Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Vectibix (panitumumab) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XC08

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVectibix
Kodiċi ATCL01XC08
Sustanzapanitumumab
ManifatturAmgen Europe B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Vectibix 20 mg/mL konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni panitumumab

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Vectibix u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Vectibix

3.Kif għandek tuża Vectibix

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Vectibix

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Vectibix u gћalxiex jintuża

Vectibix jintuża fit-trattament ta’ kanċer metastatiku tal-kolorektum (kanċer tal-musrana) għall- pazjenti adulti b’ċertu tip ta’ tumur magħruf bħala “Tumur b’RAS tat-tip salvaġġ”. Vectibix jintuża waħdu jew flimkien ma’ mediċini oħra kontra l-kanċer.

Vectibix fih is-sustanza attiva panitumumab, li tagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejjħa antikorpi monoklonali. Antikorpi monoklonali huma proteini, li jgħarfu u jeħlu (jingħaqdu) speċifikament ma’ proteini uniċi oħra fil-ġisem.

Panitumumab jagħraf u jeħel speċifikament ma’ proteina magħrufa bħala riċettur tal-fattur tat-tkabbir epidermali (EGFR - epidermal growth factor receptor), li tinsab fuq il-wiċċ ta’ xi ċelluli tal-kanċer.

Meta fatturi tat-tkabbir (proteini oħra tal-ġisem) jeħlu ma’ EGFR, iċ-ċellula tal-kanċer hija stimulata biex tikber u tiddividi. Panitumumab jeħel ma’ EGFR u jipprevjeni ċ-ċellula tal-kanċer milli tirċievi l- messaġġi li għandha bżonn biex tikber u tiddividi.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Vectibix

Tużax Vectibix

jekk inti allerġiku għal panitumumab jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

jekk kellek jew għandek evidenza ta’ pulmonite tal-interstizju (nefħa fil-pulmun li tikkawża sogħla u diffikultà biex tieħu nifs) jew fibrożi pulmonari (ċikatriċi u tħaxxin fil-pulmun bi qtugħ ta’ nifs).

flimkien ma’ kimoterapija bbażata fuq oxaliplatin, jekk it-test ta’ RAS tiegħek juri li għandek tumur b’RAS mutant, jew jekk l-istat ta’ RAS tat-tumur tiegħek mhux magħruf. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek jekk m’intix ċert dwar l-istat ta’ RAS tat-tumur tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jista’ jkollok esperjenza ta’ reazzjonijiet fil-ġilda jew nefħa severa u ħsara fit-tessut, jekk dawn imorru għall-agħar jew isiru intollerabbli jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih. Jekk ikollok reazzjoni severa fil-ġilda, it-tabib tiegħek jista’ jirrakkomanda aġġustament fid-doża ta’

Vectibix. Jekk tiżviluppa infezzjoni severa jew deni riżultat ta’ reazzjonijiet tal-ġilda, it-tabib tiegħek jista’ jwaqqaf it-trattament tiegħek b’Vectibix.

Huwa rakkomandat li tillimita l-esponiment tiegħek għax-xemx waqt li tkun qed tirċievi Vectibix u jekk qed ikollok esperjenza ta’ reazzjonijiet fil-ġilda għax id-dawl tax-xemx jista’ jagħmilhom agħar. Applika krema ta’ protezzjoni mix-xemx u ilbes kappell jekk se tkun espost għad-dawl tax-xemx. It- tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tuża krema għall-ġilda xotta, krema ta’ protezzjoni mix-xemx

(SPF > 15), sterojd topiku, u/jew antibijotiċi orali li jistgħu jgħinu fl-immaniġġar tat-tossiċitajiet tal- ġilda li jistgħu jiġu assoċjati mal-użu ta’ Vectibix.

It-tabib tiegħek se jiċċekkja il-livelli fid-demm tiegħek ta’ diversi sustanzi bħal magnesium, calcium u potassium qabel tibda t-trattament b’Vectibix. It-tabib tiegħek se jiċċekkja wkoll il-livelli ta’ magnesium u calcium fid-demm tiegħek perjodikament waqt t-trattament tiegħek, u sa 8 ġimgħat wara li tkun spiċċajt t-trattament tiegħek. Jekk dawn il-livelli jkunu baxxi ħafna, t-tabib tiegħek jista’ jippreskrivilek supplimenti xierqa.

Jekk ikollok esperjenza ta’ dijarea severa jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek peress li tista’ titlef ħafna ilma mill-ġisem tiegħek (issir deidratat/a) u dan jista’ jagħmel ħsara lill-kliewi tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek jekk tuża lentijiet tal-kuntatt u/jew għandek passat ta’ problemi fl-għajnejn bħal għajnejn xotti ħafna, infjammazzjoni tal-parti ta’ quddiem tal-għajn (kornea) jew ulċeri li jinvolvu l- parti ta’ quddiem tal-għajn.

Jekk tiżviluppa ħmura u uġigħ akuti jew li qed jaggravaw fl-għajnejn, għajnejn idemmgħu aktar mis- soltu, vista mċajpra u/jew sensittività għad-dawl, jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih għax għandu mnejn ikollok bżonn trattament urġenti (ara “Effetti sekondarji possibbli” hawn taħt).

Ibbażat fuq l-età tiegħek (aktar minn 65 sena) jew fuq is-saħħa ġenerali, it-tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek il-ħila li tittollera t-teħid ta’ Vectibix flimkien mat-trattament ta’ kimoterapija tiegħek.

Mediċini oħra u Vectibix

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta u mediċini mill-ħxejjex.

Vectibix m’għandux jintuża flimkien ma’ bevacizumab (antikorp monoklonali ieħor użat fit-trattament ta’ kanċer tal-musrana) jew ma’ taħlita ta’ kimoterapija magħrufa bħala “IFL”.

Tqala u treddigħ

Vectibix ma ġiex ittestjat f’nisa tqal. Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila; taħseb li tista’ tkun tqila; jew qed tippjana li jkollok tarbija. Vectibix jista’ jaffettwa lit-tarbija mhux imwielda tiegħek u l-ħila tiegħek li tibqa’ tqila.

Jekk inti mara li jista’ jkollok it-tfal, għandek tuża metodi effettivi ta’ kontraċezzjoni waqt trattament b’Vectibix u għal xaharejn wara l-aħħar doża.

Mhux rakkomandat li tredda’ lit-tarbija tiegħek waqt trattament b’Vectibix u għal xaharejn wara l- aħħar doża. Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tippjana li tredda’.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Għandek tkellem lit-tabib tiegħek qabel issuq jew tħaddem magni, għax xi effetti sekondarji jistgħu jnaqqsu l-ħila tiegħek biex tagħmel dan b’mod sikur.

Vectibix fih sodium

Din il-mediċina fiha 0.150 mmol sodium (li huwa ekwivalenti għal 3.45 mg sodium) f’kull mL ta’ konċentrat. Dan għandu jiġi kkunsidrat minn pazjenti fuq dieta ta’ sodium ikkontrollat.

3.Kif gћandek tuża Vectibix

Vectibix se jingħata f’faċilità tal-kura tas-saħħa taħt is-superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza fl-użu ta’ mediċini kontra l-kanċer.

Vectibix jingħata fil-vini (ġo vina) permezz ta’ pompa tal-infużjoni (apparat li jagħti injezzjoni bil- mod).

Id-doża rakkomandata ta’ Vectibix hija 6 mg/kg (milligrammi kull kilogramma ta’ piż tal-ġisem) mogħtija darba kull ġimagħtejn. It-trattament normalment jingħata fuq perjodu ta’ madwar 60 minuta.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji l-aktar serji u l-effetti sekondarji ewlenin għal Vectibix huma elenkati hawn taħt:

Reazzjonijiet għall-infużjoni

Waqt jew wara t-trattament jista’ jkollok reazzjoni għall-infużjoni. Dawn jistgħu jkunu ħfief jew moderati (probabbli li jseħħu f’madwar 4 persuni minn kull 100 persuna li jieħdu Vectibix), jew severi (probabbli li jseħħu f’inqas minn persuna waħda minn kull 100 persuna li jieħdu Vectibix). Sintomi jistgħu jinkludu uġigħ ta’ ras, raxx, ħakk jew ħorriqija, fawra, nefħa (fil-wiċċ, xufftejn, ħalq, madwar l-għajnejn, u ż-żona tal-gerżuma), taħbit tal-qalb mgħaġġel u irregolari, polz mgħaġġel, għaraq, tqalligħ, rimettar, sturdament, diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, jew tnaqqis fil-pressjoni tad- demm li jista’ jkun sever jew ta’ periklu għal ħajja u b’mod rari ħafna, jista’ jwassal għall-mewt. Jekk ikollok xi sintomi minn dawn, għandek tavża lit-tabib tiegħek immedjatament. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqas ir-rata tal-infużjoni tiegħek jew li jwaqqaf it-trattament tiegħek b’Vectibix.

Reazzjonijiet allerġiċi

B’mod rari ħafna, reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva) serji li jinvolvu sintomi simili għal reazzjoni għall-infużjoni (ara “Reazzjonijiet għall-infużjoni”) seħħew aktar minn 24 siegħa wara t- trattament u wasslu għal riżultat fatali. Fittex attenzjoni medika minnufih jekk ikollok sintomi ta’ reazzjoni allerġika għal Vectibix, inkluż iżda mhux limitat għal diffikultà biex tieħu nifs, tagħfis fis- sider, sensazzjoni li qed tifga, sturdament jew ħass ħażin.

Reazzjonijiet tal-ġilda

Reazzjonijiet relatati mal-ġilda x’aktarx li jseħħu f’madwar 90 minn kull 100 persuna li jieħdu

Vectibix u ġeneralment huma ħfief sa moderati. Ir-raxx tal-ġilda ħafna drabi jixbah lill-akne u spiss jinvolvi l-wiċċ u l-parti ta’ fuq tas-sider u d-dahar, iżda jista’ jaffettwa kull parti tal-ġisem. Xi raxx

kien assoċjat ma’ ħmura, ħakk u tqaxxir tal-ġilda li jistgħu jsiru severi. F’xi każijiet, dan jista’ jikkawża feriti infettati li jeħtieġu trattament mediku u/jew kirurġiku, jew jikkawża infezzjonijiet severi tal-ġilda li f’każijiet rari jistgħu jkunu fatali. F’każijiet rari pazjenti jistgħu jesperjenzaw infafet tal-ġilda, ħalq, għajnejn u ġenitali, li jistgħu jindikaw reazzjoni severa tal-ġilda imsejħa “sindrome ta’

Stevens-Johnson” jew infafet tal-ġilda, li jistgħu jindikaw reazzjoni severa tal-ġilda imsejħa “nekrolisi tossika tal-epidermide”. Jekk ikollok infafet, għandek tinnotifika lit-tabib tiegħek immedjatament. Esponiment fit-tul għax-xemx jista’ jagħmel ir-raxx agħar. Barra dan kienu rrappurtati, ġilda xotta, qsim (xquq fil-ġilda) fuq is-swaba tal-idejn jew tas-saqajn, infezzjoni (paronikja) jew infjammazzjoni taħt id-dwiefer tal-idejn jew tas-saqajn. Ladarba it-trattament jinżamm jew jitwaqqaf, ir-reazzjonijiet tal-ġilda ġeneralment jgħaddu. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jittratta r-raxx, jaġġusta d-doża jew iwaqqaf it-trattament tiegħek b’Vectibix.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10

għadd baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija); livelli baxxi ta’ potassium fid-demm (ipokalimja); livelli baxxi ta’ magnesium fid-demm (ipomanjesimja);

infjammazzjoni fl-għajn (konġuntivite);

raxx lokalizzat jew mifrux li jista’ jkun irregolari (bil-ponot jew mingħajr ponot), bil-ħakk, aħmar jew bil-qxur;

telf ta’ xagħar (alopeċja); ulċeri fil-ħalq u ponot tad-deni (stomatite); infjammazzjoni tal-ħalq

(infjammazzjoni tal-mukuża);

dijarea; tqalligħ; rimettar; uġigħ addominali; stitikezza; anoressija (nuqqas ta’ aptit għal tul ta’ żmien); tnaqqis fil-piż;

għeja estrema (għeja kbira); deni jew temperatura għolja (deni); telf jew nuqqas ta’ saħħa (astenja); akkumulazzjoni ta’ fluwidu fl-estremitajiet (edima periferali);

uġigħ fid-dahar;

diffikultà biex torqod (insomnija);

sogħla; qtugħ ta’ nifs (diffikultajiet biex tieħu n-nifs).

Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10

għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm (lewkopenija); livelli baxxi ta’ calcium fid-demm (ipokalċimija); phosphates baxxi fid-demm (ipofosfatimja); glucose għoli fid-demm

(ipergliċemija);

tkabbir tax-xagħar tal-għajnejn; nixxija ta’ dmugħ (żieda fid-dmugħ); ħmura fl-għajnejn (iperimija okulari); għajnejn jinħassu xotti; ħakk fl-għajnejn (prurite fl-għajnejn); irritazzjoni fl- għajnejn; infjammazzjoni fil-kappell tal-għajn (blefarite);

ulċera fil-ġilda; qoxra; tkabbir eċċessiv ta’ xagħar (ipertrikożi); ħmura u nefħa tal-pali tal-idejn u tal-qiegħ tas-saqajn (sindrome tal-id u tas-sieq); għaraq żejjed (iperidrożi); reazzjoni tal-ġilda

(dermatite);

infezzjoni taħt il-ġilda li tinfirex (ċellulite); infjammazzjoni tal-follikuli tax-xagħar (follikulite); infezzjoni lokalizzata; raxx fil-ġilda b’infafet mimlija bil-materja (raxx pastulari); infezzjoni fl- appartat tal-awrina;

disturb fid-dwiefer; dwiefer jinqasmu (onikoklażi);

deidratazzjoni;

ħalq xott; indiġestjoni (dispepsja); fsada mir-rektum (emorraġija mir-rektum); infjammazzjoni tax-xufftejn (kelite); ħruq ta’ stonku (rifluss gastro-esofagali);

uġigħ fis-sider; uġigħ; sirdat; uġigħ fl-estremitajiet; reazzjoni immuni (sensittività eċċessiva); rata ta’ taħbit tal-qalb mgħaġġel (takikardija);

demm magħqud fil-pulmun (emboliżmu pulmonari) li s-sintomi tiegħu jistgħu jkunu bidu għal għarrieda ta’ qtugħ ta’ nifs jew uġigħ fis-sider; fsada mill-imnieħer (epistassi); demm magħqud f’vina tal-fond (trombożi fil-vini tal-fond); pressjoni għolja (ipertensjoni); fwawar;

uġigħ ta’ ras; sturdament; ansjetà.

Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100

lewn ikħal fil-ġilda u l-membrani mukużi (ċjanożi);

keratite (infjammazzjoni tal-parti ta’ quddiem tal-għajn (kornea));

irritazzjoni tal-kappell tal-għajn; xufftejn maqsuma; u/jew xufftejn xotti; infezzjoni fl-għajn; infezzjoni fil-kappell tal-għajn; imnieħer xott; dwiefer laxki (onikolisi); difer jikber ’il ġewwa; tkabbir eċċessiv tax-xagħar (irsutiżmu).

Rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000

keratite ulċerattiva (kondizzjoni serja ta’ ulċerazzjoni fil-parti ta’ quddiem tal-għajn (kornea) li teħtieġ trattament urġenti);

mewt ta’ ċelluli fil-ġilda (nekrosi tal-ġilda);

reazzjoni severa tal-ġilda b’infafet fil-ġilda, ħalq, għajnejn u ġenitali (sindrome ta’ Stevens- Johnson);

reazzjoni severa tal-ġilda b’infafet fil-ġilda (nekrolisi tossika tal-epidermide).

Mhux magħrufa: il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

infjammazzjoni tal-pulmun (marda tal-interstizju tal-pulmun).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Vectibix

Vectibix se jinħażen fil-faċilità tal-kura tas-saħħa fejn jintuża.

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Aħżen fi friġġ (2 C – 8 C).

Tagħmlux fil-friża.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara EXP. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Vectibix

Kull mL ta’ konċentrat fih 20 mg panitumumab. Kull kunjett fih 100 mg ta’ panitumumab ġo

5 mL, jew 400 mg ta’ panitumumab ġo 20 mL

Is-sustanzi l-oħra huma sodium chloride, sodium acetate trihydrate, acetic acid (glacial) u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Vectibix u l-kontenut tal-pakkett

Vectibix huwa likwidu bla kulur li jista’ jkun fih frak li jidher u huwa disponibbli f’kunjett. Kull pakkett fih kunjett ta’ konċentrat wieħed.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Amgen Europe B.V. Minervum 7061 4817 ZK Breda L-Olanda

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Amgen Europe B.V.

Minervum 7061

4817 ZK Breda

L-Olanda

Manifattur

Amgen Technology Ireland (ADL)

Pottery Road

Dun Laoghaire

Co Dublin

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien s.a. Amgen n.v.

Tel/Tél: +32 (0)2 7752711

България

Амджен България ЕООД Тел.: +359 (0)2 424 7440

Česká republika

Amgen s.r.o.

Tel: +420 221 773 500

Danmark

Amgen, filial af Amgen AB, Sverige Tlf: +45 39617500

Deutschland

AMGEN GmbH

Tel.: +49 89 1490960

Eesti

Amgen Switzerland AG Vilniaus filialas Tel: +372 586 09553

Lietuva

Amgen Switzerland AG Vilniaus filialas Tel: +370 5 219 7474

Luxembourg/Luxemburg s.a. Amgen Belgique/Belgien

Tel/Tél: +32 (0)2 7752711

Magyarország

Amgen Kft.

Tel.: +36 1 35 44 700

Malta

Amgen B.V.

The Netherlands

Tel: +31 (0)76 5732500

Nederland

Amgen B.V.

Tel: +31 (0)76 5732500

Norge

Amgen AB

Tel: +47 23308000

Ελλάδα

Österreich

Amgen Ελλάς Φαρμακευτικά Ε.Π.Ε.

Amgen GmbH

Τηλ.: +30 210 3447000

Tel: +43 (0)1 50 217

España

Polska

Amgen S.A.

Amgen Biotechnologia Sp. z o.o.

Tel: +34 93 600 18 60

Tel.: +48 22 581 3000

France

Portugal

Amgen S.A.S.

Amgen Biofarmacêutica, Lda.

Tél: +33 (0)9 69 363 363

Tel: +351 21 4220550

Hrvatska

România

Amgen d.o.o.

Amgen România SRL

Tel: +385 (0)1 562 57 20

Tel: +4021 527 3000

Ireland

Slovenija

Amgen Limited

AMGEN zdravila d.o.o.

United Kingdom

Tel: +386 (0)1 585 1767

Tel: +44 (0)1223 420305

 

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Amgen Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 33 321 13 22

Italia

Suomi/Finland

Amgen S.r.l.

Amgen AB, sivuliike Suomessa/Amgen AB, filial

Tel: +39 02 6241121

i Finland

 

Puh/Tel: +358 (0)9 54900500

Kύπρος

Sverige

C.A. Papaellinas Ltd

Amgen AB

Τηλ.: +357 22741 741

Tel: +46 (0)8 6951100

Latvija

United Kingdom

Amgen Switzerland AG Rīgas filiāle

Amgen Limited

Tel: +371 257 25888

Tel: +44 (0)1223 420305

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa:

Vectibix huwa maħsub għall-użu ta’ darba biss. Vectibix għandu jiġi dilwit f’soluzzjoni għall- injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride minn professjonist tal-kura tas-saħħa permezz ta’ teknika asettika. Tħawwadx u iċċaqlaqx il-kunjett bis-saħħa. Vectibix għandu jiġi spezzjonat viżwalment qabel ma jingħata. Is-soluzzjoni għandha tkun bla kulur u jista’ jkun fiha frak li jidher, trasluċidi sa bojod, ta’ dehra amorfa, magħmula minn proteini (li se jitneħħew permezz ta’ filtru fil- pajp). Tagħtix Vectibix jekk id-dehra tiegħu ma tkunx kif deskritt hawn fuq. Permezz ta’ labra ipodermika b’dijametru ta’ 21 gauge jew iżgħar biss, iġbed l-ammont neċessarju ta’ Vectibix għal doża ta’ 6 mg/kg. Tużax apparat mingħajr labra (eż., adattaturi tal-kunjett) biex tiġbed il-kontenut tal- kunjett. Iddilwixxi f’volum totali ta’ 100 mL. Il-konċentrazzjoni finali m’għandiex taqbeż 10 mg/ml. Dożi ogħla minn 1,000 mg għandhom jiġu dilwiti f’150 mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’

9 mg/mL (0.9%) sodium chloride. Is-soluzzjoni dilwita għandha titħallat billi tinqaleb ta’ taħt fuq b’mod ġentili, tħawwadx.

Armi l-kunjett u kwalunkwe likwidu li jifdal fil-kunjett wara li jintuża darba.

Il-pajp tal-infużjoni għandu jitlaħlaħ b’soluzzjoni ta’ sodium chloride qabel u wara l-għoti ta’ Vectibix biex jiġi evitat taħlit ma’ prodotti mediċinali jew soluzzjonijiet għal ġol-vini oħra.

Vectibix għandu jingħata bħala infużjoni fil-vini permezz ta’ pompa tal-infużjoni, bl-użu ta’ filtru fil- pajp tad-dripp ta’ 0.2 jew 0.22 mikrometru, li jeħel b’mod baxx mal-proteini, minn ġo pajp periferali jew kateter minn ġewwa. Il-ħin rakkomandat tal-infużjoni huwa ta’ madwar 60 minuta. Dożi akbar minn 1,000 mg għandhom jiġu infużi fuq madwar 90 minuta.

Ma kienu osservati l-ebda inkompatibilitajiet bejn Vectibix u soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride f’boroż tal-polyvinyl chloride jew tal-polyolefin.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati