Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Valdoxan (agomelatine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N06AX22

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaValdoxan
Kodiċi ATCN06AX22
Sustanzaagomelatine
ManifatturLes Laboratoires Servier

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Valdoxan 25 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita fiha 25 mg t’agomelatine.

Eċċipjent b’effett magħruf: kull pillola fiha 61.84 mg lactose (bħala monohydrate).

Għal-lista sħiħa ta' eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita [pillola].

Pillola rettangolari oranġjo fl-isfar, twila 9.5 mm, wiesgħa 5.1 mm miksija b’rita bil-logo tal- kumpanija mnaqqax bil-blu fuq naħa minnhom.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ episodji dipressivi maġġuri.

Valdoxan hu indikat għall-użu f’ adulti.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rrakkomandata hija ta’ 25 mg darba kuljum meħuda mill-ħalq qabel l-irqad.

Wara ġimagħtejn ta’ kura, jekk is-sintomi ma jmorrux għall-aħjar, id-doża tista’ tiżdied għal 50 mg darba kuljum, i.e. żewġ pilloli ta’ 25 mg, meħudin flimkien qabel l-irqad.

Id-deċiżjoni li tiżdied id-doża trid tkun ibbilanċjata ma’ riskju akbar ta’ żieda fit-transaminases. Kwalunkwe żieda fid-doża għal 50 mg għandha ssir fuq bażi tal-benefiċċju/riskju għall-pazjent individwali u b’rispett strett tal-monitoraġġ tal-LFT (testijiet tal-funzjoni tal-fwied).

Testijiet tal-funzjoni tal-fwied għandhom isiru fil-pazjenti kollha qabel il-bidu tal-kura. Il-kura ma għandhiex tinbeda jekk it-transaminażi taqbeż 3 darbiet il-limitu ta’ fuq tan-normal (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Matul il-kura, it-transaminażi għandha tiġi mmonitorjata perjodikament wara madwar tliet ġimgħat, sitt ġimgħat (tmiem tal-fażi akuta), tnax-il ġimgħa u erbgħa u għoxrin ġimgħa (tmiem tal-fażi ta’ manteniment) u wara dan meta klinikament indikat (ara wkoll sezzjoni 4.4). Il-kura għandha titwaqqaf jekk it-transaminażi taqbeż 3 darbiet il-limitu ta’ fuq tan-normal (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Meta jiżdied id-dożaġġ, it-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għandhom isiru mill-ġdid bl-istess frekwenza bħal meta tkun inbdiet il-kura.

Tul tal-kura

Pazjenti bid-dipressjoni għandhom jiġu kkurati għal perjodu suffiċjenti ta’ mhux inqas minn 6 xhur biex jiġi assigurat li huma ħielsa mis-sintomi.

Il-qlib tat-terapija minn antidipressanti SSRI/SNRI għal agomelatine

Il-pazjenti jistgħu jesperjenzaw sintomi ta’ diskontinwazzjoni wara l-waqfien minn antidipressant SSRI/ SNRI.

L-SmPC tal-SSRI/SNRI attwali għandu jiġi kkonsultat dwar kif persuna għandha tirtira mill-kura sabiex tevita milli dan iseħħ. Agomelatine jista’ jinbeda minnufih filwaqt li d-dożaġġ ta’ SSRI/SNRI jitnaqqas bil-mod, il-mod (ara sezzjoni 5.1).

Twaqqif tal-kura

M’hemmx bżonn ta’ tnaqqis gradwali tal-ammont tad-doża meta titwaqqaf il-kura.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ agomelatine (25 sa 50 mg/kuljum) ġew stabbiliti f’pazjenti anzjani bid- dipressjoni (< 75 sena). Ma ġie ddokumentat l-ebda effett f’pazjenti ≥ 75 sena. Għaldaqstant, agomelatine ma għandux jintuża minn pazjenti f’dan il-grupp ta’ età (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1). Ma hemm l-ebda ħtieġa ta’ aġġustament fid-doża relatata mal-età (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-kliewi

L-ebda modifikazzjoni relevanti f’parametri farmakokinetiċi ta’ agomelatine f’pazjenti b’disturbi fil- kliewi serji ma ġiet osservata. Madankollu, l-informazzjoni klinika disponibbli hija limitata dwar l-użu ta’ Valdoxan f’pazjenti b’dipressjoni li jbatu minn disturbi fil-kliewi serji jew moderati u b’episodji dipressivi maġġuri. Għalhekk, għandha tingħata attenzjoni meta Valdoxan jiġi preskritt lil dawn il- pazjenti.

Indeboliment tal-fwied

Valdoxan huwa kontraindikat f’pazjenti b’disturbi fil-fwied (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Valdoxan fi tfal minn sentejn ’il fuq għall-kura ta’ episodji maġġuri dipressivi ma ġewx determinati s’issa. M’hemm l-ebda data disponibbli (ara sezzjoni 4.4). Ma hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Valdoxan fi tfal mit-twelid sa sentejn għall-kura ta’ episodji dipressivi maġġuri.

Metodu ta’ kif għandu jingħata Għal użu orali.

Valdoxan pilloli miksijin b’rita jistgħu jittieħdu mal-ikel kif ukoll mhux mal-ikel.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

Disturbi fil-fwied (i.e. ċirrożi jew marda attiva fil-fwied) jew transaminażi ta’ aktar minn 3 X il-limitu ta’ fuq tan-normal (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

Użu flimkien ta’ impedituri qawwija CYP1A2 (bħal fluvoxamine, ciprofloxacin) (ara sezzjoni 4.5).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Monitoraġġ tal-funzjoni tal-fwied

Każijiet ta' korriment tal-fwied, inkluż indeboliment tal-fwied (b’mod eċċezzjonali ġew irrapportati xi każijiet b’riżultat fatali jew bi trapjant tal-fwied f’pazjenti b’fatturi ta’ riskju tal-fwied), żidiet tal- enżimi tal-fwied li jaqbżu 10 darbiet l-ogħla limitu tan-normal, ta' epatite u suffejra ġew irrapportati f'pazjenti kkurati b'Valdoxan fl-ambjent ta' wara t-tqegħid fis-suq (ara sezzjoni 4.8). Ħafna minnhom seħħew matul l-ewwel xhur tal-kura. It-tendenza tal-ħsara fil-fwied hija predominantament epatoċellulari bi transaminażi tas-serum li normalment tirritorna għal-livelli normali wara li jitwaqqaf Valdoxan.

Għandha tingħata attenzjoni meta tinbeda l-kura u għandha ssir sorveljanza mill-qrib tul il- perjodu tal-kura fil-pazjenti kollha, b’mod speċjali jekk ikun hemm preżenti fatturi ta’ riskju

ta’ korriment tal-fwied jew prodotti mediċinali konkomittanti assoċjati ma’ riskju ta’ korriment tal-fwied.

Qabel il-bidu tal-kura

Il-kura b’Valdoxan għandha tingħata biss wara kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-benefiċċju u r-riskju f’pazjenti b’fatturi ta’ riskju ta’ korriment tal-fwied eż. :

-obeżità/piż eċċessiv/mard tal-fwied xaħmi mhux alkoħoliku, dijabete

-disturb fl-użu tal-alkoħol u/jew teħid sostanzjali ta’ alkoħol

u f’pazjenti li jirċievu prodotti mediċinali konkomittanti assoċjati ma’ riskju ta’ korriment tal-fwied. Għandhom isiru testijiet tal-funzjoni tal-fiwed tal-linja bażi fil-pazjenti kollha u l-kura ma għandhiex tinbeda f’pazjenti b’valuri tal-linja bażi ta’ ALT u/jew AST >3 darbiet il-limitu ta’ fuq tan-normal (ara sezzjoni 4.3). Għandha tiġi eżerċitata l-kawtela meta Valdoxan jingħata lil pazjenti bi transaminażi elevata ta’ qabel il-kura (> il-limitu ta’ fuq tal-meded normali u 3 darbiet il-limitu ta’ fuq tal-medda normali).

Frekwenza tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied

-qabel il-bidu tal-kura

-u mbagħad:

-wara madwar 3 ġimgħat,

-wara madwar 6 ġimgħat (tmiem ta’ fażi akuta),

-wara madwar 12 u 24 ġimgħa (tmiem tal-fażi ta’ manteniment)

-u minn hemm ’il quddiem, meta klinikament indikat.

-Meta jiżdied id-dożaġġ, it-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għandhom isiru mill-ġdid bl-istess frekwenza bħal tal-bidu tal-kura

Kwalunkwe pazjent li jiżviluppa transaminażi miżjuda fis-serum għandu jkollu t-testijiet tal- funzjoni tal-fwied tiegħu jew tagħha ripetuti fi żmien 48 siegħa.

Matul il-perjodu ta’ kura

Il-kura b’Valdoxan għandha titwaqqaf minnufih jekk:

il-pazjent jiżviluppa sintomi jew sinjali ta’ korriment potenzjali tal-fwied (bħal awrina skura, ippurgar ikkulurit ħafif, ġilda safra/għajnejn sofor, uġigħ fin-naħa tal-lemin ta’ fuq taż-żaqq, feġġa ġdida sostnuta u għejja mhux spjegata).

iż-żieda fit-transaminażi fis-serum taqbeż 3 darbiet il-limitu ta’ fuq tan-normal.

Wara l-waqfien tal-kura b’Valdoxan, it-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għandhom jiġu ripetuti sakemm it-transaminażi fis-serum tirritorna għan-normal.

Użu fil-popolazzjoni pedjatrika

Valdoxan mhux irrakkomandat għall-kura ta’ dipressjoni f’pazjenti ta’ taħt it-18-il sena minħabba li s- sigurtà u l-effikaċja ta’ Valdoxan mhumiex stabbiliti f’dan il-grupp. Fi provi kliniċi fost tfal u adoloxxenti kkurati b’antidipressanti oħra, imġiba relatata mas-suwiċidju (attentati suwiċidali u ħsibijiet ta’ suwiċidju), u ostilità (l-aktar aggressjoni, imġiba konfrontali u rabja) kienu osservati iktar frekwenti meta mqabbla ma dawk li kienu kkurati bil-plaċebo (ara sezzjoni 4.2).

Persuni akbar fl-età

Ma ġie ddokumentat l-ebda effett ta’ agomelatine f’pazjenti ≥ 75 sena, għalhekk agomelatine ma għandux jintuża minn pazjenti f’dan il-grupp ta’ età (ara wkoll sezzjonijiet 4.2 u 5.1).

Użu f’persuni akbar fl-età bid-dimenzja

Valdoxan m’għandux jintuża għall-kura ta’ episodji dipressivi maġġuri f’pazjenti anzjani bid-dimenzja minħabba li s-sigurtà u l-effikaċja ta’ Valdoxan ma ġewx stabbiliti f’dawn il-pazjenti.

Disturb bipolari/manija/ipomanija

Valdoxan għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti li għandhom storja ta’ disturb bipolari, manija jew ipomanija u għandu jiġi mwaqqaf jekk il-pazjent jiżviluppa sintomi manijaċi (ara sezzjoni 4.8).

Suwiċidju/Ħsibijiet suwiċidali

Id-dipressjoni hija assoċjata ma żieda fir-riskju ta’ ħsibijiet suwiċidali, ħsara fuq l-individwu nnifsu u suwiċidju (episodji relatati mas-suwiċidju). Dan ir-riskju jibqa’ sakemm iseħħ tnaqqis tal-marda b’mod sostanzjali. Billi t-titjib fil-marda jista’ ma jseħħx fl-ewwel ftit ġimgħat jew iżjed tal-kura, il- pazjenti għandhom jiġu osservati mill-viċin sakemm iseħħ titjib fil-marda. Ġeneralment l-esperjenza klinika turi li r-riskju ta’ suwiċidju jista’ jiżdied fl-ewwel fażi tal-fejqan.

Hu magħruf, li pazjenti bi storja ta’ episodji relatati mas-suwiċidju jew dawk li jesibixxu gradi sinifikanti ta’ ħsieb suwiċidali qabel il-bidu tal-kura , ikunu f’riskju ikbar ta’ ħsibijiet suwiċidali jew attentati suwiċidali u għandhom jiġu osservati b’kawtela waqt il-kura. Metaanaliżi ta’ provi kliniċi b’ antidipressanti ikkontrollati bi plaċebo f’pazjenti adulti b’disturbi psikjatriċi juru żieda fir-riskju ta’ mġiba suwiċidali b’antidipressanti meta mqabbla ma’ plaċebo, f’pazjenti ta’ taħt il-25 sena. Superviżjoni mill-qrib tal-pazjenti u b’mod partikulari ta’dawk li qegħdin f’riskju kbir għandha tingħata waqt il-kura speċjalment fil-bidu tat-trattament u wara bidliet fid-doża. Pazjenti (u dawk li jieħdu ħsieb il-pazjenti) għandha tinġibdilhom l-attenzjoni għall-bżonn ta’ kontroll ta’ żviluppi kliniċi li jaggravaw, imġiba jew ħsibijiet suwiċidali u tibdil mhux tas-soltu fl-imġiba u li jfittxu parir mediku immedjat jekk jidhru dawn is-sintomi.

Użu flimkien ma’ impedituri ta’ CYP1A2 (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.5)

Għandha tittieħed kawtela meta jiġi preskritt Valdoxan ma’ impedituri moderati CYP1A2 (eż. propranolol, enoxacine) li jista’ jirrizulta f’żieda ta’ esponiment t’agomelatine.

Intolleranza tal-lactose

Valdoxan fih il-lactose. Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-galactose, id- defiċjenzja ta’ Lapp lactase jew malassorbiment ta’ glucose-galactose ma għandhomx jieħdu dan il- prodott mediċinali.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Interazzjonijiet li potenzjalment jaffettwaw agomelatine

Agomelatine jiġi metabolizzat l-iżjed biċ-ċitokromu P450 1A2 (CYP1A2) (90%) u b’CYP2C9/19 (10%). Prodotti mediċinali li għandhom interazzjoni ma’ dawn l-isoenżimi jistgħu jnaqqsu jew iżidu il-bijodisponibilità t’agomelatine.

Fluvoxamine, impeditur ta’CYP1A2 qawwi u ta’ CYP2C9 moderat jimpedixxi b’mod ċar il- metaboliżmu t’agomelatine u jirriżulta għal żieda ta’ 60 darba (livell 12-412) għall-effetti t’agomelatine.

Għalhekk, l-użu ta’ Valdoxan ma’ impedituri CYP1A2 (eż. fluvoxamine, ciprofloxacin) huwa kontraindikat.

Użu flimkien t’agomelatine ma’ estroġeni (impedituri moderati CYP1A2) jirriżulta f’diversi drabi iżjed esponiment t’agomelatine. Filwaqt li ma kienx hemm ebda sinjal speċifiku ta’ sigurtà fit-800 pazjent ikkurati bl-użu flimkien ma’ estroġeni, kawtela għandha tingħata meta jiġi preskritt agomelatine ma’ impedituri CYP1A2 moderati oħra (eż. propranolol, enoxacine) sakemm tinkiseb iktar esperjenza (ara sezzjoni 4.4).

Rifampicin, induttur tat-tliet ċitokromi kollha involuti fil-metaboliżmu ta' agomelatine jista' jnaqqas il- bijodisponibilità ta' agomelatine.

It-tipjip jinduċi CYP1A2 u ntwera li jnaqqas il-bijodisponibilità ta' agomelatine, b'mod speċjali f'dawk li jpejpu ħafna (≥ 15-il sigarett/kuljum) (ara sezzjoni 5.2).

L-effett potenzjali t’agomelatine fuq prodotti mediċinali oħra

In vivo, agomelatine ma jinduċix isoenżimi CYP450. Agomelatine ma jimpedixxix la CYP1A2 in vivo lanqas CYP450 oħrajn in vitro. Għalhekk, agomelatine ma jimmodifikax l-effetti ta’ prodotti mediċinali oħra metabolizzati b’CYP 450.

Prodotti mediċinali li jingħaqdu b’qawwa ma’ proteina fil-plażma

Agomelatine ma jimmodifikax konċentrazzjonijiet liberi tal-prodotti mediċinali li huma magħqudin b’qawwa mal-proteini fil-plażma jew viċe versa.

Prodotti mediċinali oħra

Ma nstabet l-ebda evidenza ta’ interazzjoni farmakokinetika jew farmakodinamika ma’ prodotti mediċinali li jistgħu jiġu preskritti flimkien ma’ Valdoxan fil-popolazzjoni mmirata fi provi kliniċi f’fażi 1: benzodiazepines, lithium, paroxetine, fluconazole u theophylline.

L-alkoħol

Valdoxan mhuwiex irrakkomandat mal-alkoħol.

Kura elettrokonvulsiva (ECT)

M’hemmx esperjenza tal-użu konkorrenti t’agomelatine ma’ ECT. Studji fl-annimali ma wrewx kwalitajiet prokonvulsivi (ara sezzjoni 5.3). Għalhekk, konsegwenzi kliniċi ta’ kura bl-ECT flimkien mal-kura b’Valdoxan x’aktarx ma jseħħux.

Popolazzjoni pedjatrika

Studji ta’ interazzjoni twettqu biss f’adulti.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Ma hemm l-ebda tagħrif jew hemm ammont limitat ta' tagħrif (inqas minn 300 riżultat ta' tqala) mill- użu ta' agomelatine f'nisa tqal. Studji fuq l-annimali ma jindikawx li hemm effetti ħżiena diretti jew indiretti fejn tidħol it-tqala, żvilupp tal-embriju/fetu, ħlas jew żvilupp wara t-twelid (ara sezzjoni 5.3). Bħala miżura prekawzjonarja, ikun aħjar li l-użu ta’ Valdoxan jiġi evitat matul it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk il-metaboliti ta’ agomelatine joħorġux fil-ħalib tal-bniedem. Dejta farmakodinamika/tossikoloġika disponibbli fuq l-annimali wriet tneħħija ta’ agomelatine/metaboliti fil-ħalib (ara sezzjoni 5.3). Riskju lit-trabi tat-twelid/tfal ma jistax jiġi eskluż. Għandha tittieħed deċiżjoni jekk jitwaqqafx it-treddigħ jew jekk titwaqqafx/ma titteħidx terapija b’Valdoxan filwaqt li jitqies il-benefiċċju tat-treddigħ għat-tarbija u l-benefiċċju tal-kura għall-mara.

Fertilità

Studji fuq il-firien u l-fniek ma wrew ebda effett ta’ agomelatine fuq il-fertilità (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

Iżda minħabba li l-isturdament u l-ħedla huma kkonsidrati reazzjonijiet avversi komuni, il-pazjenti għandhom joqogħdu attenti fuq il-ħila tagħhom biex isuqu jew iħaddmu magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Fi studji kliniċi, iktar minn 8000 pazjent b’dipressjoni irċevew Valdoxan.

L-effetti avversi kienu normalment ftit jew moderati u seħħew fl-ewwel ġimagħtejn tal-kura. L-iktar effetti avversi komuni kienu wġigħ ta’ ras, dardir u sturdament.

Dawn l-effetti avversi kienu normalment jgħaddu malajr u ġeneralment ma wasslux biex titwaqqaf it- terapija.

Il-lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti r-reazzjonijiet avversi osservati minn provi kliniċi kkontrollati bi plaċebo u bis-sustanza attiva.

Ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżlin hawn taħt u jsegwu din il-konvenzjoni: komuni ħafna ( ≥ 1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1000 sa 1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). Il-frekwenzi ma ġewx irregolati għal plaċebo.

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Terminu Ppreferut

organi

 

 

Disturbi psikjatriċi

Komuni

Anzjetà

 

 

Ħolm mhux normali*

 

Mhux komuni

Ħsibijiet jew imġiba suwiċidali (ara sezzjoni

 

 

4.4)

 

 

Aġitazzjoni u sintomi relatati* (bħal

 

 

irritabilità u irrekwitezza)

 

 

Aggressjoni *

 

 

Ħolm ikrah*

 

 

Manija/ipomanija*

 

 

Dawn is-sintomi jistgħu jkunu dovuti wkoll

 

 

għall-marda bażi (ara sezzjoni 4.4).

 

 

Stat ta’ konfużjoni*

 

Rari

Alluċinazzjonijiet *

Disturbi fis-sistema

Komuni ħafna

Uġigħ ta’ ras

nervuża

Komuni

Sturdament

 

 

Ngħas

 

 

Insomnija

 

Mhux komuni

Emigranja

 

 

Parasteżija

 

 

Sindrome ta’ sieq irrikwieta

 

Rari

Akatiżja*

Disturbi fl-għajnejn

Mhux komuni

Vista mċajpra

Disturbi fil-widnejn u fis-

Mhux komuni

Tinnite*

sistema labirintika

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Dardir

 

 

Dijarea

 

 

Stitikezza

 

 

Uġigħ addominali

 

 

Rimettar*

Disturbi fil-fwied u fil-

Komuni

Żidiet fl-ALAT u/jew fl-ASAT (fi provi

marrara

 

kliniċi, dehru żidiet >3 darbiet mill-ogħla

 

 

limitu tal-firxa normali għal ALAT u/jew

 

 

ASAT f’1.2 % tal-pazjenti fuq

 

 

agomelatine 25 mg kuljum u f’2.6 % fuq

 

 

agomelatine 50 mg kuljum kontra 0.5 % fuq

 

 

plaċebo)

 

Mhux komuni

Żieda fil-gamma-glutamyltransferase* (GGT)

 

 

(>3 darbiet mill-ogħla limitu tal-firxa

 

 

normali)

 

Rari

Epatite

 

 

Żieda fl-alkaline phosphatase*

 

 

(>3 darbiet mill-ogħla limitu tal-firxa

 

 

normali)

 

 

Indeboliment tal-fwied*(1)

 

 

Suffejra*

Disturbi fil-ġilda u fit-

 

Iperidrożi

tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux komuni

Ekżema

 

 

Prurite*

 

 

Urtikarja*

 

Rari

Raxx eritematiku

 

 

Edema fil-wiċċ u anġjoedema*

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Terminu Ppreferut

organi

 

 

Disturbi muskolu-

Komuni

Uġigħ fid-dahar

skeletriċi u tat-tessuti

 

 

konnettivi

 

 

Disturbi fil-kliewi u fis-

Rari

Żamma tal-awrina

sistema urinarja

 

 

Disturbi ġenerali u

Komuni

Għeja

kondizzjonijiet ta' mnejn

 

 

jingħata

 

 

Investigazzjonijiet

Komuni

Żieda fil-piż*

 

Mhux komuni

Tnaqqis fil-piż*

* Frekwenza stmata mill-provi kliniċi għall-avvenimenti

avversi mikxufin minn rapport spontanju

(1) B’mod eċċezzjonali ġew irrapportati xi każijiet b’riżultat fatali jew bi trapjant tal-fwied f’pazjenti b’fatturi ta’ riskju tal-fwied.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla fAppendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

L-esperjenza hija limitata b’doża eċċessiva t’agomelatine. Esperjenza b’agomelatine f’dożi eċċessivi indikat li ġew irrapportati epigastralġija, ngħas, għeja, aġitazzjoni, ansjetà, tensjoni, sturdament, ċijanożi jew telqa.

Persuna waħda li belgħet 2450 mg agomelatine, irkuprat b’mod spontaneju mingħajr anormalitajiet kardjovaskulari u bijoloġiċi.

L-immaniġġjar

Ma hemmx antidoti speċifiċi magħrufa għall-agomelatine. L-immaniġġjar ta’ doża eċċessiva jrid jikkonsisti f’kura ta’ sintomi kliniċi u osservazzjoni ta’ rutina. Segwazzjoni medika f’ambjent speċjalizzat hija rrakkomandata.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Psikoanalettiċi, antidippressanti oħra, kodiċi ATC: N06AX22

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Agomelatine huwa agonist melatonerġiku (riċetturi MT1 u MT2) u antagonist 5-HT2C. Studji fuq it- twaħħil jindikaw li agomelatine m’għandu l-ebda effett fuq kemm il-monoamine jaqbad mar-riċetturi u ma għandux affinita għar-riċetturi α, β adrenergic, histaminergic, cholinergic, dopaminergic u benzodiazepine.

Agomelatine jirrisinkronizza r-ritmu ċirkadjan f’mudelli t’annimali li għandhom ir-ritmu ċirkadjan imħarbat. Agomelatine jżid il-ħruġ tan-noradrenaline u tad-dopamine b’mod speċifiku fil-parti ta’ quddiem tal-moħħ u ma għandux influwenza fuq il-livelli extraċellulari ta’ serotonin.

Effetti farmakodinamiċi

Agomelatine wera xebh ta’ effett antidippressiv f’mudelli t’annimali b’dipressjoni (test nuqqas ta’ ħeġġa mgħallma, test disperazzjoni, stress mhux qawwi kroniku) flimkien ukoll f’mudelli b’ritmu ċirkadjan disinkronizzat u f’mudelli relatati ma’ stress u anzjetà.

Fil-bnedmin Valdoxan għandu proprjetajiet pożittivi fil-fażi li jinbidel minn ħin għall-ieħor; jinduċi fażi avvanzata tal-irqad, tnaqqis fit-temperaturi, u bidu ta’ melatonin.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Valdoxan f’episodji dipressivi maġġuri ġew studjati fi programm kliniku li jinkludi 7900 pazjent ikkurati b’Valdoxan.

Għaxar provi kkontrollati bi plaċebo saru biex jinvestigaw l-effikaċja f’perjodu qasir ta’ żmien ta’ Valdoxan b’diżordni dipressiva maġġuri fl-adulti, b’doża fissa u/jew titrazzjoni ’il fuq tad-doża. Fl- aħħar tal-kura (tul 6 sa 8 ġimgħat), effikaċja sinifikanti t’agomelatine 25 u 50 mg intweriet fis-6 minn għaxar provi double-blind li saru f’perjodu ta’ żmien qasir ikkontrollati bi plaċebo. Punt ta’ tmiem primarju kien bidla fil-punteġġ HAMD-17 mil-linja bażi. Agomelatine falla milli juri xi differenza mill-plaċebo f’żewġ provi fejn il-kontroll attiv, paroxetine jew fluoxetine wera sensittività mkejla. Agomelatine ma tqabbilx direttament ma’ paroxetine and fluoxetine minħabba li dawn il-komparaturi ġew miżjuda sabiex tkun żgurata s-sensittività mkejla tal-provi. F’żewġ provi oħra, ma kienx possibbli li tilħaq konklużjonijiet minħabba li l-kontrolli attivi, paroxetine jew fluoxetine fallew milli juru differenza mill-plaċebo. Madankollu, f’dawn l-istudji, ma kienx permess li tiżdied id-doża tal-bidu ta’ jew agomelatine, jew paroxetine jew fluoxetine anki jekk ir-rispons ma kienx wieħed adgwat. L-effikaċja kienet ukoll osservata f’pazjenti li kellhom dipressjoni iktar severa (baseline HAM-D ≥ 25) fi provi kollha pożittivi kkontrollati bi plaċebo.

Il-livell tar-rispons b’Valdoxan kien statistikament sinifikanti ogħla meta mqabbel ma’ plaċebo. Superjorità (2 provi) jew nuqqas ta’ inferjorità (4 provi) intwerew f’sitta minn seba’ provi tal-effikaċja f’popolazzjonijiet eteroġeniċi ta’ pazjenti adulti b’dipressjoni meta mqabbla ma’ SSRI/SNRI (sertraline, escitalopram, fluoxetine, venlafaxine jew duloxetine). L-effett anti-dipressiv ġie vvalutat bil-punteġġ HAMD-17 jew bħala punt ta’ tmiem primarju jew bħala punt ta’ tmiem sekondarju. Iż-żamma tal-effikaċja tal-antidippressant kienet osservata waqt prova biex tippreveni milli terġa’ titfaċċa d-dipressjoni. Il-pazjenti li rrispondew għall-kura akuta ta’ 8/10 ġimgħat b’ Valdoxan open- label 25-50 mg darba kuljum kienu randomizzati għal jew Valdoxan 25-50 mg darba kuljum jew plaċebo għal 6 xhur oħra. Valdoxan 25-50 mg darba kuljum wera superjorità statistikament sinifikanti mqabbel ma’ plaċebo (p=0.0001) fuq l-ewwel kejl primarju li ħareġ, il-prevenzjoni li d-dipressjoni terġa’ sseħħ, kif imkejjel miż-żmien biex il-marda ma terġax titfaċċa. L-inċidenza li l-marda terġa’ titfaċċa waqt is-6 xhur segwiti double-blind kienet 22% u 47% għal Valdoxan u plaċebo, rispettivament.

Valdoxan ma jbiddilx l-attenzjoni ta’ matul l-jum u l-memorja f’voluntiera b’saħħithom. F’pazjenti bid-dipressjoni l-kura b’Valdoxan 25 mg żiedet l-irqad mewġa bil-mod mingħajr ma mmodifikat l- ammont tal-irqad REM (Moviment mgħaġġel tal-għajnejn) jew il-perjodu tal-REM moħbi. Valdoxan 25 mg ukoll wassal għal avvanz fiż-żmien għall-bidu tal-irqad u fir-rata minima tat-taħbit tal-qalb. Mill-ewwel ġimgħa tal-kura, il-bidu tal-irqad u l-kwalità tal-irqad tjiebu b’mod sinifikanti mingħajr turija ta’ nuqqas ta’ ħeġġa matul il-jum kif ġew assessjati mill-pazjenti.

Fi prova komparattiva speċifika fuq disfunzjoni sesswali f’pazjenti li ma baqgħux ibatu bid- dipressjoni, kien hemm trend numerikali (mhux statistikament sinifikanti) lejn inqas disfunzjoni sesswali b’Valdoxan minn b’venlafaxine għall-impulsi sesswali u orgażmi mkejla b’punti miksuba fl- Iskala tal-Effetti Sesswali (SEXFX). Ġabra ta’ provi analizzati permezz tal-Iskala Sesswali Arizona (ASEX) urew li Valdoxan ma kienx assoċjat ma’ disfunzjoni sesswali. F’voluntiera b’saħħithom Valdoxan żamm il-funzjoni sesswali meta mqabbel ma’ paroxetine.

Valdoxan kellu effett newtrali fuq ir-rata tal-qalb u l-pressjoni tad-demm fi provi kliniċi.

Fi prova mfassla apposta biex tkejjel is-sintomi ta’ diskontinwazzjoni permezz ta’ Lista ta’ Sinjali li joħorġu mad-Diskontinwazzjoni (DESS) f’pazjenti li ma baqgħux ibatu bid-dipressjoni, Valdoxan ma wassalx għal xi sindromu ta’ diskontinwazzjoni wara li l-kura twaqqfet f’daqqa.

Valdoxan ma weriex xi abbuż potenzjali meta mkejjel fi studji fuq voluntiera b’saħħithom fuq skala analogu viżwali speċifika jew fid-49 lista tal-Inventarju taċ-Ċentru tar-Riċerka fuq id-Dipendenza (ARCI).

Prova fuq 8 ġimgħat ikkontrollata bi plaċebo ta’ agomelatine 25-50 mg/kuljum fuq pazjenti anzjani bid-dipressjoni (≥ 65 sena, N = 222, li minnhom 151 kienu fuq agomelatine) uriet differenza statistikament sinifikanti ta’ 2.67 punti fuq il-punteġġ totali ta’ HAM-D, ir-riżultat primarju. Analiżi tar-rata ta’ rispons iffavorixxiet lill-agomelatine. Ma ġie osservat l-ebda titjib f’pazjenti anzjani ħafna (≥ 75 sena, N = 69, li minnhom 48 kienu fuq agomelatine). It-tollerabilità ta’ agomelatine f’pazjenti anzjani kienet komparabbli ma’ dik li dehret f’adulti iżgħar.

Saret prova speċifika, ikkontrollata ta’ 3 ġimgħat f’pazjenti li kienu qed isofru minn disturb dipressiv maġġuri u li ma sarx titjib suffiċjenti fihom b’paroxetine (SSRI) jew venlafaxine (SNRI). Meta l-kura nqelbet minn dawn l-antidipressanti għal agomelatine, irriżultaw sintomi ta’ diskontinwazzjoni wara l- waqfien tal-kura b’SSRI jew SNRI, jew wara waqfien f’daqqa jew wara waqfien gradwali tal-kura preċedenti. Dawn is-sintomi ta’ diskontinwazzjoni jistgħu jiġu mitfixkla ma’ nuqqas ta’ benefiċċju bikri ta’ agomelatine.

Il-perċentwal ta’ pazjenti b’għallinqas sintomu ta’ diskontinwazzjoni wieħed, ġimgħa waħda wara l- waqfien tal-kura b’SSRI/SNRI, kien iktar baxx fil-grupp ta’ tnaqqis bil-mod il-mod fit-tul (waqfien gradwali tal-SSRI/SNRI preċedenti fi żmien ġimagħtejn) milli fil-grupp ta’ waqfien bil-mod il-mod fuq żmien qasir (waqfien gradwali tal-SSRI/SNRI preċedenti fi żmien ġimgħa) u fil-grupp ta’ sostituzzjoni f’daqqa (waqfien f’daqqa): 56.1%, 62.6 % u 79.8% rispettivament.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati ta’ studji bi Valdoxan f’wieħed jew aktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ episodji maġġuri dipressivi (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment u biodisponibilità

Agomelatine jiġi assorbit malajr u tajjeb (≥ 80%) wara li jittieħed mill-ħalq. Bijodisponibilità assoluta hija baxxa (< 5% tad-doża orali terapewtika) u l-varjabilità interindividwali hija sostanzjali. Il- bijodisponibilità tiżdied fin-nisa kkomparata mal-irġiel. Il-bijodisponibilità tiżdied bit-teħid ta’ kontraċettivi orali u titnaqqas bit-tipjip. L-ogħla konċentrazzjoni plażma tintlaħaq fi żmien siegħa sa sagħtejn.

Fil-livell tad-doża terapewtika l-esponiment sistemiku għall-agomelatine jiżdied proporzjonalment mad-doża. F’dożi iktar għoljin, saturazzjoni tal-effett first-pass iseħħ.

L-ikel (ikla normali jew ikla b’ħafna xaħam) ma jimmodifikax il-bijodisponibilità jew ir-rata tal- assorbiment. Il-varjabilità tiżdied b’ikel b’ħafna xaħam.

Distribuzzjoni

Il-volum ta’ distribuzzjoni fiss huwa ta’ madwar 35 l u 1-ammont li jeħel mal-proteini tal-plażma huwa ta’ 95% irrispettivament mill-konċentrazzjoni u mhuwiex modifikat biż-żmien u f’pazjenti b’disturbi fil-kliewi iżda l-frazzjoni libera tirdoppja f’pazjenti b’indeboliment fil-fwied.

Bijotrasformazzjoni

Wara amministrazzjoni orali, agomelatine jiġi metabolizzat b’mod mgħaġġel l-iktar permezz ta’ CYP1A2 epatiku; isoenżimi CYP2C9 u CYP2C19 huma wkoll involuti imma b’kontribuzzjoni baxxa. Is-sustanzi maġġuri li joħorġu fil-metaboliżmu, agomelatine hydroxylated u demethylated, mhumiex attivi u jikkonjugaw mill-ewwel u jiġu eliminati mal-awrina.

Eliminazzjoni

L-eliminazzjoni hija malajr, il-half-life medja tal-plażma hija bejn siegħa u sagħtejn u t-tneħħija hija għolja (madwar 1100 ml/min) u essenzjalment permezz tal-metaboliżmu.

L-eskrezzjoni hija l-iktar fl-awrina (80%) u permezz ta’ sustanzi tal-metaboliżmu, filwaqt li l-forma mhux mibdula miġbura fl-awrina hija negliġibbli.

Il-kinetika mhijiex immodifikata wara amministrazzjoni ripetuta.

Indeboliment tal-kliewi

L-ebda modifikazzjoni relevanti tal-parametri farmakokinetiċi f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi sever ma ġiet osservata (n=8, doża waħda ta’ 25 mg) imma għandha tingħata attenzjoni f’pazjenti li għandhom indeboliment tal-kliewi sever jew moderat minħabba li l-informazzjoni klinika pprovduta hija limitata f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.2).

Indeboliment tal-fwied

Fi studju speċifiku li involva pazjenti kirrotiċi b’indeboliment fil-fwied kroniku minuri (Child-Pugh tip A) u moderat (Child-Pugh Tip B), l-esponiment għall-agomelatine 25 mg żdied sostanzjalment (70 darba u 140 darba, rispettivament), ikkomparat ma’ voluntiera mqabbla (fi żmien, piż u drawwa tat-tipjip) u li ma għandhomx insuffiċjenzja tal-fwied (ara sezzjoni 4.2, 4.3 u 4.4).

Anzjani

Fi studju farmakokinetiku fuq pazjenti anzjani (≥ 65 sena), intwera li f’doża ta’ 25 mg l-AUC medju u s-Cmax medju kienu madwar 4 darbiet u 13-il darba ogħla għall-pazjenti ≥ 75 sena meta mqabbla ma’ pazjenti < 75 sena. L-għadd totali ta’ pazjenti li kienu qed jirċievu 50 mg kien baxx wisq biex jistgħu jinġibdu xi konklużjonijiet. Ma hemmx il-ħtieġa ta’ adattament tad-doża f’pazjenti anzjani.

Gruppi etniċi

M’hemmx informazzjoni fuq l-influwenza ta’ razza fuq il-farmakokinetika t’agomelatine.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fil-ġrieden, firien u xadini kienu osservati effetti sedattivi wara amministrazzjoni unika jew ripetuta f’dożi għoljin.

F’annimali li jgerrmu, induzzjoni qawwija ta’ CYP2B u induzzjoni moderata ta’ CYP1A u CYP3A dehru minn 125 mg/kg/kuljum waqt li fix-xadini, l-induzzjoni kienet ftit għal CYP2B u CYP3A bi 375 mg/kg/kuljum. Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità fil-fwied f’annimali li jgerrmu u f’xadini waqt studji fuq it-tossiċità b’dożi ripetuti.

Agomelatine jgħaddi fil-plaċenta u l-feti ta’ firien tqal.

Studji riproduttivi fil-far u l-fenek ma wrew l-ebda effett t’agomelatine fuq il-fertilità, l-iżvilupp tal-embriju u l-fetu u l-iżvilupp ta’ qabel u wara t-tqala.

Numru ta’ kejl ġenotossiku li jintużaw is-soltu in vitro u in vivo ikkonkludew li agomelatine m’għandux potenzjal mutaġeniku u klastoġeniku.

Fi studji karċinoġenetiċi agomelatine kkaġuna żieda fl-inċidenza ta’ tumuri fil-fwied tal-far u tal- ġurdien b’doża ta’ mill-inqas 110 iktar mid-doża terapewtika. Tumuri fil-fwied huma l-iktar relatati ma’ induzzjoni ta’ enżimu speċifikament f’annimali li jgerrmu. Il-frekwenza ta’ fibroadenomas beninn tas-sider ġiet osservata fil-far u żdiedet b’esponimenti għoljin (60 darba iktar tal-esponiment tad-doża terapewtika) imma tibqa’ fil-livell tal-kontrolli.

Studji tas-sigurtà farmakoloġika ma wrew l-ebda effett t’agomelatine fuq hERG (Ether à-go-go Ġene Uman Relatat) kurrenti jew fuq l-azzjoni potenzjali taċ-ċelloli tal-kelb Purkinje. Agomelatine ma weriex karatteristiċi prokonvulżivi f’dożi intraperitoneal sa 128 mg/kg fil-ġrieden u fil-firien.

Ma kien osservat l-ebda effett ta’ agomelatine fuq l-imġiba, il-funzjoni viżwali u riproduttiva ta’ frieħ ta’ annimali. Kien hemm tnaqqis ħafif mhux dipendenti fuq id-doża fil-piż tal-ġisem relatat mal- karatteristiċi farmakoloġiċi u xi effetti minuri fuq il-passaġġ riproduttiv tal-irġiel mingħajr ebda indeboliment fuq il-prestazzjonijiet riproduttivi.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Il-qalba tal-pillola:

Lactose monohydrate

Maize starch

Povidone K 30

Sodium starch glycolate type A

Stearic acid

Magnesium stearate

Silica, colloidal anhydrous

Kisja b’rita:

Hypromellose

Iron oxide isfar (E172)

Glycerol

Macrogol 6000

Magnesium stearate

Titanium dioxide (E171)

Linka tal-istampar li fiha shellac, propylene glycol u indigotine (E132) aluminium lake.

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kaxxi tal-kartun (kalendarju) ippakkjati f’folji tal-aluminju/PVC Il-pakketti fihom 7, 14, 28, 42, 56, 84 u 98 pilloli miksija b’rita.

Il-pakketti ta’ 100 pillola miksija b’rita huma disponibbli għall-użu tal-isptar. Jista' jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Les Laboratoires Servier 50, rue Carnot

92284 Suresnes cedex Franza

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/08/499/001-008

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 19 ta’ Frar 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 13 ta’ Novembru 2013

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

XX/SSSS

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati