Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vaniqa (eflornithine) – Fuljett ta’ tagħrif - D11AX

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVaniqa
Kodiċi ATCD11AX
Sustanzaeflornithine
ManifatturAlmirall, S.A.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Vaniqa 11.5% krema

Eflornithine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Vaniqa u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Vaniqa

3.Kif għandek tuża Vaniqa

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Vaniqa

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Vaniqa u gћalxiex jintuża

Vaniqa fih is-sustanza attiva eflornithine. Eflornithine jnaqqas ir-rata tat-tkabbir tax-xagħar permezz tal-effett tiegħu fuq enzima speċifika (proteina fil-ġisem involuta fil-produzzjoni tax-xagħar).

Vaniqa jintuża biex inaqqas it-tkabbir ta’ xagħar eċċessiv (ix-xagħar li jikber b’mod eċċessiv u f’postijiet mhux tas-soltu) fuq il-wiċċ ta’ nisa li għandhom aktar minn 18-il sena.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tuża Vaniqa

Tużax Vaniqa:

jekk inti allerġiku għal eflornithine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża Vaniqa

għid lit-tabib tiegħek b’xi problemi mediċi oħra li jista’ jkun qed ikollok (speċjalment dwar dawk marbuta mal-kliewi jew mal-fwied tiegħek).

jekk m’intix ċerta jekk għandekx tuża din il-mediċina, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għall-parir.

It-tkabbir eċċessiv tax-xagħar jista’ jkun ir-riżultat ta’ mard li ma jidhirx . Kellem lit-tabib tiegħek jekk tbati minn sindrome poliċistiku tal-ovarji (PCOS) jew ormon speċifiku li jipproduċi t-tunuri, jew jekk tieħu mediċini li jistgħu jikkaġunaw it-tkabbir tax-xagħar, eż. cyclosporine (wara trapjanti tal- organi), glukokortikojdi (eż. kontra mard rewmatiku jew allerġiku), minoxidil (kontra pressjoni tad- demm għolja), phenobarbitone (kontra l-puplesiji), phenytoin (kontra l-puplesiji) jew terapija tas- sostituzzjoni tal-ormoni b’effetti qishom dawk ta’ ormoni tal-irġiel.

Tfal u adolexxenti

Vaniqa mhuwiex rakkomandat għal dawk li għadhom m’għalqux it-18-il sena.

Mediċini oħra u Vaniqa

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek bżonn tuża mediċini oħra fuq partijiet tal-ġilda fejn qed tuża l- krema.

Tqala u treddigħ

Tużax Vaniqa jekk inti tqila jew qed tredda’. Għandek tuża metodu alternattiv biex tikkontrolla x- xagħar tal-wiċċ jekk inti tqila jew jekk qed tipprova toħroġ tqila.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Vaniqa m’għandu jkollu l-ebda effett fuq il-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni.

Vaniqa fih cetostearyl alcohol u stearyl alcohol li jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet lokali tal-ġilda (eż. dermatite tal-kuntatt). Fih ukoll methyl parahydroxybenzoate (E218) u propyl parahydroxybenzoate (E216) li jista jikkawża reazzjonijiet allerġiċi (possibbilment li jseħħu wara ċertu żmien).

3.Kif gћandek tuża Vaniqa

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal- ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Użah darbtejn kuljum, wara intervall ta’ mill-inqas 8 sigħat bejn użu u ieħor.

Jekk ikollok irritazzjoni (eż. tħoss tingiż jew ħruq), naqqas l-użu ta’ Vaniqa għal darba kuljum sakemm tgħaddi l-irritazzjoni. Jekk l-irritazzjoni tippersisti, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk tkun għadek kif qaxxart ix-xagħar jew użajt xi metodu ieħor biex tneħħi x-xagħar, stenna mill-inqas 5 minuti qabel tuża Vaniqa. Tista’ tħoss tingiż jew ħruq jekk tidlek din il-krema fuq ġilda maqsuma jew irritata.

Naddaf u nixxef il-partijiet tal-ġilda fejn tkun se tuża l-krema.

Idlek saff irqiq ta’ krema u ogħrokha sew ġol-ġilda sakemm ma jibqa’ jidher l-ebda residwu tal-prodott fuq il-partijiet ikkurati.

Jekk ikun possibbli, taħsilx dawn il-partijiet tal-ġilda sa 4 sigħat wara li tkun dlikt il- krema.

Aħsel idejk wara li tkun dlikt il-krema.

Stenna mill-inqas 5 minuti qabel ma tuża l-make-up jew krema għall-protezzjoni kontra x-xemx fuq l-istess partijiet.

Meta tuża l-krema fuq il-wiċċ, evita li tmiss għajnejk, jew l-intern ta’ mnieħrek jew ħalqek. Jekk aċċidentalment iddaħħal Vaniqa f’għajnejk, f’ħalqek jew f’imniehrek, aħsilhom tajjeb bl-ilma.

Vaniqa mhijiex krema depilatorja, u għalhekk jista’ jkollok bżonn li tkompli tuża l-metodu li bih kont tneħħi x-xagħar, pereżempju billi tqaxxru jew taqilgħu.

Tista’ ddum sa 8 ġimgħat qabel ma tara xi riżultati. Hu importanti li tkompli tuża l-krema. Jekk ma tara l-ebda titjib wara li tkun użajtha għal 4 xhur, ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Jekk tieqaf tużaha, it- tkabbir oriġinali ta’ xagħrek jista’ jirritorna wara 8 ġimgħat.

Jekk tuża Vaniqa aktar milli suppost

Jekk tidlek ammont żejjed ta’ krema fuq il-ġilda, din x’aktarx li mhux se tagħmillek ħsara.

Jekk int jew ħaddieħor tibilgħu Vaniqa b’mod aċċidentali, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Jekk tinsa tuża Vaniqa

Użaha immedjatament, iżda stenna mill-inqas 8 sigħat qabel ma terġa’ tużaha.

Jekk tieqaf tuża Vaniqa

Biex tkompli żżomm it-tnaqqis ta’ tkabbir ta’ xagħar, kompli uża Vaniqa kontinwament kif indikat.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji normalment huma limitati għall-ġilda u huma ħfief fl-intensità tagħhom. F’każijiet bħal dawn, normalment ifiequ mingħajr it-twaqqif ta’ Vaniqa.

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji possibbli elenkata hawn taħt hi definita bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja:

komuni ħafna

(jaffettwaw iktar minn utent 1 minn kull 10)

komuni

(jaffettwaw minn 1 sa 10 utenti minn kull 100)

mhux komuni

(jaffettwaw minn 1 sa 10 utenti minn kull 1,000)

rari

(jaffettwaw minn 1 sa 10 utenti minn kull 10,000)

rari ħafna

(jaffettwaw inqas minn utent 1 minn kull 10,000)

mhux magħruf

(il-frekwenza ma tistax tkun stmata mid-data disponibbli).

Komuni ħafna (jaffettwaw iktar minn utent 1 minn kull 10) o akne

Komuni (jaffettwaw minn 1 sa 10 utenti minn kull 100) o ġilda xotta

o telf ta’ xagħar

o infjammazzjoni madwar ix-xaft tax-xagħra o ħakk

o raxx o ħmura

o irritazzjoni tal-ġilda u ħafas ikkawżat minn tqaxxir b’xafra o irritazzjoni tal-ġilda

o tingiż, tnemnim jew sensazzjoni ta’ ħruq fuq il-ġilda

Mhux komuni (jaffettwaw minn 1 sa 10 utenti minn kull 1,000) o raxx bil-ħafas (raxx papulari)

o ponot minħabba d-deni

o ħmura u irritazzjoni fis-sit fejn tindilek il-krema o ekżema

o xufftejn infjammati, xotti, maqsumin jew immewtin o xagħar li jikber ’il ġewwa

o żoni pallidi fuq il-ġilda o ħruġ ta’ demm mill-ġilda o imsiemer fuq il-ġilda

o fwawar tal-ġilda

o infjammazzjoni tal-ġilda o uġigħ fil-ġilda

o nefħa tal-ħalq jew tal-wiċċ

o kompożizzjoni mhux tas-soltu tax-xagħar jew tkabbir tax-xagħar

Rari (jaffettwaw minn 1 sa 10 utenti minn kull 10,000) o tkabbir mhux normali tal-ġilda (neoplażma tal-ġilda) o tkabbir eċċessiv ta’ xagħar

o fwawar, ħmura tal-wiċċ u ponot, possibbilment bil-materja o disturbi oħrajn tal-ġilda

o infjammazzjoni tal-ġilda bi ħmura, tqaxxir jew ħakk (dermatite seborroeika) o raxx aħmar, bil-ħafas jew bl-infafet

o ċisti tal-ġilda o ġilda mġebbda

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Vaniqa

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa u fuq il-qiegħ tal-istoċċ wara

EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Armi t-tubu ma’ kwalunkwe krema li jifdal 6 xhur wara l-ewwel ftuħ.

Aċċerta ruħek li t-tapp ta’ l-istoċċ jingħalaq tajjeb wara kull użu.

Taħżinx f’temperaturi ’l fuq minn 25°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Vaniqa

Is-sustanza attiva hi eflornithine.

Kull 1 g ta’ krema fiha 115 mg ta’ eflornithine (bħala hydrochloride monohydrate).

Is-sustanzi l-oħra huma:

cetostearyl alcohol; macrogol cetostearyl ether; dimeticone; glyceryl stearate; macrogol stearate; methyl parahydroxybenzoate (E218); liquid paraffin; phenoxyethanol; propyl parahydroxybenzoate (E216); purified water u stearyl alcohol. Ammonti żgħar ta’ sodium hydroxide (E524) huma xi drabi miżjuda biex iżżommu l-livelli ta’ l-acidita’ (livelli tal-pH) normali.

Id-Dehra ta’ Vaniqa u l-kontenuti tal-pakkett

Vaniqa hi krema ta’ kulur abjad sa abjad jagħti fil-griż. Tiġi fornuta f’tubi ta’ 15 g, 30 g u 60 g, iżda jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Almirall, S.A.

Ronda General Mitre, 151

08022 Barcelona

Spanja

Tel: + 34 93 291 30 00

Manifattur

Almirall Hermal GmbH Scholtzstrasse 3 D-21465 Reinbek

Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

Belgique/België/Belgien

Ireland / United Kingdom

Almirall N.V.

Almirall Limited

Tél/Tel: +32 (0)2 771 86 37

Tel.: +44 (0) 800 0087399

България / Česká republika / Hrvatska / Eesti

Nederland

/ Ελλάδα / España / Κύπρος / Latvija / Lietuva

Almirall BV

/ Magyarország / Malta / România / Slovenija /

Tel.: +31 (0) 30 79 91 155

Slovenská republika

 

Almirall, S.A.

 

Teл/Tel/Tlf/Tηλ/Sími: +34 93 291 30 00

 

Deutschland

Österreich

Luxembourg/Luxemburg

Almirall GmbH

Almirall Hermal GmbH

Tel.: +43 01/595 39 60

 

Danmark / Ísland / Norge / Suomi/Finland /

Polska

Sverige

Almirall Sp. z o.o.

Almirall ApS

Tel.: +48 22 330 02 57

Tel./Puh.: +45 70 25 75 75

 

France

Portugal

Almirall SAS

Almirall - Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél.: +33(0)1 46 46 19 20

Tel.: +351 21 415 57 50

Italia

 

Almirall SpA

 

Tel.: +39 02 346181

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati