Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vaniqa (eflornithine) - D11AX

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVaniqa
Kodiċi ATCD11AX
Sustanzaeflornithine
ManifatturAlmirall, S.A.

Vaniqa

eflornitina

Dan huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni (EPAR) għal Vaniqa. Huwa jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r- rakkomandazzjonijiet tiegħu fuq il-kondizzjonijiet ta' użu għal Vaniqa.

X’inhu Vaniqa?

Vaniqa huwa krema bajda li fiha s-sustanza attiva eflornitina (115mg).

Għal xiex jintuża Vaniqa?

Vaniqa jintuża għat-trattament tal-irsutiżmu tal-wiċċ fin-nisa. L-irsutiżmu tal-wiċċ huwa t-tkabbir eċċessiv ta’ xagħar aħrax fuq il-wiċċ, spiss b’mod simili ta’ kif jikber fl-irġiel.

Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Kif jintuża Vaniqa?

Vaniqa jintgħorok fuq iż-żoni affettwati li jridu jkunu nodfa u niexfa u taħt l-ilħit darbtejn kuljum (iridu jitħallew jgħaddu tal-anqas tmien sigħat bejn darba u oħra). Dan jiġi applikat f’saff irqiq u għandu jintgħorok sewwa sal-aħħar. It-titjib jista’ jibda jidher fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu tat-trattament. Sabiex jinżammu r-riżultati tajbin jenħtieġ li t-trattament ikun kontinwu, u dan jista’ jwassal għal iktar titjib. Vaniqa għandu jitwaqqaf jekk ma jidher l-ebda titjib fi żmien erba’ xhur mill-bidu tat-trattament. In-nisa li jużaw Vaniqa jista’ jkollhom bżonn jużaw mezzi oħra biex ineħħu x-xagħar (ġbid, tqaxxir).

© European Medicines Agency, 2013. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Kif jaħdem Vaniqa?

Is-sustanza attiva f’Vaniqa, jiġifieri l-eflornitina, taħdem billi timblokka l-azzjoni ta’ enzim imsejjaħ ornitin-dekarbossilażi. Dan l-enzim jinsab fil-basla tal-follikolu tax-xagħar fejn tiġi kkontrollata l- produzzjoni tax-xagħar. Meta dan l-enzim jiġi imblukkat tonqos ir-rata tat-tkabbir tax-xagħar.

Kif ġie studjat Vaniqa?

L-effikaċja ta’ Vaniqa ġiet studjata f’żewġ provi kliniċi li fihom ħadu sehem 596 mara ttrattati tul massimu ta’ 24 ġimgħa b’Vaniqa, jew bi plaċebo (trattament finta, f’dan il-każ kien krema mingħajr is- sustanza attiva). L-effikaċja tat-trattament ġiet ivvalutata minn tabib li fi tmiem l-istudju ta punteġġ għall-irsutiżmu bħala ‘ċar/kważi ċar’, ‘titjib notevoli’, ‘titjib’ jew ‘l-ebda titjib/agħar’, 48 siegħa wara li n-nisa kienu qaxxru ż-żoni ttratati tal-wiċċ u tal-ilħit.

Liema benefiċċju wera Vaniqa waqt dawn l-istudji?

It-titjib deher sa minn 8 ġimgħat wara l-bidu tat-trattament. Fiż-żewġ studji deher titjib sinifikanti b’Vaniqa apparagun mal-plaċebo. Meta r-riżultati ngħaddu flimkien, deher riżultat ta’ suċċess (‘ċar/kważi ċar’ jew ‘titjib sinjifikanti’) f’35% tan-nisa ttrattati b’Vaniqa, apparagun ma’ 9% ta’ dawk li kienu ttrattati bi plaċebo.

X’inhu r-riskju assoċjat ma’ Vaniqa?

L-effett sekondarju l-iktar komuni li ġie rrapurtat b’Vaniqa (li deher f’iktar minn pazjent wieħed minn kull 10) huwa l-akne. Biex tara l-lista sħiħa tal-effetti sekondarji kollha rrappurtati b’Vaniqa, aqra l- fuljett ta’ tagħrif.

Vaniqa ma għandux jintuża minn persuni allerġiċi għall-eflornitina jew għal xi sustanza oħra minn tiegħu.

Għaliex ġie approvat Vaniqa?

Is-CHMP iddeċieda li l-benefiċċji ta’ Vaniqa huma akbar mir-riskji tiegħu u għaldaqstant irrikkomanda li tingħata awtorizzazzjoni biex jitpoġġa fis-suq.

Iżjed tagħrif dwar Vaniqa

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Vaniqa fl-20 ta’ Marzu 2001. L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq hija valida għal perjodu mhux limitat.

L-EPAR sħiħ ta’ Vaniqa jinsab fuq is-sit tal-Aġenzija ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European Public Assessment Reports. Biex tikseb aktar informazzjoni dwar it-trattament b’Vaniqa, aqra l-fuljett ta' tagħrif (huwa parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’04-2013.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati