Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vectibix (panitumumab) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01XC08

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVectibix
Kodiċi ATCL01XC08
Sustanzapanitumumab
ManifatturAmgen Europe B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Vectibix 20 mg/mL konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull mL ta’ konċentrat fih 20 mg panitumumab.

Kull kunjett għall-użu ta’ darba fih 100 mg ta’ panitumumab f’5 mL, jew 400 mg ta’ panitumumab f’20 mL.

Meta jiġi ppreparat skont l-istruzzjonijiet mogħtija f’sezzjoni 6.6, il-konċentrazzjoni finali ta’ panitumumab m’għandhiex taqbeż 10 mg/mL.

Panitumumab huwa antikorp monoklonali IgG2 kompletament uman magħmul f’razza ta’ ċelluli mammiferi (CHO) permezz ta’ teknoloġija tat-tfassil tad-DNA.

Eċċipjent b’effett magħruf

Kull mL ta’ konċentrat fih 0.150 mmol ta’ sodium, li huwa ekwivalenti għal 3.45 mg ta’ sodium. Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili).

Soluzzjoni bla kulur li jista’ jkun fiha frak ta’ panitumumab, trasluċidi sa bojod, ta’ dehra amorfa, magħmula minn proteini.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Vectibix huwa indikat għat-trattament ta’ pazjenti adulti b’kanċer metastatiku tal-kolorektum (mCRC - metastatic colorectal cancer) b’RAS tat-tip salvaġġ:

bħala trattament tal-ewwel għazla flimkien ma’ FOLFOX jew FOLFIRI.

bħala trattament tat-tieni għazla flimkien ma’ FOLFIRI għall-pazjenti li rċevew trattament tal- ewwel għazla permezz ta’ kimoterapija bbażata fuq fluoropyrimidine (minbarra irinotecan).

bħala monoterapija wara falliment ta’ korsijiet ta’ kimoterapija li kien fihom fluoropyrimidine, oxaliplatin u irinotecan.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Trattament b’Vectibix għandu jiġi ssorveljat minn tabib b’esperjenza fl-użu ta’ terapija kontra l- kanċer. Evidenza ta’ stat ta’ RAS tat-tip salvaġġ (KRAS u NRAS) hija meħtieġa qabel tinbeda terapija b’Vectibix. L-istat ta’ mutazzjoni għandu jiġi determinat minn laboratorju b’esperjenza, billi jintużaw metodi ta’ testijiet ivvalidati biex jiġu identifikati mutazzjonijiet ta’ KRAS (exons 2, 3 u 4) u NRAS

(exons 2, 3 u 4).

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata ta’ Vectibix hija ta’ 6 mg/kg ta’ piż tal-ġisem mogħtija darba kull ġimagħtejn. Qabel l-infużjoni, Vectibix għandu jiġi dilwit f’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride għal konċentrazzjoni finali li ma taqbisx 10 mg/mL (għal istruzzjonijiet fuq il-preparazzjoni ara sezzjoni 6.6).

Modifikazzjoni tad-doża ta’ Vectibix tista’ tkun meħtieġa f’każijiet ta’ reazzjonijiet dermatoloġiċi severi (≥ grad 3) (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjonijiet speċjali

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Vectibix ma ġewx studjati f’pazjenti b’indeboliment renali jew epatiku.

M’hemmx dejta klinika li tappoġġa aġġustamenti fid-doża fl-anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Vectibix fil-populazzjoni pedjatrika għall-indikazzjoni ta’ kanċer tal- kolorektum.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Vectibix għandu jingħata bħala infużjoni fil-vini permezz ta’ pompa tal-infużjoni, bl-użu ta’ filtru fil- pajp tad-dripp ta’ 0.2 jew 0.22 mikrometru li jeħel b’mod baxx mal-proteini, minn ġo pajp periferali jew kateter minn ġewwa. Il-ħin rakkomandat tal-infużjoni huwa ta’ madwar 60 minuta. Jekk l-ewwel infużjoni tkun ittollerata, infużjonijiet sussegwenti jistgħu jingħataw fuq medda ta’ 30 sa 60 minuta. Dożi akbar minn 1,000 mg għandhom jiġu infużi fuq madwar 90 minuta (għal istruzzjonijiet fuq li mmaniġġjar, ara sezzjoni 6.6).

Il-pajp tal-infużjoni għandu jitlaħlaħ b’soluzzjoni ta’ sodium chloride qabel u wara l-għoti ta’ Vectibix biex jiġi evitat taħlit ma’ prodotti mediċinali jew soluzzjonijiet għal ġol-vini oħra.

Tnaqqis fir-rata tal-infużjoni ta’ Vectibix jista’ jkun meħtieġ f’każijiet ta’ reazzjonijiet relatati mal- infużjoni (ara sezzjoni 4.4).

Vectibix m’għandux jingħata bħala push jew bolus fil-vini.

Għal istruzzjonijiet fuq dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Pazjenti b’passat ta’ sensittività eċċessiva severa jew ta’ periklu għall-ħajja għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis-sezzjoni 6.1 (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti b’pulmonite tal-interstizju jew fibrożi pulmonari (ara sezzjoni 4.4).

Taħlita ta’ Vectibix ma’ kimoterapija li fiha oxaliplatin hija kontraindikata għall-pazjenti b’mCRC b’RAS mutant jew għal pazjenti b’mCRC bi stat ta’ RAS mhux magħruf (ara sezzjoni 4.4).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet dermatoloġiċi u tossiċità tat-tessut l-artab

Reazzjonijiet relatati mal-ġilda, effett farmakoloġiku osservat b’inibituri tar-riċettur tal-fattur tat- tkabbir epidermali (EGFR - epidermal growth factor receptor), jinħassu minn kważi l-pazjenti kollha (madwar 90%) ittrattati b’Vectibix. Reazzjonijiet severi (NCI-CTC grad 3) tal-ġilda kienu rrappurtati f’34% u reazzjonijiet tal-ġilda ta’ periklu għall-ħajja (NCI-CTC grad 4) kienu rrappurtati f’< 1% tal- pazjenti li rċevew Vectibix flimkien ma’ kimoterapija (n = 1,536) (ara sezzjoni 4.8). Jekk pazjent jiżviluppa reazzjonijiet dermatoloġiċi li huma ta’ grad 3 (CTCAE v 4.0) jew akbar, jew li huma kkunsidrati intollerabbli, hija rakkomandata il-modifikazzjoni li ġejja fid-doża:

Okkorrenza ta’

Għoti ta’

Riżultat

Regolazzjoni tad-doża

sintomu(i) fil-

Vectibix

 

 

ġilda:

 

 

 

≥ grad 31

 

 

 

L-ewwel

Tagħtix doża

Titjib (< grad 3)

Kompli l-infużjoni b’100%

okkorrenza

waħda jew żewġ

 

tad-doża oriġinali

 

dożi

L-ebda rkupru

Waqqaf

Mat-tieni

Tagħtix doża

Titjib (< grad 3)

Kompli l-infużjoni bi 80%

okkorrenza

waħda jew żewġ

 

tad-doża oriġinali

 

dożi

L-ebda rkupru

Waqqaf

Mat-tielet

Tagħtix doża

Titjib (< grad 3)

Kompli l-infużjoni b’60%

okkorrenza

waħda jew żewġ

 

tad-doża oriġinali

 

dożi

L-ebda rkupru

Waqqaf

Mar-raba’

Waqqaf

-

-

okkorrenza

 

 

 

1 Ikbar minn jew ugwali għal grad 3 hija definita bħala severa jew ta’ periklu għall-ħajja

Fi studji kliniċi, wara l-iżvilupp ta’ reazzjonijiet dermatoloġiċi severi (inkluż stomatite), kienu rrappurtati komplikazzjonijiet infettivi inklużi sepsi u faxxite b’nekrosi, li f’każijiet rari wasslu għall- mewt, u axxessi lokali li kien jinħtieġilhom li jinqasmu u jitnaddfu. Pazjenti li jkollhom reazzjonijiet dermatoloġiċi severi jew tossiċità tat-tessut l-artab jew li jiżviluppaw reazzjonijiet li jmorru għall- agħar waqt li jkunu qed jirċievu Vectibix għandhom jiġu ssorveljati għall-iżvilupp ta’ konsegwenzi infjammatorji jew infettivi (inklużi ċellulite u faxxite b’nekrosi), u għandu jinbeda trattament xieraq minnufih. Komplikazzjonijiet infettivi ta’ periklu għall-ħajja u fatali inklużi faxxite b’nekrosi u sepsi kienu osservati f’pazjenti ttrattati b’Vectibix. Każijiet rari tas-sindrome ta’ Stevens-Johnson u nekrolisi tossika tal-epidermide ġew irrappurtati f’pazjenti ttrattati b’Vectibix fl-ambjent ta’ wara t- tqegħid fis-suq. Tagħtix jew waqqaf Vectibix f’każ ta’ tossiċità dermatoloġika jew tat-tessut l-artab assoċjata ma’ komplikazzjonijiet infjammatorji jew infettivi severi jew ta’ periklu għall-ħajja.

Trattament ta’ reazzjonijiet dermatoloġiċi għandu jkun ibbażat fuq is-severità u jista’ jinkludi krema għall-ġilda xotta, krema ta’ protezzjoni mix-xemx (SPF ta’ > 15 UVA u UVB), u krema sterojda topika (mhux aktar qawwija minn 1% hydrocortisone) applikati fuq il-partijiet affettwati, u/jew antibijotiċi orali. Huwa rakkomandat ukoll li pazjenti li jkollhom raxx/tossiċitajiet dermatoloġiċi japplikaw krema ta’ protezzjoni mix-xemx u jilbsu kpiepel u jillimitaw l-espożizzjoni għax-xemx, minħabba li d-dawl tax-xemx jista’ jaggrava kull reazzjoni tal-ġilda li jista’ jkun hemm.

Trattament proattiv tal-ġilda inkluż krema għall-ġilda xotta, krema ta’ protezzjoni mix-xemx (SPF ta’ > 15 UVA u UVB), krema sterojda topika (mhux aktar qawwija minn 1% hydrocortisone) u

antibijotiku orali (eż., doxycycline) jistgħu jkunu utli fl-immaniġġar ta’ reazzjonijiet dermatoloġiċi. Il- pazjenti jistgħu jingħataw parir biex japplikaw krema għall-ġilda xotta u krema ta’ protezzjoni mix- xemx fuq il-wiċċ, idejn, saqajn, għonq, dahar u fuq is-sider kull filgħodu waqt it-trattament, u biex japplikaw l-isterojd topiku fuq il-wiċċ, idejn, saqajn, għonq, dahar u fuq is-sider kull lejl waqt it- trattament.

Komplikazzjonijiet pulmonari

Pazjenti b’passat ta’, jew evidenza ta’ pulmonite tal-interstizju jew fibrożi pulmonari kienu esklużi minn studji kliniċi. Kienu rrappurtati każijiet ta’ marda tal-interstizju tal-pulmun (ILD - interstitial lung disease), kemm fatali kif ukoll mhux fatali, il-biċċa ’l kbira mill-popolazzjoni Ġappuniża. F’każ ta’ bidu akut jew irkadar ta’ sintomi pulmonari, trattament b’Vectibix għandu jitwaqqaf temporanjament u għandu jkun hemm investigazzjoni immedjata ta’ dawn is-sintomi. Jekk ikun hemm dijanjosi ta’ ILD, Vectibix għandu jitwaqqaf għal kollox u l-pazjent għandu jiġi ttrattat b’mod xieraq.

F’pazjenti b’passat ta’ pulmonite tal-interstizju jew fibrożi pulmonari, il-benefiċċji ta’ terapija b’panitumumab kontra r-riskju ta’ komplikazzjonijiet pulmonari għandhom jiġu kkunsidrati b’attenzjoni.

Disturbi fl-elettroliti

F’xi pazjenti kien osservat tnaqqis progressiv fil-livelli ta’ magnesium fis-serum li jwassal għall- ipomanjesimja severa (grad 4). Il-pazjenti għandhom jiġu ssorveljati kull tant żmien għall- ipomanjesimja u ipokalċimja li tiġi magħha qabel jinbeda trattament b’Vectibix, u kull tant żmien minn hemm ’il quddiem sa 8 ġimgħat wara li jispiċċa t-trattament (ara sezzjoni 4.8). Forniment ta’ magnesium huwa rakkomandat skont il-ħtieġa.

Kienu osservati wkoll disturbi oħra fl-elettroliti, inkluż ipokalimja. Sorveljanza bħal fuq u forniment kif meħtieġ ta’ dawn l-elettroliti wkoll huwa rakkomandat.

Reazzjonijiet relatati mal-infużjoni

Tul l-istudji kliniċi dwar monoterapija u trattament ikkombinat għal mCRC (n = 2,588), reazzjonijiet relatati mal-infużjoni (li jseħħu fi żmien 24 siegħa wara infużjoni) kienu rrappurtati f’madwar 4% tal- pazjenti ttrattati b’Vectibix, u minn dawn < 1% kienu severi (NCI-CTC grad 3 u grad 4).

Fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq, kienu rrappurtati reazzjonijiet serji relatati mal-infużjoni, inklużi rapporti rari wara t-tqegħid fis-suq b’riżultat fatali. Jekk isseħħ reazzjoni severa jew ta’ periklu għall- ħajja waqt infużjoni jew f’xi ħin wara l-infużjoni [eż., preżenza ta’ bronkospażmu, anġjoedima, pressjoni baxxa, ħtieġa ta’ trattament parenterali, jew anafilassi], Vectibix għandu jitwaqqaf b’mod permanenti (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.8).

F’pazjenti li jkollhom esperjenza ta’ reazzjoni ħafifa jew moderata (CTCAE v 4.0 grad 1 u 2) relatata mal-infużjoni, ir-rata tal-infużjoni għandha tiġi mnaqqsa matul dik l-infużjoni. Huwa rakkomandat li żżomm din ir-rata ta’ infużjoni aktar baxxa f’kull infużjoni sussegwenti.

Kienu rrappurtati reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li jseħħu aktar minn 24 siegħa wara l-infużjoni inkluż każ fatali ta’ anġjoedima li seħħ aktar minn 24 siegħa wara l-infużjoni. Il-pazjenti għandhom jiġu mgħarfa bil-possibiltà ta’ reazzjoni li ddum ma tibda u jiġu mwissija biex ikellmu lit-tabib tagħhom jekk isseħħu sintomi ta’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva.

Insuffiċjenza akuta tal-kliewi

Insuffiċjenza akuta tal-kliewi kienet osservata f’pazjenti li żviluppaw dijarea severa u deidratazzjoni. Pazjenti li jkollhom dijarea severa għandhom jingħataw parir biex ikellmu professjonist fil-kura tas- saħħa b’mod urġenti.

Vectibix flimkien ma’ kimoterapija ta’ irinotecan, 5-fluorouracil bħala bolus, u leucovorin (IFL)

Pazjenti li qed jirċievu Vectibix flimkien ma’ kors ta’ IFL [5-fluorouracil (500 mg/m2) bħala bolus, leucovorin (20 mg/m2) u irinotecan (125 mg/m2)] kellhom esperjenza ta’ inċidenza għolja ta’ dijarea severa (ara sezzjoni 4.8). Għalhekk l-għoti ta’ Vectibix flimkien ma’ IFL għandu jiġi evitat (ara sezzjoni 4.5).

Vectibix flimkien ma’ bevacizumab u korsijiet ta’ kimoterapija

Studju randomised, open-label, b’aktar minn ċentru wieħed ta’ 1,053 pazjent ivvaluta l-effikaċja ta’ bevacizumab u korsijiet kimoterapewtiċi li fihom oxaliplatin jew irinotecan bi u bla Vectibix fil-kura preferita ta’ kanċer metastatiku tal-kolorektum. Tqassir fit-tul ta’ sopravivenza mingħajr progressjoni u żieda fl-imwiet kienu osservati f’pazjenti li kienu qed jirċievu Vectibix flimkien ma’ bevacizumab u kimoterapija. Kienet osservata wkoll frekwenza ogħla ta’ emboliżmu pulmonari, infezzjonijiet (l-aktar ta’ oriġini dermatoloġika), dijarea, sbilanċ fl-elettroliti, tqalligħ, rimettar u deidratazzjoni, fil-gruppi ta’ trattament li kienu qed jużaw Vectibix flimkien ma’ bevacizumab u kimoterapija. Analiżi oħra ta’ dejta dwar l-effikaċja skont l-istat KRAS ma identifikatx sottogrupp ta’ pazjenti li bbenefikaw minn

Vectibix flimkien ma’ kimoterapija bbażata fuq oxaliplatin jew fuq irinotecan u bevacizumab. Kienet osservata tendenza ta’ tnaqqis fis-sopravivenza b’Vectibix fis-sottogrupp ta’ KRAS tat-tip salvaġġ tal-

ko-orti ta’ bevacizumab u oxaliplatin, u kienet osservata tendenza ta’ tnaqqis fis-sopravivenza b’Vectibix fil-ko-orti ta’ bevacizumab u irinotecan irrispettivament mill-istat ta’ mutazzjoni ta’ KRAS.

Għalhekk, Vectibix m’għandux jingħata flimkien ma’ kimoterapija li fiha bevacizumab (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

Vectibix flimkien ma’ kimoterapija bbażata fuq oxaliplatin f’pazjenti b’mCRC b’RAS mutant jew pazjenti li l-istat ta’ RAS tat-tumur tagħhom mhux magħruf

It-taħlita ta’ Vectibix ma’ kimoterapija li fiha oxaliplatin hija kontaindikata għall-pazjenti b’mCRC b’RAS mutant jew li għalihom l-istat RAS ta’ mCRC mhux magħruf (ara sezzjonijiet 4.3 u 5.1).

Fl-analiżi primarja ta’studju (n = 1,183, 656 pazjent b’tumuri bi KRAS tat-tip salvaġġ (exon 2) u 440 pazjent bi KRAS mutant) li vvaluta panitumumab flimkien ma’ infużjoni ta’ 5-fluorouracil, leucovorin, u oxaliplatin (FOLFOX) imqabbel ma’ FOLFOX waħdu bħala terapija tal-ewwel għazla għal mCRC, kienu osservati sopravivenza mingħajr progressjoni (PFS - progression-free survival) u żmien ta’ sopravivenza globali (OS - overall survival) imqassra f’pazjenti b’tumuri bi KRAS mutant li rċevew panitumumab u FOLFOX (n = 221) kontra FOLFOX waħdu (n = 219).

Analiżi retrospettiva ta’ sottogrupp definita minn qabel ta’ 641 pazjent minn 656 pazjent b’tumuri bi KRAS tat-tip salvaġġ (exon 2) minn dan l-istudju identifikat mutazzjonijiet addizzjonali ta’ RAS (KRAS [exons 3 u 4] jew NRAS [exons 2, 3, 4]) f’16% (n = 108) tal-pazjenti. Tqassir tal-PFS u OS kien osservat f’pazjenti b’tumuri b’RAS mutant li rċevew panitumumab u FOLFOX (n = 51) kontra FOLFOX waħdu (n = 57).

L-istat ta’ mutazzjoni ta’ RAS għandu jiġi determinat minn laboratorju b’esperjenza bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar validat (ara sezzjoni 4.2). Jekk Vectibix se jintuża flimkien ma’ FOLFOX huwa rakkomandat li l-istat ta’ mutazzjoni jiġi determinat minn laboratorju li jipparteċipa fi programm Estern ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità ta’ RAS jew li l-istat tat-tip salvaġġ jiġi kkonfermat f’test duplikat.

Tossiċitajiet fl-għajnejn

Każijiet serji ta’ keratite u keratite ulċerattiva rari kienu rrappurtati fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis- suq. Pazjenti li jkollhom sinjali u sintomi li jissuġġerixxu keratite bħal: infjammazzjoni fl-għajnejn, dmugħ, sensittività għad-dawl, vista mċajpra, uġigħ fl-għajnejn u/jew għajnejn ħomor akuti jew li qed jaggravaw għandhom jintbagħtu għand speċjalista tal-oftalmoloġija minnufih.

Jekk tkun ikkonfermata dijanjosi ta’ keratite ulċerattiva, trattament b’Vectibix għandu jiġi interrott jew imwaqqaf. Jekk keratite tkun iddijanjostikata, il-benefiċċji u r-riskji li jitkompla t-trattament għandhom jiġu kkunsidrati b’attenzjoni.

Vectibix għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti b’passat ta’ keratite, keratite ulċerattiva, jew għajnejn xotti ħafna. Użu ta’ lentijiet tal-kuntatt ukoll huwa fattur ta’ riskju għal keratite u ulċerazzjoni.

Pazjenti bi stat ta’ esekuzzjoni ta’ ECOG ta’ 2 ikkurati b’Vectibix flimkien ma’ kimoterapija

Għall-pazjenti bi stat ta’ esekuzzjoni ta’ ECOG ta’ 2, valutazzjoni tar-riskju u l-benefiċċju hija rakkomandata qabel il-bidu ta’ Vectibix flimkien ma’ kimoterapija għat-trattament ta’ mCRC. Bilanċ pożittiv tal-benefiċċju u r-riskju ma ġiex dokumentat f’pazjenti bi stat ta’ esekuzzjoni ta’ ECOG ta’ 2.

Pazjenti anzjani

Ma kienux osservati differenzi globali fis-sigurtà jew fl-effikaċja f’pazjenti anzjani (età ta’ ≥ 65 sena) ittrattati b’Vectibix bħala monoterapija. Madankollu, numru akbar ta’ avvenimenti avversi serji kienu rrappurtati f’pazjenti anzjani ttrattati b’Vectibix flimkien ma’ kimoterapija ta’ FOLFIRI jew FOLFOX meta mqabbel ma’ kimoterapija waħedha (ara sezzjoni 4.8).

Prekawzjonijiet oħra

Dan il-prodott mediċinali fih 0.150 mmol sodium (li huwa ekwivalenti għal 3.45 mg sodium) f’kull mL ta’ konċentrat. Għandu jittieħed f’konsiderazzjoni minn pazjenti fuq dieta ta’ sodium ikkontrollat.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Dejta minn studju ta’ interazzjoni li kien jinvolvi Vectibix u irinotecan f’pazjenti b’mCRC tindika li l- farmakokinetika ta’ irinotecan u l-metabolit attiv tiegħu, SN-38, ma tinbidilx meta l-prodotti mediċinali jingħataw flimkien. Riżultati minn paragun bejn l-istudji wrew li korsijiet li fihom irinotecan (IFL jew FOLFIRI) m’għandhom l-ebda effett fuq il-farmakokinetika ta’ panitumumab.

Vectibix m’għandux jingħata flimkien ma’ kimoterapija ta’ IFL jew ma’ kimoterapija li fiha bevacizumab. Kienet osservata inċidenza għolja ta’ dijarea severa meta panitumumab ingħata flimkien ma’ IFL (ara sezzjoni 4.4), u kienet osservata żieda fit-tossiċità u fl-imwiet meta panitumumab ingħata flimkien ma’ bevacizumab u kimoterapija (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1).

It-taħlita ta’ Vectibix ma’ kimoterapija li fiha oxaliplatin hija kontraindikata għall-pazjenti b’mCRC b’RAS mutant jew li għalihom l-istat ta’ RAS tal-mCRC mhux magħruf. Kienu osservati sopravivenza mingħajr progressjoni u żmien ta’ sopravivenza globali mqassra fi studju kliniku f’pazjenti b’tumuri b’RAS mutant li rċevew panitumumab u FOLFOX (ara sezzjoni 4.4 u 5.1).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx biżżejjed dejta dwar l-użu ta’ Vectibix f’nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies. EGFR kien implikat fil-kontroll tal-iżvilupp ta’ qabel it-twelid u jista’ jkun essenzjali għall-organoġenesi, proliferazzjoni, u divrenzjar normali fl-embriju li qed jiżviluppa. Għalhekk, Vectibix għandu l- potenzjal li jikkawża ħsara lill-fetu meta jingħata lil nisa tqal.

IgG uman huwa magħruf li jgħaddi mill-barriera tal-plaċenta, u għalhekk panitumumab jista’ jgħaddi mill-omm għall-fetu li qed jiżviluppa. F’nisa li jistgħu joħorġu tqal, għandhom jintużaw miżuri kontraċettivi xierqa waqt trattament b’Vectibix, u għal xaharejn wara l-aħħar doża. Jekk Vectibix jintuża waqt it-tqala jew jekk il-pazjenta toħroġ tqila waqt li qed tirċievi dan il-prodott mediċinali, hija għandha tiġi avżata dwar ir-riskju potenzjali għat-telf tat-tqala jew dwar il-periklu potenzjali għall- fetu.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk panitumumab jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Peress li IgG uman jitneħħa fil-ħalib tas-sider tal-bniedem, panitumumab jista’ jitneħħa wkoll. Il-potenzjal ta’ assorbiment u ħsara għat-tarbija wara li jittieħed mhumiex magħrufa. Huwa rakkomandat li nisa ma jreddgħux waqt trattament b’Vectibix u għal xaharejn wara l-aħħar doża.

Fertilità

Studji fuq l-annimali wrew effetti riversibbli fuq iċ-ċiklu menstrwali u tnaqqis fil-fertilità femminili fix-xadini (ara sezzjoni 5.3). Panitumumab jista’ jaffettwa l-ħila ta’ mara li toħroġ tqila.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Jekk pazjenti jesperjenzaw sintomi relatati mat-trattament li jaffettwaw il-vista tagħhom u/jew il-ħila biex tikkonċentra u tirreaġixxi, huwa rakkomandat li ma jsuqux u ma jħaddmux magni sakemm l- effetti jtaffu.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Ibbażat fuq analiżi tal-pazjenti kollha fil-provi kliniċi ta’ mCRC li rċevew Vectibix bħala monoterapija u flimkien ma’ kimoterapija (n = 2,588), l-aktar reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod komuni huma reazzjonijiet fil-ġilda li seħħew fi 93% tal-pazjenti. Dawn ir-reazzjonijet huma relatati mal-effetti farmakoloġiċi ta’ Vectibix, u l-maġġoranza huma ħfief sa moderati fin-natura tagħhom, b’25% severi (NCI-CTC grad 3) u < 1% ta’ periklu għall-ħajja (NCI-CTC grad 4). Għall-immaniġġar kliniku ta’ reazzjonijiet fil-ġilda, inkluż rakkomandazzjonijiet għall-modifikazzjoni fid-doża, ara sezzjoni 4.4.

Reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod komuni ħafna li seħħew f’≥ 20% tal-pazjenti kienu disturbi gastro-intestinali [dijarea (50%), tqalligħ (41%), rimettar (27%), stitikezza (23%) u uġigħ addominali (23%)]; disturbi ġenerali [għeja (37%), deni (20%)]; disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni [anoressija (27%)]; infezzjonijiet u infestazzjonijiet [paronikja (20%)]; u disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda [raxx (45%), dermatite li tixbaħ lill-akne (39%), ħakk (35%), eritema (30%) u ġilda xotta (22%)].

Sommarju f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

Id-dejta fit-tabella taħt tiddeskrivi reazzjonijiet avversi rrappurtati minn studji kliniċi f’pazjenti b’mCRC li rċevew panitumumab bħala sustanza waħedha jew flimkien ma’ kimoterapija (n = 2,588) u rappurtar spontanju. F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżla skont is- serjetà tagħhom, bl-aktar serji jitniżżlu l-ewwel.

 

 

Reazzjonijiet avversi

 

 

 

 

 

 

 

 

Klassifika tas-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Frekwenza

sistemi u tal-

(≥ 1/10)

(≥ 1/100 sa

(≥ 1/1,000 sa

(≥ 1/10,000

mhux

organi MedDRA

 

< 1/10)

< 1/100)

sa < 1/1,000)

magħrufa*

Infezzjonijiet u

Paronikja1

Raxx bil-ponot bil-

Infezzjoni fl-

 

 

infestazzjonijiet

 

materja

għajn

 

 

 

 

Ċellulite1

Infezzjoni fil-

 

 

 

 

Infezzjoni fl-apparat

kappell tal-

 

 

 

 

urinarju

għajn

 

 

 

 

Follikulite

 

 

 

 

 

Infezzjoni lokalizzata

 

 

 

Disturbi tad-

Anemija

Lewkopenija

 

 

 

demm u tas-

 

 

 

 

 

sistema limfatika

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

Sensittività eċċessiva1

 

Reazzjoni

 

sistema immuni

 

 

 

anafilattika1

 

Disturbi fil-

Ipokalimja

Ipokalċimija

 

 

 

metaboliżmu u n-

Anoressija

Deidratazzjoni

 

 

 

nutrizzjoni

Ipomanjesimja

Ipergliċemija

 

 

 

 

 

Ipofosfatimija

 

 

 

Disturbi

Insomnja

Ansjetà

 

 

 

psikjatriċi

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

Uġigħ ta’ ras

 

 

 

sistema nervuża

 

Sturdament

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Reazzjonijiet avversi

 

 

 

 

 

 

 

 

Klassifika tas-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Frekwenza

sistemi u tal-

(≥ 1/10)

(≥ 1/100 sa

(≥ 1/1,000 sa

(≥ 1/10,000

mhux

organi MedDRA

 

< 1/10)

< 1/100)

sa < 1/1,000)

magħrufa*

Disturbi fl-

Konġuntivite

Blefarite

Irritazzjoni fil-

Keratite

 

għajnejn

 

Tkabbir tax-xagħar

kappell tal-

ulċerattiva1

 

 

 

tal-għajnejn

għajn

 

 

 

 

Żieda fid-dmugħ

Keratite1

 

 

 

 

Iperimija fl-għajnejn

 

 

 

 

 

Għajn tinħass xotta

 

 

 

 

 

Ħakk fl-għajnejn

 

 

 

 

 

Irritazzjoni fl-għajn

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

Takikardija

Ċjanożi

 

 

Disturbi vaskulari

 

Trombożi fil-vini tal-

 

 

 

 

 

fond

 

 

 

 

 

Pressjoni baxxa

 

 

 

 

 

Pressjoni għolja

 

 

 

 

 

Fwawar

 

 

 

Disturbi

Qtugħ ta’ nifs

Emboliżmu

Bronkospażmu

 

Marda tal-

respiratorji,

Sogħla

pulmonari

Imnieħer xott

 

interstizju

toraċiċi u

 

Epistassi

 

 

tal-pulmun3

medjastinali

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-

Dijarea1

Emorraġija mir-

Xufftejn

 

 

intestinali

Tqalligħ

rektum

maqsuma

 

 

 

Rimettar

Ħalq jinħass xott

Xufftejn xotti

 

 

 

Uġigħ addominali

Dispepsja

 

 

 

 

Stomatite

Stomatite bl-infafet

 

 

 

 

Stitikezza

Kelite

 

 

 

 

 

Marda ta’ rifluss

 

 

 

 

 

gastro-intestinali

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

Dermatite tixbaħ

Sindrome ta’

Anġjoedima1

Nekrosi fil-

 

u fit-tessuti ta’

lill-akne

eritrodisasteżija

Tkabbir

ġilda1

 

taħt il-ġilda

Raxx1,2

palmari-plantari

eċċessiv ta’

Sindrome ta’

 

 

Eritema

Ulċera fil-ġilda

xagħar

Stevens-

 

 

Ħakk

Qoxra

Difer jikber il-

Johnson1

 

 

Ġilda xotta

Ipertrikożi

ġewwa

Nekrolisi

 

 

Qsim fil-ġilda

Onikoklasi

Onikolisi

tossika tal-

 

 

Akne

Disturb fid-dwiefer

 

epidermide1

 

 

Alopeċja

Iperidrożi

 

 

 

 

 

Dermatite

 

 

 

Disturbi muskolu-

Uġigħ fid-dahar

Uġigħ fl-estremitajiet

 

 

 

skeletriċi u tat-

 

 

 

 

 

tessuti konnettivi

 

 

 

 

 

Disturbi ġenerali

Għeja

Uġigħ fis-sider

Reazzjoni

 

 

u kondizzjonijiet

Deni

Uġigħ

relatata mal-

 

 

ta’ mnejn jingħata

Astenja

Sirdat

infużjoni1

 

 

 

Infjammazzjoni fil-

 

 

 

 

 

mukuża

 

 

 

 

 

Edima periferali

 

 

 

 

Investigazzjonijiet

Tnaqqis fil-piż

Tnaqqis tal-

 

 

 

 

 

magnesium fid-demm

 

 

 

1Ara s-sezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula” hawn taħt

2Raxx jinkludi termini komuni ta’ tossiċità fil-ġilda, ġilda titqaxxar, raxx bil-qxur, raxx bil-ponot, raxx bil-ħakk, raxx b’eritema, raxx ġeneralizzat, raxx makulari, raxx makulo-papulari, ferita fil-ġilda

3Ara sezzjoni 4.4 Komplikazzjonijiet pulmonari

* Frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

Il-profil ta’ sigurtà ta’ Vectibix flimkien ma’ kimoterapija ikkonsista mir-reazzjonijiet avversi rrappurtati ta’ Vectibix (bħala monoterapija) u t-tossiċitajiet tal-kors ta’ kimoterapija fl-isfond. Ma kienu osservati l-ebda tossiċitajiet ġodda jew tossiċitajiet osservati minn qabel li aggravaw minbarra l- effetti addittivi mistennija. Reazzjonijiet fil-ġilda kienu l-aktar reazzjonijiet avversi li seħħew b’mod

frekwenti f’pazjenti li kienu qed jirċievu panitumumab flimkien ma’ kimoterapija. Tossiċitajiet oħra li kienu osservati bi frekwenza akbar meta mqabbel ma’ monoterapija kienu jinkludu ipomanjesimja, dijarea u stomatite. Dawn it-tossiċitajiet rari wasslu għal twaqqif ta’ Vectibix jew tal-kimoterapija.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Disturbi gastro-intestinali

Dijarea meta rrappurtata ġeneralment kienet ta’ severità ħafifa jew moderata. Dijarea severa (NCI- CTC grad 3 u 4) kienet irrappurtata fi 2% tal-pazjenti ttrattati b’Vectibix bħala monoterapija u fi 17% tal-pazjenti ttrattati b’Vectibix flimkien ma’ kimoterapija.

Kien hemm rapporti ta’ insuffiċjenza renali akuta f’pazjenti li jiżviluppaw dijarea u deidratazzjoni (ara sezzjoni 4.4).

Reazzjonijiet relatati mal-infużjoni

Tul l-istudji kliniċi dwar monoterapija u trattament ikkombinat għal mCRC (n = 2,588), reazzjonijiet relatati mal-infużjoni (li jseħħu fi żmien 24 siegħa wara kwalunkwe infużjoni), li jistgħu jinkludu sintomi/sinjali bħal tertir, deni jew qtugħ ta’ nifs, kienu rrappurtati f’madwar 4% tal-pazjenti ttrattati b’Vectibix, li minnhom < 1% kienu severi (NCI-CTC grad 3 u grad 4).

Fi prova klinika seħħ kas ta’ anġjoedima fatali f’pazjent b’karċinoma rikorrenti u metastatika taċ- ċellula skwamuża tar-ras u tal-għonq ittrattat b’Vectibix. L-avveniment fatali seħħ wara esponiment mill-ġdid wara episodju minn qabel ta’ anġjoedima; iż-żewġ episodji seħħew aktar minn 24 siegħa wara l-għoti (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4). Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċesiva li jseħħu aktar minn 24 siegħa wara l-infużjoni kienu rrappurtati wkoll fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Għall-immaniġġjar kliniku ta’ reazzjonijiet relatati mal-infużjoni, ara sezzjoni 4.4.

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Raxx fil-ġilda seħħ l-aktar komuni fil-wiċċ, fil-parti ta’ fuq tas-sider, u fid-dahar, iżda jista’ jestendi għall-estremitajiet. Wara l-iżvilupp ta’ reazzjonijiet severi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda, kienu rrappurtati komplikazzjonijiet infettivi inklużi sepsi, li f’każijiet rari jwassal għall-mewt, ċellulite u axxessi lokali li jinħtieġu qsim u tindif. Il-ħin medjan sal-ewwel sintomu ta’ reazzjoni dermatoloġika kien ta’ 10 ijiem, u l-ħin medjan sal-fejqan wara l-aħħar doża ta’ Vectibix kien ta’ 28 ġurnata.

Infjammazzjoni paronikjali kienet assoċjata ma’ nefħa tat-tinja laterali tad-dwiefer tas-swaba tas- saqajn u tal-idejn.

Reazzjonijiet dermatoloġiċi (inkluż effetti fuq id-dwiefer), osservati f’pazjenti ttrattati b’Vectibix jew b’inibituri ta’ EGFR oħra, huma magħrufa li huma assoċjati mal-effetti farmakoloġiċi tat-terapija.

Fil-provi kliniċi kollha, reazzjonijiet fil-ġilda seħħew fi 93% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu Vectibix bħala monoterapija jew flimkien ma’ kimoterapija (n = 2,588). Dawn l-avvenimenti fil-biċċa l-kbira kienu jikkonsistu minn raxx u dermatite li tixbaħ lill-akne u kienu l-iktar ta’ severità ħafifa sa moderata. Reazzjonijiet severi fil-ġilda (NCI-CTC grad 3) kienu rrappurtati f’34% u reazzjonijiet fil-

ġilda ta’ periklu għall-ħajja (NCI-CTC grad 4) f’< 1% tal-pazjenti li rċevew Vectibix flimkien ma’ kimoterapija (n = 1,536). Komplikazzjonijiet infettivi ta’ periklu għall-ħajja u fatali inklużi faxxite b’nekrosi u sepsi kienu osservati f’pazjenti ttrattati b’Vectibix (ara sezzjoni 4.4).

Għall-immaniġġar kliniku ta’ reazzjonijiet dermatoloġiċi, inkluż rakkomandazzjonijiet għall- modifikazzjoni fid-doża, ara sezzjoni 4.4.

Fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq, kienu rrappurtati każijiet rari ta’ nekrosi fil-ġilda, sindrome ta’ Stevens-Johnson u nekrolisi tossika tal-epidermide (ara sezzjoni 4.4)

Tossiċitajiet fl-għajnejn

Każijiet mhux serji ta’ keratite kienu osservati f’0.2 sa 0.7% tal-pazjenti fil-provi kliniċi. Fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq, każijiet serji ta’ keratite u keratite ulċerattiva rari kienu rrappurtati (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjonijiet speċjali oħra

Ma kienux osservati differenzi globali fis-sigurtà jew fl-effikaċja f’pazjenti anzjani (età ≥ 65 sena) li kienu ttrattati b’Vectibix bħala monoterapija. Madankollu, numru akbar ta’ avvenimenti avversi serji kienu rrappurtati f’pazjenti anzjani ttrattati b’Vectibix flimkien ma’ kimoterapija FOLFIRI (45% kontra 37%) jew FOLFOX (52% kontra 37%) meta mqabbel ma’ kimoterapija waħedha (ara sezzjoni 4.4 ). L-avvenimenti avversi serji li żdiedu l-aktar kienu dijarea f’pazjenti ttrattati b’Vectibix flimkien ma’ FOLFOX jew FOLFIRI, u deidratazzjoni u emboliżmu pulmonari meta l-pazjenti kienu ttrattati b’Vectibix flimkien ma’ FOLFIRI.

Is-sigurtà ta’ Vectibix ma kienetx studjata f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fi provi kliniċi ġew ittestjati dożi sa 9 mg/kg. Kien hemm rapporti ta’ doża eċċessiva f’dożi sa madwar id-doppju tad-doża terapewtika rakkomandata (12 mg/kg). Avvenimenti avversi osservati nkludew tossiċità fil-ġilda, dijarea, deidratazzjoni u għeja u kienu konsistenti mal-profil tas-sigurtà fid- doża rakkomandata.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Sustanzi antineoplastiċi, antikorpi monoklonali, Kodiċi ATC: L01XC08

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Panitumumab huwa antikorp rikombinanti, monoklonali IgG2 kompletament uman li jeħel b’affinità u speċifiċità għolja ma’ EGFR uman. EGFR hija glikoproteina transmembranja li hija membru ta’ sottofamilja ta’ tyrosine kinases tar-riċettur tat-tip I inkluż EGFR (HER1/c-ErbB-1), HER2, HER3, u HER4. EGFR jippromwovi tkabbir taċ-ċelluli f’tessuti tal-epitelju normali, inkluż il-follikuli tal-ġilda u tax-xagħar, u jiġi espress fuq varjetà ta’ ċelluli tat-tumur.

Panitumumab jeħel mal-parti ta’ EGFR li teħel mal-ligand u jinibixxi awtofosforilizazzjoni tar-riċettur indotta mil-ligandi ta’ EGFR magħrufa kollha. It-twaħħil ta’ panitumumab ma’ EGFR jirriżulta f’internalizazzjoni tar-riċettur, inibizzjoni tat-tkabbir taċ-ċelluli, induzzjoni ta’ apoptożi, u tnaqqis fil- produzzjoni ta’ interleukin 8 u tal-fattur ta’ tkabbir tal-endotelju vaskulari.

KRAS (Kirsten rat sarcoma 2 viral oncogene homologue) u NRAS (Neuroblastoma RAS viral oncogene homologue) huma membri relatati ħafna tal-familja ta’ onkoġeni RAS. Il-ġeni KRAS u NRAS għandhom kowd għal proteini żgħar li jeħlu ma’ GTP involuti fit-transduzzjoni tas-sinjal. Varjetà ta’

stimuli, inkluż dak minn EGFR jattivaw KRAS u NRAS li mbagħad jistimulaw proteini intraċellulari oħra biex jippromwovu l-proliferazzjoni taċ-ċelluli, sopravivenza taċ-ċelluli u anġjoġenesi.

Mutazzjonijiet fil-ġeni RAS li jattivaw iseħħu b’mod frekwenti f’varjetà ta’ tumuri umani u ġew implikati kemm f’onkoġenesi kif ukoll fil-progressjoni tat-tumur.

Effetti farmakodinamiċi

Analiżi in vitro u studji in vivo fuq l-annimali wrew li panitumumab jinibixxi t-tkabbir u s- sopravivenza ta’ ċelluli tat-tumur li għandhom EGFR. L-ebda effetti kontra t-tumur ta’ panitumumab ma ġew osservati f’xenografts ta’ tumuri umani li ma fihomx EGFR. Iż-żieda ta’ panitumumab mar- radjazzjoni, kimoterapija jew sustanzi terapewtiċi mmirati oħrajn, fi studji fuq l-annimali rriżultat f’żieda fl-effetti kontra t-tumur meta mqabbel mar-radjazzjoni, kimoterapija jew sustanzi terapewtiċi mmirati waħedhom.

Reazzjonijiet dermatoloġiċi (inkluż effetti fuq id-dwiefer), osservati f’pazjenti ttrattati b’Vectibix jew b’inibituri oħra ta’ EGFR, huma magħrufa li huma assoċjati mal-effetti farmakoloġiċi tat-terapija (b’referenza inkroċjata għal sezzjonijiet 4.2 u 4.8).

Immunoġeniċità

Bħal bil-proteini terapewtiċi kollha, hemm potenzjal ta’ immunoġeniċità. Dejta dwar l-iżvilupp ta’ antikorpi anti-panitumumab ġiet stmata bl-użu ta’ żewġ immunoassays differenti ta’ ttestjar għas-sejba ta’ antikorpi anti-panitumumab li jeħlu (ELISA li ssib antikorpi b’affinità għolja, u Biosensor Immunoassay li jsib antikorpi b’affinità kemm għolja kif ukoll baxxa). Għall-pazjenti li s-serum tagħhom irriżulta pożittiv f’wieħed miż-żewġ immunoassays ta’ ttestjar, twettqet analiżi bijoloġika in vitro biex jinstabu l-antikorpi newtralizzanti.

Bħala monoterapija:

L-inċidenza ta’ antikopri li jeħlu (minbarra pazjenti pożittivi b’mod temporanju u qabel id-doża) kienet ta’ < 1% kif osservata permezz ta’ acid-dissociation ELISA u ta’ 3.8% kif osservata permezz tal-analiżi Biacore;

L-inċidenza ta’ antikorpi newtralizzanti (minbarra pazjenti pożittivi b’mod temporanju u qabel id-doża) kienet ta’ < 1%;

Mqabbel mal-pazjenti li ma żviluppawx antikorpi, ma kienet osservata l-ebda relazzjoni bejn il-

preżenza ta’ antikorpi anti-panitumumab u l-farmakokinetika, l-effikaċja u s-sigurtà. Flimkien ma’ kimoterapija bbażata fuq irinotecan jew oxaliplatin:

L-inċidenza ta’ antikopri li jeħlu (minbarra pazjenti pożittivi qabel id-doża) kienet ta’ 1% kif osservata permezz ta’ acid-dissociation ELISA u ta’ < 1% kif osservata permezz tal-analiżi Biacore;

L-inċidenza ta’ antikorpi newtralizzanti (minbarra pazjenti pożittivi qabel id-doża) kienet ta’ < 1%;

Ma nstabet l-ebda evidenza ta’ bidla fil-profil ta’ sigurtà f’pazjenti li kienu pożittivi għall- antikorpi kontra Vectibix.

Is-sejba ta’ formazzjoni ta’ antikorpi hija dipendenti fuq is-sensittività u l-ispeċifiċità tal-analiżi. L- inċidenza osservata tal-pożitività għall-antikorpi f’analiżi tista’ tkun influwenzata minn bosta fatturi inklużi l-metodoloġija tal-analiżi, l-immaniġġjar tal-kampjun, il-ħin li fih ittieħed il-kampjun, medikazzjonijiet fl-istess waqt u mard li jkun hemm minn qabel, għalhekk, il-paragun tal-inċidenza tal-antikorpi ma’ prodotti oħra tista’ tqarraq.

Effikaċja klinika bħala monoterapija

L-effikaċja ta’ Vectibix bħala monoterapija f’pazjenti b’kanċer metastatiku tal-kolorektum (mCRC - metastatic colorectal cancer) li kellhom progressjoni tal-marda waqt jew wara kimoterapija minn qabel kienet studjata fi provi open-label, bi grupp wieħed (585 pazjent) u f’żewġ provi randomised u kkontrollati kontra l-aqwa kura ta’ appoġġ (463 pazjent) u kontra cetuximab (1,010 pazjenti).

Prova multinazzjonali, randomised u kkontrollata twettqet f’463 pazjent b’karċinoma metastatika tal- kolon jew tar-rektum, li għandha EGFR wara falliment ikkonfermat ta’ korsijiet li fihom oxaliplatin u irinotecan. Il-pazjenti kienu randomised 1:1 biex jirċievu Vectibix b’doża ta’ 6 mg/kg mogħti darba kull ġimagħtejn flimkien mal-aqwa kura ta’ appoġġ (kimoterapija mhux inkluża) (BSC - best supportive care) jew BSC waħedha. Il-pazjenti kienu ttrattati sakemm kien hemm progressjoni tal- marda jew tossiċità mhux aċċettabli. Mal-progressjoni tal-marda pazjenti fuq BSC waħedha kienu eliġibbli biex jinqalbu għal studju sieħeb u jirċievu Vectibix b’doża ta’ 6 mg/kg mogħti darba kull ġimagħtejn.

Il-punt finali primarju kien PFS. L-istudju kien analizzat b’mod retrospettiv skont l-istat ta’ KRAS (exon 2) tat-tip salvaġġ kontra l-istat ta’ KRAS (exon 2) mutant. Kampjuni tat-tumur miksuba minn tneħħija primarja ta’ kanċer tal-kolorektum kienu analizzati għall-preżenza tas-seba’ mutazzjonijiet attivanti l-aktar komuni fil-kodon 12 u 13 tal-ġene KRAS. 427 (92%) pazjent setgħu jiġu evalwati għall-istat ta’ KRAS u fosthom 184 kellhom mutazzjonijiet. Ir-riżultati tal-effikaċja minn analiżi li aġġustat għal mejla potenzjali minn valutazzjonijiet mhux ipprogrammati huma murija fit-tabella hawn taħt. Ma kienet osservata l-ebda differenza fis-sopravivenza globali (OS - overall survival) fl- ebda grupp.

 

Popolazzjoni bi KRAS tat-tip

Popolazzjoni bi KRAS mutant

 

salvaġġ (exon 2)

(exon 2)

 

Vectibix

 

BSC

Vectibix

 

BSC

 

flimkien ma’

 

(n = 119)

flimkien ma’

 

(n = 100)

 

BSC

 

 

BSC

 

 

 

(n = 124)

 

 

(n = 84)

 

 

ORR n (%)

17%

 

0%

0%

 

0%

Rata ta’ rispons (evalwata

22%

 

0%

 

mill-investigatur)a (CI ta’

(14, 32)

 

(0, 4)

 

95%)

 

 

 

 

 

 

Marda Stabbli

34%

 

12%

12%

 

8%

PFS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Proporzjon ta’ periklu (CI ta’

0.49 (0.37,0.65), p < 0.0001

1.07 (0.77,1.48), p = 0.6880

95%)

 

 

 

 

 

 

Medjan (ġimgħat)

16.0

 

8.0

8.0

 

8.0

CI = intervall ta’ kunfidenza

a F’pazjenti li qalbu għal panitumumab wara progressjoni fuq BSC waħedha (CI ta’ 95%)

F’analiżi esploratorja ta’ kampjuni arkivjati tat-tumur minn dan l-istudju, 11 minn 72 pazjent (15%) b’tumuri b’RAS tat-tip salvaġġ li kienu qed jirċievu panitumumab kellhom rispons oġġettiv meta mqabbla ma’ 1 minn minn 95 pazjent (1%) biss b’tumur bi stat ta’ RAS mutant. Barra dan, it- trattament b’panitumumab kien assoċjat ma’ PFS imtejjba meta mqabbla ma’ BSC f’pazjenti b’tumuri b’RAS tat-tip salvaġġ (HR = 0.38 [CI ta’ 95%: 0.27, 0.56]), iżda mhux f’pazjenti b’tumuri li fihom mutazzjoni ta’ RAS (HR = 0.98 [CI ta’ 95%: 0.73, 1.31]).

L-effikaċja ta’ Vectibix kienet evalwata wkoll fi prova open-label, f’pazjenti b’mCRC bi KRAS tat-tip salvaġġ (exon 2). Total ta’ 1,010 pazjenti li ma ħadmitx fuqhom kimoterapija kienu randomised 1:1 biex jirċievu Vectibix jew cetuximab biex jiġi ttestjat jekk Vectibix huwiex inferjuri għal cetuximab.

Il-punt finali primarju kien OS. Punti finali sekondarji kienu jinkludu PFS u r-rata ta’ rispons oġġettiv

(ORR - objective response rate).

Ir-riżultati tal-effikaċja għall-istudju huma ppreżentati fit-tabella hawn taħt.

Populazzjoni bi KRAS tat-tip

Vectibix

 

Cetuximab

salvaġġ (exon 2)

(n = 499)

 

(n = 500)

OS

 

 

 

 

 

 

Medjan (xhur) (CI ta’ 95%)

10.4 (9.4, 11.6)

 

10.0 (9.3, 11.0)

Proporzjon ta’ periklu (CI ta’

 

0.97 (0.84, 1.11)

95%)

 

 

 

 

PFS

 

 

 

 

 

 

Medjan (xhur) (CI ta’ 95%)

4.1 (3.2, 4.8)

 

4.4 (3.2, 4.8)

Proporzjon ta’ periklu (CI ta’

 

1.00 (0.88, 1.14)

95%)

 

 

 

 

ORR

 

 

 

 

 

 

n (%) (CI ta’ 95%)

22% (18%, 26%)

 

20% (16%, 24%)

Odds ratio (CI ta’ 95%)

 

1.15 (0.83, 1.58)

B’mod ġenerali, il-profil ta’ sigurtà ta’ panitumumab kien simili għal dak ta’ cetuximab, b’mod partikolari rigward it-tossiċità fil-ġilda. Madankollu, reazzjonijiet għall-infużjoni kienu aktar frekwenti b’cetuximab (13% kontra 3%) iżda disturbi fl-elettroliti kienu aktar frekwenti b’panitumumab, speċjalment ipomanjesimja (29% kontra 19%).

Effikaċja klinika flimkien ma’ kimoterapija

Fost pazjenti b’mCRC b’RAS tat-tip salvaġġ, PFS, OS, u ORR kienu mtejba għal individwi li kienu qed jirċievu panitumumab flimkien ma’ kimoterapija (FOLFOX jew FOLFIRI) meta mqabbla ma’ dawk li kienu qed jirċievu kimoterapija waħedha. Pazjenti b’mutazzjonijiet addizzjonali ta’ RAS lil hinn minn KRAS exon 2 x’aktarx ma kienux jibbenefikaw miż-żieda ta’ panitumumab ma’ FOLFIRI u f’dawn il-pazjenti kien osservat effett detrimentali biż-żieda ta’ panitumumab ma’ FOLFOX. Mutazzjonijiet ta’ BRAF f’exon 15 instab li kienu jbassru riżultat agħar. Mutazzjonijiet ta’ BRAF ma kienux ibassru riżultat għal trattament b’panitumumab flimkien ma’ FOLFOX jew FOLFIRI .

Ikkombinat ma’ FOLFOX bħala trattament tal-ewwel għażla

L-effikaċja ta’ Vectibix flimkien ma’ oxaliplatin, 5-fluorouracil (5-FU), u leucovorin (FOLFOX) kienet evalwata fi prova randomised, ikkontrollata ta’ 1,183 pazjent b’mCRC b’punt finali primarju ta’ PFS. Punti finali ewlenin oħra kienu jinkludu OS, ORR, iż-żmien sar-rispons, żmien sal-progressjoni (TTP - time to progression), u t-tul tar-rispons. L-istudju kien analizzat b’mod prospettiv skont l-istat ta’ KRAS (exon 2) tat-tumur li seta’ jiġi evalwat f’93% tal-pazjenti.

Twettqet analiżi retrospettiva definita minn qabel ta’ sottogrupp ta’ 641 pazjent minn 656 pazjent b’mCRC bi KRAS tat-tip salvaġġ (exon 2). Kampjuni tat-tumur ta’ pazjenti bi stat ta’ KRAS tat-tip salvaġġ exon 2 (kodons 12/13) kienu ttestjati għall-mutazjonijiet addizzjonali ta’ RAS fi KRAS exon 3 (kodons 61) u exon 4 (kodons 117/146) u NRAS exon 2 (kodons 12/13), exon 3 (kodon 61), u exon 4 (kodons 117/146) u BRAF exon 15 (kodon 600). L-indiċenza ta’ dawn il-mutazjonijiet addizjonali ta’ RAS fil-popolazzjoni bi KRAS tat-tip salvaġġ exon 2 kienet madwar 16%.

Riżultati f’pazjenti b’mCRC b’RAS tat-tip salvaġġ u b’mCRC b’RAS mutant huma ppreżentati fit- tabella hawn taħt.

 

Vectibix flimkien

FOLFOX

Differenza (xhur)

Proporzjon ta’

 

ma’ FOLFOX

(xhur)

 

periklu

 

(xhur)

Medjan (CI ta’

 

(CI ta’ 95%)

 

Medjan (CI ta’

95%)

 

 

 

95%)

 

 

 

 

Popolazzjoni b’RAS tat tip salvaġġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PFS

10.1

7.9

2.2

0.72

 

(9.3, 12.0)

(7.2,

9.3)

 

(0.58, 0.90)

OS

26.0

20.2

5.8

0.78

 

(21.7, 30.4)

(17.7,

23.1)

 

(0.62, 0.99)

Popolazzjoni b’RAS mutant

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PFS

7.3

8.7

-1.4

1.31

 

(6.3, 7.9)

(7.6,

9.4)

 

(1.07, 1.60)

OS

15.6

19.2

-3.6

1.25

 

(13.4, 17.9)

(16.7,

21.8)

 

(1.02, 1.55)

Imbagħad kienu identifikati mutazzjonijiet addizzjonali fi KRAS u NRAS f’exon 3 (kodon 59) (n = 7). Analiżi esploratorja uriet riżultati simili għal dawk fit-tabella ta’ qabel.

Ikkombinat ma’ FOLFIRI

L-effikaċja ta’ Vectibix bħala trattament tat-tieni għażla flimkien ma’ irinotecan, 5-fluorouracil (5-FU) u leucovorin (FOLFIRI) kienet evalwata fi prova randomised u kkontrollata ta’ 1,186 pazjent b’mCRC b’punti finali primarji ta’ OS u PFS. Punti finali ewlenin oħra kienu jinkludu ORR, il-ħin sar-rispons, TTP, u t-tul tar-rispons. L-istudju kien analizzat b’mod prospettiv skont l-istat ta’ KRAS (exon 2) tat- tumur li seta’ jiġi evalwat f’91% tal-pazjenti.

Twettqet analiżi retrospettiva definita minn qabel ta’ sottogrupp ta’ 586 pazjent minn 597 pazjent b’mCRC bi KRAS tat-tip salvaġġ (exon 2), fejn kampjuni tat-tumur minn dawn il-pazjenti kienu ttestjati għall-mutazzjonijiet addizzjonali ta’ RAS u BRAF kif deskritt qabel. L-aċċertazzjoni ta’ RAS/BRAF kienet ta’ 85% (1,014 minn 1,186 pazjent randomised). L-inċidenza ta’ dawn il- mutazzjonijiet addizzjonali ta’ RAS (KRAS exons 3, 4 u NRAS exons 2, 3, 4) fil-popolazzjoni bi KRAS tat-tip salvaġġ (exon 2) kienet madwar 19%. L-inċidenza ta’ mutazzjoni ta’ BRAF exon 15 fil- popolazzjoni bi KRAS tat-tip salvaġġ (exon 2) kienet madwar 8%. Riżultati tal-effikaċja f’pazjenti b’mCRC b’RAS tat-tip salvaġġ u b’mCRC b’RAS mutant huma ppreżentati fit-tabella hawn taħt.

 

Vectibix flimkien ma’

FOLFIRI

Proporzjon ta’ Periklu

 

FOLFIRI

(xhur)

(CI ta’ 95%)

 

(xhur)

Medjan (CI ta’ 95%)

 

 

Medjan (CI ta’ 95%)

 

 

 

Popolazzjoni b’RAS tat-tip salvaġġ

 

 

 

 

 

 

 

PFS

6.4

4.6

0.70

 

(5.5,

7.4)

(3.7,

5.6)

(0.54, 0.91)

OS

16.2

13.9 (11.9, 16.0)

0.81

 

(14.5,

19.7)

 

 

(0.63, 1.02)

Popolazzjoni b’RAS mutant

 

 

 

 

 

 

 

 

PFS

4.8

4.0

0.86

 

(3.7,

5.5)

(3.6,

5.5)

(0.70, 1.05)

OS

11.8

11.1

0.91

 

(10.4,

13.1)

(10.2,

12.4)

(0.76, 1.10)

L-effikaċja ta’ Vectibix bħala trattament tal-ewwel għażla flimkien ma’ FOLFIRI kienet evalwata fi studju bi grupp wieħed ta’ 154 pazjent b’punt finali primarju ta’ rata ta’ rispons oġġettiv (ORR - objective response rate). Punti finali ewlenin oħra kienu jinkludu PFS, ħin għar-rispons, TTP, u t-tul tar-rispons.

Twettqet analiżi retrospettiva definita minn qabel ta’ sottogrupp ta’ 143 pazjent minn 154 pazjent b’mCRC bi KRAS tat-tip salvaġġ (exon 2), fejn kampjuni tat-tumur minn dawn il-pazjenti kienu ttestjati għall-mutazzjonijiet addizzjonali ta’ RAS. L-inċidenza ta’ dawn il-mutazzjonijiet addizzjonali ta’ RAS (KRAS exons 3, 4 u NRAS exons 2, 3, 4) fil-popolazzjoni bi KRAS tat-tip salvaġġ (exon 2) kienet madwar 10%.

Riżultati f’pazjenti b’mCRC b’RAS tat-tip salvaġġ u b’mCRC b’RAS mutant mill-analiżi primarja huma ppreżentati fit-tabella hawn taħt.

 

Panitumumab + FOLFIRI

 

 

RAS tat-tip salvaġġ (n =

RAS mutant (n = 74)

 

69)

 

 

ORR (%)

(CI ta’ 95%)

(46, 71)

(30,

53)

PFS Medjana (xhur)

11.2

7.3

(CI ta’ 95%)

(7.6, 14.8)

(5.8,

7.5)

Tul Medjan tar-rispons (xhur)

13.0

5.8

(CI ta’ 95%)

(9.3, 15.7)

(3.9,

7.8)

TTP Medjan (xhur)

13.2

7.3

(CI ta’ 95%)

(7.8, 17.0)

(6.1,

7.6)

Ikkombinat ma’ bevacizumab u kimoterapija bbażata fuq oxaliplatin jew irinotecan bħala trattament tal-ewwel għażla

Fi prova klinika, randomised, open label u kkontrollata, kimoterapija (oxaliplatin jew irinotecan) u bevacizumab ingħataw ma’ jew mingħajr panitumumab fit-trattament tal-ewwel għażla ta’ pazjenti b’kanċer metastatiku tal-kolorektum (n = 1,053 [ko-orti ta’ oxaliplatin n = 823, ko-orti ta’ irinotecan n = 230]). Trattament b’panitumumab twaqqaf minħabba tnaqqis statistikament sinifikanti f’PFS f’pazjenti li kienu qed jirċievu panitumumab osservat f’analiżi interim.

L-oġġettiv maġġuri tal-istudju kien il-paragun ta’ PFS fil-ko-orti ta’ oxaliplatin. Fl-analiżi finali, il- proporzjon ta’ periklu għal PFS kien ta’ 1.27 (CI ta’ 95%: 1.06, 1.52). PFS medjana kienet ta’ 10.0 xhur (CI ta’ 95%: 8.9, 11.0) u 11.4 xhur (CI ta’ 95%: 10.5, 11.9) fil-grupp ta’ panitumumab u fil- grupp mingħajr panitumumab, rispettivament. Kien hemm żieda fil-mortalità fil-grupp ta’ panitumumab. Il-proporzjon ta’ periklu għas-sopravivenza globali kien ta’ 1.43 (CI ta’ 95%: 1.11, 1.83). Is-sopravivenza globali medjana kienet ta’ 19.4 (CI ta’ 95%: 18.4, 20.8) u 24.5 (CI ta’ 95%: 20.4, 24.5) fil-grupp ta’ panitumumab u fil-grupp mingħajr panitumumab.

Analiżi oħra ta’ dejta tal-effikaċja skont l-istat ta’ KRAS (exon 2) ma identifikatx sottogrupp ta’ pazjenti li bbenefikaw minn panitumumab flimkien ma’ kimoterapija bbażata fuq oxaliplatin jew fuq irinotecan u bevacizumab. Għas-sottogrupp ta’ KRAS tat-tip salvaġġ tal-ko-orti ta’ oxaliplatin, il- proporzjon ta’ periklu għal PFS kien ta’ 1.36 b’CI ta’ 95%: 1.04-1.77. Għas-sottogrupp ta’ KRAS mutant, il-proporzjon ta’ periklu għal PFS kien ta’ 1.25 b’CI ta’ 95%: 0.91-1.71. Kienet osservata tendenza għal OS li tiffavorixxi l-grupp ta’ kontroll fis-sottogrupp ta’ KRAS tat-tip salvaġġ tal-ko-orti ta’ oxaliplatin (proporzjon ta’ periklu = 1.89; CI ta’ 95%: 1.30, 2.75). Kienet osservata wkoll tendenza lejn tnaqqis fis-sopravivenza b’panitumumab fil-ko-orti ta’ irinotecan irrispettivament mill-istat ta’ mutazzjoni ta’ KRAS. Globalment, trattament b’panitumumab flimkien ma’ kimoterapija u bevacizumab huwa assoċjat ma’ profil tal-benefiċċju mqabbel mar-riskju mhux favorevoli irrispettivament mill-istat ta’ mutazzjoni ta’ KRAS tat-tumur.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat l-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Vectibix f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kanċer tal-kolorektum (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Vectibix mogħti bħala sustanza waħedha jew flimkien ma’ kimoterapija juri farmakokinetika mhux lineari.

Wara l-għoti ta’ doża waħda ta’ panitumumab bħala infużjoni fuq medda ta’ siegħa, l-erja taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni-ħin (AUC) żdiedet b’mod akbar minn dak proporzjonali mad-doża u t-tneħħija (CL - clearance) ta’ panitumumab naqset minn 30.6 għal 4.6 mL/jum/kg kif id-doża żdiedet minn 0.75 għal 9 mg/kg. Madankollu, b’dożi ta’ aktar minn 2 mg/kg, l-AUC ta’ panitumumab bejn wieħed u ieħor tiżdied b’mod proporzjonali mad-doża.

Wara l-kors ta’ doża rakkomandata (6 mg/kg mogħtija darba kull ġimagħtejn bħala infużjoni fuq medda ta’ siegħa), konċentrazzjonijiet ta’ panitumumab laħqu livelli fissi mat-tielet infużjoni b’konċentrazzjonijiet massimi u minimi medji (± Standard Deviation [SD]) ta’ 213 ± 59 u

39 ± 14 mcg/mL, rispettivament. L-AUC0-tau medja (± SD) u CL kienu 1,306 ± 374 mcg•jum/mL u 4.9 ± 1.4 mL/kg/jum, rispettivament. Il-half-life tal-eliminazzjoni kienet madwar 7.5 ijiem (firxa: 3.6 sa 10.9 ijiem).

Twettqet analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni biex tesplora l-effetti potenzjali ta’ kovarjanti magħżula fuq il-farmakokinetika ta’ panitumumab. Riżultati jissuġġerixxu li l-età (21-88), sess, razza, funzjoni epatika, funzjoni renali, sustanzi kimoterapewtiċi, u l-intensità li biha tittebba’ l-membrana ta’ EGFR (1+, 2+, 3+) fiċ-ċelluli tat-tumur ma kellhom l-ebda impatt apparenti fuq il-farmakokinetika ta’ panitumumab.

Ma saru l-ebda studji kliniċi biex jeżaminaw il-farmakokinetika ta’ panitumumab f’pazjenti b’indeboliment renali jew epatiku.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Reazzjonijiet avversi li dehru f’annimali f’livelli ta’ esponiment simili għall-livelli ta’ esponiment kliniċi u li jista’ jkollhom rilevanza għall-użu kliniku, kienu kif ġej:

Raxx fil-ġilda u dijarea kienu s-sejbiet magġuri osservati fi studji dwar l-effett tossiku minn dożi ripetuti li damu sa 26 ġimgħa f’xadini cynomolgus. Dawn is-sejbiet kienu osservati b’dożi ekwivalenti għal madwar id-doża rakkomandata fil-bniedem u kienu riversibbli mal-waqfien tal-għoti ta’ panitumumab. Ir-raxx fil-ġilda u d-dijarea osservati fix-xadini huma kkunsidrati bħala relatati mal- azzjoni farmakoloġika ta’ panitumumab u huma konsistenti mat-tossiċitajiet osservati b’inibituri anti- EGFR oħra.

Ma twettqux studji biex jivvalutaw il-potenzjal mutaġeniku u karċinoġeniku ta’ panitumumab.

Studji fl-annimali mhumiex biżżejjed fir-rigward tal-iżvilupp tal-embriju u tal-fetu peress li ma kienux eżaminati l-livelli ta’ esponiment tal-fetu għal panitumumab. Panitumumab intwera li jikkawża abort tal-fetu u/jew mwiet tal-fetu f’xadini cynomolgus meta ingħata waqt il-perjodu ta’ organoġenesi b’dożi ekwivalenti għal madwar id-doża rakkomandata fil-bniedem.

Ma sarux studji formali dwar il-fertilità fl-irġiel; madankollu, evalwazzjoni mikroskopika tal-organi riproduttivi maskili minn studji dwar l-effett tossiku minn dożi ripetuti f’xadini cynomolgus b’dożi sa madwar 5 darbiet id-doża umana fuq bażi ta’ mg/kg, ma wriet l-ebda differenza meta mqabbla ma’ xadini maskili ta’ kontroll. Studji dwar il-fertilità li twettqu fuq xadini cynomolgus femminili wrew li panitumumab jista’ jipproduċi ċiklu menstrwali mtawwal u/jew amenorreja u rata ta’ tqala mnaqqsa li seħħew bid-dożi evalwati kollha.

Ma sarux studji fuq l-annimali dwar l-iżvilupp ta’ qabel u wara t-twelid b’panitumumab. Il-pazjenti kollha għandhom ikunu avżati dwar ir-riskju potenzjali ta’ panitumumab fuq l-iżvilupp ta’ qabel u wara t-twelid qabel tinbeda terapija b’Vectibix.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sodium chloride

Sodium acetate trihydrate

Acetic acid, glacial (għall-aġġustament tal-pH)

Ilma għall-injezzjonijiet.

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjett

3 snin.

Soluzzjoni dilwita

Vectibix ma fih l-ebda preservattiv kontra l-mikrobi jew sustanza batterjostatika. Il-prodott għandu jintuża minnufih wara d-dilwizzjoni. Jekk ma jintużax minnufih, il-perjodu ta’ ħażna waqt l-użu u l- kondizzjonijiet ta’ ħażna qabel l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed jagħmel użu minnu u m’għandhomx ikunu aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2C - 8 C. Is-soluzzjoni dilwita m’għandhiex tiġi ffriżata.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2C – 8 C).

Tagħmlux fil-friża.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett magħmul minn ħġieġ tat-tip I b’tapp elastomeriku, siġill tal-aluminju u għatu flip-off tal- plastik.

Kunjett wieħed fih: 100 mg panitumumab f’5 mL, jew 400 mg panitumumab f’20 mL ta’ konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Pakkett ta’ kunjett wieħed.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Vectibix huwa maħsub għall-użu ta’ darba biss. Vectibix għandu jiġi dilwit f’soluzzjoni għall- injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride minn professjonist tal-kura tas-saħħa permezz ta’ teknika asettika. Tħawwadx u iċċaqlaqx il-kunjett bis-saħħa. Vectibix għandu jiġi spezzjonat viżwalment qabel ma jingħata. Is-soluzzjoni għandha tkun bla kulur u jista’ jkun fiha frak li jidher, trasluċidi sa bojod, ta’ dehra amorfa, magħmula minn proteini (li se jitneħħew permezz ta’ filtru fil- pajp). Tagħtix Vectibix jekk id-dehra tiegħu ma tkunx kif deskritt hawn fuq. Permezz ta’ labra ipodermika b’dijametru ta’ 21 gauge jew iżgħar biss, iġbed l-ammont neċessarju ta’ Vectibix għal

doża ta’ 6 mg/kg. Tużax apparat mingħajr labra (eż., adattaturi tal-kunjett) biex tiġbed il-kontenut tal- kunjett. Iddilwixxi f’volum totali ta’ 100 mL. Il-konċentrazzjoni finali m’għandhiex taqbeż 10 mg/mL. Dożi ogħla minn 1,000 mg għandhom jiġu dilwiti f’150 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’

9 mg/mL (0.9%) sodium chloride (ara sezzjoni 4.2). Is-soluzzjoni dilwita għandha titħallat billi tinqaleb ta’ taħt fuq b’mod ġentili, tħawwadx.

Armi l-kunjett u kwalunkwe likwidu li jifdal fil-kunjett wara li jintuża darba.

Ma kienu osservati l-ebda inkompatibilitajiet bejn Vectibix u soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride f’boroż tal-polyvinyl chloride jew tal-polyolefin.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Amgen Europe B.V.

Minervum 7061

NL-4817 ZK Breda

L-Olanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/07/423/001

EU/1/07/423/003

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 3 ta’ Diċembru 2007

Data tal-aħħar tiġdid: 15 ta’ Jannar 2015

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati