Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Velphoro (mixture of polynuclear iron(III)-oxyhydroxide,...) – Fuljett ta’ tagħrif - V03AE05

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaVelphoro
Kodiċi ATCV03AE05
Sustanzamixture of polynuclear iron(III)-oxyhydroxide, sucrose and starches
ManifatturVifor Fresenius Medical Care Renal Pharma France

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Velphoro 500 mg pilloli li tomgħodhom.

Ħadid bħala sucroferric oxyhydroxide

Dan il­prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is­sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t­tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il­fuljett kollu qabel tibda tieħu din il­mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il­fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il­mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il­ħsara, anki jekk ikollhom l­istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il­fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il­fuljett:

1.X’inhu Velphoro u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel tieħu Velphoro

3.Kif għandek tieħu Velphoro

4. Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Velphoro

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Velphoro u għalxiex jintuża

Velphoro hu mediċina li fiha s­sustanza attiva sucroferric oxyhydroxide li hi magħmula mill-ħadid, zokkor (sucrose) u starches. Pillola waħda ta’ Velphoro tikkorrispondi għal 500 mg ta’ ħadid.

Kull pillola fiha wkoll 750 mg ta’ sucrose u 700 mg ta’ starches.

Velphoro hu għall-użu minn pazjenti adulti li jkollhom emodijalisi jew dijalisi tal-peritonew (proċeduri biex jeliminaw is-sustanzi tossiċi mid-demm) minħabba mard kroniku tal-kliewi; jintuża sabiex jgħin ħalli jikkontrolla l-livell ta’ phosphorus fid-demm tagħhom meta jkun għoli wisq (iperfosfatemija).

Phosphorus żejjed fid-demm jista’ jwassal li l-calcium jiġi ddepożitat fit-tessut (kalċifikazzjoni). Dan jista’ jirriżulta f’ebusija tal-vini/arterji, li jagħmilha iktar diffiċli biex id-demm jiġi ppumpjat madwar il-ġisem. Jista’ jwassal ukoll għal depożiti tal-calcium fit-tessut artab u fl-għadam u jikkawża effetti bħal għajnejn ħomor, ħakk fil-ġilda u wġigħ fl-għadam.

Velphoro jaħdem billi jwaħħal il­phosphorus mill-ikel fl­apparat diġestiv tiegħek (stonku u msaren). Dan inaqqas l­ammont ta’ phosphorus li jista’ jiġi assorbit għal ġoċ-ċirkolazzjoni tad-demm u b’hekk inaqqas il­livelli ta’ phosphorus fid-demm tiegħek.

2. X’għandek tkun taf qabel tieħu Velphoro

Tiħux Velphoro:

-jekk inti allerġiku għas-sustanza attiva sucroferric oxyhydroxide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il­mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

-jekk għandek storja medika ta’ akkumulazzjoni mhux normali ta’ ħadid fl­organi tiegħek (emokromatożi)

-jekk għandek kwalunkwe disturb ieħor assoċjat ma’ ħadid żejjed.

Jekk m’intix ċert, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il­mediċina.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l­ispiżjar tiegħek qabel tieħu Velphoro:

-jekk kellek peritonite , infjammazzjoni tal-peritonew (it-tessut irqiq li jiksi l­ħajt intern taż- żaqq), matul l­aħħar 3 xhur,

-jekk għandek problemi sinifikanti tal-istonku u/jew tal-fwied,

-jekk kellek operazzjoni maġġuri fl­istonku u/jew fl­imsaren.

Jekk m’intix ċert jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il­mediċina.

Velphoro jista’ jikkawża ppurgar iswed. Kwalunkwe ħruġ ta’ demm potenzjali mill-apparat diġestiv tiegħek (stonku u imsaren) jista’ jkun moħbi minn dan l-ippurgar iswed. Jekk ikollok ukoll sintomi bħal żieda fl­għeja u qtugħ ta’ nifs, kellem lit-tabib tiegħek immedjatament (ara sezzjoni 4).

Tfal u adolexxenti

Is­sigurtà u l­effikaċja ta’ Velphoro fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18­il sena ma ġewx determinati s’issa. Għalhekk Velphoro mhuwiex rakkomandat għall-użu fit-tfal.

Mediċini oħra u Velphoro

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l­aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Jekk qed tieħu kwalunkwe mediċina oħra li hi magħrufa li tiġi affettwata mill-ħadid (pereżempju mediċini li fihom is-sustanza attiva alendronate jew doxycycline), aċċerta ruħek li tieħu din il- mediċina mill-inqas siegħa qabel ma tieħu Velphoro jew mill-inqas sagħtejn wara li tieħu Velphoro. Staqsi lit-tabib tiegħek jekk m’intix ċert.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il­parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il­mediċina. It-tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek jekk Velphoro għandux jintuża matul it-tqala jew it-treddigħ.

Mhuwiex probabbli li din il-mediċina se tgħaddi fil-ħalib tal-omm.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il­mediċina m’għandha l-ebda effett sinifikanti fuq il­ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem għodod jew magni.

Velphoro fih is­sucrose u starches (karboidrati)

Jekk it­tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il­mediċina.

Velphoro jista’ jkun ta’ ħsara għas-snien.

Velphoro fih l-istarches. Jekk għandek id-dijabete jew allerġija għall-gluten, għandek tiġi avżat li pillola waħda ta’ Velphoro hi ekwivalenti għal 0.116 unitajiet ta’ ħobż (ekwivalenti għal madwar 1.4 g ta’ karboidrati).

3.Kif għandek tieħu Velphoro

Dejjem għandek tieħu din il­mediċina skont il­parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id­doża tas-soltu tal-bidu rakkomandata hi hi l-ekwivalenti ta’ 1,500 mg ta’ ħadid kuljum (3 pilloli). Id­doża massima rakkomandata hi ta’ 3,000 mg ta’ ħadid (6 pilloli) kuljum.

It­tabib tiegħek jista’ jaġġusta d­doża waqt il­kors tal-kura skont il­livell ta’ phosphorus fid-demm tiegħek.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

-Velphoro għandu jittieħed mill-ħalq biss.

-Ħu l­pillola waqt l­ikel u omgħodha (jekk ikun hemm bżonn, il­pillola tista’ titfarrak biex tagħmilha aktar faċli għalik). TIBLAGĦHIEX sħiħa.

-L­ammont ta’ pilloli li jittieħdu kuljum għandu jiġi mqassam matul l­ikliet tal-ġurnata.

Għall-pakketti bil-folji biss:

-Issepara l­pakkett tal-folji fil-perforazzjonijiet.

-Qaxxar il­paper foil fil-kantuniera.

-Imbotta l­pillola minn ġol-foil tal-aluminju.

Jekk tieħu Velphoro aktar milli suppost

Jekk bi żball tkun ħadt wisq pilloli, tiħux aktar u kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek immedjatament.

Jekk tinsa tieħu Velphoro

Jekk tkun qbiżt doża, għandek sempliċiment tieħu d­doża li jkun imiss fil-ħin tas-soltu mal-ikel. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Velphoro

M’għandekx tieqaf tieħu l­mediċina qabel ma tkellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il­mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ippurgar iswed jista’ jseħħ b’mod komuni ħafna f’pazjenti li jkunu qed jieħdu Velphoro. Jekk ikollok ukoll sintomi bħal żieda fl­għeja u qtugħ ta’ nifs, kellem lit-tabib tiegħek immedjatament (ara sezzjoni 2, “Twissijiet”).

L­effetti sekondarji li ġejjin ġew irrappurtati ukoll f’pazjenti li kienu qed jieħdu din il­mediċina:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 persuni): dijarea (li ġeneralment iseħħ kmieni matul il­kura, u titjieb maż-żmien), ippurgar iswed.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni): tħossok imdardar (dardir), stitikezza, rimettar, indiġestjoni, uġigħ fl­istonku u fl­imsaren, gass, tibdil fil-kulur tas-snien, tibdil fit-togħma.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna): nefħa fiż-żaqq, infjammazzjoni tal- istonku, skumdità fiż-żaqq, diffikultà biex tibla, aċidu li jitla’ mill-istonku (mard tar-rifluss gastroesofagali), tibdil fil-kulur tal-ilsien, livelli għoljin jew baxxi ta’ calcium fid-demm osservati fit- testijiet, għeja, ħakk, raxx, uġigħ ta’ ras, qtugħ ta’ nifs.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il­fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l­effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is­sigurtà ta’ din il­mediċina.

5.Kif taħżen Velphoro

Żomm din il­mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il­mediċina wara d­data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il­kartuna, il­flixkun jew folja wara l­ittri “JIS”. Id­data ta’ meta tiskadi tirreferi għal l­aħħar ġurnata ta’ dak ix­xahar.

Wara li l­flixkun jinfetaħ għall-ewwel darba, il­pilloli li tomgħodhom jistgħu jintużaw għal 45 jum.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il­miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Velphoro

-Kull pillola fiha 500 mg ta’ ħadid bħala sucroferric oxyhydroxide.

-Is­sustanzi l­oħra huma togħma ta’ woodberry, neohesperidin-dihydrochalcone, magnesium stearate, silica (colloidal, anhydrous).

Kif jidher Velphoro u l­kontenut tal-pakkett

Il­pilloli li tomgħodhom huma kannella, tondi, u mnaqqxa b’PA500 fuq naħa waħda. Il­pilloli għandhom dijametru ta’ 20 mm u ħxuna ta’ 6.5 mm.

Il­pilloli huma ppakkjati fi fliexken tal-polyethylene ta’ densità għolja b’għeluq tal-polypropylene li ma jinfetaħx mit-tfal u foil induction seal, jew f’folja tal-aluminju li ma tinfetaħx mit-tfal.

Velphoro hu disponibbli f’pakketti li jkun fihom 30 jew 90 pillola li tomgħodhom. Pakketti multipli huma disponibbli għall-pakketti bil-folji b’90 pillola li tomgħodhom (pakkett multiplu li fih 3 pakketti individwali ta’ 30 pillola li tomgħodhom kull wieħed).

Jista’ jkun li mhux il­pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Vifor Fresenius Medical Care Renal Pharma France 100-101 Terrasse Boieldieu

Tour Franklin- La Défense 8 92042 Paris la Défense Cedex Franza

Manifattur

Vifor France

100-101 Terrasse Boieldieu Tour Franklin- La Défense 8 92042 Paris la Défense Cedex Franza

Għal kull tagħrif dwar din il­mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Dan il­fuljett kien rivedut l­aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il­mediċina tinsab fuq is­sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati