons għall-plaċebo matul il-fażi tal-bidu ta’ 4 ġimgħat bi plaċebo ġew randomizzati sabiex jieħdu l-kura li kienet qed tiġi studjata. Fl-istudji kollha, il-pazjenti ttrattati b’silodosin kellhom tnaqqis akbar fis-sintomi kemm ta’ ħażna (irritattivi) kif ukoll tat-tbattil (ostruttivi) tal-BPH meta mqabbla mal-plaċebo kif ivvalutati wara 12-il ġimgħa ta’ kura. Id-dejta osservata fil-popolazzjonijiet b’Intent-to-treat ta’ kull studju tidher hawn taħt:

 

 

 

IPSS

 

 

IPSS

 

IPSS

 

 

Fergħa tal-

Nru ta’

Skor totali

 

 

Sintomi irritattivi

Sintomi ostruttivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Studju

Valur

 

Bidla

Differenza

Bidla

Differenza

Bidla

Differenza

kura

pazjenti

 

 

tal-linja

 

(95% CI)

(95% CI)

(95% CI)

 

 

 

bażi

 

mil-linja

vs

mil-linja

vs

mil-linja

vs

 

 

 

(±SD)

 

bażi

plaċebo

bażi

plaċebo

bażi

plaċebo

 

 

 

 

 

 

 

US-1

Silodosin

22±5

 

-6.5

-2.8*

-2.3

-0.9*

-4.2

-1.9*

 

 

 

 

 

 

 

Plaċebo

21±5

 

-3.6

(-3.9, -1.7)

-1.4

(-1.4, -0.4)

-2.2

(-2.6, -1.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

US-2

Silodosin

21±5

 

-6.3

-2.9*

-2.4

-1.0*

-3.9

-1.8*

 

 

 

 

 

 

 

Plaċebo

21±5

 

-3.4

(-4.0, -1.8)

-1.3

(-1.5, -0.6)

-2.1

(-2.5, -1.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Silodosin

19±4

 

-7.0

-2.3*

-2.5

-0.7°

-4.5

-1.7*

 

Tamsulosin

 

 

 

 

(-3.2, -1.4)

 

(-1.1, -0.2)

 

(-2.2, -1.1)

Ewropa

19±4

 

-6.7

-2.0*

-2.4

-0.6°

-4.2

-1.4*

 

 

 

 

 

 

 

 

(-2.9, -1.1)

 

(-1.1, -0.2)

 

(-2.0, -0.8)

 

Plaċebo

19±4

 

-4.7

 

-1.8

 

-2.9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

* p<0.001 vs Plaċebo; ° p =0.002 vs Plaċebo

Fl-istudju kliniku kkontrollat bis-sustanza attiva li twettaq fl-Ewropa, silodosin 8 mg darba kuljum intwera li mhux inferjuri għal tamsulosin 0.4 mg darba kuljum: id-differenza medja aġġustata

(95% CI) fl-Iskor Totali tal-IPSS bejn il-kura fil-popolazzjoni għal kull protokoll kienet ta’ 0.4 (0.4 sa 1.1). Ir-rata ta’ rispons (jiġifieri titjib fl-iskor totali tal-IPSS għallinqas ta’ 25%) kienet ferm ogħla fil- grupp li ħadu silodosin (68%) u tamsulosin (65%), meta mqabbel mal-plaċebo (53%).

Fil-fażi ta’ estensjoni open-label, fuq perijodu fit-tul ta’ dawn l-istudji kkontrollati, il-pazjenti li rċevew silodosin għal perijodu sa sena, it-titjib tas-sintomi miġjub b’silodosin f’ġimgħa 12 tal-kura inżamm għal aktar minn sena.

Fi studju kliniku ta’ Fażi IV li twettaq fl-Ewropa, bi skor totali tal-IPSS tal-linja bażi medju ta’

18.9 punti, 77.1% kellhom rispons għal silodosin (kif evalwat minn bidla mil-linja bażi fl-iskor totali tal-IPSS ta’ mill-inqas 25%). Madwar nofs il-pazjenti rrappurtaw titjib fl-iktar sintomi ta’ dwejjaq irrappurtati fil-linja bażi mill-pazjenti (jiġifieri nokturja, frekwenza, tnaqqis fit-tnixxija, urġenza, taqtir terminali u żvojtar mhux komplet), kif evalwat mill-kwestjonarju ICS għall-irġiel.

Ma ġie osservat l-ebda tnaqqis sinifikanti fil-pressjoni tad-demm ta’ persuna minduda fl-istudji kliniċi kollha li saru b’silodosin.

Silodosin 8 mg u 24 mg kuljum ma kellhom ebda effett statistikament sinifikanti fuq l-intervalli tal- ECG jew ir-ripolarizzazzjoni tal-qalb meta mqabbel mal-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Urorec f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-BPH (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l- użu pedjatriku).

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetika ta’ silodosin u tal-metaboliti prinċipali tiegħu ġew evalwati f’irġiel bi jew mingħajr BPH wara li ngħataw darba u aktar minn darba dożi li jvarjaw minn 0.1 mg għal 48 mg kuljum. Il- farmakokinetika ta’ silodosin hija lineari tul din il-firxa tad-doża.

L-esponiment għall-metabolit prinċipali fil-plażma, silodosin glucuronide (KMD-3213G), fl-istat fiss huwa madwar 3 darbiet dak tas-sustanza oriġinali. Silodosin u l-glucoronide tiegħu jilħqu stat fiss wara 3t ijiem u 5t ijiem ta’ kura, rispettivament.

Assorbiment

Silodosin mogħti mill-ħalq huwa assorbit tajjeb u l-assorbiment huwa proporzjonali mad-doża. Il- bijodisponibilità assoluta hija ta’ madwar 32%.

Studju in vitro b’ċelloli Caco-2 wera li silodosin huwa substrat għall-glikoproteina P.

L-ikel inaqqas Cmax b’madwar 30%, iżid it-tmax b’madwar siegħa u ftit għandu effett fuq l-AUC. F’irġiel b’saħħithom fil-medda ta’ etajiet fil-mira (n=16, età medja 55±8 snin) wara l-għoti mill-ħalq ta’ 8 mg darba kuljum immedjatament wara l-kolazzjon għal 7t ijiem, kienu miksuba l-parametri farmakokinetiċi li ġejjin: Cmax 87±51 ng/ml (SD), tmax 2.5 sigħat (medda 1.0-3.0), AUC

433±286 ng • h/ml.

Distribuzzjoni

Silodosin għandu volum ta’ distribuzzjoni ta’ 0.81 l/kg u 96.6% jeħel mal-proteini tal-plażma. Huwa ma jixteridx fiċ-ċelloli tad-demm.

91% ta’ silodosin glucuronide jeħel mal-proteini tad-demm.

Bijotrasformazzjoni

Silodosin jiġi mmetabolizzat b’mod estensiv permezz ta’ glukoronidazzjoni (UGT2B7), alkoħol u aldehyde dehydrogenase u mogħdijiet ossidattivi, b’mod prinċipali CYP3A4. Il-metabolit prinċipali fil-plażma, il-konjugat glucuronide ta’ silodosin (KMD-3213G), li ntwera li huwa attiv in vitro, għandu half-life estiża (madwar 24 siegħa) u jilħaq konċentrazzjonijiet fil-plażma bejn wieħed u ieħor erba’ darbiet ogħla minn dawk ta’ silodosin. Informazzjoni in vitro tindika li silodosin m’għandux il- potenzjal li jinibixxi jew jinduċi s-sistemi tal-enzimi taċ-ċitokromu P450.

Eliminazzjoni

Wara l-għoti mill-ħalq ta’ silodosin 14C-tikkettat, l-irkupru tar-radjuattività wara 7 ijiem kien madwar 33.5% fl-awrina u 54.9% fl-ippurgar. It-tneħħija ta’ silodosin mill-ġisem kienet madwar

0.28 l/siegħa/kg. Silodosin jitneħħa prinċipalment bħala metaboliti, ammonti żgħar ħafna biss ta’ mediċina mhux mibdula jiġu rkuprati fl-awrina. Il-half-life terminali tal-mediċina oriġinali u l- glucoronide tagħha hija madwar 11-il siegħa u 18-il siegħa, rispettivament.

Gruppi speċjali

Anzjani

L-esponiment għal silodosin u l-metaboliti prinċipali tiegħu ma jinbidilx b’mod sinifikanti mal-età, anki f’pazjenti ta’ aktar minn 75 sena.

Popolazzjoni pedjatrika

Silodosin ma ġiex evalwat f’pazjenti taħt it-18-il sena.

Indeboliment tal-fwied

Fi studju ta’ doża waħda, il-farmakokinetika ta’ silodosin ma nbidlitx f’disa’ pazjenti b’indeboliment moderat tal-fwied (skor Child-Pugh 7 sa 9), meta mqabbel ma’ disa’ voluntiera b’saħħithom. Ir- riżultati minn dan l-istudju għandhom jiġu interpretati b’attenzjoni, minħabba li pazjenti rreġistrati kellhom valuri bijokimiċi normali, li jindikaw funzjoni metabolika normali, u dawn ġew ikklassifikati bħala li għandhom indeboliment moderat tal-fwied, fuq il-bażi ta’ axxite u enċefalopatija tal-fwied. Il-farmakokinetika ta’ silodosin f’pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied ma ġietx studjata.

Indeboliment tal-kliewi

Fi studju ta’ doża waħda, l-esponiment għal silodosin (mhux imwaħħal) f’pazjenti b’indeboliment ħafif (n=8) u moderat tal-kliewi (n=8) rriżulta, bħala medja, f’żieda fil-Cmax (1.6 darbiet) u fl-AUC (1.7 darbiet) meta mqabbel ma’ persuni b’funzjoni tal-kliewi normali (n=8). F’pazjenti b’indeboliment

sever tal-kliewi (n=5), iż-żieda fl-esponiment kienet ta’ 2.2 darbiet għall-Cmax u 3.7 darbiet għall-AUC. Żdied ukoll l-esponiment għall-metaboliti prinċipali, silodosin glucuronide u KMD-3293. Il-monitoraġġ tal-livell fil-plażma fi studju kliniku ta’ Fażi III wera li l-livelli totali ta’ silodosin wara 4 ġimgħat ta’ kura ma nbidlux f’pazjenti b’indeboliment ħafif (n=70), meta mqabbla ma’ pazjenti b’funzjoni tal-kliewi normali (n=155), filwaqt li l-livelli bħala medja rduppjaw f’pazjenti b’indeboliment moderat (n=7).

Valutazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-pazjenti rreġistrati fl-istudji kliniċi kollha ma tindikax li indeboliment ħafif tal-kliewi (n=487) joħloq riskju addizzjonali tas-sigurtà waqt kura b’silodosin (bħal żieda fl-isturdament jew fil-pressjoni baxxa ortostatika) meta mqabbel ma’ pazjenti b’funzjoni tal-kliewi normali (n=955). Għalhekk, m’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment ħafif tal-kliewi. Billi teżisti biss esperjenza limitata f’pazjenti b’indeboliment moderat tal-kliewi (n=35), hija rrakkomandata doża inizjali aktar baxxa ta’ 4 mg. L-għoti ta’ Urorec mhux irrakkomandat f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, riskju ta’ kanċer, potenzjal mutaġeniku u teratoġeniku, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Effetti fuq l- annimali (li jaffettwaw il-glandola tat-tirojde f’annimali gerriema) dehru biss wara esponimenti meqjusa ferm aktar għolja mill-massimu ta’ l-esponiment fil-bniedem, li juru ftit li xejn rilevanza għall-użu kliniku.

Ġo firien irġiel, ġie osservat tnaqqis fil-fertilità minn esponimenti li kienu bejn wieħed u ieħor id- doppju tal-esponiment bid-doża massima rrakkomandata fil-bniedem. L-effett osservat kien riversibbli.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Kontenut tal-kapsula

Starch, pregelatinised (maize)

Mannitol (E421)

Magnesium stearate

Sodium laurilsulfate

Qoxra tal-kapsula Ġelatina

Titanium dioxide (E171)

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdita’.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Il-kapsuli jiġu f’folji tal-PVC/PVDC/fojl tal-aluminju, ippakkjati f’kartun.

Pakketti ta’ 5, 10, 20, 30, 50, 90, 100 kapsula.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Recordati Ireland Ltd.

Raheens East

Ringaskiddy Co. Cork

L-Irlanda

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/608/008

EU/1/09/608/009

EU/1/09/608/010

EU/1/09/608/011

EU/1/09/608/012

EU/1/09/608/013

EU/1/09/608/014

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 29/01/2010

Data tal-aħħar tiġdid: 18/09/2014

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati