Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Velosulin (insulin human) - A10AB01

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVelosulin
Kodiċi ATCA10AB01
Sustanzainsulin human
ManifatturNovo Nordisk A/S

Velosulin hu soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni (dripp). Fih is-sustanza attiva insulina umana (rDNA).

Velosulin hu magħmul biex jintuża f’infużjoni kontinwa taħt il-ġilda permezz ta’ pompa għall- infużjoni ta’ l-insulina. Velosulin jista’ wkoll jiġi injettat f’vina jew jingħata taħt il-ġilda permezz ta’ infużjoni. Velosulin hu insulina li taħdem malajr u jista’ jintuża flimkien ma’ prodotti ta’ l-insulina li

Kif jaħdem Velosulin?medi

ProdottId-dijabete hi marda li fiha l-ġisem ma jipproduċix biżżejjed insulina biex jikkontrolla l-livell ta’ glukożju fid-demm. Velosulin hu insulina ta’ sostituzzjoni identika għall-insulina magħmula mill-

frixa. Is-sustanza attiva f’Velosulin, l-insulina umana (rDNA), hi prodotta b’metodu magħruf bħala ‘teknoloġija rekombinanti tad-DNA’: l-insulina tiġi magħmula minn ħmira li tkun irċeviet ġene (DNA), li tagħmilha kapaċi tipproduċi l-insulina. L-insulina ta’ sostituzzjoni taħdem l-istess bħall- insulina prodotta b’mod naturali u tgħin lill-glukożju jidħol mid-demm għal ġoċ-ċelloli. Bil-kontroll tal-livell tal-glukożju fid-demm, is-sintomi u l-kumplikazzjonijiet tad-dijabete jitnaqqsu. Is-soluzzjoni ta’ insulina f’Velosulin hi mħejjija b’mod speċjali li jagħmilha stabbli għat-tul ta’ l-amministrazzjoni f’pompa ta’ l-insulina.

Kif ġie studjat Velosulin?

L-istudji użati biex jappoġġjaw Velosulin huma dawk li ntużaw biex jappoġġaw Actrapid, insulina oħra approvata fl-Unjoni Ewropea (UE). L-istudji kejlu l-livell taz-zokkor fid-demm bil-pazjent sajjem, jew ta’ sustanza fid-demm magħrufa bħala emoglobina glikoċilata (HbA1c), li tagħti

indikazzjoni kemm kien kontrollat tajjeb il-glukożju fid-demm. Velosulin ġie studjat ukoll meta użat f’pompa ta’ l-insulina.

X’inhuma l-benefiċċji ta’ Velosulin li ntwerew waqt l-istudji?

Velosulin wassal għal tnaqqis fil-livell ta’ HbA1c, li juri li l-livelli ta’ glukożju kienu ġew ikkontrollati għal livell simili għal dak li deher fl-insulina umana l-oħra. Velosulin kien effettiv kemm għad-dijabete ta’ l-ewwel tip kif ukoll għal dik tat-tieni tip.

X’inhu r-riskju assoċjat ma’ Velosulin?

Bħall-insulini kollha, Velosulin jista’ jikkawża ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor). Għal-lista sħiħa

Velosulin m’għandux jintuża minn persuni allerġiċi għall-insulina umana (rDNA) jew għal kwalunkwe sustanza oħra tiegħu. Id-dożi ta’ Velosulin jistgħu jkunu meħtieġa li jiġu aġġustati meta meħudin ma’ għadd ta’ mediċini oħra li jista’ jkollhom effett fuq il-glukożju fid-demm. Il-lista sħiħa tinstab fil-Fuljett ta’ Tagħrif.

Għaliex ġie approvat Velosulin?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) iddeċieda li l-benefiċċji ta’ Velosulin fit-trattament tad-dijabete jisbqu r-riskji tiegħu. Il-Kumitat irrakkomanda li Velosulin jingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Il-Kummissjoni Ewropea tat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Velosulin valida fl-Unjoni Ewropea kollha lil Novo Nordisk A/S fis-7 ta’ Ottubru 2002. L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ġiet imġedda fis-7 ta’ Ottubru 2007.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati