Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Urorec (silodosin) – Fuljett ta’ tagħrif - G04CA04

Updated on site: 10-Oct-2017

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Urorec 8 mg kapsuli iebsin

Urorec 4 mg kapsuli iebsin

Silodosin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Urorec u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Urorec

3.Kif għandek tieħu Urorec

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Urorec

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Urorec u gћalxiex jintuża

X’inhu Urorec

Urorec jappartieni għal grupp ta’ mediċini msejħa imblokkaturi tal-adrenoriċettur alpha1A. Urorec huwa selettiv għar-riċetturi li jinsabu fil-prostata, fil-bużżieqa tal-awrina u fl-uretra. Billi jimblokka dawn ir-riċetturi, huwa jġiegħel il-muskolu lixx f’dawn it-tessuti sabiex jirrilassa. Dan jagħmilha iżjed faċli għalik biex tgħaddi l-awrina u jtaffi s-sintomi tiegħek.

Għalxiex jintuża Urorec

Urorec jintuża f’irġiel adulti sabiex jittratta sintomi urinarji assoċjati ma’ tkabbir beninn tal-prostata (iperplasija tal-prostata), bħal:

diffikultà biex tibda tgħaddi l-awrina,

sensazzjoni li m’intix tbattal għal kollox il-bużżieqa tal-awrina,

bżonn li tgħaddi l-awrina aktar ta’ spiss, anki billejl.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Urorec

Tiħux Urorec

jekk inti allerġiku għal silodosin jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Urorec.

Jekk se tagħmel operazzjoni tal-għajnejn minħabba li l-lenti mtappna (operazzjoni tal- katarretti), huwa importanti li tinforma minnufih lill-ispeċjalista tal-għajnejn li qiegħed tuża jew użajt Urorec. Dan minħabba li xi pazjenti kkurati b’din it-tip ta’ mediċina kellhom telf fit-

ton tal-muskolu fl-iris (il-parti tonda kulurita tal-għajn) waqt din it-tip ta’ operazzjoni. L- ispeċjalista jista’ jieħu prekawzjonijiet xierqa fir-rigward tal-mediċina u kif issir l-operazzjoni. Staqsi lit-tabib tiegħek jekk għandekx tipposponi jew għandekx tieqaf tieħu Urorec temporanjament meta tkun se tagħmel operazzjoni tal-katarretti.

Jekk xi darba ħassek ħażin jew ħassejtek tistordi meta qomt bilwieqfa f’daqqa, jekk jogħġbok

informa lit-tabib tiegħek qabel tieħu Urorec.

Jista’ jagħtik sturdament meta tqum bilwieqfa u xi drabi ħass ħażin meta tieħu Urorec, speċjalment meta tibda l-kura jew jekk tkun qed tieħu mediċini oħrajn li jbaxxu l-pressjoni tad- demm. Jekk dan iseħħ, ara li tpoġġi bilqiegħda jew timtedd mill-ewwel sakemm imorru s- sintomi u informa lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr (ara wkoll is-sezzjoni “Sewqan u tħaddim ta’ magni”).

Jekk għandek problemi severi tal-fwied, m’għandekx tieħu Urorec, billi dan ma ġiex ittestjat f’din il-kundizzjoni.

Jekk għandek problemi tal-kliewi, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek għal parir.

Jekk għandek problemi moderati tal-kliewi, it-tabib tiegħek jibda Urorec bil-galbu u jista’ jkun li b’doża aktar baxxa (ara s-sezzjoni 3 “Doża”).

Jekk għandek problemi severi tal-kliewi, m’għandekx tieħu Urorec.

Billi t-tkabbir beninn tal-prostata u kanċer tal-prostata jistgħu jippreżentaw l-istess sintomi, it- tabib tiegħek se jiċċekkja jekk għandekx kanċer tal-prostata qabel tibda l-kura b’Urorec. Urorec ma jikkurax il-kanċer tal-prostata.

Il-kura b’Urorec tista’ twassal għal ħruġ anormali tas-semen (tnaqqis fl-ammont ta’ semen li joħroġ waqt is-sess) xi ħaġa li tista’ taffettwa temporanjament il-fertilità tar-raġel. Dan l-effett ma jibqax wara t-twaqqif ta’ Urorec. Jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek jekk qed tippjana li jkollok it-tfal.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal jew adolexxenti taħt it-18-il sena billi m’hemmx indikazzjoni rilevanti minħabba l-eta`.

Mediċini oħra u Urorec

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikolari għid lit-tabib tiegħek jekk tieħu:

mediċini li jbaxxu l-pressjoni tad-demm (b’mod partikolari, mediċini msejħa imblokkaturi

alpha1, bħal prazosin jew doxazosin) billi jista’ jkun hemm ir-riskju li l-effett ta’ dawn il- mediċini jiżdied waqt li tkun qed tieħu Urorec.

mediċini antifungali (bħal ketoconazole jew itraconazole), mediċini użati għal infezzjoni tal- HIV/AIDS (bħal ritonavir) jew mediċini użati wara t-trapjanti biex jevitaw ir-rifjut tal- organi (bħal cyclosporin) billi dawn il-mediċini jistgħu jżidu l-konċentrazzjoni fid-demm ta’ Urorec.

mediċini użati għall-kura ta’ problemi biex wieħed jikseb jew iżomm erezzjoni (bħal sildenafil jew tadalafil), billi l-użu flimkien ma’ Urorec jista’ jwassal għal tnaqqis żgħir fil- pressjoni tad-demm.

mediċini kontra l-epilessija jew rifampicin (mediċina għall-kura tat-tuberkulożi), billi jista’ jitnaqqas l-effett ta’ Urorec.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Issuqx jew tħaddem magni jekk tħossok ma tiflaħx, stordut, imħeddel jew b’vista mċajpra.

3.Kif gћandek tieћu Urorec

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija kapsula waħda ta’ Urorec 8 mg kuljum li tingħata mill-ħalq.

Dejjem ħu l-kapsula mal-ikel, preferibbilment fl-istess ħin kuljum. Tkissirx jew tomgħodx il-kapsula, iżda iblagħha sħiħa, preferibbilment ma’ tazza ilma.

Pazjenti bi problemi tal-kliewi

Jekk għandek problemi moderati tal-kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jordnalek doża differenti. Għal dan il-għan jeżistu kapsuli iebsin Urorec 4 mg.

Jekk tieħu Urorec aktar milli suppost

Jekk ħadt iżjed minn kapsula waħda, informa lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli. Jekk tistordi jew tħossok dgħajjef, għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Jekk tinsa tieħu Urorec

Tista’ tieħu l-kapsula tiegħek iżjed tard fl-istess ġurnata jekk tkun insejt teħodha aktar kmieni. Jekk ikun kważi wasal il-ħin għad-doża li jmiss, aqbeż id-doża li ma ħadtx. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull kapsula li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Urorec

Jekk twaqqaf il-kura, is-sintomi tiegħek jistgħu jerġgħu jitfaċċaw.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota kwalunkwe mir-reazzjonijiet allerġiċi li ġejjin: nefħa fil-wiċċ jew fil-gerżuma, diffikultà biex tieħu nifs, tħossok se jagħtik ħass ħażin, ħakk fil- ġilda jew ħorriqija, billi l-konsegwenzi jistgħu jsiru serji.

L-iżjed effett sekondarju komuni huwa tnaqqis fl-ammont ta’ semen li joħroġ waqt is-sess. Dan l-effett ma jibqax wara t-twaqqif ta’ Urorec. Jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tippjana sabiex ikollok it-tfal.

Jista’ jkollok sturdament, inkluż sturdament meta tqum bilwieqfa, u kultant ħass ħażin.

Jekk tħossok dgħajjef jew stordut, ara li tpoġġi bilqiegħda jew timtedd mill-ewwel sakemm tħossok aħjar. Jekk jagħtik sturdament meta tqum bilwieqfa jew iħossok ħażin, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.

Urorec jista’ jikkawża kumplikazzjonijiet waqt operazzjoni tal-katarretti (operazzjoni fl-għajnejn minħabba lenti mtappna, ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Importanti li tinforma minnufih lill-ispeċjalista tal-għajnejn tiegħek jekk qed tuża jew użajt Urorec qabel.

L-effetti sekondarji possibbli huma elenkati hawn isfel:

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iżjed minn persuna 1 f’kull 10)

Ħruġ anormali tas-semen (inqas jew ebda semen osservabbli li joħroġ waqt is-sess, ara s- sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”)

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’kull 10 persuni)

Sturdament, inkluż sturdament meta tqum bilwieqfa (ara wkoll aktar ’il fuq, f’din is-sezzjoni)

Imnieħer inixxi jew imblukkat

Dijarea

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’kull 100 persuni)

Tnaqqis fl-aptit sesswali

Dardir

Ħalq xott

Diffikultajiet biex tintlaħaq jew biex tinżamm erezzjoni

Rata aktar mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb

Sintomi ta’ reazzjoni allerġika li jaffettwaw il-ġilda bħal raxx, ħakk, ħorriqija u raxx ikkawżat minn mediċina

Riżultati mhux normali għal testijiet tal-funzjoni ta’ fwied

Pressjoni baxxa tad-demm

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’kull 1,000 persuni)

Taħbit mgħaġġel jew irregolari tal-qalb (li jissejjaħ palpitazzjonijiet)

Ħass ħażin/Tintilef minn sensik

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’kull 10,000 persuna)

Reazzjonijiet allerġiċi oħra b’nefħa fil-wiċċ jew fil-gerżuma

Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-dejta disponibbli)

Pupilla mitluqa waqt operazzjoni tal-katarretti (ara wkoll aktar ’il fuq, f’din is-sezzjoni)

Jekk tħoss li l-ħajja sesswali tiegħek hija affettwata, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Urorec

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara EXP. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdita’.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pakkett ikollu xi ħsara jew juri sinjali ta’ tbagħbis.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Urorec

Urorec 8 mg

Is-sustanza attiva hija silodosin. Kull kapsula fiha 8 mg ta’ silodosin.

Is-sustanzi l-oħra huma pregelatinised maize starch, mannitol (E421), magnesium stearate, sodium laurilsulfate, ġelatina, titanium dioxide (E171).

Urorec 4 mg

Is-sustanza attiva hija silodosin. Kull kapsula fiha 4 mg ta’ silodosin.

Is-sustanzi l-oħra huma pregelatinised maize starch, mannitol (E421), magnesium stearate, sodium laurilsulfate, ġelatina, titanium dioxide (E171), yellow iron oxide (E172).

Kif jidher Urorec u l-kontenut tal-pakkett

Urorec 8 mg huma kapsuli iebsin tal-ġelatina, bojod, opaki.

Urorec 4 mg huma kapsuli iebsin tal-ġelatina, sofor, opaki.

Urorec jiġi f’pakketti ta’ 5, 10, 20, 30, 50, 90, 100 kapsula. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Recordati Ireland Ltd.

Raheens East

Ringaskiddy Co. Cork

L-Irlanda

Il-Manifattur

Recordati Industria Chimica e Farmaceutica S.p.A.

Via Matteo Civitali 1

20148 Milan

L-Italja

LABORATOIRES BOUCHARA-RECORDATI

Parc Mécatronic

03410 Saint Victor

Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Recordati Ireland Ltd.

PharmaSwiss UAB

Tél/Tel: + 353 21 4379400

Tel: + 370 5 2790762

България

Luxembourg/Luxemburg

PharmaSwiss EOOD

Recordati Ireland Ltd.

Тел.: + 359 2 895 21 10

Tél/Tel: + 353 21 4379400

Česká republika

Magyarország

Herbacos Recordati s.r.o.

Recordati Ireland Ltd.

Tel: + 420 466 741 915

Tel: + 353 21 4379400

Danmark

Malta

Recordati Ireland Ltd.

Focused Pharma Ltd.

Tlf: + 353 21 4379400

Tel: + 356 79426930

Deutschland

Nederland

Recordati Pharma GmbH

Recordati Ireland Ltd.

Tel: + 49 731 70470

Tel: + 353 21 4379400

Eesti

Norge

PharmaSwiss Eesti OÜ

Recordati Ireland Ltd.

Tel: + 372 6827400

Tlf: + 353 21 4379400

Ελλάδα

Österreich

Recordati Hellas Pharmaceuticals A.E.

Recordati Ireland Ltd.

Τηλ: + 30 210-6773822

Tel: + 353 21 4379400

España

Polska

Casen Recordati, S.L.

RECORDATI POLSKA sp. z o.o.

Tel: + 34 91 659 15 50

Tel: + 48 22 206 84 50

France

Portugal

Laboratoires BOUCHARA-RECORDATI

Jaba Recordati, S.A.

Tél: + 33 1 45 19 10 00

Tel: + 351 21 432 95 00

Hrvatska

România

PharmaSwiss d.o.o.

Recordati România S.R.L.

Tel: +385 1 63 11 833

Tel: + 40 21 667 17 41

Ireland

Slovenija

Recordati Ireland Ltd.

Recordati Ireland Ltd.

Tel: + 353 21 4379400

Tel: + 353 21 4379400

Ísland

Slovenská republika

Recordati Ireland Ltd.

Herbacos Recordati s.r.o.

Sími: + 353 21 4379400

Tel: + 420 466 741 915

Italia

Suomi/Finland

Recordati Industria Chimica e Farmaceutica S.p.A. Recordati Ireland Ltd.

Tel: + 39 02 487871

Puh/Tel: + 353 21 4379400

Κύπρος

Sverige

G.C. Papaloisou Ltd.

Recordati Ireland Ltd.

Τηλ: + 357 22 49 03 05

Tel: + 353 21 4379400

Latvija

United Kingdom

PharmaSwiss UAB

Recordati Pharmaceuticals Ltd.

Tel: + 370 5 2790762

Tel: + 44 1491 576336

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati